<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0156</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Rapporti tal-2023 u l-2024 dwar il-Bożnija-Ħerzegovina</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0108/2025 - Rapporteur: Ondřej Kolář)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2025 dwar ir-rapporti tal-Kummissjoni tal-2023 u l-2024 dwar il-Bożnija-Ħerzegovina (2025/2018(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim Qafas Ġenerali għall-Paċi fil-Bożnija-Ħerzegovina, inizjalat f’Dayton fil-21 ta’ Novembru 1995 u ffirmat f’Pariġi fl-14 ta’ Diċembru 1995 (il-“Ftehim ta’ Paċi ta’ Dayton”),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Bożnja u Ħerzegovina, min-naħa l-oħra<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 164, 30.6.2015, p. 2, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2015/997/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2015,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-applikazzjoni għall-adeżjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina mal-UE, ippreżentata fil-15 ta’ Frar 2016,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Mejju 2019 dwar l-applikazzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina għal sħubija mal-Unjoni Ewropea (COM(2019)0261),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2022 li jagħtu l-istatus ta’ pajjiż kandidat tal-UE lill-Bożnija-Ħerzegovina,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-22 ta’ Marzu 2024 dwar il-ftuħ tan-negozjati tal-adeżjoni mal-Bożnija-Ħerzegovina,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1529 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Settembru 2021 li jistabbilixxi l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA III)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 330, 20.9.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1529/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/1449 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024 dwar l-istabbiliment tal-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Balkani tal-Punent<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1449, 24.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1449/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza fl-okkażjoni tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew ta’ Salonka fid-19 u l-20 ta’ Ġunju 2003,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tas-summits UE-Balkani tal-Punent tas-6 ta’ Mejju 2020, tat-13 ta’ Diċembru 2023 u tat-18 ta’ Diċembru 2024 fi Brussell,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Proċess ta’ Berlin, varat fit-28 ta’ Awwissu 2014,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1923 tal-4 ta’ Novembru 2021 dwar Miżura ta’ Assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi b’appoġġ għall-bini ta’ kapaċità għall-Forzi Armati tal-Bożnija-Ħerzegovina<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 391, 5.11.2021, p. 45, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/1923/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2353 tal-1 ta’ Diċembru 2022 dwar miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi biex jissaħħu l-kapaċitajiet tal-Forzi Armati tal-Bożnija-Ħerzegovina<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 311, 2.12.2022, p. 149, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/2353/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Frar 2020 intitolata “It-titjib tal-proċess tal-adeżjoni – Perspettiva kredibbli tal-UE għall-Balkani tal-Punent” (COM(2020)0057),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Ottubru 2020 intitolata “Pjan Ekonomiku u ta’ Investiment għall-Balkani tal-Punent” (COM(2020)0641),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Novembru 2023 intitolata “Komunikazzjoni tal-2023 dwar il-Politika tat-Tkabbir tal-UE” (COM(2023)0690), akkumpanjata mid-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni “Bosnia and Herzegovina 2023 Report” (SWD(2023)0691),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Novembru 2023 intitolata “Pjan ġdid ta’ tkabbir għall-Balkani tal-Punent” (COM(2023)0691),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Marzu 2024 intitolata “Rapport dwar il-progress fil-Bożnija-Ħerzegovina – Marzu 2024” (COM(2024)0129),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Marzu 2024 dwar ir-riformi ta’ qabel it-tkabbir u r-rieżami tal-politika (COM(2024)0146),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ottubru 2024 intitolata “Komunikazzjoni tal-2024 dwar il-Politika ta’ Tkabbir tal-UE” (COM(2024)0690), akkumpanjata mid-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni “Bosnia and Herzegovina 2024 Report” (SWD(2024)0691),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ħarsa ġenerali tal-Kummissjoni u l-valutazzjonijiet tal-pajjiżi tal-31 ta’ Mejju 2023 u tat-13 ta’ Ġunju 2024 tal-programm ta’ riforma ekonomika tal-Bożnija-Ħerzegovina,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ħames Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni UE-Bożnija-Ħerzegovina tad-19 ta’ Lulju 2023 u s-seba’ laqgħa tal-Kumitat ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni UE-Bożnija-Ħerzegovina tad-19 ta’ Settembru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżultati tat-tielet, tar-raba’, tal-ħames u tas-sitt laqgħa tal-Kumitat ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni UE-Bożnija-Ħerzegovina, li saru, rispettivament, fit-30 u l-31 ta’ Ottubru 2023, fit-13 u l-14 ta’ Marzu 2024, fit-30 ta’ Ottubru 2024 u fit-12 u t-13 ta’ Marzu 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-esperti tal-5 ta’ Diċembru 2019 dwar il-kwistjonijiet tal-istat tad-dritt fil-Bożnija-Ħerzegovina,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ftehim politiku tal-Kunsill Ewropew tat-12 ta’ Ġunju 2022 dwar il-prinċipji għall-iżgurar ta’ Bożnija-Ħerzegovina funzjonali li tavvanza tul il-perkors Ewropew tagħha,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra it-63, l-64, il-65 u s-66 rapport tal-Rappreżentant Għoli għall-Implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Paċi dwar il-Bożnija-Ħerzegovina lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, iddatati, rispettivament, id-9 ta’ Mejju 2023, it-2 ta’ Novembru 2023, il-15 ta’ Mejju 2024 u l-1 ta’ Novembru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 2757 (2024) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tat-1 ta’ Novembru 2024, li tipproroga l-mandat tal-Forza tal-UE fil-Bożnija-Ħerzegovina (EUFOR) sat-2 ta’ Novembru 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 78/282 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tat-23 ta’ Mejju 2024 li pproklamat il-11 ta’ Lulju l-Jum Internazzjonali ta’ Riflessjoni u Kommemorazzjoni tal-Ġenoċidju ta’ Srebrenica tal-1995,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal (UNCRC), irratifikata mill-Bożnija-Ħerzegovina fis-6 ta’ Marzu 1992, u t-tliet Protokolli Fakultattivi tagħha, jiġifieri: il-Protokoll Fakultattiv dwar l-involviment tat-tfal f’kunflitti armati, irratifikat fl-10 ta’ Ottubru 2003, il-Protokoll Fakultattiv dwar il-bejgħ tat-tfal, il-prostituzzjoni tat-tfal u l-pornografija tat-tfal, irratifikat fl-4 ta’ Settembru 2001, u l-Protokoll Fakultattiv dwar proċedura ta’ komunikazzjoni, irratifikat fid-19 ta’ Ottubru 2018,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-UNESCO dwar id-dritt għall-edukazzjoni bil-lingwa materna, il-Konvenzjoni tal-UNESCO tas-17 ta’ Ottubru 2003 għall-Ħarsien tal-Patrimonju Kulturali Intanġibbli, kif ukoll il-Konvenzjoni tal-UNESCO tal-20 ta’ Ottubru 2005 dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Liġi Elettorali emendata tal-Bożnija-Ħerzegovina imposta mir-Rappreżentant Għoli għall-Bożnija-Ħerzegovina fis-26 ta’ Marzu 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra ż-żjarat tal-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (VP/RGħ) Kaja Kallas u tas-Segretarju Ġenerali tan-NATO Mark Rutte fil-Bożnija-Ħerzegovina f’Marzu u f’April 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-President tal-Kunsill Ewropew António Costa lill-mexxejja politiċi tal-Bożnija-Ħerzegovina f’April 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tat-23 ta’ Novembru 2022 lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà dwar l-istrateġija l-ġdida tal-UE għat-tkabbir<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 167, 11.5.2023, p. 105.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tas-17 ta’ Jannar 2024 dwar “Ir-rwol tad-diplomazija preventiva fl-indirizzar tal-kunflitti ffriżati madwar id-dinja – opportunità mitlufa jew bidla għall-futur?”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/5744, 17.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5744/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Bożnija-Ħerzegovina,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A10-0108/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi t-tkabbir huwa wieħed mill-istrumenti ta’ politika estera l-aktar effikaċi tal-UE u jirrappreżenta investiment ġeostrateġiku fil-paċi, fid-demokrazija, fl-istabbiltà, fis-sigurtà u fil-prosperità fuq il-kontinent Ewropew, u jibqa’ jkollu importanza kruċjali b’mod partikolari fil-kuntest tat-tibdil ġeopolitiku rapidu u importanti u tar-rivalità dejjem tiżdied mar-reġimi awtoritarji;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi kull pajjiż huwa ġġudikat abbażi tal-merti tiegħu f’dak li għandu x’jaqsam mar-rispett tal-kriterji ta’ Copenhagen, inkluż ir-rispett sħiħ tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt u tal-valuri fundamentali tal-UE, tad-drittijiet tal-bniedem, tad-drittijiet tal-minoranzi u tal-libertajiet tal-media;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-UE tibqa’ s-sieħba politika u ekonomika ewlenija tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent; billi l-UE għadha l-akbar sieħba tal-Bożnija-Ħerzegovina għall-kummerċ u għall-investimenti u tirrappreżenta l-maġġor parti tal-flussi kummerċjali tal-pajjiż ma’ barra u għandha rwol ċentrali fil-proċess ta’ integrazzjoni ekonomika tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-Bożnija-Ħerzegovina hija pajjiż kandidat u l-maġġoranza ċara taċ-ċittadini tagħha taspira għall-integrazzjoni Ewro-Atlantika għal paċi, demokrazija u prosperità sostenibbli; billi fl-2025 jitfakkar it-30 anniversarju tal-Ftehim ta’ Paċi ta’ Dayton, li għadu jikkostitwixxu s-sisien tal-istruttura istituzzjonali tal-Bożnija-Ħerzegovina u huwa maħsub bħala garanzija għall-ugwaljanza tat-tliet popli kostituttivi tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-appoġġ pubbliku għadu fraġli minħabba narrattivi anti-UE promossi minn atturi illiberali tar-reġjun u minn żoni oħra;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-Ftehim ta’ Paċi ta’ Dayton, minkejja n-nuqqasijiet tiegħu, rawwem il-paċi u l-istabbilizzazzjoni sussegwenti fil-Bożnija-Ħerzegovina billi ħoloq l-istituzzjonijiet kruċjali li jħallu lill-pajjiż jagħmel progress fit-triq lejn l-integrazzjoni fl-UE u fin-NATO;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi 30 sena wara li spiċċat il-gwerra, il-Bożnija-Ħerzegovina għadha diżfunzjonali u terġa’ ssib ruħha fi kriżi politika u ta’ sigurtà profonda, b’tentattivi ta’ seċessjoni u grad għoli ta’ korruzzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-UE ssostni b’qawwa l-integrità territorjali u s-sovranità tal-Bożnija-Ħerzegovina u mhi se taċċetta l-ebda tentattiv li jikkompromettuhom; billi l-Boxxla Strateġika ddikjarat li, bħala kwistjoni ta’ sigurtà u stabbiltà, huwa ta’ interess partikolari li jiġu appoġġjati s-sovranità, l-għaqda u l-integrità territorjali tal-Bożnija-Ħerzegovina;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-President tal-entità tar-Republika Srpska, Milorad Dodik u l-politiċi tal-Alleanza tad-Demokratiċi Soċjali Indipendenti (SNSD) taw bidu għal azzjonijiet inkostituzzjonali biex jannullaw liġijiet statali fi ħdan l-entità tar-Republika Srpska u attakkaw l-istituzzjonijiet ewlenin tal-Istat, jiġifieri l-Uffiċċju tar-Rappreżentati Għoli, il-Qorti Kostituzzjonali tal-Bożnija-Ħerzegovina u l-ġudikatura; billi l-awtoritajiet tal-entità tar-Republika Srpska pparteċipaw fl-“Assemblea pan-Serba” li saret fit-8 ta’ Ġunju 2024 f’Belgrad bl-għajta “Poplu wieħed, assemblea waħda”; billi nbeda proċess biex tiġi ffurmata maġġoranza ġdida favur l-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-EUFOR Althea hija missjoni tal-UE fl-ambitu tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni (PSDK) li tgħin lill-Bożnija-Ħerzegovina żżomm ambjent stabbli u sigur fil-pajjiż u qiegħda ssostni l-isforzi tal-forzi armati biex jikkonformaw mal-istandards tan-NATO, filwaqt li sservi ta’ deterrent kontra kwalunkwe theddida minn barra;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-perkors tal-Bożnija-Ħerzegovina lejn l-UE qiegħed dejjem aktar jisfa fil-mira ta’ atturi barranin malizzjużi, b’mod partikolari l-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, li jisfruttaw il-firdiet etniċi u l-fraġilità istituzzjonali biex jostakolaw ir-riformi, jimminaw l-ordni kostituzzjonali u jnawru l-fiduċja taċ-ċittadini fil-konfront tal-UE; billi l-media Russa kkontrollata mill-Istat, fosthom Sputnik Serbia u RT Balkan, għadhom joperaw fil-Bożnija-Ħerzegovina, b’mod partikolari fir-Republika Srpska, u jxerrdu diżinformazzjoni u narrattivi pro-Kremlin, bi ksur tas-sanzjonijiet tal-UE kontra l-organi ta’ propaganda Russi;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-Bożnija-Ħerzegovina hija Stat multietniku li fuq it-territorju tiegħu ilhom sekli sħaħ jgħixu gruppi reliġjużi u etniċi differenti, u dan juri li popli b’fehmiet differenti jistgħu jikkoeżistu f’kuntest ta’ tolleranza u rispett reċiproku; billi d-diversità lingwistika u kulturali hija wieħed mill-prinċipji fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif imnaqqax fl-Artikoli 21 u 22 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi, għall-elezzjonijiet ġenerali tal-2022, il-Missjoni ta’ Osservazzjoni Elettorali tal-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE/ODIHR) ikkonkludiet li l-proċess elettorali baqa’ vulnerabbli għall-indħil barrani, inklużi l-użu ħażin tar-riżorsi amministrattivi u l-kopertura medjatika preġudikata influwenzata minn pjattaformi sostnuti minn barra, u talab aktar ħarsien kontra d-diżinformazzjoni, trasparenza fil-finanzjament tal-kampanji u garanziji għall-ġurnalisti u għas-soċjetà ċivili;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Impenn favur l-adeżjoni mal-UE</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Itenni l-appoġġ tiegħu għall-adeżjoni mal-UE tal-Bożnija-Ħerzegovina permezz ta’ proċess meritokratiku bbażat fuq il-kriterji ta’ Copenhagen u msejjes fuq l-għaqda, is-sovranità, l-integrità territorjali u l-ugwaljanza bejn iċ-ċittadini tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jilqa’ pożittivament id-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li jiftaħ in-negozjati ta’ adeżjoni mal-Bożnija-Ħerzegovina fil-kuntest tar-realtà ġeopolitika li nbidlet wara l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna; jilqa’ pożittivament l-adozzjoni ta’ diversi liġijiet essenzjali li ppreċedew din id-deċiżjoni, iżda jiddispjaċih li d-dinamika pożittiva tar-riformi staġnat, u jinnota l-implimentazzjoni u l-infurzar inadegwati tal-liġijiet adottati; jiddispjaċih li l-proċess leġiżlattiv ittappan minn nuqqas ta’ trasparenza u aċċess limitat għall-partijiet ikkonċernati ewlenin; josserva l-adozzjoni reċenti tal-Liġijiet dwar il-Kontrolli fuq il-Fruntieri u dwar il-Protezzjoni tad-Data Personali u jitlob li dawn jiġu implimentati bir-reqqa; jitlob li jsiru l-preparamenti biex tiġi stabbilita l-bażi istituzzjonali u finanzjarja għal dan it-tkabbir ħalli tiġi żgurata l-integrazzjoni sostenibbli fl-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Iħeġġeġ lill-mexxejja politiċi leġittimi fil-livelli kollha tal-Bożnija-Ħerzegovina jieħdu l-miżuri rilevanti kollha li jinsabu fir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Ottubru 2022, fir-rispett sħiħ tal-proċeduri demokratiċi, trasparenti u inklużivi adegwati fi ħdan l-istituzzjonijiet kompetenti, sabiex il-Kunsill jadotta l-qafas ta’ negozjar ladarba dawn il-kundizzjonijiet jiġu sodisfatti, kif ukoll jintensifikaw l-isforzi biex jiksbu l-14-il prijorità ewlenija li ġew stabbiliti mill-Kummissjoni fl-2019; jistieden lill-atturi politiċi kollha jsostnu l-għaqda, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Bożnija-Ħerzegovina u jastjenu minn kull retorika u att li jagħtu lok għal firda, fosthom ir-retorika u l-atti seċessjonisti, l-inċitament għall-intolleranza etnika, reliġjuża u razzjali, it-tiċħid tal-ġenoċidju u ta’ delitti tal-gwerra oħrajn kif ukoll il-glorifikazzjoni tad-delitti tal-gwerra u tal-awturi tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Itenni li l-proċess ta’ adeżjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina jeħtieġ li jkun ankrat f’istituzzjonijiet demokratiċi li jiffunzjonaw, fl-istat tad-dritt, fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, kif ukoll fir-rispett tad-drittijiet fundamentali u fin-nondiskriminazzjoni għaċ-ċittadini kollha, inklużi l-popli kostituttivi, tkun xi tkun l-appartenenza etnika, reliġjuża jew ta’ xorta oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-użu ripetut tar-retorika xewwiexa u l-adozzjoni ta’ liġijiet u politiki seċessjonisti min-naħa ta’ Milorad Dodik, il-President tal-entità tar-Republika Srpska, tal-partit SNSD, u tal-Assemblea tal-entità tar-Republika Srpska, inkluża ċ-ċelebrazzjoni tal-hekk imsejjaħ “Jum ir-Republika Srpska” u ta’ Jum l-Istat tar-Repubblika tas-Serbja; jenfasizza li tali azzjonijiet jikkompromettu l-ordni kostituzzjonali, l-integrità territorjali u s-sovranità tal-Bożnija-Ħerzegovina, u huma inkompatibbli mal-proċess ta’ adeżjoni mal-UE u jimminaw il-Ftehim ta’ Paċi ta’ Dayton;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha – u jitlob li dawn juru għaqda – kif ukoll lis-Servizz Ewropew tal-Azzjoni Esterna (SEAE) u lill-Kummissjoni jaġixxu b’mod aktar deċiż biex iwieġbu għal dan it-theddid dirett għas-sigurtà Ewropea u jtenni l-appell tiegħu għal sanzjonijiet immirati kontra l-atturi destabbilizzanti kollha, b’mod partikolari Milorad Dodik, kif ukoll kontra uffiċjali Serbi u tal-entità tar-Republika Srpska oħra ta’ livell għoli li joffru appoġġ politiku u materjali għall-politiki seċessjonisti; jistieden lill-Istati Membri kollha jiżguraw li tali sanzjonijiet ikunu jistgħu jiġu adottati mill-Kunsill u jimponuhom bilateralment jew flimkien ma’ Stati Membri oħra jekk l-adozzjoni tagħhom fil-Kunsill ma tkunx possibbli; jikkundanna r-rwol tal-Gvern Ungeriż fl-imblokk tas-sanzjonijiet; japprova d-dikjarazzjonijiet li għamlu s-Segretarju Ġenerali tan-NATO Mark Rutte fl-10 ta’ Marzu 2025 f’Sarajevo u l-VP/RGħ Kaja Kallas fit-8 ta’ April f’Sarajevo u l-appelli biex titħares l-istabbiltà fil-pajjiż; jemmen li l-uffiċjali ta’ livell għoli tal-UE ma għandhomx jiddjalogaw ma’ atturi li jikkompromettu l-ordni kostituzzjonali tal-Bożnija-Ħerzegovina, biex jevitaw li jagħmlu ħsara lill-kredibbiltà tal-UE fl-appoġġ tagħha għall-istituzzjonijiet statali tal-Bożnija-Ħerzegovina u japprezza l-impożizzjoni ta’ projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar fuq persuni ta’ livell għoli tar-Republika Srpska min-naħa ta’ ċerti Stati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jieħu nota tas-sentenza tal-Qorti tal-Bożnija-Ħerzegovina tas-26 ta’ Frar 2025 fil-kawża ta’ Milorad Dodik u jinsab allarmat immens bit-tensjonijiet dejjem eħrex u bl-azzjonijiet li mexxa minn dik id-data, fosthom attakki bla preċedent fuq l-istituzzjonijiet tal-Bożnija-Ħerzegovina u l-intimidazzjonijiet fil-konfront tal-oppożizzjoni fir-Republika Srpska; jiddeplora l-appoġġ mogħti lil tali politiki min-naħa tal-awtoritajiet Russi u Serbi u jistieden lill-atturi interni, reġjonali u internazzjonali kollha jirrispettaw is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Bożnija-Ħerzegovina; jitlob l-iżolament internazzjonali ta’ Milorad Dodik; jikkundanna d-deċiżjoni li ħa dan l-aħħar il-gvern tal-entità tar-Republika Srpska li tiddikjara <STRING ITALIC="on">persona non grata</STRING> uffiċjal ta’ livell għoli tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Ġermaniż; josserva bi tħassib li l-Interpol irrifjutat li toħroġ Avviż Aħmar għal mandat internazzjonali u jistieden lill-EUFOR tagħti appoġġ konkret lill-awtoritajiet tal-Bożnija-Ħerzegovina biex jinġiebu fi tmiemhom l-isforzi kontinwi biex tiġi mminata l-istabbiltà ġuridika u politika tal-pajjiż, kif ukoll biex turi l-impenn u l-kapaċità tal-UE u tal-EUFOR li jiddefendu l-paċi, jinfurzaw l-istat tad-dritt u jżommu l-integrità tal-istituzzjonijiet ġuridiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jiddeplora li l-politiki u l-azzjonijiet ta’ Milorad Dodik, inklużi l-imblokki frekwenti tal-organi u tal-proċess deċiżjonali fil-livell statali u t-tnawwir tal-istituzzjonijiet tal-Bożnija-Ħerzegovina neċessarji għax-xogħol tekniku fuq l-allinjament mal-acquis tal-UE, jikkostitwixxu fattur importanti fil-perkors problematiku ta’ adeżjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina mal-UE u ksur ċar tal-ftehim politiku tat-12 ta’ Ġunju 2022; jilqa’ pożittivament il-ħidma tal-istituzzjonijiet kompetenti tal-Bożnija-Ħerzegovina u jistedinhom isegwu l-proċeduri xierqa u jeżegwixxu u jimplimentaw d-deċiżjonijiet kollha fir-rispett sħiħ tal-istat tad-dritt; iħeġġeġ lill-atturi politiċi kollha, speċjalment fl-entità tar-Republika Srpska, jirrifjutaw l-azzjonijiet seċessjonisti kollha li jimminaw l-għaqda, is-sovranità, l-integrità territorjali u s-sigurtà tal-pajjiż; iħeġġeġ lill-Assemblea Nazzjonali tar-Republika Srpska tiżgura li l-Gazzetta Uffiċjali tagħha tirrifletti d-deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali tal-Bożnija-Ħerzegovina fir-rigward tal-leġiżlazzjoni tar-Republika Srpska, li ġiet ikkonstatata li tippreġudika l-ordni kostituzzjonali tal-Bożnija-Ħerzegovina u ġiet iddikjarata nulla;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u mas-sħab internazzjonali, fosthom l-Uffiċċju tar-Rappreżentant Għoli, l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) u l-Kunsill tal-Ewropa, tieħu kont tat-tagħlimiet meħuda f’dawn l-aħħar 15-il sena mill-impenn Ewropew fil-Bożnija-Ħerzegovina u tikkalibra mill-ġdid l-istrateġija tagħha b’konsegwenza ta’ dan, b’attenzjoni mġedda biex isiru progress u riformi tanġibbli li jħaffu l-perkors tal-pajjiż lejn l-adeżjoni mal-UE, u b’hekk ittenni l-impenn sod tal-Unjoni favur l-integrazzjoni sħiħa tal-Bożnija-Ħerzegovina fl-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Japprezza l-allinjament formali sħiħ tal-Bożnija-Ħerzegovina mal-politika estera u ta’ sigurtà komuni tal-UE, inklużi l-miżuri restrittivi meħuda bħala reazzjoni għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, u jħeġġeġ li dawn il-miżuri jiġu implimentati b’mod effikaċi; jilqa’ l-fatt li l-Bożnija-Ħerzegovina tkompli tipparteċipa fil-missjonijiet u fl-operazzjonijiet tal-UE ta’ ġestjoni tal-kriżijiet; jikkundanna l-pożizzjoni pro-Russja tal-mexxejja tar-Republika Srpska u l-laqgħat frekwenti tagħhom ma’ Vladimir Putin u ma’ uffiċjali Russi oħra; jesprimi tħassib serju bir-riskji li dawn ir-rabtiet joħolqu fil-qasam tas-sigurtà; iħeġġeġ lill-UE tinvestiga fuq l-użu tal-entità tar-Republika Srpska bħala punt ta’ dħul għall-operazzjonijiet ta’ intelligence Russi u l-attakki ibridi kontra l-Istati Membri tal-UE; jitlob li l-Bożnija-Ħerzegovina tingħata appoġġ biex tiġġieled kontra l-kampanji ta’ diżinformazzjoni li jkunu ġejjin mir-Russja bħala parti minn sforz konġunt kontra t-theddid ibridu; jappoġġja bil-qawwa l-aspirazzjonijiet kostanti tal-Bożnija-Ħerzegovina għall-integrazzjoni Ewro-Atlantika u għall-adeżjoni man-NATO u jistieden lill-atturi politiċi kollha jieħdu azzjoni politika konkreta biex jilħquhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Itenni l-appoġġ tiegħu lill-Uffiċċju tar-Rappreżentant Għoli u lill-operazzjoni EUFOR Althea fis-sorveljanza tal-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Paċi ta’ Dayton, f’konformità mal-mandati tagħhom ibbażati fuq in-newtralità politika u r-rispett sħiħ tal-Kostituzzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina, sakemm il-pajjiż ikun lesta l-“aġenda 5+2” u tintemm is-superviżjoni internazzjonali tiegħu; jilqa’ pożittivament it-tiġdid tal-mandat tal-operazzjoni EUFOR Althea; jiddispjaċih li l-Bożnija-Ħerzegovina għadha tiddependi b’mod qawwi mill-mandat tal-Uffiċċju tar-Rappreżentant Għoli u mill-preżenza tal-EUFOR Althea, iżda jirrikonoxxih u jqisu istituzzjoni fundamentali biex jiġu salvagwardjati mhux biss il-paċi, iżda wkoll il-funzjonament essenzjali tal-pajjiż;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Ifakkar li l-operazzjoni EUFOR Althea tiżvolġi rwol fundamentali fis-salvagwardja tas-sigurtà, tal-integrità territorjali, tal-istabbiltà, tas-sovranità u tal-indipendenza politika tal-Bożnija-Ħerzegovina, filwaqt li tiżgura li l-partijiet ikkonċernati lokali jaġixxu f’konformità ma’ dawn il-prinċipji fundamentali, kif indikat fil-Ftehim ta’ Paċi ta’ Dayton u fir-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti; iħeġġeġ lill-EUFOR tikkomunika dan il-mandat liċ-ċittadini tal-Bożnija-Ħerzegovina b’mod inekwivokabbli, bħala miżura maħsuba biex tissaħħaħ il-fiduċja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jilqa’ wkoll id-deċiżjoni tal-Kunsill dwar miżura ta’ assistenza fl-ambitu tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi, b’valur ta’ EUR 10 miljun, għall-benefiċċju tal-Forzi Armati tal-Bożnija-Ħerzegovina u l-Kuntratt ta’ Kooperazzjoni u Taħriġ għall-2023 bejn l-Forzi Armati tal-Bożnija-Ħerzegovina u l-EUFOR; jistieden lill-Kunsill u lill-VP/RGħ jippermettu lill-Istati Membri eleġibbli kollha jipparteċipaw fil-missjoni taż-żamma tal-paċi tal-UE, bħall-operazzjoni Althea tal-EUFOR bil-Bożnija-Ħerzegovina; jistieden lill-awtoritajiet tal-Bożnija-Ħerzegovina, lin-NATO u lill-EUFOR Althea jvaraw proċess ta’ riforma tal-forzi armati tal-Bożnija-Ħerzegovina;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Għadu inkwetat bl-indħil barrani milizzjuż u bil-kampanji ta’ diżinformazzjoni min-naħa ta’ atturi barranin fil-Bożnija-Ħerzegovina, b’mod speċjali r-Russja u ċ-Ċina, kif ukoll bit-trażmissjoni tagħhom permezz tal-media lokali u tal-istrutturi politiċi, b’mod partikolari mill-entità tar-Republika Srpska; jesprimi tħassib kbir għas-sostenn tal-Kremlin għar-retorika seċessjonista, għat-tentattivi biex jiġu deleġittimati l-istituzzjonijiet statali u għall-indħil f’materja ġudizzjarja u elettorali; jenfasizza l-isforzi li għamlet dan l-aħħar ir-Russja fi ħdan il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti biex tiddefendi l-azzjonijiet inkostituzzjonali tal-awtoritajiet tar-Republika Srpska;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jitlob li jittieħdu aktar miżuri, anki biex il-leġiżlazzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina tkun allinjata mal-acquis tal-UE u biex l-appoġġ tal-UE jservi b’mod effikaċi fil-ġlieda kontra l-indħil barrani malizzjuż u l-kampanji ta’ diżinformazzjoni; jistieden lis-SEAE u lid-Delegazzjoni tal-UE fil-Bożnija-Ħerzegovina jintensifikaw l-isforzi biex jippromwovu l-vantaġġi ta’ integrazzjoni aktar stretta u jinvestu f’kampanji ta’ komunikazzjoni biex jiġġieldu kontra n-narrattivi antidemokratiċi u forom oħra ta’ influwenza barranija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jiddeplora l-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet tal-entità tar-Republika Srpska fl-“Assemblea pan-Serba” li saret fit-8 ta’ Ġunju 2024 f’Belgrad bl-għajta “Poplu wieħed, assemblea waħda” u ma jilqax id-dikjarazzjoni tagħha li timmina s-sovranità tal-Bożnija-Ħerzegovina u ta’ pajjiżi oħra fil-Balkani tal-Punent u tonqos milli tippromwovi r-relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat; jikkundanna l-indħil tal-President Serb Aleksandar Vučić fl-affarijiet tal-Bożnija-Ħerzegovina, anki billi esprima appoġġ għall-azzjonijiet illeġittimi ta’ Milorad Dodik u organizza “Assemblea pan-Serba” appoġġjata mir-Russja, li timmina s-sovranità u l-integrità territorjali tal-Bożnija-Ħerzegovina;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jikkundanna ż-żieda fl-influwenza malizzjuża tal-Iran fil-pajjiż u fil-Balkani tal-Punent, li tirrappreżenta theddida għas-sigurtà tal-UE u tal-Istati Membri tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jilqa b’sodisfazzjon l-impenn imġedded u kostanti fil-Kumitat Parlamentari ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Bożnija-Ħerzegovina, f’osservanza ta’ waħda mill-14-il prijorità fundamentali stabbiliti mill-Kummissjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Bożnija-Ħerzegovina jirriformaw il-mekkaniżmu ta’ koordinament għall-kwistjonijiet relatati mal-UE, li wera li mhu la effikaċi u lanqas effiċjenti biex jindirizza l-kompiti relatati mal-integrazzjoni fl-UE; jistieden lill-awtoritajiet jippreżentaw programm nazzjonali għall-adozzjoni tal-acquis (PNAA) f’konformità mal-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni u biex jiżguraw allinjament koordinat mal-acquis tal-UE fil-pajjiż kollu; jisħaq fuq il-bżonn li titwaqqaf struttura ta’ negozjar operattiva wara d-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew biex jibdew in-negozjati ta’ adeżjoni, inkluża n-nomina ta’ tim tan-negozjati u kap negozjatur awtorizzat bis-sħiħ li jippreżenta l-pożizzjoni tal-pajjiż;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Demokrazija u stat tad-dritt</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jiddispjaċih li l-atturi politiċi għadhom ma għamlux il-modifiki neċessarji fil-Kostituzzjoni u fil-liġi elettorali bil-għan li jiġu allinjati mal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u jeżegwixxu s-sentenzi rilevanti tal-Qorti Kostituzzjonali tal-Bożnija-Ħerzegovina u tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem bil-għan li jiġu eliminati l-forom kollha ta’ inguwaljanza u diskriminazzjoni fil-proċess elettorali u jiġu żgurati n-nondiskriminazzjoni, il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u l-ugwaljanza taċ-ċittadini kollha tal-Bożnija-Ħerzegovina biex issir il-bidla “minn Dayton għal Brussell”; itenni l-fatt li n-nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ dawn is-sentenzi huwa inkompatibbli mal-valuri tal-UE u mal-integrazzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina fl-UE; jisħaq fuq il-fatt li l-proċessi ta’ riforma kostituzzjonali u elettorali kollha jeħtieġ li jkunu inklużivi, abbażi ta’ konsultazzjonijiet komprensivi maċ-ċittadini, mas-soċjetà ċivili u mal-esperti indipendenti kif ukoll mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha fil-pajjiż, bi qbil mal-istandards u mal-prinċipji Ewropej; itenni li kwalunkwe riforma elettorali ma tridx tiggrava jew tikkonsolida l-firdiet etniċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jiddispjaċih li l-awtoritajiet tal-Bożnija-Ħerzegovina ma kinux kapaċi jrawmu l-għaqda fis-soċjetà jew joħolqu sistema ġusta u funzjonali fil-pajjiż, iżda pjuttost ikkontribwew bil-kbir biex jiggravaw il-firdiet; jistieden lill-UE u l-Istati Membri tagħha jibdew proċess ta’ riformi trasparenti u inklużivi li jippermetti trasformazzjoni sostenibbli tal-Ftehim ta’ Paċi ta’ Dayton f’kostituzzjoni, totalment konformi mal-istandards u mal-prinċipji Ewropej, bil-għan li tiġi żgurata sistema ta’ governanza funzjonali, responsabbli, rappreżentattiva u leġittimata mill-poplu, jingħelbu l-firdiet etnonazzjonalistiċi u jinkiseb progress sostenibbli fit-triq lejn l-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jieħu nota tal-modifiki li saru fil-Liġi Elettorali mir-Rappreżentant Għoli f’Marzu 2024, li daħħlu standards importanti ta’ integrità u miżuri importanti maħsuba biex tissaħħaħ il-fiduċja, bil-għan li terġa’ tinġieb il-fiduċja tal-eletturi fil-proċess elettorali kollu kemm hu; jistieden lill-Assemblea Parlamentari tal-Bożnija-Ħerzegovina tindirizza b’urġenza lir-rakkomandazzjonijiet pendenti kollha tal-OSKE/ODIHR, tal-Kummissjoni ta’ Venezja u tal-Grupp ta’ Stati kontra l-Korruzzjoni (GRECO) speċjalment dwar kwistjonijiet rigward l-amministrazzjoni elettorali, it-twettiq tal-elezzjonijiet u tal-għadd tal-voti, il-kampanji elettorali u l-finanzjament tagħhom, il-projbizzjoni espliċita tax-xiri indirett tal-voti, ir-riżoluzzjoni tat-tilwim elettorali, il-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni u l-indħil barrani, iż-żieda fil-protezzjoni tal-ġurnalisti u l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet għall-użu ħażin tar-riżorsi amministrattivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jilqa’ pożittivament il-fatt li l-elezzjonijiet lokali tas-6 ta’ Ottubru 2024 kienu kompetittivi u ġew organizzati b’mod effikaċi; jiddispjaċih li qegħdin isiru f’ambjent mingħajr koeżjoni soċjali u politika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-azzjonijiet tal-entità tar-Republika Srpska li jikkompromettu l-ordni kostituzzjonali tal-Bożnija-Ħerzegovina u l-kompetenzi tal-organi statali, kif ukoll l-ostruzzjoniżmu tagħha fir-rigward tal-Qorti Kostituzzjonali tal-Bożnija-Ħerzegovina; jikkundanna l-azzjonijiet illegali kollha li jkunu f’kunflitt mal-qafas kostituzzjonali u jistieden lill-atturi politiċi kollha fil-Bożnija-Ħerzegovina jsegwu approċċ Ewropeista;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jieħu nota tal-progress limitat li sar fir-riformi tal-ġustizzja fil-Bożnija-Ħerzegovina, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mal-indipendenza, mal-professjonalità, mal-effiċjenza u mar-responsabbiltà tas-sistema ġudizzjarja; jitlob li jittieħdu miżuri urġenti biex jitħaffu r-riformi f’dawn l-oqsma, biex jiġi żgurat l-allinjament sħiħ mal-istandards tal-UE u tissaħħaħ il-kapaċità tal-ġudikatura li tamministra b’mod effikaċi l-ġustizzja u tiddefendi l-istat tad-dritt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jibqa’ mħasseb bis-serjetà bil-korruzzjoni, b’mod partikolari fil-livell għoli, fil-Bożnija-Ħerzegovina, li hija problema strutturali b’għeruq fondi fis-sistema ta’ governanza ferm ikkumplikata tal-pajjiż, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet kompetenti jieħdu pożizzjoni aktar deċiża, koordinata, trasparenti u proattiva fil-ġlieda kontra dan il-fenomenu, anki billi jtejbu, bi qbil sħiħ mal-istandards u mar-rakkomandazzjonijiet internazzjonali, il-leġiżlazzjoni kontra l-korruzzjoni u jiżguraw li l-liġijiet jiġu implimentati b’mod effettiv, bħal dawk dwar il-prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interessi u l-protezzjoni tal-informaturi ta’ irregolaritajiet; jinkoraġġixxi lill-Bożnija-Ħerzegovina tidħol f’kooperazzjoni strutturata u fi skambju tal-aħjar prattiki mal-Istati Membri; jilqa’ l-Istrateġija kontra l-Korruzzjoni 2024-2028 u l-adozzjoni tal-pjan ta’ azzjoni għall-implimentazzjoni tagħha, kif ukoll l-isforzi ta’ kooperazzjoni internazzjonali li għaddejjin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jiddispjaċih li l-liġijiet dwar l-akkwist pubbliku, il-kunflitt ta’ interessi u l-Kunsill Ġudizzjarju Għoli għadhom mhumiex konformi mal-istandards Ewropej u jħeġġeġ l-adozzjoni ta’ liġi ġdida dwar il-Kunsill Ġudizzjarju u ta’ Prosekuzzjoni Għoli, f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta’ Venezja; jitlob li, fil-Kunsill Ġudizzjarju u ta’ Prosekuzzjoni Għoli, jinħoloq dipartiment għad-dikjarazzjonijiet tal-assi li jaħdem b’mod indipendenti, u jsostni l-prosekuzzjoni imparzjali u effikaċi tal-każijiet ta’ korruzzjoni f’livell għoli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jisħaq fuq il-bżonn li tissaħħaħ is-sistema ta’ ġestjoni tal-kunflitti ta’ interessi fost il-persuni li jokkupaw l-ogħla funzjonijiet eżekuttivi, b’mod partikolari billi jiġi żgurat li d-dikjarazzjonijiet tal-interessi jkunu suġġetti għal verifiki regolari u sostanzjali; jissottolinja li l-persuni kollha li jokkupaw l-ogħla funzjonijiet eżekuttivi, eletti jew maħtura, għandhom ikunu suġġetti għal obbligi ta’ divulgazzjoni uniformi u li tali dikjarazzjonijiet kollha għandhom isiru sistematikament pubbliċi u faċilment aċċessibbli online, f’ġieħ it-trasparenza u r-responsabbiltà pubblika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Bożnija-Ħerzegovina tintensifika l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata; jinsab imħasseb bis-serjetà bil-vulnerabbiltajiet għall-infiltrazzjoni kriminali fis-sistemi politiċi, ġuridiċi u ekonomiċi; ifaħħar lill-awtoritajiet tal-Bożnija-Ħerzegovina talli ffirmaw Ftehim ta’ Kooperazzjoni mal-Eurojust fl-24 ta’ Ottubru 2024 biex tiżdied l-effiċjenza tal-investigazzjonijiet u tal-prosekuzzjoni fl-ambiti tal-kriminalità organizzata, tat-terroriżmu, tat-traffikar tal-bnedmin, taċ-ċiberkriminalità u ta’ attivitajiet kriminali oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jisħaq fuq il-fatt li trid titjieb il-kooperazzjoni mal-UE fil-ġlieda kontra t-traffikar tad-drogi; jistieden lill-Bożnija-Ħerzegovina taħtar aġent korrispondenti fl-ambitu tal-kooperazzjoni tagħha mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar id-Drogi (EUDA);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jilqa’ pożittivament il-Liġi l-ġdida dwar il-Ġlieda kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu u jħeġġeġ lill-Bożnija-Ħerzegovina ssaħħaħ il-miżuri f’dan il-qasam, anki billi tadotta r-regolamenti meħtieġa għall-implimentazzjoni effikaċi tal-liġi, b’attenzjoni partikolari għall-infurzar u għall-monitoraġġ effikaċi; jisħaq, b’mod partikolari, fuq il-bżonn li tiġi allinjata bis-sħiħ il-leġiżlazzjoni kontra t-terroriżmu mal-acquis tal-UE u mad-dritt internazzjonali; jitlob li jiġu stabbiliti sanzjonijiet eħrex għar-reati ta’ terroriżmu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jilqa’ b’sodisfazzjon l-adozzjoni tal-Liġi tal-Bożnija-Ħerzegovina dwar il-Kontrolli fuq il-Fruntieri li l-għan tagħha huwa li tikkonforma mal-istandards Ewropej, u jitlob allinjament sħiħ mal-politika tal-UE fil-qasam tal-viżi fl-ambitu tal-politika ta’ migrazzjoni kkontrollata; jisħaq fuq il-fatt li l-Bożnija-Ħerzegovina jeħtiġilha tiddefendi s-sigurtà fil-fruntieri tagħha u tikkoopera ma’ Frontex u mal-pajjiżi ġirien biex tipprevjeni l-migrazzjoni illegali, filwaqt li tiżgura biżżejjed aċċess għall-proċeduri ta’ ażil għal dawk eleġibbli għall-protezzjoni internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jisħaq fuq il-bżonn li jiġi żgurat li l-ħatra ta’ uffiċjali ta’ livell għoli tal-pulizija, b’mod partikolari fil-Pulizija tal-Fruntiera u fl-Aġenzija Statali għall-Investigazzjonijiet u l-Protezzjoni (SIPA), tkun ibbażata fuq il-mertu u mmexxija permezz ta’ proċeduri ta’ selezzjoni miftuħa, standardizzati u trasparenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Ifakkar fil-bżonn ta’ servizz pubbliku professjonali u depolitiċizzat; japprezza l-miżuri li ttieħdu favur ir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika; jitlob li jonqos il-piż amministrattiv fl-amministrazzjoni pubblika; jitlob lill-awtoritajiet tal-Bożnija-Ħerzegovina jtejbu l-kapaċità ta’ risposta għat-talbiet għal informazzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Libertajiet fundamentali u drittijiet tal-bniedem</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa d-diskriminazzjoni, il-vjolenza u d-diskors ta’ mibegħda kontra l-minoranzi kollha; jitlob il-prosekuzzjoni effettiva ta’ tali aġir; iħeġġeġ lill-Bożnija-Ħerzegovina tippromwovi u tissalvagwardja d-drittijiet tal-bniedem, in-nondiskriminazzjoni u l-protezzjoni tal-minoranzi kollha; jitlob implimentazzjoni aħjar tal-mekkaniżmi kontra d-diskriminazzjoni fil-Bożnija-Ħerzegovina, b’enfasi partikolari fuq il-ġlieda kontra l-intolleranza, id-diskors ta’ mibegħda u l-forom kollha ta’ inugwaljanza; jistieden lill-awtoritajiet itejbu l-aċċess għas-servizzi soċjali, tal-akkomodazzjoni, tal-edukazzjoni u tas-saħħa għall-minoranzi u għall-gruppi vulnerabbli kollha; jisħaq fuq l-importanza li tiġi protetta l-espressjoni kulturali u lingwistika tal-minoranzi kollha preżenti fil-Bożnija-Ħerzegovina;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jesprimi tħassib kbir biż-żieda qawwija tal-vjolenza – inklużi forom emerġenti ta’ vjolenza diġitali – fuq in-nisa, it-tfal, l-anzjani u gruppi vulnerabbli oħra, fosthom il-komunità LGBTIQ; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Bożnija-Ħerzegovina jallinjaw il-politiki, il-leġiżlazzjoni u l-prattiki tagħhom dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza sesswali u diġitali fuq in-nisa u l-bniet mal-istandards tal-Kunsill tal-Ewropa, b’mod partikolari mal-Konvenzjoni ta’ Istanbul, mal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u mal-acquis tal-UE; jitlob li jingħata appoġġ immirat lill-istituzzjonijiet kruċjali, biex il-professjonisti fit-taħriġ jagħtu appoġġ effikaċi lill-vittmi, u biex iż-żieda fis-sensibilizzazzjoni pubblika u fil-kapaċità istituzzjonali jipprevjenu u jiġġieldu l-forom kollha tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru; jenfasizza r-rwol essenzjali li għandhom l-assoċjazzjonijiet tan-nisa biex jagħtu appoġġ lil dawk l-aktar vulnerabbli; jistieden lill-Bożnija-Ħerzegovina tistabbilixxi sistema ċentralizzata uffiċjali li tiġbor id-data dwar il-femminiċidji; jilqa’ pożittivament id-deċiżjoni tad-9 ta’ April 2025 tal-gvern tal-Federazzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina li tinkludi r-reat ta’ femminiċidju fil-kodiċi kriminali u jistieden lill-Parlament japprova b’urġenza din il-liġi l-ġdida;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jiddispjaċih li l-pjan ta’ azzjoni dwar il-ġeneru 2023-2027 sal-lum għadu kkaratterizzat minn nuqqas ta’ finanzjamenti u ta’ monitoraġġ; jitlob li tiżdied il-parteċipazzjoni pubblika u politika tan-nisa fil-Bożnija-Ħerzegovina; jirrikonoxxi l-ostakli addizzjonali u d-diskriminazzjoni li jsibu quddiemhom in-nisa li jagħmu parti minn minoranzi etniċi, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għas-servizzi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jikkundanna l-adozzjoni min-naħa tal-entità tar-Republika Srpska tal-emendi leġiżlattivi li abolew l-identità tal-ġeneru bħala karatteristika protetta, u dawk li ma jiggarantux aktar il-protezzjoni tat-tfal b’orjentamenti sesswali u identitajiet tal-ġeneri differenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jistieden lill-awtoritajiet kompetenti tal-Bożnija-Ħerzegovina jiżviluppaw u jadottaw il-pjan ta’ azzjoni nazzjonali pendenti dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal; jenfasizza li l-faqar u l-esklużjoni soċjali jolqtu perċentwal għoli ta’ tfal fil-pajjiż, speċjalment it-tfal li jagħmlu parti minn gruppi vulnerabbli, inklużi r-Rom, it-tfal b’diżabbiltà, it-tfal li jinsabu f’kunflitt mal-liġi u t-tfal migranti; ifakkar li l-Bożnija-Ħerzegovina jeħtiġilha tonora l-impenji internazzjonali tagħha biex l-ebda tifel u l-ebda tifla ma jitħallew jibqgħu lura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jenfasizza l-importanza ta’ edukazzjoni inklużiva u ta’ kwalità, inklużi d-dritt għall-edukazzjoni bil-lingwa materna u, fost oħrajn, l-importanza li jiġu riformati sistematikament il-kurrikuli diviżivi li jxekklu b’mod gravi l-mobbiltà interna u jillimitaw il-ħiliet tal-ħsieb kritiku; itenni t-talba tiegħu biex tiġi fi tmiemha l-prattika ta’ segregazzjoni tas-sistema “żewġ skejjel taħt saqaf wieħed” li tostakola l-koeżjoni soċjali u l-opportunitajiet indaqs, u jisħaq fuq il-bżonn li jiġu ppreferuti r-rikonċiljazzjoni u l-integrazzjoni u jitħares id-dritt tal-komunitajiet nazzjonali kollha, inklużi l-minoranzi, għall-kultura, għal-lingwa u għall-identità tagħhom; jitlob l-adozzjoni ta’ kurrikulu komuni fil-kotba tal-iskola tal-istorja bbażat fuq il-fatti aċċertati mill-qrati relatati mal-gwerra, bħala mezz biex jiġi evitat ir-reviżjoniżmu storiku, u jinkoraġġixxi lill-UE ssostni din l-inizjattiva;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-Bożnija-Ħerzegovina, kif rakkomandat mill-Ombudsman għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Bożnija-Ħerzegovina, jadottaw leġiżlazzjoni li tiżgura l-użu effikaċi u ndaqs tat-tliet lingwi uffiċjali kollha tagħha, jiġifieri l-Kroat, il-Bożnjan u s-Serb, kif ukoll il-kitba bil-Latin u biċ-Ċirilliku, fil-komunikazzjoni esterna maċ-ċittadini; jenfasizza li l-ksur tad-dritt għal użu ndaqs tal-lingwa u tal-kitba jikser il-Kostituzzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina, l-Artikolu 2 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u l-Artikolu 14 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jistieden lill-Bożnija-Ħerzegovina tiggarantixxi l-libertajiet ta’ għaqda, ta’ assoċjazzjoni u ta’ espressjoni, u b’hekk tippermetti l-inklużjoni tas-soċjetà ċivili fil-proċess tat-tfassil tal-politiki; jistieden lill-awtoritajiet jiżguraw proċessi ta’ konsultazzjoni pubblika sinifikattivi, sistematiċi u inklużivi; jikkundanna l-introduzzjoni mill-ġdid, min-naħa tal-entità tar-Republika Srpska, ta’ liġi dwar l-“aġenti barranin” ispirata minn dik Russa, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet jirrevokawha; jikkundanna l-użu min-naħa tal-awtoritajiet tal-entità tar-Republika Srpska ta’ liġijiet dwar il-malafama kriminali bħala strument biex joħonqu l-libertà ta’ espressjoni u jitlob li l-malafama kriminali terġa’ tiġi stabbilita biss fl-ambitu tad-dritt ċivili, biex jiġi evitat li tintuża ħażin biex tillimita l-libertà ta’ espressjoni; jistieden lill-Kummissjoni torbot mar-revoka ta’ dawn il-liġijiet kundizzjonalità rigoruża;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jinkoraġġixxi lill-Kunsill tal-Ministri tal-Bożnija-Ħerzegovina jadotta l-Istrateġija għall-Iżvilupp ta’ Kuntest Favorevoli għas-Soċjetà Ċivili, u b’hekk jiżgura li din tikkonċentra b’mod inekwivokabbli fuq it-titjib tal-qafas leġiżlattiv u fuq il-ksib ta’ finanzjamenti aktar sostanzjali u trasparenti għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; jitlob li jkun hemm protezzjoni akbar tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fil-Bożnija-Ħerzegovina, inklużi l-attivisti u l-ġurnalisti nisa kif ukoll l-NGOs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza kruċjali tal-media indipendenti u tar-rispett l-istandards tal-libertà ta’ espressjoni; jistieden lill-Bożnija-Ħerzegovina tiżgura s-sostenibbiltà finanzjarja, b’enfasi fuq kriżi finanzjarja urġenti tax-xandar pubbliku fil-livell statali BHRT u l-indipendenza politika tax-xandara pubbliċi u tal-Aġenzija Regolatorja tal-Komunikazzjonijiet tal-Bożnija-Ħerzegovina; jistieden lill-Bożnija-Ħerzegovina tadotta leġiżlazzjoni dwar it-trasparenza tas-sjieda tal-media u l-finanzjament pubbliku tal-media; iħeġġeġ lill-Istat iħaffef l-adozzjoni tal-Liġi dwar il-Komunikazzjonijiet Elettroniċi, bi qbil mal-Liġi dwar is-Servizzi Diġitali<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) (ĠU L 277, 27.10.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2065/oj).</FIELD></FOOTNOTE> (DSA) u l-Att Ewropew il-ġdid dwar il-Libertà tal-Media<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2024/1083 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 li jistabbilixxi qafas komuni għas-servizzi tal-media fis-suq intern u li jemenda d-Direttiva 2010/13/UE (l-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media) (ĠU L, 2024/1083, 17.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1083/oj).</FIELD></FOOTNOTE>; jitlob li jiġi żgurat il-pluraliżmu fil-media pubblika fit-territorju kollu tal-Bożnija-Ħerzegovina, inkluża r-rappreżentanza ndaqs tal-minoranzi kollha; jieħu nota tal-ħatra tal-Bord tax-Xandar Pubbliku tal-Federazzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina wara mblokk li dam 12-il sena u jistiednu jiżgura li l-informazzjoni tkun imparzjali u oġġettiva;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jinsab imħasseb bil-kbir bil-propaganda Russa fi ħdan ix-xandar pubbliku tal-entità tar-Republika Srpska u jiddeplora x-xandir tal-istazzjon RT (li qabel kien Russia Today), bi ksur tas-sanzjonijiet tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jikkundanna l-pressjonijiet politiċi, l-attakki, l-intimidazzjonijiet, it-theddid, l-osservazzjonijiet umiljanti u l-kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika (SLAPPs) kontra ġurnalisti u professjonisti tal-media, b’mod partikolari min-naħa ta’ politiċi ta’ livell għoli jew tal-organizzazzjonijiet bi prokura tagħhom, u ta’ atturi allinjati ma’ interessi barranin; jiddispjaċih bin-nuqqas ta’ progress biex tiġi garantita l-libertà ta’ espressjoni u jiġu emendati d-dispożizzjonijiet leġiżlattivi f’materja kriminali bil-għan li tissaħħaħ il-protezzjoni tal-ġurnalisti minn theddid u attakki, bi qbil mar-rekwiżiti tal-UE, u jistieden lill-awtoritajiet jadottaw liġijiet li jipproteġu b’mod effikaċi lill-ġurnalisti, lill-NGOs, lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, lill-attivisti ambjentali u lill-partijiet ikkonċernati l-oħra mill-kawżi SLAPPs; jisħaq fuq l-importanza li jiġi żgurat segwitu ġudizzjarju adegwat fil-każijiet ta’ theddid u vjolenzi fil-konfront tal-ġurnalisti,
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Bożnija-Ħerzegovina tiżgura u tinforza b’mod effikaċi l-liġijiet rilevanti dwar id-drittijiet tal-bniedem b’mod ġenerali; iħeġġeġ lill-Bożnija-Ħerzegovina tressaq għall-prosekuzzjoni d-delitti diskriminatorji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Ifakkar fil-bżonn ta’ ġestjoni tal-migrazzjoni u tal-ażil li tkun ġusta u bbażata fuq is-solidarjetà u li tgħaqqad id-difiża tad-drittijiet tal-bniedem mal-kontroll effikaċi tal-fruntieri; jistieden lill-UE tgħin lill-Bożnija-Ħerzegovina terfa’ r-responsabbiltà sħiħa tal-ġestjoni taċ-ċentri ta’ akkoljenza, li spiss jinsabu fil-fruntieri mal-UE, u tiżgura kundizzjonijiet ta’ akkoljenza suffiċjenti, u tiggarantixxi l-aċċess għal proċeduri ta’ ażil effikaċi u fattibbli, fir-rispett sħiħ tad-dritt internazzjonali u tad-drittijiet tal-bniedem; jinsab imħasseb bir-rapporti ta’ kundizzjonijiet ta’ akkoljenza insuffiċjenti fiċ-ċentru ffinanzjat mill-UE f’Lipa; jisħaq fuq il-bżonn li jiżdiedu t-trasparenza u l-iskrutinju demokratiku fl-allokazzjoni u fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-UE fil-qasam tal-migrazzjoni; jilqa’ b’sodisfazzjon il-ftehim aġġornat dwar l-istatus tal-Bożnija-Ħerzegovina ma’ Frontex u jitlob li jiġi ffirmat fil-pront; ifakkar li kwalunkwe ftehim eventwali ma’ din l-aġenzija għandu jirrispetta bis-sħiħ id-drittijiet fundamentali u l-istandards internazzjonali; iħeġġeġ lill-Bożnija-Ħerzegovina tintensifika l-isforzi tagħha kontra l-kriminalità transfruntiera, speċjalment it-traffikar tal-bnedmin;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Rikonċiljazzjoni, kooperazzjoni reġjonali u relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Ifakkar li r-relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat u l-kooperazzjoni reġjonali huma elementi essenzjali tal-proċess ta’ tkabbir tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza tar-rikonċiljazzjoni fil-Bożnija-Ħerzegovina u jħeġġeġ lill-awtoritajiet kollha jipprowmovu b’mod attiv u jiggarantixxu l-aċċess għall-verità, għall-ġustizzja u għar-rimedji inklużivi, inklużi l-adozzjoni ta’ liġi fil-livell statali li tistabbilixxi drittijiet minimi għall-vittmi tal-gwerra fil-pajjiż kollu u l-promozzjoni ta’ kultura tal-kommemorazzjoni tan-nisa; jirrikonoxxi li r-responsabbiltà kif ukoll ir-rispett reċiproku fost il-persuni u l-komunitajiet, kif ukoll il-promozzjoni tal-fehim ta’ xulxin, b’mod partikolari fost iż-żgħażagħ, jista’ jkollhom effett pożittiv għar-rikonċiljazzjoni; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Bożnija-Ħerzegovina jadottaw strateġija nazzjonali dwar il-ġustizzja tranżizzjonali; jitlob li jsiru aktar sforzi biex tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-persuni nieqsa; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinvesti aktar sforzi biex tippromwovi, tappoġġja u tiffaċilita l-proċessi ta’ rikonċiljazzjoni fil-Bożnija-Ħerzegovina;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jistieden lill-awtoritajiet tal-Bożnija-Ħerzegovina jħaffu l-prosekuzzjoni tad-delitti tal-gwerra f’konformità mal-Istrateġija Statali Riveduta għall-Prosekuzzjoni tad-Delitti tal-Gwerra; jisħaq fuq l-importanza ta’ kooperazzjoni reġjonali msaħħa permezz tal-estradizzjoni tas-suspetti, kif ukoll il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji u l-iskambju tal-aspetti formali kollha rilevanti għall-finijiet tal-prosekuzzjoni; jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet tal-Bożnija-Ħerzegovina jallinjaw il-leġiżlazzjoni tagħhom biex jiżguraw li l-vittmi kollha tad-delitti tal-gwerra jkollhom aċċess ugwali għad-drittijiet u għall-miżuri ta’ protezzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jirrikonoxxi r-rwol estremament importanti li tiżvolġi l-Kummissjoni Internazzjonali dwar il-Persuni Neqsin (ICMP), anki billi tiżgura l-kapaċità istituzzjonali, issostni lill-familji u tforni l-provi lill-Qrati; iħeġġeġ lill-UE tiżgura li l-ICMP ikollha aċċess għal biżżejjed finanzjamenti biex tkompli l-attivitajiet tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Itenni l-appell tiegħu biex jittieħdu aktar miżuri u jiġu implimentati aktar programmi konkreti f’dak li għandu x’jaqsam mar-ritorn sostenibbli tar-rifuġjati u tal-persuni spostati internament, mal-aċċess għall-assistenza fil-qasam tas-saħħa għall-impjiegi, għall-protezzjoni soċjali u għall-edukazzjoni u biex jiġu rispettati bis-sħiħ id-drittijiet kollha tagħhom għal riżarċiment għall-proprjetà li ma tistax tintradd lura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jiddeplora il-forom kollha ta’ reviżjoniżmu storiku, ta’ ċaħda tal-ġenoċidju, ta’ irredentiżmu, tal-glorifikazzjoni tad-delitti tal-gwerra u tal-kriminali, kif ukoll il-kontestazzjoni tal-fatti jew tal-indipendenza u tal-imparzjalità tat-tribunali internazzjonali u nazzjonali, speċjalment min-naħa tal-mexxejja politiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Huwa mħasseb bl-adozzjoni tad-“Dikjarazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet Nazzjonali u Politiċi u dwar il-Futur Komuni tal-Poplu Serb”, li tikser diversi aspetti tal-Ftehim ta’ Paċi ta’ Dayton u jimmina s-sovranità, l-integrità territorjali u l-għaqda tal-Bożnija-Ħerzegovina; josserva li l-ideat tas-Srpski Svet huma inkompatibbli mal-aspirazzjonijiet ta’ adeżjoni mal-UE; jistieden lis-Serbja timpenja ruħha b’mod kostruttiv favur l-istabbiltà u l-integrità territorjali tal-Bożnija-Ħerzegovina u tagħti appoġġ attiv lill-perkors tal-Bożnija-Ħerzegovina lejn l-adeżjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza tad-diplomazija preventiva fil-Bożnija-Ħerzegovina; jistieden lis-SEAE jsaħħaħ l-iżvilupp tal-ħiliet fost il-persunal bil-għan li l-UE tifhem aħjar il-kuntesti storiċi, kulturali u reliġjużi lokali, kif enfasizza r-rapport dwar ir-rwol tad-diplomazija preventiva adottat mill-Parlament f’Jannar 2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jilqa’ pożittivament id-deċiżjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti li pproklamat il-11 ta’ Lulju l-Jum Internazzjonali ta’ Riflessjoni u Kommemorazzjoni tal-Ġenoċidju ta’ Srebrenica tal-1995; jistieden lill-awtoritajiet jiżguraw is-sigurtà taċ-Ċentru tal-Mafkar ta’ Srebrenica-Potočari; jenfasizza li ċ-Ċentru tal-Mafkar kellu jagħlaq temporanjament minħabba problemi ta’ sigurtà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jenfasizza li l-kooperazzjoni reġjonali permezz tas-suq reġjonali komuni hija element utli għall-promozzjoni tat-tkabbir ekonomiku; jistieden lill-Bożnija-Ħerzegovina tirratifika f’qasir żmien il-ftehimiet ta’ mobbiltà reġjonali kollha fl-ambitu tal-Proċess ta’ Berlin u tkompli ssaħħaħ il-kooperazzjoni ekonomika permezz ta’ dan is-suq, bi qbil mal-objettivi tat-tkabbir tal-UE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Riformi soċjoekonomiċi</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jilqa’ pożittivament il-Pjan ta’ Tkabbir għall-Balkani tal-Punent u l-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Balkani tal-Punent, li jipprevedu allokazzjoni indikattiva ta’ aktar minn EUR 1 biljun għall-Bożnija-Ħerzegovina; jilqa’ pożittivament l-adozzjoni ta’ abbozz ta’ aġenda ta’ riforma min-naħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Bożnija-Ħerzegovina; jistieden lill-awtoritajiet kompetenti tal-Bożnija-Ħerzegovina jiżguraw li tiġi adottata malajr l-aġenda ta’ riforma tagħha mingħajr aktar dewmien bil-għan li jiġi evitat li l-allokazzjoni ta’ fondi tagħha tinqasam fost il-pajjiżi l-oħra tal-Balkani tal-Punent, u jistabbilixxu mekkaniżmu sod għal monitoraġġ trasparenti, inklużiv u f’waqtu tal-implimentazzjoni ta’ din l-aġenda; jisħaq fuq il-bżonn li tingħata prijorità lill-oqsma fundamentali pereżempju l-amministrazzjoni pubblika, l-istat tad-dritt, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, id-dekarbonizzazzjoni, id-diġitalizzazzjoni, il-konnettività u l-iżvilupp tal-kapital uman, filwaqt li jiġu indirizzati anki l-isfidi soċjali; jemmen li jekk jinħatfu l-opportunitajiet tal-Pjan ta’ Tkabbir, l-ekonomija tal-Bożnija-Ħerzegovina tissaħħaħ; jistieden lill-Kummissjoni tanalizza modi ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet reġjonali interessati u impenjati, billi jagħmlu użu aktar flessibbli tal-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Ifakkar li l-finanzjamenti tal-UE għal proġetti fl-entità tar-Republika Srpska għandhom jibqgħu ffriżati sakemm jitreġġa’ lura r-rigress demokratiku mill-entità tar-Republika Srpska u sakemm ikun hemm allinjament sħiħ mal-PESK;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jinkoraġġixxi lill-Bożnija-Ħerzegovina tagħmel l-aħjar użu mill-appoġġ finanzjarju kollu tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tagħti appoġġ finanzjarju u tekniku favur l-integrazzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina fl-UE abbażi ta’ kundizzjonalità ddefinita b’mod ċar u ta’ monitoraġġ rigoruż tal-infiq u tar-riżultati, bi qbil mal-objettivi tal-UE ta’ ġestjoni baġitarja effiċjenti u responsabbli; jemmen li l-finanzjamenti tal-UE għandhom jappoġġjaw aħjar ir-riformi demokratiċi tal-pajjiż; jitlob, f’dan il-kuntest, li l-finanzjamenti rilevanti tal-UE jiġu pprogrammati mill-ġdid biex aktar riżorsi jiġu orjentati mill-ġdid lejn l-appoġġ għall-assistenza teknika fl-assorbiment tal-fondi, għar-riformi tas-sistema ġudizzjarja u għall-miżuri kontra l-korruzzjoni; jistieden, barra minn hekk, lill-UE u lill-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent jistabbilixxu qafas għal kooperazzjoni produttiva mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE), bil-għan li jiġi żgurat li l-UPPE jkun jista’ jeżerċita b’mod effikaċi l-kompetenzi tiegħu fil-pajjiżi fil-fażi tal-adeżjoni; jinkoraġġixxi lill-Bożnija-Ħerzegovina tikkonkludi malajr arranġamenti ta’ ħidma bilaterali mal-UPPE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jiddispjaċih li t-titjib u l-progress sostenibbli f’dan il-qasam huma ostakolati anki mill-istruttura ta’ governanza u min-nuqqas ta’ strateġiji fil-livell nazzjonali fis-setturi kollha u fil-livelli kollha; jitlob li jinħatar malajr koordinatur tal-IPA III u jitlob li l-fondi tal-IPA III jiġu assorbiti aħjar fil-Bożnija-Ħerzegovina, anki fil-livell lokali kif ukoll f’dak reġjonali; jitlob li tissaħħaħ il-kapaċità tal-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jimplimentaw riformi soċjoekonomiċi u jmexxu proġetti kofinanzjati mill-fondi tal-UE, bil-għan li jiżdied l-assorbiment u jonqsu l-inugwaljanzi reġjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Bożnija-Ħerzegovina tagħti prijorità lill-miżuri li jtejbu l-kompetittività u l-kuntest tan-negozju, filwaqt li jtejbu l-koeżjoni ekonomika u soċjali, inkluż il-progress lejn il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, u tistimola d-diversifikazzjoni ekonomika, tippromwovi t-tranżizzjonijiet diġitali u ekoloġika, taffronta l-problema tal-ekonomija informali u tindirizza l-qgħad;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Jesprimi tħassib għat-tendenzi demografiċi estremament negattivi fil-pajjiż, b’mod partikolari minħabba n-numru għoli ta’ żgħażagħ li qed jitilqu, u jisħaq fuq l-importanza li jiġu adottati b’urġenza miżuri addizzjonali biex din l-isfida tiġi indirizzata; jitlob li tingħata attenzjoni partikolari liż-żgħażagħ inkwantu huma l-mutur tal-integrazzjoni fl-UE tal-pajjiż; jistieden lill-Bożnija-Ħerzegovina tiffinalizza u tadotta l-garanzija għaż-żgħażagħ bil-għan li jitjieb l-aċċess taż-żgħażagħ għall-impjiegi, għall-edukazzjoni, għat-taħriġ u għall-apprendistat, li jiġi indirizzat il-qgħad għoli fost iż-żgħażagħ u l-ispariġġ fil-ħiliet u tiġi promossa l-inklużjoni soċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Jinkoraġġixxi lill-istituzzjonijiet tal-UE jikkollaboraw mas-soċjetà ċivili u mal-esperti biex jiżviluppaw modi kif il-miżuri ta’ protezzjoni soċjali u tas-saħħa jsiru flessibbli u trasferibbli, bil-għan li jiġu żgurati l-ugwaljanza u l-mobbiltà fi ħdan il-Bożnija-Ħerzegovina;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Jilqa’ pożittivament l-appelli għal integrazzjoni rapida tal-Balkani tal-Punent kollha fis-suq uniku diġitali tal-UE qabel l-adeżjoni effettiva mal-UE, li tkun iġġib magħha vantaġġi fundamentali biex jinħoloq ambjent diġitali sikur;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Enerġija, ambjent, bijodiversità, żvilupp sostenibbli u konnettività</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Jinkoraġġixxi lill-Bożnija-Ħerzegovina tħaffef id-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-enerġija, b’mod partikolari biex ma tibqax tiddependi mill-gass Russu; iħeġġeġ lill-Bożnija-Ħerzegovina ttejjeb is-sigurtà u l-effiċjenza enerġetika billi ssaħħaħ il-grilji ta’ trażmissjoni u distribuzzjoni tagħha tal-elettriku, tingħaqad mas-suq Ewropew u tgħaddi għall-enerġija rinnovabbli, b’mod partikolari għall-enerġija solari u għal dik eolika, billi tiżgura konsultazzjoni pubblika sinifikattiva u salvagwardji ambjentali effikaċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Bożnija-Ħerzegovina tadotta l-pjan nazzjonali għall-enerġija u l-klima li ilu mistenni u timplimenta strateġiji nazzjonali għall-ħarsien tal-ambjent, anki billi tipproteġi mil-lat ġuridiku s-siti kandidati Emerald tagħha, ittejjeb l-adegwatezza tan-network Emerald tagħha u tiżgura l-implimentazzjoni sħiħa tad-Direttiva dwar il-Ħabitats<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7., ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1992/43/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, tad-Direttiva dwar l-Għasafar<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7., ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/147/oj).</FIELD></FOOTNOTE> u tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1., ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2000/60/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, filwaqt li ttejjeb il-kwalità u t-trasparenza tal-investimenti ambjentali; itenni l-bżonn ta’ protezzjoni u titjib effikaċi tal-kwalità tal-arja u tal-ilma, u ta’ sanzjonijiet effikaċi, proporzjonati u dissważivi f’każ ta’ ksur tad-dritt ambjentali; josserva li l-progress li sar fil-qasam tal-ħarsien tal-ambjent u tal-klima u f’termini ta’ allinjament mal-istandards Ewropej baqa’ skars, u jħeġġeġ għaldaqstant lill-awtoritajiet tal-Bożnija-Ħerzegovina jiżguraw aktar allinjament mal-istandards tal-UE u mal-objettivi politiċi rigward il-ħarsien tal-klima u l-enerġija bi qbil mal-Aġenda Ekoloġika tal-2020 u mal-Ftehim ta’ Pariġi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>69.</NO.P>Jistieden lill-awtoritajiet tal-Bożnija-Ħerzegovina jnaqqsu t-tniġġis tal-arja transfruntier, speċjalment fid-dawl tal-każ tar-raffinerija taż-żejt ta’ Brod; ifakkar li l-Bożnija-Ħerzegovina hija parti firmatarja tal-Konvenzjoni dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali f’Kuntest Transkonfinali (Espoo, 1991) u hija marbuta bl-obbligi tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>70.</NO.P>Jissottolinja l-bżonn li jitjiebu l-valutazzjonijiet ambjentali strateġiċi komprensivi <STRING ITALIC="on">ex ante</STRING> b’involviment sinifikattiv tal-komunitajiet lokali, tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tal-esperti indipendenti; jisħaq fuq il-bżonn li tiżdied it-trasparenza tal-proċeduri għall-proġetti infrastrutturali fis-setturi ekosensittivi; jisħaq fuq l-importanza li tiżdied l-integrazzjoni tad-dimensjoni ambjentali fil-politiki settorjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>71.</NO.P>Iħeġġeġ lill-pajjiż jimplimenta miżuri biex jipproteġi l-bijodiversità u l-integrità ekoloġika tax-xmajjar bi qbil mal-Konvenzjoni ta’ Espoo;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>72.</NO.P>Jesprimi tħassib kbir dwar l-impatt ta’ ħsara li jipproduċu l-attivitajiet minerarji, inklużi dawk li jagħmlu l-kumpaniji barranin, fuq l-ambjent tal-Bożnija-Ħerzegovina u fuq saħħet iċ-ċittadini tagħha; jistieden lill-entitajiet tas-settur minerarju kollha li joperaw fil-Bożnija-Ħerzegovina jirrispettaw il-leġiżlazzjoni nazzjonali u jagħtu prijorità lill-ħarsien tal-ambjent u lis-saħħa pubblika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>73.</NO.P>Jisħaq fuq il-bżonn urġenti li l-Federazzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina tadotta liġi dwar il-foresti ġusta, moderna u orjentata minn esperti; jitlob ukoll li jkun hemm aktar protezzjoni tal-foresti u tax-xmajjar permezz ta’ superviżjoni aħjar tal-ispezzjonijiet u l-ħolqien ta’ qafas ġuridiku rigoruż bi qbil mal-istandards ambjentali u sistemiċi; jitlob li tiġi abolita d-dispożizzjoni fir-regolamentazzjoni rilevanti fis-seħħ fil-Federazzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina li tippermetti li l-ilma mormi jiġi skarikat fix-xmajjar b’superviżjoni minima, u dan joħloq theddida sinifikanti għas-saħħa pubblika u għall-ambjent;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>74.</NO.P>Jistieden lill-Bożnija-Ħerzegovina tiffinalizza u tadotta b’urġenza d-deżinjazzjoni ġuridika ta’ Livanjsko Polje bħala Pajsaġġ Protett ta’ Kategorija V, u tiżgura monitoraġġ xieraq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>75.</NO.P>Jesprimi s-solidarjetà tiegħu mal-Bożnija-Ħerzegovina u mal-vittmi kollha għall-għargħar u għall-uqigħ tal-art devastanti li ġraw fit-3 u l-4 ta’ Ottubru 2024; jistieden lill-awtoritajiet tal-Federazzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina jżidu l-appoġġ lill-persuni milquta u jiżguraw li jiġi indirizzat kwalunkwe nuqqas fl-infurzar tal-liġi u fil-ġestjoni forestali li seta’ ggrava d-diżastru;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>76.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Presidenza, lill-Kunsill tal-Ministri u lill-Assemblea Parlamentari tal-Bożnija-Ħerzegovina, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Federazzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina, tal-entità tar-Republika Srpska tal-Bożnija-Ħerzegovina u tad-Distrett ta’ Brčko, kif ukoll lill-Uffiċċju tar-Rappreżentant Għoli.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>