<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0157</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Rapporti tal-2023 u l-2024 dwar il-Maċedonja ta’ Fuq</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0118/2025 - Rapporteur: Thomas Waitz)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Lulju 2025 dwar ir-rapporti tal-Kummissjoni tal-2023 u l-2024 dwar il-Maċedonja ta’ Fuq (2025/2021(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq, min-naħa l-oħra<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 84, 20.3.2004, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2004/239(2)/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-applikazzjoni tal-Maċedonja ta’ Fuq għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea, ippreżentata fit-22 ta’ Marzu 2004,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2005 li tagħti lill-Maċedonja ta’ Fuq status ta’ pajjiż kandidat tal-UE,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-19 u l-20 ta’ Ġunju 2003, inkluż l-anness tagħhom bit-titolu “L-aġenda ta’ Tessalonika għall-Balkani tal-Punent: lejn integrazzjoni Ewropea”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1529 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Settembru 2021 li jistabbilixxi l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA III)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 330, 20.9.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1529/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/1449 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024 dwar l-istabbiliment tal-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Balkani tal-Punent<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1449, 24.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1449/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Frar 2020 bit-titolu “It-titjib tal-proċess tal-adeżjoni – Perspettiva kredibbli tal-UE għall-Balkani tal-Punent” (COM(2020)0057),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Novembru 2023 bit-titolu “Komunikazzjoni tal-2023 dwar il-Politika tat-Tkabbir tal-UE (COM(2023)0690), akkumpanjata mid-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni bit-titolu “North Macedonia 2023 Report” (Rapport tal-2023 dwar il-Maċedonja ta’ Fuq) (SWD(2023)0693),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Novembru 2023 bit-titolu “Pjan ġdid ta’ tkabbir għall-Balkani tal-Punent” (COM(2023)0691),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Marzu 2024 dwar ir-riformi ta’ qabel it-tkabbir u r-rieżami tal-politika (COM(2024)0146),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Lulju 2024 bit-titolu “2024 Rule of Law Report” (Rapport tal-2024 dwar l-Istat tad-Dritt) (COM(2024)0800), akkumpanjata mid-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni bit-titolu “2024 Rule of Law Report – Country Chapter on the rule of law situation in North Macedonia” (Rapport tal-2024 dwar l-Istat tad-Dritt – Il-kapitolu tal-pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fil-Maċedonja ta’ Fuq) (SWD(2024)0830),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ottubru 2024 bit-titolu “Komunikazzjoni tal-2024 dwar il-Politika ta’ Tkabbir tal-UE” (COM(2024)0690), akkumpanjata mid-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni bit-titolu “North Macedonia 2024 Report” (Rapport tal-2024 dwar il-Maċedonja ta’ Fuq) (SWD(2024)0693),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Aġenda ta’ Riforma tal-Maċedonja ta’ Fuq kif approvata mill-Kummissjoni fl-ambitu tal-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir fit-23 ta’ Ottubru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tas-summits bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent tat-13 ta’ Diċembru 2023 u t-18 ta’ Diċembru 2024 fi Brussell kif ukoll id-dikjarazzjonijiet tas-summits bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent li saru f’Sofija, f’Zagreb u fi Brdo pri Kranju fl-2018, fl-2020 u fl-2021 rispettivament, u d-Dikjarazzjoni dwar is-Suq Reġjonali Komuni u d-Dikjarazzjoni dwar l-Aġenda Ekoloġika għall-Balkani tal-Punent maqbula fl-10 ta’ Novembru 2020 fis-Summit ta’ Sofija fi ħdan il-Proċess ta’ Berlin,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2022 dwar it-Tkabbir – il-Maċedonja ta’ Fuq u l-Albanija u l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-Tkabbir tas-17 ta’ Diċembru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport finali tat-23 ta’ Settembru 2024 tal-Missjoni ta’ Osservazzjoni Elettorali tal-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem (ODIHR) tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) dwar l-elezzjonijiet presidenzjali tal-24 ta’ April 2024 u l-elezzjonijiet parlamentari fit-8 ta’ Mejju 2024 fil-Maċedonja ta’ Fuq,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Proċess ta’ Berlin varat fit-28 ta’ Awwissu 2014,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat ta’ ħbiberija, relazzjonijiet tajbin ta’ Viċinat u kooperazzjoni bejn il-Bulgarija u l-Maċedonja ta’ Fuq, iffirmat fl-1 ta’ Awwissu 2017 u ratifikat f’Jannar 2018;
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim Finali għar-riżoluzzjoni tad-differenzi kif deskritt fir-riżoluzzjonijiet 817 (1993) u 845 (1993) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, it-terminazzjoni tal-Ftehim Interim tal-1995 u l-istabbiliment ta’ sħubija strateġika bejn il-Greċja u l-Maċedonja ta’ Fuq, maqbula fis-17 ta’ Ġunju 2018, magħrufa wkoll bħala l-Ftehim ta’ Prespa,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma konġunt tal-persunal dwar l-objettivi u l-indikaturi biex tiġi inkwadrata l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Ġeneru III (2021-25) (SWD(2020)0284) li jakkumpanja l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-25 ta’ Novembru 2020 bit-titolu “Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar il-Ġeneru (GAP) III – Aġenda Ambizzjuża għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri u l-Għoti tas-Setgħa lin-Nisa fl-Azzjoni Esterna tal-UE (JOIN(2020)0017), kif ukoll il-Pjan ta’ Implimentazzjoni fil-Livell tal-Pajjiż (CLIP) għall-Maċedonja ta’ Fuq,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport tal-2023 tal-Kummissjoni Ewropea kontra r-Razziżmu u l-Intolleranza (ECRI) dwar il-Maċedonja ta’ Fuq, adottat fid-29 ta’ Ġunju 2023 u ppubblikat fl-20 ta’ Settembru 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet konġunti adottati fit-23 laqgħa tal-Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Maċedonja ta’ Fuq, li saret fis-27 u t-28 ta’ Frar 2025 fi Skopje,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Maċedonja ta’ Fuq, u b’mod partikolari r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ Ottubru 2019 dwar il-ftuħ ta’ negozjati tal-adeżjoni mal-Maċedonja ta’ Fuq u mal-Albanija<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 202, 28.5.2021, p. 86.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A10-0118/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-Maċedonja ta’ Fuq ilha tgawdi minn status ta’ pajjiż kandidat tal-UE mill-2005 u lestiet b’suċċess l-eżami analitiku tal-acquis f’Diċembru 2023;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-aspirazzjonijiet taċ-ċittadini tal-Maċedonja ta’ Fuq li jkunu parti mill-UE wasslu għal progress f’termini ta’ demokrazija u riformi soċjoekonomiċi, filwaqt li l-proċess ta’ adeżjoni mal-UE qed ikompli jesperjenza dewmien deplorevoli għal diversi raġunijiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-UE mmobilizzat madwar EUR 210 miljun f’self ta’ assistenza makrofinanzjarja mill-2020, bl-għan li tistabbilizza l-ekonomija tal-Maċedonja, tgħin l-irkupru tagħha mill-pandemija tal-COVID-19 u taċċellera l-progress tagħha fir-riforma;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-Maċedonja ta’ Fuq hija sieħba allinjata mal-politika estera u ta’ sigurtà komuni tal-UE fil-maġġoranza l-kbira tal-każijiet u kellha rwol kostruttiv fir-reġjun; billi l-astensjoni reċenti tal-Maċedonja ta’ Fuq mir-Riżoluzzjoni ES-11/7 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tal-24 ta’ Frar 2025 dwar l-Ukrajna u l-kosponsorizzazzjoni tagħha ta’ riżoluzzjoni alternattiva mmexxija mill-Istati Uniti tindika ċaqliqa mhux mistennija u ta’ dispjaċir fl-allinjament tal-politika barranija tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-Maċedonja ta’ Fuq tipparteċipa fl-operazzjonijiet militari tal-UE għall-immaniġġjar ta’ kriżi, inkluż l-EUFOR Althea fil-Bożnija-Ħerzegovina;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-Kunsill wasal għal konklużjonijiet ġodda f’Lulju 2022, u dan ifisser li l-Maċedonja ta’ Fuq jeħtieġ li tadotta l-bidliet kostituzzjonali pendenti, f’konformità mal-impenji tagħha, sabiex il-fażi tal-ftuħ tan-negozjati tal-adeżjoni tkun tista’ titlesta minnufih;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-bidliet ġeopolitiċi, il-gwerra fl-Ukrajna, id-diżinformazzjoni u l-miżinformazzjoni għandhom impatt qawwi fuq il-pajjiżi Ewropej kollha, kemm politikament kif ukoll ekonomikament;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-Maċedonja ta’ Fuq għadha fil-mira ta’ operazzjonijiet ta’ influwenza malinna barranija, inkluż sforzi biex titkisser in-nisġa soċjali tal-pajjiż u biex is-sentiment kontra l-UE jintuża bħala arma, b’mod partikolari permezz tal-gazzetti sensazzjonalisti u tal-mezzi tal-media bil-lingwa Serba, li jiffunzjonaw bħala amplifikaturi reġjonali tan-narrattivi tal-Kremlin u għandhom influwenza konsiderevoli; billi l-Maċedonja ta’ Fuq keċċiet 13-il diplomatiku Russu bejn l-2018 u l-2023 għal attivitajiet inkompatibbli mal-istatus diplomatiku tagħhom, u dan jissuġġerixxi preżenza kontinwa ta’ networks ta’ influwenza moħbija; billi ċ-Ċina fittxet li tespandi l-influwenza tagħha permezz tal-kontroll tal-informazzjoni, id-diplomazija tal-investiment u l-klawżoli koerċittivi fil-ftehimiet ta’ self għall-infrastruttura;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-awtoritajiet tal-Maċedonja ta’ Fuq ipproponew soluzzjonijiet għal bidla kostituzzjonali li ma ssodisfawx il-kundizzjonijiet tal-konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ Lulju 2022;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-pajjiżi kollha fil-fażi ta’ adeżjoni mistennijin jirrispettaw il-valuri demokratiċi, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll id-dritt tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-Kunsill ma eskludiex b’mod inekwivoku l-adozzjoni ta’ aktar kundizzjonijiet ġodda għall-bidu tan-negozjati tal-adeżjoni;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Itenni l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-impenn kontinwu u persistenti tal-Maċedonja ta’ Fuq li tissieħeb fl-UE u għall-bidliet trasformattivi li huma meħtieġa biex jiġu ssodisfati l-kriterji tal-adeżjoni; ifaħħar l-impenn tal-pajjiż lejn l-integrazzjoni Ewropea u jinkoraġġixxi sforzi kontinwi għall-avvanz tar-riformi allinjati mal-UE, minkejja l-isfidi u l-ostakli li kellhom impatt fuq il-paċenzja u l-fiduċja tas-soċjetà tal-Maċedonja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jissottolinja li l-adeżjoni mal-UE tibqa’ kwistjoni ta’ rieda politika fl-issodisfar tal-kriterji u fl-implimentazzjoni tal-impenji meħuda, f’termini tat-twettiq tar-riformi meħtieġa kif ukoll tal-adozzjoni tal-emendi kostituzzjonali meħtieġa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Ifakkar fil-ħtieġa li jinżammu l-momentum u l-kredibbiltà tal-proċess ta’ integrazzjoni tal-UE; jinnota li l-Maċedonja ta’ Fuq qed tkompli turi impenn għall-integrazzjoni tal-UE u l-allinjament mal-politiki tal-UE; jappella li n-negozjati tal-adeżjoni javvanzaw malajr, filwaqt li jinnota l-importanza li jiġu adottati l-emendi kostituzzjonali; iħeġġeġ lill-Kunsill Ewropew jindika, pubblikament u b’mod inekwivoku, li l-Kunsill biħsiebu jieħu d-deċiżjoni pożittiva, malajr u mingħajr kundizzjonijiet, li jidħol fil-fażi li jmiss tan-negozjati ta’ adeżjoni mal-Maċedonja ta’ Fuq ladarba l-kundizzjonijiet tal-konklużjonijiet tiegħu tat-18 ta’ Lulju 2022 ikunu ġew issodisfati; iħeġġeġ lill-partiti politiċi kollha fil-Maċedonja ta’ Fuq jinvolvu ruħhom fi djalogu kostruttiv biex jiksbu l-kunsens meħtieġ dwar dawn l-emendi, li jsaħħu l-karattru multietniku tal-pajjiż u jaċċelleraw l-progress tiegħu lejn is-sħubija fl-UE; jemmen li t-tisħiħ tar-rabtiet bejn id-diversi etniċitajiet huwa essenzjali għat-titjib tal-koeżjoni soċjali u għall-iżgurar ta’ governanza aktar effettiva; jistieden lill-Istati Membri, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jissalvagwardjaw il-prevedibbiltà u l-kredibbiltà tal-proċess ta’ adeżjoni, anke bil-ħsieb li jinżamm l-appoġġ popolari għall-adeżjoni fil-pajjiżi tat-tkabbir;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jilqa’ t-tlestija b’suċċess tal-proċess ta’ skrinjar għall-Maċedonja ta’ Fuq fi tmiem l-2023; iħeġġeġ lill-Maċedonja ta’ Fuq tadotta l-emendi kostituzzjonali li l-pajjiż impenja ruħu li jagħmel u jimplimenta, kif meħtieġ mill-Kunsill, sabiex jipproċedi l-proċess tan-negozjati ta’ adeżjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Ifaħħar l-impenn tal-poplu tal-Maċedonja għall-integrazzjoni fl-UE u l-appoġġ li juru għal dan il-proġett, għoxrin sena mill-bidu tal-proċess; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħmel l-almu tagħha biex tgħin lill-awtoritajiet tal-Maċedonja ta’ Fuq iwettqu l-passi meħtieġa qabel jidħlu fil-fażi tan-negozjati li jmiss kif ukoll aktar tul il-proċess tan-negozjati, biex tgħin biex jintlaħqu l-aspettattivi taċ-ċittadini u tal-pajjiż u biex tesplora l-miżuri kollha għall-integrazzjoni gradwali fl-istrutturi tal-UE, u b’hekk iżżid il-fiduċja fl-UE u l-valuri demokratiċi tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Ifakkar li l-proċess ta’ adeżjoni ma għandux jintuża biex isolvi tilwim bilaterali, jostakola l-progress ibbażat fuq il-mertu fit-triq Ewropea jew jegħleb l-interessi strateġiċi usa’ tal-Unjoni, iżda li tali tilwim pjuttost irid jiġi indirizzat permezz ta’ djalogu miftuħ u kooperazzjoni ġenwina; jissottolinja li n-negozjati tal-adeżjoni għandhom isegwu triq ċara, iggwidata minn kriterji oġġettivi u bbażata unikament fuq il-mertu u t-twettiq tal-kriterji tal-adeżjoni (il-kriterji ta’ Copenhagen), li jirrikjedu riformi fil-fond fl-oqsma fundamentali kollha, kif ukoll il-preżenza ta’ istituzzjonijiet stabbli li jiggarantixxu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u r-rispett lejn il-minoranzi u l-protezzjoni tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jafferma mill-ġdid li r-rispett lejn l-identità lingwistika, kulturali u nazzjonali huwa komponent fundamentali tal-proċess ta’ adeżjoni mal-UE u ġebla tax-xewka tas-soċjetajiet demokratiċi li se jkompli jiġi affermat bl-adeżjoni mal-familja tan-nazzjonijiet Ewropej;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Itenni t-talbiet tiegħu biex il-kapaċità tal-UE li taġixxi tissaħħaħ permezz ta’ riforma tat-teħid tad-deċiżjonijiet tagħha, inkluż permezz tal-introduzzjoni ta’ votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata dwar il-passi intermedji fil-proċess ta’ adeżjoni, b’mod partikolari fil-bidu tan-negozjati u l-ftuħ u l-għeluq ta’ raggruppamenti u kapitoli individwali tan-negozjati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jilqa’ l-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Balkani tal-Punent il-ġdida, li se tipprovdi EUR 750 miljun f’għotjiet u self lill-Maċedonja ta’ Fuq meta tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Aġenda ta’ Riforma tagħha; jilqa’, f’dan il-kuntest, l-Aġenda ta’ Riforma eċċellenti u ambizzjuża, li tistabbilixxi għanijiet u miri ċari u trasparenti, u jistieden lill-awtoritajiet jiffukaw fuq l-implimentazzjoni rigoruża tagħha; jissottolinja l-ħtieġa li ssir enfasi fuq l-inċentivar tar-riformi u t-tisħiħ tal-istabbiltà ekonomika kif ukoll fuq l-amministrazzjoni pubblika, il-governanza, l-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, id-dekarbonizzazzjoni u t-tranżizzjoni ekoloġika, id-diġitalizzazzjoni, il-konnettività u l-iżvilupp tal-kapital uman, filwaqt li jiġu indirizzati l-isfidi soċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jinnota l-fondi li l-Maċedonja ta’ Fuq qed tirċievi mingħand Stati Membri individwali u l-kooperazzjoni tajba bejniethom; iwissi madankollu dwar it-tisħiħ tal-alleanzi ma’ reġimi mhux liberali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Ifaħħar lill-Maċedonja ta’ Fuq għall-impenn kontinwu tagħha favur il-proċess ta’ integrazzjoni tal-UE u jiddispjaċih dwar id-dewmien fil-proċess ta’ adeżjoni; jilqa’ l-istabbiltà ta’, u jħeġġeġ sforzi kontinwi għall-iżgurar tar-relazzjonijiet interetniċi u l-implimentazzjoni tal-Ftehim Qafas ta’ Ohrid;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Maċedonja ta’ Fuq tikseb riżultati tanġibbli fil-konformità mal-aspettattivi tal-UE fl-ambitu tal-qafas ta’ negozjar u l-konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ Lulju 2022, inkluż il-bidliet kostituzzjonali rilevanti, f’konformità mal-impenji tal-pajjiż;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Maċedonja ta’ Fuq tintensifika l-isforzi biex issaħħaħ l-istat tad-dritt u l-indipendenza ġudizzjarja, inkluż fil-ħatriet ġudizzjarji u l-funzjonament tal-Kunsill Ġudizzjarju, tiġġieled kontra l-korruzzjoni, tirriforma l-amministrazzjoni pubblika tagħha u ttejjeb it-trasparenza u l-konċentrazzjoni tas-sjieda tal-media; jinkoraġġixxi l-implimentazzjoni ulterjuri ta’ miżuri sistemiċi biex jiġu żgurati t-trasparenza u l-effiċjenza fil-governanza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jesprimi s-sogħba profonda tiegħu u s-solidarjetà mill-qalb tiegħu dwar in-nirien li ħakmu n-nightclub Kočani u li wasslu għall-mewt ta’ aktar minn 50 żagħżugħ u żagħżugħa u l-korriment ta’ aktar minn 150 persuna oħra, u jesprimi l-kondoljanzi tiegħu lill-vittmi u lill-familji tagħhom; ifaħħar l-użu rapidu tal-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili u l-għajnuna pprovduta mill-Istati Membri biex jiġu salvati kemm jista’ jkun ħajjiet; ifaħħar lill-pajjiżi ġirien u tal-UE, b’mod partikolari l-Greċja u l-Bulgarija, għall-appoġġ u s-solidarjetà immedjati li wrew u t-trattament mediku li pprovdew lill-vittmi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Funzjonament tal-istituzzjonijiet demokratiċi</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jinnota li, filwaqt li l-istituzzjonijiet demokratiċi fil-Maċedonja ta’ Fuq jiffunzjonaw b’mod sodisfaċenti, il-polarizzazzjoni politika tibqa’ ostaklu maġġuri għar-riformi meħtieġa; jistieden lill-partiti politiċi rappreżentati fil-parlament tal-pajjiż jaħdmu flimkien biex jilħqu ftehim dwar dawk ir-riformi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jilqa’ l-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura ġodda mill-Assemblea tar-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq (Sobranie), iffaċilitata mill-Parlament Ewropew fil-qafas tad-Djalogu Jean Monnet; jenfasizza, madankollu, li l-polarizzazzjoni politika persistenti qed tkompli ddewwem riformi u ħatriet importanti; jenfasizza li l-kollaborazzjoni bejn il-partiti u klima politika mtejba jibqgħu essenzjali biex titħaffef l-implimentazzjoni tar-riformi relatati mal-UE u jissaħħu l-istituzzjonijiet demokratiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jinnota bi tħassib li madwar nofs il-liġijiet kollha promulgati mis-Sobranie fl-2023 ġew approvati permezz ta’ proċeduri mqassra; jistieden lis-Sobranie ttejjeb l-ippjanar, il-koordinazzjoni u l-kwalità leġiżlattivi tagħha permezz ta’ proċeduri ta’ konsultazzjoni u sorveljanza parlamentari xierqa, b’mod partikolari fid-dawl tal-konklużjonijiet tad-Djalogu Jean Monnet u biex tevita proċeduri aċċellerati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jenfasizza li, filwaqt li l-elezzjonijiet parlamentari u presidenzjali tal-2024 kienu kompetittivi, u demokratiċi u li saru emendi tal-Kodiċi Elettorali, riforma elettorali komprensiva għadha meħtieġa; jappella bil-qawwa għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet pendenti magħmula mill-OSKE/ODIHR u mill-Kummissjoni ta’ Venezja permezz ta’ reviżjoni inklużiva tal-Kodiċi Elettorali, filwaqt li jissottolinja l-importanza li l-proċessi elettorali futuri jiġu iżolati mill-indħil barrani malinn u l-manipulazzjoni tal-informazzjoni, inkluż permezz tal-adozzjoni ta’ regoli robusti dwar iċ-ċibersigurtà u t-trasparenza tal-kampanji online;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jappella għal regolamentazzjoni mtejba tal-finanzjament tal-partiti politiċi u l-kampanji, inkluż miżuri biex tiżdied it-trasparenza rigward il-fondi u n-nefqiet tal-partiti politiċi; iħeġġeġ reviżjoni tar-regoli dwar ir-riklami mill-Istat fil-media kummerċjali u r-riklami politiċi bi ħlas; jenfasizza l-ħtieġa ta’ mekkaniżmi ta’ sorveljanza li jiffunzjonaw biex tiġi żgurata l-integrità fil-finanzjament tal-partiti u għal aċċess ugwali u adegwat għall-media għall-partiti politiċi u l-kandidati indipendenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jappella għall-modernizzazzjoni kontinwa ta’ amministrazzjoni pubblika bbażata fuq il-mertu, li tindirizza l-isfidi sistemiċi tal-politiċizzazzjoni, issaħħaħ il-proċessi ta’ reklutaġġ trasparenti, u tirriforma l-awtonomija lokali biex tipprovdi servizzi soċjali aħjar għaċ-ċittadini u tiżviluppa strateġiji ta’ żvilupp lokali u reġjonali mfassla apposta; iħeġġeġ lill-awtoritajiet iżidu l-isforzi tagħhom u jadottaw u jimplimentaw il-leġiżlazzjoni meħtieġa bl-għan li jtejbu l-fiduċja pubblika fl-amministrazzjoni u jrawmu servizz pubbliku reżiljenti u kapaċi li jkun jista’ jirreaġixxi b’mod effettiv għall-isfidi kontemporanji u jaqdi l-ħtiġijiet tal-komunità; ifaħħar l-istrateġija tal-amministrazzjoni pubblika 2023-2030 u l-pjan ta’ azzjoni relatat għas-snin 2023-2026 adottati f’Lulju 2023; jirrikonoxxi li dawn ikopru l-oqsma ta’ riforma rilevanti kollha u jistabbilixxu linja bażi, objettivi u miri ċari, u b’hekk jidentifikaw sfidi ta’ politika kruċjali; jiddispjaċih, madankollu, li r-rata ta’ implimentazzjoni għadha baxxa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jappella għal aktar passi biex tiġi żgurata r-responsabbiltà sistemika tal-istituzzjonijiet pubbliċi permezz ta’ konsultazzjonijiet sinifikattivi u pubbliċi mal-partijiet ikkonċernati, inkluż fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Aġenda ta’ Riforma, u biex jingħata feedback mill-konsultazzjonijiet imwettqa; ifaħħar il-liġi dwar il-proċeduri amministrattivi ġenerali li qed tipprevedi s-simplifikazzjoni, iżda jirrakkomanda bil-qawwa li tiġi implimentata b’mod sistematiku fl-amministrazzjoni kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Maċedonja ta’ Fuq iżommu lura minn sensji u ħatriet opaki u politiċizzati b’rabta ma’ pożizzjonijiet f’korpi u aġenziji indipendenti, kif ukoll jiżguraw li l-istituzzjonijiet ikunu ffinanzjati b’mod adegwat u li d-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet jiġu implimentati b’mod konsistenti; jinnota b’dispjaċir in-nuqqas kontinwu ta’ progress fit-tisħiħ tal-uffiċċju tal-Ombudsman;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Media u soċjetà ċivili</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jilqa’ l-progress kostanti tal-Maċedonja ta’ Fuq fl-iżgurar tal-libertà tal-media; ifakkar, madankollu, fil-ħtieġa ta’ riformi kontinwi biex jiġi żgurat xenarju tal-media indipendenti u reżiljenti, inkluż ir-riforma tal-qafas legali li jirregola l-media online u offline biex jallinja bis-sħiħ mal-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2024/1083 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 li jistabbilixxi qafas komuni għas-servizzi tal-media fis-suq intern u li jemenda d-Direttiva 2010/13/UE (l-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media) (ĠU L, 2024/1083, 17.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1083/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, filwaqt li jiġu indirizzati l-isfidi persistenti fit-trasparenza tas-sjieda tal-media, id-divulgazzjoni tal-media diġitali u l-konċentrazzjoni tal-media; jissottolinja l-ħtieġa ta’ riforma tal-media li tagħti prijorità lill-miżuri kontra l-konċentrazzjoni biex tiġi ssalvagwardjata l-integrità ġurnalistika; jenfasizza l-ħtieġa urġenti li tiġi miġġielda l-influwenza barranija malinna fix-xenarju tal-media, inkluż id-diżinformazzjoni mxerrda minn atturi marbuta mar-Russja u ċ-Ċina;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jistieden lill-awtoritajiet jadottaw qafas legali li jipproteġi b’mod effettiv lill-ġurnalisti, lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, lill-attivisti ambjentali u lil partijiet ikkonċernati oħra minn kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika (SLAPPs), u jimplimentaw id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-UE kontra s-SLAPP<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2024/1069 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jinvolvu ruħhom f’parteċipazzjoni pubblika minn talbiet manifestament infondati jew proċedimenti tal-qorti abbużivi (“Kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika”) (ĠU L, 2024/1069, 16.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1069/oj).</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Iħeġġeġ lill-awtoritajiet jiżguraw trasparenza sħiħa u aċċess mingħajr xkiel għall-informazzjoni għaċ-ċittadini;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jinnota bi tħassib l-introduzzjoni mill-ġdid tar-riklami tal-gvern fil-media kummerċjali fil-Maċedonja ta’ Fuq; jisħaq fuq ir-riskju akbar li din il-miżura tiftaħ is-suq tal-media għal tfixkil u influwenza politika indebita, u b’hekk tipperikola l-indipendenza tal-media u l-pluraliżmu tal-media; itenni t-talbiet tiegħu għar-riforma komprensiva tar-regoli li jirregolaw il-finanzjament mill-Istat u r-riklami tal-partiti politiċi fil-media, filwaqt li jinnota n-nuqqas ta’ trasparenza, l-użu ħażin kontinwu tal-fondi tal-istat għar-riklami politiċi, u r-riskju kontinwu li l-indipendenza tal-media tiġi kompromessa permezz ta’ mekkaniżmi ta’ finanzjament opaki; jitlob bil-qawwa li dawn ir-riformi jiġu adottati u implimentati qabel l-elezzjonijiet lokali ppjanati għall-ħarifa tal-2025;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħu l-indipendenza u l-kapaċità tar-regolatur tal-media, ix-xandar tas-servizz pubbliku u r-regolatur tal-komunikazzjoni elettronika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jinkoraġġixxi azzjoni biex jissaħħu l-indipendenza editorjali u finanzjarja, l-imparzjalità u l-professjonaliżmu tax-xandara tas-servizz pubbliku u r-regolaturi tal-midja, filwaqt li jinnota d-dewmien kontinwu fil-ħatra ta’ korpi ta’ sorveljanza ewlenin u l-ħtieġa għal sforzi komprensivi ta’ modernizzazzjoni; jappella għal regoli aktar stretti dwar it-trasparenza u s-sjieda biex tiġi esposta l-influwenza moħbija, inkluż kontenut tal-media sponsorjat minn barra l-pajjiż, u għall-istabbiliment ta’ mekkaniżmi biex jiġu identifikati u mfixkla networks ta’ diżinformazzjoni barranin koordinati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jinnota li ċerti entitajiet diplomatiċi Ċiniżi ffinanzjaw kontenut imħallas u artikli ta’ opinjoni fil-mezzi tal-media tal-Maċedonja mingħajr tikkettar ċar; ifakkar li analiżi tal-2023 sabet li atturi affiljati mal-istat Russu kienu użaw rappreżentanti tal-media Serbi biex ixerrdu narrattivi ostili fil-konfront tan-NATO u biex jiddikjaraw li l-UE qed tagħmel pressjoni fuq il-Maċedonja ta’ Fuq biex “tabbanduna l-identità tagħha”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar it-theddid u l-attakki kontinwi kontra l-ġurnalisti indipendenti u l-professjonisti tal-media, inkluż fastidju misoġinistiku online mmirat lejn il-ġurnalisti nisa, li spiss jimmiraw lejn dawk li jirrapportaw dwar l-istat tad-dritt, il-korruzzjoni u l-ġustizzja; jilqa’ l-ħatra ta’ prosekutur iddedikat biex jimmonitorja dawn l-attakki fuq il-ġurnalisti u l-istabbiliment ta’ mekkaniżmi ta’ rapportar tal-bullying ċibernetiku; jappella għal miżuri aktar b’saħħithom biex il-professjonisti tal-media jiġu protetti mit-theddid fiżiku u mhux fiżiku, il-fastidju u l-użu mhux xieraq tal-lingwa minn personalitajiet pubbliċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Maċedonja ta’ Fuq tkompli bl-isforzi biex tiġġieled id-diskors ta’ mibegħda fil-forom kollha tiegħu u kontra kwalunkwe gruppi, tipprevjeni b’mod proattiv u tinvestiga bir-reqqa l-każijiet kollha ta’ diskors ta’ mibegħda, reati ta’ mibegħda u intimidazzjoni, tipproċessa sistematikament l-attakki relatati, bil-ħsieb li jinkisbu kundanni u jiġu żgurati s-sikurezza u s-sigurtà tal-miri tagħhom, bħall-ġurnalisti, persuni li jappartjenu għall-minoranzi, komunitajiet bħal pereżempju l-Bulgari, u gruppi vulnerabbli oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar iż-żieda fid-diskors ta’ mibegħda u t-theddid dejjem jiżdied mid-diżinformazzjoni fil-media online, li fuqha l-Aġenzija nazzjonali għas-Servizzi tal-Media Awdjo u Awdjoviżiva ma għandha l-ebda awtorità regolatorja; jappella għal miżuri msaħħa biex jiġi appoġġjat il-ġurnaliżmu investigattiv, il-kapaċitajiet tal-iċċekkjar tal-fatti u l-litteriżmu fil-media u biex jittejbu l-qafas legali u l-kapaċità interistituzzjonali sabiex jiġu miġġielda d-diskors ta’ mibegħda, id-diżinformazzjoni u l-indħil barrani; jinsab imħasseb dwar il-kampanji ta’ diżinformazzjoni mifruxa li jixħtu dubju fuq il-valuri demokratiċi u l-għan tal-pajjiż li jissieħeb fl-UE; jitlob, f’dan ir-rigward, l-appoġġ tal-istituzzjonijiet tal-UE biex jgħinu lill-pajjiż itaffi dawn l-effetti malizzjużi; jilqa’ l-inizjattivi tas-soċjetà ċivili li jippromwovu l-verifika tal-fatti tal-media, il-litteriżmu diġitali fl-iskejjel u l-ġlieda kontra t-tixrid tad-diskors ta’ mibegħda, u jinnota li kważi 50 % taċ-ċittadini tal-Maċedonja ta’ Fuq adottaw narrattivi foloz dwar avvenimenti internazzjonali, b’mod partikolari fir-rigward tal-gwerra fl-Ukrajna, li jenfasizzaw l-urġenza li tissaħħaħ ir-reżiljenza tas-soċjetà kontra l-manipulazzjoni tal-informazzjoni malinna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jissottolinja li s-soċjetà ċivili hija fundamentali biex jitrawmu d-demokrazija u l-pluraliżmu u jiġu promossi l-governanza tajba u l-progress soċjali; jilqa’ s-soċjetà ċivili vibranti u kostruttiva tal-pajjiż, li għandha rwol kruċjali u pożittiv ħafna fil-proċess ta’ riforma, u jfakkar li huma meħtieġa aktar sforzi biex tiġi żgurata l-konsultazzjoni inklużiva, f’waqtha u sinifikattiva, u t-trasparenza, kif ukoll mekkaniżmi formali għall-kooperazzjoni; jilqa’, f’dan il-kuntest, il-bidu reċenti tal-proċess għall-istabbiliment mill-ġdid tal-Kunsill għall-Kooperazzjoni mas-Settur tas-Soċjetà Ċivili u l-Iżvilupp tiegħu u jitlob kooperazzjoni msaħħa bejn il-gvern u s-soċjetà ċivili, speċjalment fil-mitigazzjoni tal-implikazzjonijiet għas-soċjetà ċivili tal-“iffriżar” reċenti tal-fondi tal-Aġenzija tal-Istati Uniti għall-Iżvilupp Internazzjonali (USAID); jinnota li, filwaqt li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili joperaw f’ambjent li b’mod ġenerali huwa abilitanti, jeħtieġ li jiġu implimentati oqfsa legali u finanzjarji biex jiġi żgurat li l-finanzjament pubbliku tagħhom jiżdied u li l-mekkaniżmi ta’ finanzjament pubbliku huma trasparenti; jinsab imħasseb dwar rapporti ta’ żieda fid-dikjarazzjonijiet ostili lejn is-soċjetà ċivili u jħeġġeġ lill-Ministeru tal-Intern jaħdem mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex jiżviluppa protokoll ta’ sigurtà għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem biex jiżgura li jkunu protetti mit-theddid min-naħa ta’ atturi mhux statali; jappella bil-qawwa għal aktar tisħiħ tar-rwol tas-soċjetà ċivili billi jiġi żgurat li din tkompli tiġi inkluża b’mod sinifikattiv fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u billi tiġi kkonsultata l-Kummissjoni ta’ Venezja qabel ma tiġi adottata leġiżlazzjoni futura relatata mal-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs);
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Drittijiet fundamentali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Ifaħħar il-fatt li l-Maċedonja ta’ Fuq irratifikat il-biċċa l-kbira tal-istrumenti internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem; jesprimi tħassib, madankollu, dwar il-livell ta’ implimentazzjoni, in-nuqqas ta’ progress fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri, iż-żieda fil-movimenti kontra l-ġeneru u ż-żieda fl-influwenza tagħhom, li għandhom impatt negattiv fuq il-proċessi leġiżlattivi u tat-tfassil tal-politika; iħeġġeġ lill-gvern jimplimenta bis-sħiħ il-Konvenzjoni ta’ Istanbul; jistieden lill-awtoritajiet jadottaw il-Liġi dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri l-ġdida u jsaħħu l-istrutturi formali tal-gvern imfassla biex jippromwovu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u jtejbu l-istatus u d-drittijiet tan-nisa fil-livelli kollha, kif ukoll jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva tal-istrateġija għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-pjan ta’ azzjoni nazzjonali, b’mod partikolari billi jiżguraw finanzjament adegwat, isaħħu l-koordinazzjoni interistituzzjonali u jallinjaw il-politiki nazzjonali mal-acquis tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Iħeġġeġ lill-awtoritajiet jiżguraw l-implimentazzjoni sħiħa u effettiva tal-qafas legali eżistenti għall-protezzjoni tal-vittmi tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika, billi jallokaw biżżejjed riżorsi baġitarji għall-prevenzjoni, u billi jtejbu l-aċċess għas-servizzi ta’ appoġġ, il-mekkaniżmi ta’ protezzjoni u l-infurzar tad-drittijiet soċjali u ekonomiċi tas-superstiti ggarantiti legalment; jinnota, f’dan l-isfond, l-adozzjoni fl-2023 tal-Liġi dwar il-Ħlas ta’ Kumpens Monetarju lill-Vittmi ta’ Reati Vjolenti, li tintegra l-istandards tal-Konvenzjoni ta’ Istanbul biex tipprovdi protezzjoni aħjar għall-vittmi ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru; iħeġġeġ lill-awtoritajiet, barra minn hekk, isaħħu l-isforzi tagħhom biex inaqqsu u jimmitigaw il-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika, u jżidu l-kapaċità u l-persunal fil-postijiet ta’ kenn, kif ukoll l-għadd ta’ uffiċjali tal-infurzar tal-liġi, imħallfin, persunal mediku u ħaddiema soċjali mħarrġa sew u sensittivi għal kwistjonijiet tal-ġeneru;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jinnota, bi tħassib, is-sitwazzjoni mwiegħra tan-nisa żgħażagħ fil-ħabs, inklużi tfajliet minorenni ta’ bejn l-14 u s-16-il sena, li ma għandhomx edukazzjoni u taħriġ fil-ħiliet tax-xogħol u spiss ikunu medikati żżejjed, b’kura tas-saħħa insuffiċjenti; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Maċedonja ta’ Fuq jieħdu miżuri urġenti biex itejbu l-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni għall-ħabsin kollha, inaqqsu l-korruzzjoni u jwaqqfu t-trattament inuman, u jsaħħu l-probation u r-riintegrazzjoni ta’ ex priġunieri fis-soċjetà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Maċedonja ta’ Fuq timplimenta bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet deskritti fir-rapport tal-2023 tal-ECRI dwar il-Maċedonja ta’ Fuq sabiex tindirizza b’mod effettiv il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem identifikat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li r-relazzjonijiet interetniċi baqgħu stabbli u l-Ftehim Qafas ta’ Ohrid kompla jiġi implimentat; ifaħħar l-isforzi tal-Maċedonja ta’ Fuq għat-tisħiħ tal-protezzjonijiet tad-drittijiet tal-minoranzi, filwaqt li jinkoraġġixxi aktar appoġġ finanzjarju; jappella għal finanzjament u persunal adegwati għall-istituzzjonijiet li jipproteġu d-drittijiet tal-komunitajiet mhux maġġoritarji; jistieden lir-rappreżentanti politiċi tal-komunitajiet tal-minoranzi jevitaw li jippromwovu narrattivi etniċi diviżivi li jirriflettu politiki li kkawżaw tbatija profonda u gwerer fil-passat reċenti tar-reġjun; iħeġġeġ lill-Maċedonja ta’ Fuq timplimenta għalkollox ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Konvenzjoni Qafas għall-Protezzjoni tal-Minoranzi Nazzjonali fir-rigward tal-istrateġija “Soċjetà waħda għal kulħadd u interkulturaliżmu”; jistieden lill-Maċedonja ta’ Fuq tipprovdi biżżejjed finanzjament u persunal għall-Aġenzija għall-Implimentazzjoni tal-Lingwi u l-Aġenzija għat-Twettiq tad-Drittijiet Komunitarji; jiddispjaċih li l-Maċedonja ta’ Fuq ma rratifikatx il-Karta Ewropea għal-Lingwi Reġjonali jew Minoritarji; jistenna deċiżjoni finali dwar il-Liġi kkontestata dwar l-Użu tal-Lingwi, li jista’ jkollha impatt fuq ir-relazzjonijiet interetniċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jilqa’ l-progress li għamel il-pajjiż fl-allinjament tal-qafas leġiżlattiv u istituzzjonali tiegħu għad-drittijiet tat-tfal mal-acquis tal-UE u mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem; jinnota l-progress fl-implimentazzjoni tal-istrateġija għad-deistituzzjonalizzazzjoni u jilqa’ r-rilokazzjoni b’suċċess tat-tfal mill-istituzzjonijiet għall-kura f’familja (foster care) jew residenzi għal gruppi żgħar; jinnota bi tħassib, madankollu, il-każijiet kontinwi ta’ vjolenza u diskriminazzjoni kontra t-tfal, inkluż kontra t-tfal Rom; jitlob, għalhekk, li l-pajjiż jistabbilixxi korp nazzjonali responsabbli għall-koordinazzjoni tal-politiki kollha relatati mal-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-protokolli fakultattivi tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Maċedonja ta’ Fuq tieħu passi sinifikattivi biex tirrikonoxxi u tinkorpora l-minoranzi u l-komunitajiet nazzjonali fil-kostituzzjoni tagħha, filwaqt li trawwem l-inklużività, tipproteġi d-diversità, tiġġieled id-diskriminazzjoni u ssaħħaħ il-koeżjoni soċjali f’konformità mal-valuri u l-prinċipji demokratiċi Ewropej; jistieden lill-Maċedonja ta’ Fuq tiggarantixxi bis-sħiħ id-drittijiet u l-opportunitajiet indaqs għall-komunitajiet etniċi kollha fil-pajjiż;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jinnota li l-persuni b’diżabbiltà għadhom jiffaċċjaw ostakli sinifikanti peress li l-leġiżlazzjoni tal-pajjiż għadha mhijiex allinjata mal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità; jilqa’ l-istrateġija nazzjonali għad-drittijiet tal-persuni b’diżabilità għall-2023-2030 u jitlob bil-qawwa l-implimentazzjoni xierqa tagħha, inkluż fir-rigward tal-iżgurar ta’ għadd suffiċjenti ta’ assistenti edukattivi, sabiex it-tfal b’diżabilità jiġu inklużi b’mod effettiv u bla xkiel fil-proċess edukattiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jilqa’ l-ewwel deċiżjoni tal-qorti dwar id-diskors ta’ mibegħda kontra l-komunità LGBTIQ+, iżda jitlob bil-qawwa l-prosekuzzjoni sistematika tal-istanzi kollha ta’ diskors ta’ mibegħda, reati ta’ mibegħda u intimidazzjoni, kif ukoll għall-inklużjoni tad-diskors ta’ mibegħda fil-Kodiċi Kriminali u biex l-istituzzjonijiet tal-istat responsabbli jżommu statistika adegwata dwar każijiet ta’ diskors ta’ mibegħda u reati ta’ mibegħda;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jinnota bi tħassib id-diskors ta’ mibegħda mifrux fuq il-media soċjali, b’mod partikolari fir-rigward tar-Rom, il-persuni LGBTIQ+ u gruppi emarġinati oħra; iħeġġeġ lill-atturi politiċi kollha jemendaw il-Liġi dwar ir-Reġistru Ċivili u jiżguraw rikonoxximent legali tal-ġeneru rapidu u mingħajr xkiel abbażi tal-awtodeterminazzjoni, iħarsu d-drittijiet tal-bniedem, jiżguraw id-dinjità, u jistabbilixxu proċess legali ċar u aċċessibbli f’konformità mal-istandards internazzjonali; jirrakkomanda li l-Liġi l-ġdida dwar l-Edukazzjoni Primarja żżomm protezzjoni espliċita kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq il-ġeneru, l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru, filwaqt li tiżgura l-allinjament mal-impenji nazzjonali u internazzjonali; iħeġġeġ lill-Assemblea tal-Maċedonja ta’ Fuq tistabbilixxi (mill-ġdid) minnufih grupp interparlamentari attiv LGBTIQ+ biex jappoġġja u javvanza d-drittijiet tal-LGBTIQ+;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jistieden lill-Maċedonja ta’ Fuq issaħħaħ il-ġestjoni tal-migrazzjoni, ittejjeb l-allinjament mal-acquis tal-UE u tindirizza l-isfidi persistenti fit-trattament tal-migrazzjoni regolari u irregolari filwaqt li tħares id-drittijiet fundamentali tal-bniedem; jilqa’ l-kooperazzjoni msaħħa dwar il-ġestjoni tal-fruntieri u t-tisħiħ tal-kapaċità tal-pajjiż li jiġġestixxi l-flussi migratorji u jiġġieled kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti, it-traffikar tal-bnedmin u kriminalità organizzata oħra; jinkoraġġixxi l-iżvilupp kontinwu tal-proċeduri tal-ażil u l-politiki ta’ integrazzjoni u t-titjib tal-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza, f’allinjament mal-oqfsa tal-migrazzjoni tal-UE; jisħaq fuq l-importanza tal-kooperazzjoni reġjonali fil-ġestjoni tal-migrazzjoni u jħeġġeġ lill-UE tipprovdi appoġġ ulterjuri f’termini ta’ riżorsi, assistenza teknika u bini tal-kapaċità sabiex l-isfidi tal-migrazzjoni jiġu indirizzati b’mod effettiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jistieden lill-Maċedonja ta’ Fuq iżżid l-isforzi tagħha fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin, b’mod partikolari billi tkompli tallinja l-Kodiċi Kriminali mal-acquis tal-UE u mal-leġiżlazzjoni tagħha dwar id-drogi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Stat tad-dritt</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jinnota, bi tħassib serju, li r-rekord tal-pajjiż fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni, inkluża l-korruzzjoni ta’ livell għoli, mar għall-agħar, kif muri wkoll mir-rigressjoni tiegħu fl-Indiċi dwar il-Perċezzjoni tal-Korruzzjoni ta’ Transparency International, b’mod partikolari minħabba l-emendi tal-Kodiċi Kriminali li dgħajfu l-qafas legali, u dan irriżulta fit-terminazzjoni ta’ ħafna kawżi pendenti; itenni li din ir-rigressjoni tissottolinja l-ħtieġa urġenti ta’ riformi komprensivi; jitlob bil-qawwa li jissaħħaħ il-qafas kontra l-korruzzjoni u li tiġi żgurata responsabbiltà effettiva, b’mod partikolari f’każijiet ta’ korruzzjoni f’livell għoli, permezz ta’ investigazzjoni, prosekuzzjoni u kundanni xierqa; iħeġġeġ rieżami tal-emendi reċenti għall-Kodiċi Kriminali fir-rigward tal-istandards tas-sentenzi u tal-iskadenza, sabiex jiġi żgurat li l-prosekuzzjoni tal-korruzzjoni, speċjalment ta’ każijiet kumplessi u ta’ livell għoli, ma tiġix affettwata b’mod negattiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Ifakkar li huma meħtieġa riżorsi finanzjarji u umani suffiċjenti biex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva u konsistenti tal-mekkaniżmi ta’ dissważjoni, prevenzjoni, detezzjoni, investigazzjoni u sanzjoni għall-persuni f’kariga pubblika permezz ta’ miżuri wiesgħa li jkopru l-kunflitti ta’ interess, il-lobbying, il-kodiċijiet tal-etika u l-protezzjoni tal-informaturi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jinnota li l-livell perċepit ta’ fiduċja fil-ġudikatura għadu baxx ħafna u li huma meħtieġa aktar sforzi biex jiġu evitati l-intimidazzjoni u l-influwenza indebita; jissottolinja n-nuqqas ta’ progress fl-implimentazzjoni tal-istrateġiji tal-2020 għall-ġestjoni tar-riżorsi umani fil-qrati u fl-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku; jitlob bil-qawwa li jiġi indirizzat in-nuqqas kritiku ta’ mħallfin u prosekuturi, peress li dan iħalli impatt fuq il-kwalità u l-effiċjenza tal-ġustizzja; jitlob li jissaħħu l-indipendenza u t-trasparenza tal-korpi ġudizzjarji u li jiġu allokati l-fondi meħtieġa għall-funzjonament effettiv tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jitlob li jissaħħu l-Kunsill Ġudizzjarju u l-Kunsill tal-Prosekuturi u li jiġu allokati l-fondi meħtieġa, filwaqt li tiġi żgurata l-indipendenza tagħhom; iħeġġeġ bil-qawwa lill-atturi politiċi jieqfu jinterferixxu fl-istituzzjonijiet ġudizzjarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jinnota, bi tħassib, in-nuqqas ta’ progress fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, u li l-investigazzjonijiet finanzjarji għadhom problematiċi; jissottolinja kif il-korruzzjoni tkompli taffettwa b’mod sever oqsma ta’ politika kruċjali; jitlob li l-kapaċità operattiva u l-kooperazzjoni tal-aġenziji responsabbli għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-kriminalità finanzjarja jissaħħu b’mod sinifikanti, inkluż billi jiġu żgurati r-riżorsi finanzjarji meħtieġa; iħeġġeġ lill-pajjiż itejjeb il-ġlieda tiegħu kontra l-kriminalità organizzata u ekonomika u ċ-ċiberkriminalità permezz ta’ sħubija msaħħa mal-Europol, maċ-Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità u mal-Eurojust; jistieden lill-Maċedonja ta’ Fuq issaħħaħ l-isforzi tagħha fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jitlob li jiġu stabbiliti l-miżuri kollha meħtieġa biex tiġi miġġielda b’mod effettiv il-kriminalità organizzata; iħeġġeġ lill-awtoritajiet itejbu l-koordinazzjoni permezz taċ-Ċentru Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni għall-Ġlieda kontra l-Kriminalità Organizzata kif ukoll jallokaw il-fondi u l-persunal meħtieġa lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku ta’ Bażi għall-Kriminalità Organizzata u l-Korruzzjoni; jissottolinja l-ħtieġa li jiġu direzzjonati riżorsi u attenzjoni partikolari biex jinkixfu l-iskemi ta’ ħasil tal-flus;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jinnota, bi tħassib, l-allinjament parzjali tal-Maċedonja ta’ Fuq mal-acquis tal-UE fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata; itenni t-talba tiegħu għal allinjament ulterjuri mal-acquis tal-UE u għal investigazzjonijiet finanzjarji sistematiċi, filwaqt li jissaħħu l-iffriżar, il-konfiska, il-ġestjoni u d-disponiment tal-assi akkwistati illegalment;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jitlob investigazzjoni bir-reqqa u trasparenti tan-nirien li ħakmu nightclub f’Kočani fis-16 ta’ Marzu 2025, biex il-persuni responsabbli jitressqu quddiem il-ġustizzja, kif ukoll biex il-leġiżlazzjoni tiġi aġġornata u implimentata bir-reqqa biex jiġu evitati traġedji simili u jiġu żgurati sikurezza pubblika u konformità regolatorja aħjar biex jiġu protetti ċ-ċittadini;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jitlob l-implimentazzjoni rapida tar-riformi li għaddejjin bħalissa fis-setturi tas-sigurtà u tal-intelligence, u li l-indipendenza tal-korpi tas-sigurtà u tal-intelligence tissaħħaħ permezz tal-istabbiliment ta’ oqfsa regolatorji xierqa, filwaqt li jissaħħu wkoll il-mekkaniżmi ta’ sorveljanza demokratika; jinnota, bi tħassib, li l-Aġenzija tas-Sigurtà Nazzjonali għadha tinsab fil-bini tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni, u dan iqajjem dubji dwar l-istatus tagħha bħala korp ta’ amministrazzjoni statali indipendenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Ifaħħar id-determinazzjoni qawwija tal-Maċedonja ta’ Fuq li tiġġieled it-theddid ibridu; jilqa’ l-inizjattiva tal-gvern li joħloq qafas strateġiku nazzjonali biex jiġġieled id-diżinformazzjoni kif ukoll l-adozzjoni tal-istrateġija nazzjonali għaċ-ċibersigurtà 2025-2028; jitlob sforzi ulterjuri biex tinbena r-reżiljenza kontra l-indħil barrani u l-manipulazzjoni tal-informazzjoni; jissottolinja l-ħtieġa li ssir ħidma fuq strateġija nazzjonali biex tinbena r-reżiljenza kontra d-diżinformazzjoni bħala theddida għas-sigurtà tal-istat, inkluż permezz ta’ miżuri msaħħa taċ-ċibersigurtà u komunikazzjoni strateġika kif ukoll edukazzjoni u litteriżmu medjatiku; jitlob l-operazzjonalizzazzjoni sħiħa tal-mekkaniżmi tal-UE, bħas-sistema ta’ twissija rapida, biex tiġi identifikata influwenza barranija malizzjuża f’ħin reali matul il-proċessi demokratiċi ewlenin, inklużi l-elezzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jinsab imħasseb ħafna minħabba li l-Maċedonja ta’ Fuq u pajjiżi oħra tal-adeżjoni mal-UE fil-Balkani tal-Punent qed jintlaqtu partikolarment ħażin minn interferenza barranija u kampanji ta’ diżinformazzjoni, inklużi theddid ibridu, korruzzjoni strateġika, flussi finanzjarji opaki u prattiki ta’ investiment koerċittivi, b’mod partikolari li joriġinaw mir-Russja u miċ-Ċina; jinsab allarmat bir-rwoli tal-Gvern Ungeriż u tal-Gvern Serb fl-avvanz tal-objettivi ġeopolitiċi taċ-Ċina u tar-Russja; jinnota, f’dan il-kuntest, ir-riskju ta’ dipendenza fuq iċ-Ċina kkawżat minn ftehimiet ta’ self asimmetriċi, kif ukoll is-self reċenti mill-bank Ungeriż Eximbank, li jidher li ġej miċ-Ċina;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Riformi soċjoekonomiċi</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jirrakkomanda li l-Maċedonja ta’ Fuq tkompli tieħu passi biex ittejjeb l-infrastruttura u l-klima kummerċjali u ssaħħaħ l-edukazzjoni u l-infrastruttura diġitali, u tirrinforza s-sistemi ta’ protezzjoni soċjali u l-konnessjoni tagħhom mal-inizjattivi ta’ impjieg; jilqa’ l-inklużjoni ta’ riformi relatati mal-kapital uman fl-Aġenda ta’ Riforma tal-Pjan ta’ Tkabbir u jistieden lill-Maċedonja ta’ Fuq tiddedika sforz suffiċjenti għall-implimentazzjoni ta’ dawn ir-riformi biex jinkisbu riżultati sostenibbli fl-iżvilupp tal-kapital uman għat-tfal u ż-żgħażagħ, bħala l-pedament ta’ soċjetajiet reżiljenti u tkabbir sostenibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jilqa’ l-adozzjoni tal-Aġenda ta’ Riforma u l-programm ta’ ħidma pluriennali fl-ambitu tal-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Maċedonja ta’ Fuq, li se jipprovdu appoġġ għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, inaqqsu l-burokrazija u jiddiġitalizzaw is-sistema pubblika, u jilqa’ l-passi previsti fl-Aġenda ta’ Riforma rigward l-introduzzjoni tal-infrastruttura diġitali u l-Liġi l-ġdida dwar il-Komunikazzjonijiet Elettroniċi, li tallinja l-leġiżlazzjoni nazzjonali mal-acquis rilevanti tal-UE u żżomm il-pass mat-tranżizzjoni diġitali madwar id-dinja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jinkoraġġixxi strateġiji ta’ attivazzjoni tas-suq tax-xogħol għaż-żgħażagħ, għall-persuni qiegħda fit-tul, u għall-individwi b’livell baxx ta’ ħiliet, kif ukoll għan-nisa, għall-persuni b’diżabilità u għar-Rom, u jitlob li dawn il-miżuri jiġu evalwati kif xieraq; jieħu nota tat-titjib fit-tul fir-rati tal-qgħad, jinnota, madankollu, li dan irid ikun akkumpanjat minn żieda fil-pagi reali, it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema, inklużi d-drittijiet tat-trade unions; jitlob l-implimentazzjoni sħiħa tal-Liġi dwar is-Soluzzjoni Paċifika tat-Tilwim ta’ Xogħol
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Maċedonja ta’ Fuq tavvanza t-trasformazzjoni diġitali tagħha, b’mod partikolari billi ttejjeb il-ħiliet diġitali taċ-ċittadini kollha u billi tipprovdi aċċess online għas-servizzi pubbliċi; jirrikonoxxi l-isfidi demografiċi li qed tiffaċċja l-Maċedonja ta’ Fuq, inklużi t-tnaqqis fil-popolazzjoni, l-emigrazzjoni ta’ professjonisti żgħażagħ u forza tax-xogħol li qed tixjieħ, u jissottolinja l-ħtieġa li jiġi indirizzat l-eżodu ta’ mħuħ, speċjalment fl-oqsma mediċi, teknoloġiċi u edukattivi; jitlob l-implimentazzjoni ta’ politiki mmirati biex jitreġġa’ lura l-eżodu ta’ mħuħ, jissaħħu l-politiki soċjali favur il-familja u tiġi attirata l-migrazzjoni tar-ritorn; iħeġġeġ il-kooperazzjoni mal-UE dwar l-istrateġiji favur ir-reżiljenza demografika, inklużi inċentivi tas-suq tax-xogħol, appoġġ għall-akkomodazzjoni għall-familji żgħażagħ, u investiment fl-edukazzjoni u l-iżvilupp tal-ħiliet biex ikun hemm allinjament mal-ħtiġijiet futuri tas-suq tax-xogħol; jitlob appoġġ akbar għall-innovazzjoni u l-kompetittività;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jilqa’ l-effetti pożittivi tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ fuq it-tnaqqis tal-qgħad fost iż-żgħażagħ; jistieden lill-Maċedonja ta’ Fuq tintensifika l-isforzi tagħha biex tnaqqas ir-rata tal-qgħad taż-żgħażagħ ta’ bejn 15 u 24 sena, li għadha għolja fil-livell ta’ 29,3 %; jissottolinja l-ħtieġa li jiġu indirizzati l-isfidi soċjali, jiġu żgurati politiki dwar l-impjiegi ta’ kwalità, jitrawmu koeżjoni soċjali ’l fuq u konverġenza lejn l-istandards tal-UE u jiġi appoġġjat il-progress fil-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jilqa’ l-isforzi biex tiġi emendata l-liġi tax-xogħol; iħeġġeġ l-allinjament sħiħ tal-Liġi dwar ir-Relazzjonijiet tax-Xogħol mad-direttivi tal-UE biex jiġi ggarantit b’mod effettiv id-dritt għal paga ugwali għal xogħol ugwali, tiġi żgurata t-trasparenza fil-pagi u tissaħħaħ il-protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq it-tqala u l-maternità; jinsisti fuq il-ħtieġa li jissaħħu l-kompetenzi u l-kapaċitajiet tal-Ispettorat tax-Xogħol tal-Istat biex tiġi żgurata protezzjoni effettiva tad-drittijiet tal-ħaddiema, inklużi salvagwardji kontra d-diskriminazzjoni fuq ix-xogħol;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Ifaħħar lill-Maċedonja ta’ Fuq talli ssieħbet fiż-żona unika ta’ pagamenti bl-euro (SEPA), filwaqt li jirrikonoxxi dan bħala pass importanti lejn l-integrazzjoni finanzjarja aktar profonda mas-suq Ewropew u l-faċilitazzjoni ta’ tranżazzjonijiet transfruntiera aktar rapidi u aktar effiċjenti; iħeġġeġ lill-Maċedonja ta’ Fuq tintroduċi riformi strutturali biex issaħħaħ l-ekonomija u tiżgura s-sostenibbiltà tad-dejn tal-pajjiż;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Jilqa’ t-talbiet għall-integrazzjoni fil-pront tal-Balkani tal-Punent kollha fis-suq uniku diġitali tal-UE mal-ewwel opportunità, peress li dan ikun ta’ benefiċċju kruċjali għall-ħolqien ta’ ambjent diġitalment sikur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Iħeġġeġ lill-awtoritajiet jimplimentaw bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet legali eżistenti biex jiżguraw l-aċċess għas-servizzi tal-kura tas-saħħa primarja, b’enfasi partikolari fuq is-saħħa sesswali u riproduttiva għan-nisa, l-ommijiet u t-tfal, u jeliminaw l-ostakli relatati ma’ diffikultajiet ġeografiċi, finanzjarji jew oħrajn; jitlob miżuri mmirati biex jappoġġjaw gruppi vulnerabbli ta’ nisa ħalli jaċċessaw il-kura tas-saħħa, inklużi n-nisa Rom, in-nisa rurali u dawk li jgħixu fil-faqar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Jilqa’ l-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija għall-Inklużjoni tar-Rom 2022-2030; jiddispjaċih, madankollu, li l-istrateġija hija nieqsa minn approċċ ċar għall-parteċipazzjoni, l-għoti tas-setgħa u l-bini tal-kapaċità; jistieden lill-awtoritajiet jimplimentaw il-pjanijiet ta’ azzjoni rispettivi, filwaqt li jiżguraw monitoraġġ xieraq u parteċipazzjoni sinifikattiva u trasparenti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, b’mod partikolari min-naħa tal-komunità Rom;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ambjent, bijodiversità, enerġija u trasport</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Jilqa’ l-adozzjoni tal-Liġi dwar l-Enerġija fl-2025 u jissottolinja l-importanza tagħha għall-garanzija ta’ provvista tal-enerġija sikura, sigura u ta’ kwalità għolja kif ukoll għall-ħolqien ta’ settur tal-enerġija effiċjenti, kompetittiv u finanzjarjament sostenibbli; iħeġġeġ lill-awtoritajiet ikomplu fuq din it-triq ambizzjuża u jfakkar li huma meħtieġa sforzi addizzjonali biex jintlaħqu bis-sħiħ il-miri għall-effiċjenza enerġetika, l-enerġija rinnovabbli, is-sigurtà tal-provvista u t-tnaqqis tal-emissjonijiet; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-pajjiż jallinjaw il-leġiżlazzjoni tagħhom dwar l-ambjent u t-tibdil fil-klima mal-acquis tal-UE u jiżguraw l-infurzar tagħha; jinnota, bi tħassib, in-nuqqas ta’ progress fl-azzjoni dwar il-klima u l-adozzjoni pendenti ta’ leġiżlazzjoni ewlenija; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-inklużjoni soċjali jiġu integrati fl-ippjanar tal-azzjoni dwar il-klima sabiex in-nisa, l-unitajiet domestiċi b’introjtu baxx u l-komunitajiet emarġinati jiġu kkonsultati b’mod attiv u jibbenefikaw b’mod ekwu mit-tranżizzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Jilqa’ l-appoġġ finanzjarju u tekniku kontinwu tal-Bank Ewropew tal-Investiment fil-Maċedonja ta’ Fuq, inklużi proġetti infrastrutturali strateġiċi bħall-Kurituri Ferrovjarji VIII u X, l-impjant tat-trattament tal-ilma mormi ta’ Skopje, u l-iżvilupp tal-infrastruttura muniċipali tal-ilma; jitlob tranżizzjoni inklużiva u ġusta li tipproteġi lil dawk soċjalment vulnerabbli, billi jiġi mobilizzat il-finanzjament pubbliku u privat għat-tranżizzjoni ekoloġika, jiġu operazzjonalizzati bis-sħiħ il-mekkaniżmi ta’ finanzjament iddedikati u jiġu sfruttati l-appoġġ tal-UE u dak internazzjonali; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu indirizzati l-problemi ta’ nuqqas ta’ persunal speċjalizzat u kapaċità istituzzjonali u amministrattiva dgħajfa, peress li dan jimmina l-kontroll tal-kwalità u l-prestazzjoni adegwata tal-valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>69.</NO.P>Jinnota, bi tħassib, li l-kwalità tal-arja u tal-ilma u l-ġestjoni tal-ilma mormi għadhom kwistjonijiet partikolarment diffiċli għall-pajjiż; iħeġġeġ lill-gvern ċentrali u lill-awtoritajiet lokali jżidu l-isforzi tagħhom sabiex itejbu l-kwalità tal-arja u jnaqqsu t-tniġġis potenzjalment letali; ifakkar li s-sitwazzjoni hija partikolarment allarmanti fi Skopje, li b’mod konsistenti kienet waħda mill-aktar bliet imniġġsa fl-Ewropa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>70.</NO.P>Jirrikonoxxi l-potenzjal kbir tal-Maċedonja ta’ Fuq bħala ċentru reġjonali fir-rigward tal-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli; iħeġġeġ lill-Maċedonja ta’ Fuq tallinja bis-sħiħ il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali tagħha mal-acquis tal-UE, b’enfasi partikolari fuq il-leġiżlazzjoni sekondarja li tikkonċerna proġetti żgħar tal-enerġija idroelettrika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>71.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti li tingħata prijorità lill-protezzjoni ambjentali; iħeġġeġ bil-qawwa lill-awtoritajiet jadottaw il-leġiżlazzjoni meħtieġa u jżidu l-miżuri dwar il-bijodiversità, l-ilma, l-arja u l-azzjoni dwar il-klima, u l-ġestjoni tal-iskart reġjonali, inkluż permezz ta’ valutazzjonijiet tal-impatt komprensivi, prosekuzzjoni rigoruża tal-kriminalità ambjentali u konsultazzjoni pubblika xierqa li tippermetti l-involviment sinifikattiv u trasparenti tal-komunitajiet lokali, l-NGOs u l-istituzzjonijiet xjentifiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>72.</NO.P>Jistieden lill-Maċedonja ta’ Fuq tistabbilixxi protezzjonijiet legali għas-Siti Emerald iddeżinjati skont il-Konvenzjoni dwar il-Ħarsien tal-Ħajja Selvaġġa u l-Ambjenti Naturali tal-Ewropa (il-Konvenzjoni ta’ Berna) biex tissalvagwardjahom minn proġetti li jagħmlu ħsara lill-ambjent; iħeġġeġ lill-pajjiż jespandi ż-żoni protetti tiegħu, bl-għan li jissodisfa l-miri tal-Qafas Globali tal-Bijodiversità ta’ Kunming-Montreal; itenni l-ħtieġa urġenti li tiġi adottata l-liġi dwar il-proklamazzjoni mill-ġdid tal-Park Nazzjonali ta’ Mavrovo biex jiġu żgurati l-kontinwazzjoni u l-ikkompletar tal-isforzi essenzjali tal-konservazzjoni tiegħu; iħeġġeġ lill-Maċedonja ta’ Fuq tinkludi lill-Jablanica fil-lista tagħha ta’ żoni protetti, u b’hekk tiżgura l-konservazzjoni tal-ħabitats li huma ta’ importanza kritika għas-sopravivenza tal-ispeċijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>73.</NO.P>Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Maċedonja ta’ Fuq jimplimentaw strateġiji aktar stretti ta’ protezzjoni u ġestjoni għall-ħabitats tal-ispeċijiet fil-periklu, kif ukoll għall-ispeċijiet infushom, b’mod partikolari l-linċi tal-Balkani, inkluż l-infurzar rigoruż tal-liġijiet kontra l-kriminalità marbuta mal-organiżmi selvaġġi, speċifikament il-qtil u l-kaċċa illegali, biex tiġi ssalvagwardjata l-bijodiversità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>74.</NO.P>Jilqa’ l-kooperazzjoni kontinwa tal-Maċedonja ta’ Fuq mal-Kosovo u mal-Albanija fir-rigward tal-Park Nazzjonali transkonfinali tal-Muntanji Sharr; iħeġġeġ lill-Maċedonja ta’ Fuq tintensifika u tħaffef l-isforzi kollaborattivi mal-pajjiżi ġirien tagħha biex jiddeżinjaw żoni transkonfinali protetti u jistabbilixxu pjanijiet koerenti ta’ ġestjoni transkonfinali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>75.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu indirizzati l-isfidi finanzjarji ffaċċjati mill-parks nazzjonali biex jittejbu diversi aspetti, inklużi r-riżorsi umani u l-ġestjoni ġenerali, bl-għan li jissaħħaħ ir-rwol tagħhom fil-konservazzjoni tal-bijodiversità, jiġu pprovduti opportunitajiet ta’ rikreazzjoni u jiġu appoġġjati l-ekonomiji lokali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>76.</NO.P>Jilqa’ l-progress li sar fil-kostruzzjoni tal-Kurituri VIII u X tan-Network Trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T) u jfaħħar l-ikkompletar tat-triq espress Kriva Palanka–Dlabochica–Stracin; iħeġġeġ, madankollu, lill-awtoritajiet tal-Maċedonja ta’ Fuq iżidu l-isforzi tagħhom biex jagħtu prijorità lit-trasport sostenibbli u jtejbu l-ħidma fuq l-infrastruttura tal-enerġija lejn l-integrazzjoni fin-networks Ewropej u l-konnettività reġjonali kif ukoll jindirizzaw id-dewmien persistenti fl-iżvilupp ta’ infrastruttura kritika, inkluż permezz ta’ negozjati bilaterali; jistieden lill-Kummissjoni tassisti f’dawn l-isforzi meta dan ikun meħtieġ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>77.</NO.P>Jitlob sforzi addizzjonali biex jitħaffef il-progress fis-sezzjonijiet prijoritarji kollha tan-network ewlieni kemm għat-trasport bil-ferrovija kif ukoll għat-trasport bit-triq, inkluż billi jiżdied l-għadd ta’ punti ta’ qsim tal-fruntiera kull fejn ikun possibbli; jinnota l-importanza strateġika tal-Kuritur VIII għall-awtonomija ġeostrateġika tal-UE u tan-NATO, peress li dan iservi bħala rotta loġistika kruċjali tul ix-xaqliba tan-nofsinhar tan-NATO;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kooperazzjoni reġjonali u politika estera</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>78.</NO.P>Jilqa’ l-kontributi siewja u sinifikanti tal-Maċedonja ta’ Fuq għall-kooperazzjoni u l-istabbiltà reġjonali permezz tal-involviment tagħha f’inizjattivi ekonomiċi u diplomatiċi reġjonali bħall-Proċess ta’ Berlin, il-Pjan ta’ Tkabbir għall-Balkani tal-Punent, u l-implimentazzjoni ta’ ftehimiet tas-suq reġjonali komuni, filwaqt li jissottolinja l-importanza tal-inklużività tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>79.</NO.P>Jilqa’ l-impenn tal-pajjiż li jrawwem relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat u jirrikonoxxi r-rwol tiegħu bħala mudell għas-soluzzjoni paċifika tat-tilwim bilaterali permezz ta’ djalogu u fehim reċiproku; jenfasizza, f’dan ir-rigward, l-importanza tal-implimentazzjoni sħiħa tal-ftehimiet internazzjonali b’riżultati tanġibbli li jinkisbu <STRING ITALIC="on">bona fide</STRING> min-naħat kollha, inklużi l-Ftehim ta’ Prespa mal-Greċja u t-Trattat ta’ ħbiberija, relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat u kooperazzjoni mal-Bulgarija; jitlob impenn konsistenti favur id-djalogu u l-kooperazzjoni mal-pajjiżi ġirien biex tissaħħaħ l-istabbiltà reġjonali u titrawwem il-fiduċja reċiproka; jitlob promozzjoni ulterjuri tal-kuntatti bejn il-persuni madwar ix-Xlokk tal-Ewropa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>80.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar l-hekk imsejjaħ proġett “dinja Serba” u dwar il-fatt li xi rappreżentanti tal-Gvern tal-Maċedonja ta’ Fuq kienu qed jappoġġjaw u jippromwovu dan il-kunċett; jikkundanna l-parteċipazzjoni fil-laqgħat li jippruvaw jistabbilixxu sfera ta’ influwenza li timmina s-sovranità ta’ pajjiżi oħra u l-istabbiltà tar-reġjun;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>81.</NO.P>Ifakkar fil-ħtieġa li jinfetħu l-arkivji tas-servizzi sigrieti Jugoslavi (UDBA u KOS), miżmuma kemm fil-Maċedonja ta’ Fuq kif ukoll fis-Serbja; jenfasizza l-ħtieġa li dawn l-arkivji jinfetħu fir-reġjun kollu biex jiġi indirizzat il-passat totalitarju b’mod trasparenti, bl-għan li jissaħħu d-demokrazija, ir-responsabbiltà u l-istituzzjonijiet fil-Balkani tal-Punent;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>82.</NO.P>Jilqa’ l-impenn kontinwu tal-Maċedonja ta' Fuq għas-sigurtà Ewro-Atlantika; ifaħħar ir-rwol attiv tal-Maċedonja ta’ Fuq fl-OSKE, b’mod partikolari l-presidenza tagħha tal-OSKE fl-2023 f’ambjent ġeopolitiku kumpless, u l-kontributi sostanzjali għall-missjonijiet ta’ ġestjoni tal-kriżijiet u l-operazzjonijiet militari tal-UE; ifaħħar l-allinjament tal-pajjiż mal-politika estera, ta’ sigurtà u ta’ difiża tal-UE, inkluż ir-rispons ċar tiegħu għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja fl-Ukrajna billi allinja ruħu mal-miżuri restrittivi tal-UE kontra r-Russja u l-Belarussja u pprovda appoġġ lill-Ukrajna; jilqa’ l-iffirmar ta’ sħubija għas-sigurtà u d-difiża mal-UE fl-2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>83.</NO.P>Jiddispjaċih, madankollu, li l-Maċedonja ta’ Fuq kienet l-uniku pajjiż fil-Balkani tal-Punent li astjena mir-riżoluzzjoni Ewropea dwar l-Ukrajna fl-Assemblea Ġenerali tan-NU fi Frar 2025 u minflok ikkosponsorja r-riżoluzzjoni tal-Istati Uniti, flimkien ma’ pajjiżi bħall-Georgia u l-Ungerija, peress li dan jirrappreżenta sinjal negattiv rigward l-allinjament tal-Maċedonja ta’ Fuq mal-politika estera u ta’ sigurtà komuni tal-UE u mal-impenn kollettiv Ewropew biex jitħarsu l-paċi, id-dritt internazzjonali u l-prinċipji demokratiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>84.</NO.P>Jirrikonoxxi s-sħubija tal-Maċedonja ta’ Fuq fin-NATO bħala kontribut ġeostrateġiku sinifikanti għas-sigurtà reġjonali u l-istabbiltà Ewro-Atlantika, inkluż permezz tal-parteċipazzjoni attiva tal-pajjiż fil-missjonijiet u l-operazzjonijiet tan-NATO u r-rwol strateġiku tiegħu fit-trawwim tal-paċi u tal-kooperazzjoni fil-Balkani tal-Punent, kif ukoll permezz tal-modernizzazzjoni li għaddejja tal-forzi armati tagħha u r-riformi fl-oqsma tal-ġestjoni tal-kriżijiet, l-infrastruttura kritika u ċ-ċiberdifiża; jenfasizza l-fatt li s-sħubija man-NATO ssaħħaħ il-kapaċitajiet ta’ difiża tal-Maċedonja ta’ Fuq, issaħħaħ il-koordinazzjoni tas-sigurtà mal-UE u mal-alleati tan-NATO, u sservi ta’ deterrent kontra l-isforzi esterni ta’ destabbilizzazzjoni; iħeġġeġ lill-Maċedonja ta’ Fuq tapprofondixxi l-kooperazzjoni mal-UE u man-NATO dwar il-ġlieda kontra t-theddid ibridu, inkluż permezz tal-koordinazzjoni taċ-ċibersigurtà, it-traċċar konġunt tad-diżinformazzjoni u l-bini tar-reżiljenza, u tkompli bl-isforzi tagħha biex tiskoraġġixxi t-tentattivi esterni ta’ destabbilizzazzjoni; iħeġġeġ lill-Maċedonja ta’ Fuq tkompli l-investiment tagħha fil-modernizzazzjoni tad-difiża u l-allinjament mal-prijoritajiet strateġiċi tan-NATO sabiex tkompli ssaħħaħ ir-rwol tagħha bħala sieħeb affidabbli fil-qasam tas-sigurtà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>85.</NO.P>Jilqa’ l-ftehim konkluż fis-summit bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent f’Tirana dwar tnaqqis fl-ispejjeż tar-roaming; jistieden, f’dan il-kuntest, lill-awtoritajiet, lill-atturi privati u lill-partijiet ikkonċernati kollha jiffaċilitaw l-ilħuq tal-miri miftiehma biex jinkiseb tnaqqis sostanzjali fit-tariffi tad-data roaming bejn il-Balkani tal-Punent u l-UE u tnaqqis ulterjuri li jwassal għal prezzijiet li jkunu qrib il-prezzijiet domestiċi sal-2027; jilqa’ d-dħul fis-seħħ tal-ewwel fażi tal-implimentazzjoni tal-pjan direzzjonali għar-roaming bejn il-Balkani tal-Punent u l-UE;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>86.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, u lill-President, lill-Gvern u lill-Assemblea tar-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>