<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0158</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Rapporti tal-2023 u l-2024 dwar il-Georgia </STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0110/2025 - Rapporteur: Rasa Juknevičienė)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Lulju 2025 dwar ir-rapporti tal-Kummissjoni tal-2023 u l-2024 dwar il-Georgia (2025/2024(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ottubru 2024 bit-titolu “Komunikazzjoni tal-2024 dwar il-Politika ta’ Tkabbir tal-UE” (COM(2024)0690), akkumpanjata mid-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni bit-titolu “Georgia 2024 Report” (Rapport 2024 dwar il-Georgia) (SWD(2024)0697),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa l-waħda, u l-Georgia, min-naħa l-oħra<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 261, 30.8.2014, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2014/494/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 78 tal-Kostituzzjoni tal-Georgia, li jirrikjedi li jittieħdu l-miżuri possibbli kollha biex tiġi ggarantita l-integrazzjoni sħiħa tal-Georgia fl-UE u fin-NATO,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport finali tal-20 ta’ Diċembru 2024 tal-missjoni ta’ osservazzjoni elettorali tal-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem (ODIHR) tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) dwar l-elezzjonijiet parlamentari li saru fil-Georgia fis-26 ta’ Ottubru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2024 dwar il-Georgia u tas-17 ta’ Diċembru 2024 dwar it-tkabbir,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Georgia,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A10-0110/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi f’Diċembru 2023 il-Kunsill Ewropew ta lill-Georgia l-istatus ta’ pajjiż kandidat bil-kundizzjoni li jittieħdu d-disa’ miżuri rilevanti indikati fir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Novembru 2023 u li jirrigwardaw prinċipalment ir-riformi fl-oqsma tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt u tad-drittijiet fundamentali;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi s-sitwazzjoni fil-Georgia ddeterjorat konsiderevolment wara l-pubblikazzjoni, fit-30 ta’ Ottubru 2024, tar-rapport tal-2024 tal-Kummissjoni dwar il-pajjiż, b’mod partikolari bħala konsegwenza tal-miżuri li ħa l-Gvern tal-Georgia;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi f’dawn l-aħħar snin qed iseħħ rigress demokratiku fil-Georgia, b’mod partikolari mill-elezzjonijiet parlamentari tas-26 ta’ Ottubru 2024, li ma rrispettaw la l-istandards demokratiċi internazzjonali u lanqas l-impenji li ħadet il-Georgia fl-ambitu tal-OSKE u li wasslu biex ħolqu parlament illeġittimu magħmul minn partit politiku wieħed biss, Ħolma Georgjana; billi r-Russja sistematikament indaħlet fil-proċessi demokratiċi fil-Georgia; billi l-elezzjonijiet frawdolenti kienu kkaratterizzati anki minn intimidazzjonijiet tal-eletturi, xiri ta’ voti u fastidju fil-konfront tal-osservaturi elettorali;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi, fit-28 ta’ Novembru 2024, Irakli Kobakhidze ħabbar li l-Georgia kienet se ttawwal iż-żmien ta’ meta jingħata bidu għat-taħditiet ta’ adeżjoni mal-UE u tirrifjuta l-assistenza finanzjarja tal-UE sa tmiem l-2028, u b’hekk injora l-impenn kostituzzjonali tal-pajjiż favur l-integrazzjoni Ewropea u kkomprometta difatti l-aspirazzjonijiet sovrani Ewro-Atlantiċi tal-Georgia, appoġġjati bil-qawwa mill-poplu tal-Georgia;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi t-tħassib relatat mad-direzzjoni li qabad il-pajjiż u d-deċiżjoni li tissospendi l-isforzi biex jingħata bidu lin-negozjati ta’ adeżjoni qanqlu protesti fuq skala kbira fil-pajjiż kollu, b’dimostranti jitolbu elezzjonijiet liberi u ġusti ġodda, ir-ritorn tal-pajjiż lejn il-perkors Ewropew tiegħu, it-tmiem tal-vjolenzi u tar-repressjonijiet politiċi, investigazzjonijiet fuq il-ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem kommess mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kontra d-dimostranti u li tali awtoritajiet jerfgħu r-responsabbiltà ta’ dan il-ksur, kif ukoll il-ħelsien tal-priġunieri politiċi; billi l-protesti ilhom iseħħu kuljum mingħajr interruzzjoni mit-28 ta’ Novembru 2024; billi fl-2025 il-protesti favur l-UE żdiedu b’mod sinifikanti fil-Georgia kollha, b’għexieren ta’ eluf ta’ ċittadini jipprotestaw kontra dak li jinħass bħala tbegħid min-naħa tal-gvern mill-integrazzjoni fl-UE; billi dawn il-protesti awtoorganizzati u spontanji li jinvolvu lis-segmenti kollha tas-soċjetà tal-Georgia jissottolinjaw l-impenn qawwi tal-poplu tal-Georgia favur il-valuri Ewropej u l-governanza demokratika;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi, bħala reazzjoni għall-protesti paċifiċi, l-awtoritajiet tal-Georgia bdew repressjoni vjolenti mingħajr preċedent tad-dimostrazzjonijiet, akkumpanjata mill-użu illeċitu tal-forza, minn atti ta’ tortura u minn maltrattamenti oħra min-naħa tal-awtoritajiet <STRING ITALIC="on">de facto</STRING>; billi minn Novembru 2024 mill-anqas 62 persuna ġew akkużati b’reati marbuta mal-parteċipazzjoni tagħhom fil-protesti pro-Ewropa u 54 għadhom miżmuma taħt arrest preventiv qabel is-smigħ tal-kawża; billi aktar minn 500 persuna qegħdin jinżammu f’detenzjoni fl-ambitu ta’ proċeduri amministrattivi, li minnhom madwar 300 ġew sottoposti, skont rapporti, għal tortura jew forom oħra ta’ trattament diżuman u degradanti u mill-anqas 157 sofrew sinjali viżibbli ta’ ferimenti fiżiċi gravi;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-awtoritajiet <STRING ITALIC="on">de facto</STRING> ta’ Ħolma Georgjana jissottoponu sistematikament lis-soċjetà ċivili u lill-media indipendenti għal pressjonijiet, restrizzjonijiet ġuridiċi u vjolenza fiżika; billi minn Novembru 2024 ġew ddokumentati mill-anqas 138 episodju ta’ ksur tal-libertà tal-media fil-kuntest tal-protesti pro-Ewropa jew avvenimenti relatati u total ta’ 174 professjonist tal-media sfaw fil-mira tar-repressjoni statali; billi mill-anqas 30 ġurnalist sofrew vjolazzjonijiet ripetuti, fosthom aggressjonijiet fiżiċi, ħsara lit-tagħmir professjonali, multi amministrattivi, akkużi kriminali u vessazzjonijiet ġudizzjarji; billi l-ġurnalista Mzia Amaglobeli bħalissa qed tinżamm taħt arrest preventiv qabel is-smigħ tal-kawża abbażi ta’ akkużi vvintati;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-awtoritajiet tal-Georgia qegħdin jirristrutturaw jew jeliminaw strutturi tas-servizz pubbliku tal-Georgia responsabbli mir-riformi favur l-Ewropa u qegħdin jissensjaw bil-massa lil professjonisti u uffiċjali pubbliċi, b’mod partikolari dawk li kkritikaw il-politiki tal-gvern, esprimew opinjonijiet pro-Ewropa u kkundannaw il-vjolenza fuq id-dimostranti paċifiċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-parlament illeġittimu tal-Georgia waqqaf Kummissjoni Temporanja ta’ Inkjesta Parlamentari fuq l-Attivitajiet tar-Reġim u tal-Figuri Politiċi tal-perjodu 2003-2012, jiġifieri meta l-President Mikheil Saakashvili kien fit-tmun tal-pajjiż u kien qed iwitti t-triq għall-ambizzjonijiet Ewro-Atlantiċi tal-Georgia; billi din il-Kummissjoni tirrappreżenta strument biex tkompli l-persekuzzjoni tal-avversarji politiċi, b’mod partikolari l-mexxejja tal-movimenti tal-oppożizzjoni; billi minn mindu twaqqfet l-hekk imsejħa kummissjoni parlamentari, is-sitwazzjoni politika fil-Georgia kompliet tmur għall-agħar b’mod gravi minħabba l-arrest arbitrarju, il-persekuzzjoni ġudizzjarja u l-kundanna ta’ mexxejja politiċi prinċipali tal-oppożizzjoni, fosthom Zurab Japaridze, Mamuka Khazaradze, Badri Japaridze, Giorgi Vashadze, Nika Gvaramia u Nika Melia, fuq akkużi b’motivazzjoni politika;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-partit fil-poter Ħolma Georgjana, bil-għan li jżomm u jsaħħaħ il-ħakma tiegħu fuq il-poter, adotta unilateralment u mingħajr konsultazzjonijiet modifiki fis-sistema elettorali muniċipali għall-elezzjonijiet tal-kunsilli muniċipali ta’ Ottubru 2025; billi l-Kummissjoni ta’ Venezja tal-Kunsill tal-Ewropa rrakkomandat ir-revoka ta’ dawn il-modifiki u l-kapijiet tal-partiti ewlenin tal-oppożizzjoni ħabbru li l-partiti tagħhom mhumiex se jipparteċipaw f’dawn l-elezzjonijiet; billi r-riformi tal-proċess ta’ formazzjoni tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali jkomplu jikkompromettu l-integrità tal-elezzjonijiet u jillimitaw il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini kif ukoll il-kapaċità tal-osservaturi u tal-media li jimmonitorjaw b’mod effikaċi l-proċess elettorali;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi, minkejja l-progress li sar lejn soċjetà aktar ekwa u inklużiva, jippersistu inugwaljanzi u stereotipi b’għeruq fondi, li jissarrfu f’livelli għoljin ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru, restrizzjonijiet gravi għall-persuni b’diżabbiltà u vjolenza u fastidju fil-konfront tal-komunità LGBTI; billi, minħabba l-insigurtà interna, bosta persuni LGBTI għażlu li jaħarbu mill-pajjiż; billi d-definizzjoni ġuridika ta’ stupru adottata mill-Georgia mhijiex konformi mal-istandards stabbiliti fil-Konvenzjoni ta’ Istanbul;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Sospensjoni tal-integrazzjoni tal-Georgia fl-UE</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Itenni s-solidarjetà tiegħu fil-konfront tal-poplu tal-Georgia u l-appoġġ sod tiegħu għall-aspirazzjonijiet leġittimi Ewropej u Ewro-Atlantiċi tiegħu u għax-xewqa tiegħu li jgħix f’pajjiż prosperu u demokratiku, kif ħareġ mill-protesti tal-massa li komplew minkejja r-repressjoni brutali min-naħa tal-awtoritajiet; jibqa’ lest jgħin lill-poplu tal-Georgia jilħaq dawn l-għanijiet; jikkundanna bil-qawwa r-repressjoni vjolenti, id-detenzjoni arbitrarja u b’motivazzjoni politika mingħajr bażi ġuridika suffiċjenti u t-tortura sistematika, skont rapporti, ta’ dimostranti paċifiċi, atturi tas-soċjetà ċivili, avversarji politiċi u rappreżentanti tal-media; jesiġi li l-awtoritajiet tal-Georgia jastjenu mill-użu tal-forza, jirrispettaw il-libertà ta’ għaqda u ta’ espressjoni u jħassru l-leġiżlazzjoni drakonjana adottata dan l-aħħar bl-iskop li toħnoq il-protesti popolari b’mod partikolari permezz ta’ ammendi eżorbitanti; huwa mħasseb b’mod partikolari bin-numru dejjem akbar ta’ priġunieri politiċi u jerġa’ jitlob li jinħelsu kollha kemm huma minnufih u mingħajr kundizzjonijiet; jitlob li jiġi investigat b’mod effikaċi u kredibbli kull att ta’ vjolenza u li dawk responsabbli jagħtu kont ta’ għemilhom; huwa mħasseb bin-nuqqas ta’ indipendenza fil-ġudikatura, fejn imħallfin ta’ livell għoli b’rabtiet ma’ Ħolma Georgjana jagħmlu superviżjoni tal-proċedimenti ġudizzjarji b’motivazzjoni politika kontra dimostranti paċifiċi u persuni li jikkritikaw il-gvern;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jesprimi dispjaċir kbir għall-fatt li l-partit fil-gvern, Ħolma Georgjana, ma sfruttax l-opportunità storika mogħtija lill-Georgia, bħala pajjiż kandidat, li jagħmel progress fil-perkors tiegħu lejn l-integrazzjoni Ewropea, fid-dawl tal-fatt li din l-integrazzjoni għadha appoġġjata mill-maġġoranza enormi tal-popolazzjoni; ifakkar li l-istatus ta’ pajjiż kandidat ingħata lill-Georgia bil-benefiċċju tad-dubju, minkejja t-trajettorja diġà inkwetanti tal-azzjonijiet tal-gvern ta’ Ħolma Georgjana, li kienu jirriżultaw dejjem aktar f’kunflitt mal-valuri Ewropej u mal-prinċipji demokratiċi; jissottolinja li, taħt il-gvern ta’ Ħolma Georgjana, il-Georgia ma għamlitx passi ’l quddiem u, anzi, saħansitra mxiet lura rigward id-dispożizzjonijiet fundamentali tad-disa’ miżuri indikati mill-Kummissjoni, għad li l-awtoritajiet isostnu l-maqlub; jisħaq fuq il-fatt li l-proċess ta’ integrazzjoni tal-Georgia fl-UE ġie difatti sospiż minħabba r-rigress demokratiku kontinwu fil-pajjiż u l-elezzjonijiet parlamentari mbagħbsa ta’ Ottubru 2024, li rrappreżentaw punt ta’ żvolta ċar lejn reġim awtoritarju, il-ħtif illegali tal-istituzzjonijiet statali u tal-garanziji demokratiċi li segwa minħabba f’hekk, u l-adozzjoni ta’ sensiela ta’ atti leġiżlattivi antidemokratiċi li jmorru kontra l-valuri u l-prinċipji li fuqhom tissejjes l-UE; jaqbel mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-27 ta’ Ġunju 2024 skont liema l-fatt li l-pajjiż naqas milli jreġġa’ lura l-linja ta’ azzjoni attwali jikkomprometti l-mixja tal-Georgia lejn l-UE, u jħeġġeġ lill-partit Ħolma Georgjana jerġa’ jaqbad it-triq tar-riformi demokratiċi u tal-integrazzjoni Ewro-Atlantika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jiddeplora s-sensja ta’ madwar 700 uffiċjal tas-servizz pubbliku minn Diċembru 2024 minħabba li pparteċipaw fil-protesti favur l-Ewropa jew li appoġġjawhom; jenfasizza li tali ritaljazzjoni tnawwar il-fiduċja taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet demokratiċi, tikser il-libertà ta’ espressjoni u ta’ assoċjazzjoni u tikkontribwixxi biex it-tendenzi awtoritarji tar-reġim jiggravaw; jistieden lill-awtoritajiet tal-Georgia jirrispettaw l-istandards tal-leġiżlazzjoni fil-qasam tax-xogħol u jippermettu lill-uffiċjali tas-servizz pubbliku jinkitbu fi trade union li tħarishom mir-restrizzjoni inġustifikata tad-drittijiet tax-xogħol tagħhom; jinsab imħasseb bil-politiċizzazzjoni dejjem akbar tal-ħatriet tal-uffiċjali tas-servizz pubbliku u jitlob ir-revoka tal-emendi għal-Liġi dwar is-Servizz Pubbliku adottati f’Diċembru 2024, li jeliminaw ir-regola tal-kompetizzjoni għall-ħatra tal-uffiċjali tas-servizz pubbliku u minflok jagħtu setgħat ta’ ħatra diretta lill-kapijiet tal-istituzzjonijiet pubbliċi; itenni li dawn l-emendi jikkostitwixxu rigress inkwetanti mis-suċċess tar-riforma tas-servizz pubbliku implimentata mill-Georgia fil-qafas tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni UE-Georgia u jitlob li dawn jiġu revokati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jisħaq fuq il-bżonn ta’ reviżjoni immedjata u komprensiva tal-politika tal-UE fil-konfront tal-Georgia fid-dawl tar-rigress demokratiku u l-kuntest politiku u leġiżlattiva dejjem aktar repressiv li jikkostitwixxi regressjoni mill-bosta kisbiet demokratiċi tal-Georgia u mir-riformi ta’ suċċess marbuta mal-UE, idgħajjef fundamentalment lill-istituzzjonijiet demokratiċi u jsaħħaħ il-poter tal-partit fil-gvern; jistieden, f’dan ir-rigward, lill-Kummissjoni teżamina mill-ġdid l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni UE-Georgia fid-dawl tal-ksur sfaċċat tal-obbligi tal-Georgia rigward il-prinċipji ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 2, b’mod partikolari r-rispett tal-prinċipji demokratiċi, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali; itenni li n-nuqqas ta’ rispett ta’ dawn l-obbligi jista’ jirriżulta fis-sospensjoni kundizzjonali tal-kooperazzjoni ekonomika u tal-privileġġi konċessi mill-Ftehim; jitlob, fid-dawl tal-ksur sfaċċat tal-prinċipji fl-ambitu tal-Artikolu 2, li jiġi applikat l-Artikolu 422 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni UE-Georgia relatat man-nonrispett tal-obbligi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jiddeplora l-fatt li l-uffiċjali ta’ livell għoli tal-partit fil-gvern, il-membri tal-parlament u l-media affiljata mal-gvern ixerrdu regolarment narrattivi manipulattivi, diżinformazzjoni u teoriji ta’ komplott dwar l-UE, l-Istati Membri tagħha, il-mexxejja u l-politiċi tagħha kif ukoll dwar l-integrazzjoni Ewropea; jenfasizza li r-reġim tal-partit fil-gvern għadu juża diskors qarrieqi u ambigwu apposta, b’hekk iqanqal il-konvinzjoni falza fost partijiet tal-opinjoni pubblika tal-Georgia li tibqa’ favur l-integrazzjoni Ewropea; jiddispjaċih bil-fatt li l-kuntest medjatiku u informattiv qiegħed jiġi mrażżan u ddominat minn stazzjonijiet televiżivi u medjatiċi appoġġjati minn Ħolma Georgjana, li jxerrdu narrattivi foloz dwar l-integrazzjoni fl-UE, billi jemulaw u jirriproduċu l-propaganda ta’ ispirazzjoni Russa u jiffaċilitaw il-polarizzazzjoni fis-soċjetà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jissottolinja r-responsabbiltà ta’ Bidzina Ivanishvili u ta’ uffiċjali u mexxejja politiċi ora, fosthom Irakli Kobakhidze, Shalva Papuashvili, Vakhtang Gomelauri, Kakha Kaladze, Sindku ta’ Tbilisi u Segretarju Ġenerali ta’ Ħolma Georgjana, u Irakli Garibashvili, ex President ta’ Ħolma Georgjana, fid-deterjorament tal-proċess politiku fil-Georgia billi ppermettew ir-rigress demokratiku li wassal għall-konsolidament awtokratiku tal-poter u aġixxew kontra l-objettiv kostituzzjonali tal-pajjiż ta’ integrazzjoni Ewro-Atlantika; jitlob, għaldaqstant, li jiġu imposti sanzjonijiet personali immedjati u mmirati fil-konfront ta’ Bidzina Ivanishvili, tal-familjari tiegħu u tal-kumpaniji tiegħu, u jitlob li l-UE, f’kooperazzjoni mal-ġuriżdizzjonijiet l-oħra, b’mod partikolari r-Renju Unit, tiffriża l-assi finanzjarji tiegħu; ifakkar lill-gvernijiet tal-Ungerija u tas-Slovakkja fil-prinċipju tal-kooperazzjoni leali, li jirrikjedi lill-Istati Membri jastjenu minn kwalunkwe miżura li tista’ tikkomprometti l-ilħuq tal-objettivi tal-UE; iħeġġeġ għaldaqstant lill-gvernijiet tal-Ungerija u tas-Slovakkja jallinjaw mill-ġdid il-politika estera tagħhom mal-pożizzjonijiet u mal-prinċipji tal-UE u jneħħu l-veto tagħhom kontra l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet fil-konfront ta’ persuni responsabbli mir-rigress demokratiku fil-Georgia u mir-repressjoni kontra l-protesti leġittimi; jikkundanna l-azzjonijiet unilaterali tal-Gvern Ungeriż maħsuba biex jilleġittima lil Ħolma Georgjana;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Rigress kostanti tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt u konsolidament awtokratiku tal-poter </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Itenni l-pożizzjoni tiegħu skont liema l-kriżi politika u kostituzzjonali attwali fil-Georgia tista’ tissolva biss billi jerġgħu jsiru l-elezzjonijiet parlamentari, li jenħtieġ li jsiru f’dawn ix-xhur li ġejjin f’kuntest elettorali mtejjeb, taħt is-superviżjoni ta’ amministrazzjoni elettorali indipendenti u imparzjali u b’osservazzjoni diliġenti internazzjonali u nazzjonali indipendenti, bil-għan li jiġi ggarantit proċess tassew ġust, liberu u trasparenti, li jirrifletti r-rieda reali tal-poplu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jisħaq fuq il-fatt li ma jirrikonoxxix l-awtoritajiet awtoproklamati stabbiliti minn Ħolma Georgjana wara l-elezzjonijiet parlamentari mbagħbsa tas-26 ta’ Ottubru 2024 u jqis li l-Georgia hija Stat maħkum mir-reġim illeġittimu ta’ Ħolma Georgjana; jirrifjuta b’konsegwenza ta’ dan kwalunkwe deċiżjoni meħuda mill-organu li ħa l-kontroll tal-pajjiż, bħall-adozzjoni mgħaġġla tal-emendi għall-Kodiċi tar-Reati Amministrattivi, għall-Kodiċi Kriminali u għal-Liġi dwar l-Assemblej u l-Manifestazzjonijiet; jiddeplora l-fatt li l-Parlament tal-Georgia huwa parlament monopartitiku, iffurmat abbażi ta’ elezzjonijiet frawdolenti, u dan huwa inkompatibbli ma’ demokrazija parlamentari pluralistika u mal-istandards mistennija minn pajjiż kandidat għall-adeżjoni mal-UE; jilqa’ pożittivament ir-rifjut tal-kredenzjali ta’ Ħolma Georgjana fi ħdan l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, li wassal biex id-delegazzjoni tal-Georgia tirtira;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jiddeplora t-tentattivi kontinwi tal-partit fil-gvern Ħolma Georgjana biex jippersegwita lill-avversarji politiċi, anki permezz tal-arrest u tad-detenzjoni illegali tagħhom, ta’ theddid u attakki fiżiċi; itenni l-appell tiegħu biex jinġiebu fi tmiemhom l-ostilitajiet b’motivazzjoni politika, jitjieb il-kuntest politiku u jissaħħu l-fiduċja u d-djalogu interpartitiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jikkundanna l-prosekuzzjoni illegali tal-avversarji politiċi mill-Kummissjoni ta’ Inkjesta tal-Parlament tal-Georgia <STRING ITALIC="on">de facto</STRING>, immexxija mill-partit Ħolma Georgjana, li timmira b’mod sproporzjonat lejn l-azzjonijiet tal-gvern li l-mandat tiegħu ntemm aktar minn tnax-il sena ilu; jenfasizza n-natura politika tal-“investigazzjoni”, u josserva li l-partit Ħolma Georgjana ilu fil-poter mill-2012, iżda nieda l-Kummissjoni ta’ Inkjesta b’mod parallel mat-tentattivi tiegħu li jipprojbixxi partiti reali tal-oppożizzjoni; jieħu nota, bi tħassib, tad-dikjarazzjonijiet ta’ Thea Tsulukiani, il-President tal-Kummissjoni ta’ Inkjesta, li bihom ixxerred narrattivi Russi; jikkundanna bl-aktar mod qawwi possibbli l-arrest u l-kundanna ta’ Zurab Japaridze, Mamuka Khazaradze, Badri Japaridze, Giorgi Vasadze, Nika Melia, Nika Gvaramia u ta’ politiċi tal-oppożizzjoni oħrajn fuq akkużi b’motivazzjoni politika u jqis lil dawn il-persuni priġunieri politiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jinsab imħasseb immens bid-dikjarazzjonijiet li għamlu dan l-aħħar il-mexxejja tal-partit fil-gvern Ħolma Georgjana, li fihom indikaw l-intenzjoni tagħhom li jiddikjaraw inkostituzzjonali l-partiti tal-oppożizzjoni, b’mod partikolari lill-Moviment Nazzjonali Unit; ifakkar li l-Moviment Nazzjonali Unit żvolġa rwol fundamentali biex jingħata bidu għall-proċess ta’ integrazzjoni Ewropea tal-Georgia u biex dan jimxi ’l quddiem; jieħu nota tal-paralleliżmi bejn l-aġir tal-awtoritajiet <STRING ITALIC="on">de facto</STRING> ta’ Ħolma Georgjana u r-reġim attwali tal-Kremlin, li kkonsolida l-ħakma tiegħu billi jipprojbixxi lill-partiti tal-oppożizzjoni; jikkundanna l-abbozz ta’ emenda tal-Liġi Organika dwar l-Assoċjazzjonijiet Politiċi ta’ Ċittadini u tal-Liġi dwar il-Qorti Kostituzzjonali, adottat fit-13 ta’ Mejju 2025, li jkun jagħti s-setgħa lill-Qorti Kostituzzjonali tipprojbixxi b’mod effikaċi u arbitrarju lill-partiti kollha tal-oppożizzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Itenni bil-qawwa t-talba tiegħu biex jinħeles minnufih l-ex President Mikheil Saakashvili fuq raġunijiet umanitarji, biex ikun jista’ jirċievi l-kuri mediċi neċessarji barra mill-pajjiż; jenfasizza li l-awtoritajiet tal-Georgia huma totalment responsabbli minn saħħtu u mill-benesseri tiegħu u jkollhom jagħtu kont ta’ kwalunkwe dannu li jista’ jsofri; jistieden, barra minn hekk, lill-awtoritajiet ta’ Ħolma Georgjana jiżguraw li l-Membri tal-Parlament Ewropew jingħataw aċċess mingħajr restrizzjonijiet għal Mikheil Saakashvili;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jissottolinja li l-politika ta’ nonrikonoxximent tal-leġittimità tal-parlament monopartitiku u tal-president maħtur minnu għandha tinżamm sakemm ikun hemm bidla tanġibbli fil-kors politiku tal-Georgia u sakemm isiru elezzjonijiet parlamentari liberi u ġusti ġodda; jistieden lir-rappreżentanti u lill-parlamentari tal-UE u tal-Istati Membri ma jipparteċipawx f’laqgħat mar-rappreżentanti tar-reġim, ibda mill-president <STRING ITALIC="on">de facto</STRING> ta’ bħalissa; ikompli jirrikonoxxi lil Salome Zourabichvili bħala l-President leġittima tal-Georgia u r-rappreżentanta tal-poplu Georgjan; ifaħħar l-isforzi tagħha biex b’mod paċifiku tidderieġi lill-pajjiż lura fuq perkors demokratiku u Ewropew ta’ żvilupp;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-elezzjonijiet muniċipali li jmiss tal-ħarifa 2025 se jsiru f’kuntest ġuridiku dejjem agħar wara l-adozzjoni tal-emendi l-ġodda għal-Liġi Organika tal-Georgia u għall-Kodiċi Elettorali f’Diċembru 2024 u f’kundizzjonijiet ta’ persekuzzjoni u repressjoni politika dejjem akbar tal-avversarji politiċi min-naħa tar-reġim tal-Georgia; iqis li, fil-kundizzjonijiet politiċi u ġuridiċi attwali, l-elezzjonijiet muniċipali jippreżentaw sfidi enormi għal kwalunkwe parteċipant potenzjali li jistenna elezzjonijiet ħielsa u ġusti u li, barra minn hekk, tali parteċipazzjoni se tintuża mill-awtoritajiet awtoproklamati bħala rikonoxximent tal-<STRING ITALIC="on">istatus quo</STRING> l-ġdid; jemmen li dawn l-elezzjonijiet li jmiss ma jippreżentawx opportunità biex tiġi riflessa l-għażla demokratika tal-poplu tal-Georgia sakemm jinħelsu l-mexxejja politiċi tal-oppożizzjoni impriġunati u miżmuma f’detenzjoni u sakemm l-elezzjonijiet isiru f’kuntest elettorali mtejjeb, taħt is-superviżjoni ta’ amministrazzjoni elettorali indipendenti u imparzjali u b’osservazzjoni internazzjonali diliġenti, bil-għan li jiġi garantit proċess tassew ġust, liberu u trasparenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-qerda kontinwa u deliberata tal-ambjent għas-soċjetà ċivili vivaċi tal-Georgia, bl-adozzjoni ta’ diversi atti leġiżlattivi restrittivi ispirati minn dawk Russi, anki f’dak li għandu x’jaqsam mat-trasparenza tal-influwenza barranija, mat-theddid u mal-istigmatizzazzjoni min-naħa tal-awtoritajiet; jiddenunzja bil-qawwa l-inizjattiva leġiżlattiva l-ġdida li tirrikjedi r-reġistrazzjoni tal-għotjiet kollha li jirċievu l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili mal-gvern u li tobbliga lid-donaturi barranin jiksbu l-approvazzjoni eżekuttiva qabel ma jgħaddu għall-iżborż tal-għotjiet lill-organizzazzjonijiet lokali; jiddispjaċih bid-deċiżjoni li ħadu dan l-aħħar l-awtoritajiet li jiffriżaw il-kontijiet bankarji tal-inizjattivi u tal-kampanji ta’ finanzjament kollettiv favur il-priġunieri politiċi u l-familji tagħhom; jistieden lill-awtoritajiet iġibu minnufih fi tmiemhom l-atti intimidatorji, it-theddid, il-prosekuzzjonijiet b’motivazzjoni politika u l-aggressjonijiet fiżiċi fil-konfront tar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, tal-mexxejja politiċi, tal-attivisti ċivili, tal-ġurnalisti u tal-operaturi tal-media fil-Georgia; jikkundanna r-rifjut arbitrarju u inġustifikat li jiddaħħlu fil-Georgia diversi ġurnalisti Ewropej; itenni t-talba tiegħu għall-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet ta' Mzia Amaghlobeli u għall-irtirar tal-akkużi kollha kontriha, li huma politikament motivati, filwaqt li jesprimi tħassib serju dwar id-deterjorament kritiku tal-vista tagħha fid-detenzjoni u jħeġġeġ aċċess urġenti għal kura medika fdata;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jikkundanna l-adozzjoni reċenti, mingħajr konsultazzjoni pubblika adegwata, ta’ leġiżlazzjoni li tippermetti aktar persekuzzjonijiet politiċi, tillimita d-dritt ta’ għaqda u tkompli ċċekken l-ispazju għas-soċjetà ċivili, għall-media indipendenti u għall-oppożizzjoni biex joperaw liberament, inklużi l-liġi dwar l-aġenti barranin ispirata minn dik Russa, l-emendi għal-Liġi dwar is-Servizz Pubbliku, l-emendi għal-Liġi dwar l-Għotjiet, il-Liġi dwar ir-Reġistrazzjoni tal-Aġenti Barranin, kif ukoll emendi restrittivi ġodda għal-Liġi dwar ix-Xandir; jistieden lill-awtoritajiet tal-Georgia jirrevokaw dawn il-modifiki leġiżlattivi; jisħaq fuq il-fatt li l-aġir politiku tal-partit Ħolma Georgjana, inkluż l-allinjament strateġiku tiegħu mal-Federazzjoni Russa u l-adozzjoni aċċelerata ta’ strumenti tipiċi tar-reġimi awtoritarji, jirrifletti l-iżviluppi fi ħdan ir-Russja stess; jesprimi tħassib dwar l-aktar mewġa ta’ attakki reċenti fuq organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) u dwar ir-rikjesta minn ċerti istituzzjonijiet statali, bħall-Uffiċċju kontra l-Korruzzjoni, biex l-NGOs jagħtu, f’temp ta’ tlett ijiem ta’ xogħol, informazzjoni finanzjarja, ġuridika u operattiva dettaljata dwar dawn l-aħħar sena u nofs; jissottolinja li din ir-rikjesta mhijiex fattibbli sa mit-tfassil u tirriskja li tipparalizza l-ħidma tal-organizzazzjonijiet fil-mira u li tissospendi l-attivitajiet tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Ifaħħar ix-xogħol li s-soċjetà ċivili tal-Georgia għamlet f’dawn l-aħħar xhur, billi tat assistenza legali bla ħlas, iddokumentat il-ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u ħadet ir-riedni f’idejha fit-tilwim nazzjonali u internazzjonali biex titlob ġustizzja u l-aċċertament tar-responsabbiltà f’kuntest ikkaratterizzat minn attakki ma jaqtgħu qatt, mill-kriminalizzazzjoni tal-ispazju ċiviku u minn kampanji ta’ diżinformazzjoni dwar ix-xogħol tas-soċjetà ċivili;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jisħaq fuq il-bżonn urġenti li s-soċjetà ċivili u l-media indipendenti fil-Georgia jiġu appoġġjati fid-dawl tar-repressjoni dejjem akbar u tas-sospensjoni tal-attivitajiet tal-Aġenzija tal-Istati Uniti għall-Iżvilupp Internazzjonali (USAID) u jitlob, għaldaqstant, lill-Kummissjoni żżid l-appoġġ finanzjarju u tgħaddi għall-iżborż tiegħu mill-aktar fis possibbli; jitlob li l-mekkaniżmi ta’ finanzjament tal-UE jkunu adattati biex iqisu l-bżonnijiet li jinqalgħu f’kuntest aktar ostili u antidemokratiku u li l-fondi jiġu allokati mill-ġdid biex jappoġġjaw direttament l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, il-media indipendenti u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza wkoll, f’dan ir-rigward, li l-Istati Membri tal-UE għandhom ikunu lesti jilqgħu u jappoġġjaw lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u lill-media indipendenti tal-Georgia ħalli jkunu jistgħu jkomplu jaħdmu f’eżilju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jenfasizza li Ħolma Georgjana, barra milli ma tilqax l-integrazzjoni tal-Georgia fl-UE, tirrifjuta b’mod aktar ġenerali d-dritt internazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u l-istandards demokratiċi, u miexja malajr tul l-istess trajettorja negattiva li ġiet osservata qabel fir-Russja; jinsab imħasseb bil-kbir, b’mod partikolari, bil-fatt li dan se jkollu aktar effetti kaskata fuq id-drittijiet u l-benesseri tan-nisa, tal-minoranzi, tal-migranti, tal-persuni b’diżabbiltà, tal-persuni LGBTI, tal-persuni li jgħixu taħt il-soll tal-faqar u ta’ gruppi vulnerabbli jew f’riskju oħrajn; jikkundanna bil-qawwa l-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni anti-LGBTI min-naħa tal-Parlament tal-Georgia f’Ottubru 2024, li tirrifletti politika awtoritarja ispirata minn dik Russa u tikser il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u titlob li tiġi revokata; jitlob li jiddaħħlu mill-ġdid il-kwoti tal-ġeneru aboliti mill-Parlament tal-Georgia f’April 2024; jistieden lill-Istati Membri tal-UE, huma u jivvalutaw l-applikazzjonijiet għall-ażil, iqisu b’mod adegwat il-fatt li l-Georgia issa għandha waħda mil-liġijiet anti-LGBTI l-aktar repressivi fl-Ewropa; huwa mħasseb bin-nuqqas ta’ protezzjoni tal-minoranzi etniċi u reliġjużi fil-Georgia;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Itenni li l-miżuri li ħadet sal-lum l-UE bħala reazzjoni għar-rigress demokratiku flagranti u l-irtirar mill-impenji preċedenti ma jirriflettux il-gravità tas-sitwazzjoni fil-Georgia u l-konsegwenzi relatati fir-reġjun kollu; jiddispjaċih bin-nuqqas ta’ miżuri proattivi u bir-reazzjoni ġeneralment limitata u mdewma tal-Kunsill u tal-Kummissjoni; jisħaq fuq il-fatt li l-assenza tal-unanimità fost l-Istati Membri ma għandhiex timpedixxi lil dawk disposti li jieħdu miżuri xierqa u effikaċi milli jagħmlu dan; jistieden lill-mexxejja tal-UE jagħmlu appell b’urġenza lill-Istati Membri tal-istess fehma biex jieħdu azzjoni koordinata u b’hekk jegħlbu l-ostakli politiċi għall-adozzjoni ta’ sanzjonijiet fil-livell tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jintroduċu, fuq bażi bilaterali u koordinata, sanzjonijiet personali kontra l-mexxejja politiċi ewlenin ta’ Ħolm Georgjana, l-uffiċjali u s-sostenituri tar-reġim fl-amministrazzjoni, fin-negozju, fil-media, fis-sistema ġudizzjarja, fl-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u fil-kummissjoni elettorali, li huma responsabbli mir-rigress demokratiku, mill-frodi elettorali, mill-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u mill-persekuzzjoni tal-avversarji politiċi u tal-attivisti; jitlob ukoll li jiġu estiżi s-sanzjonijiet għall-uffiċjali pubbliċi ta’ livell medju u inferjuri li huma responsabbli mill-implimentazzjoni tal-miżuri repressivi fil-konfront tal-avversarji tar-reġim u li s-sanzjonijiet jinżammu sakemm ma d-demokrazija Georgjana terġa’ tiġi stabbilita; jilqa’ l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet bilaterali min-naħa tal-Litwanja, tal-Estonja, tal-Latvja, tal-Ċekja, tal-Ġermanja u tal-Polonja, kif ukoll ta’ sħab tal-istess fehma, pereżempju l-Istati Uniti, ir-Renju Unit, il-Kanada u l-Ukrajna, u jistieden lill-Istati Membri l-oħra jagħmlu l-istess; jitlob li jitqiesu miżuri restrittivi ulterjuri, bħall-esklużjoni minn SWIFT jew sanzjonijiet settorjali, immirati li jimblukkaw il-flussi finanzjarji u s-sorsi ta’ introjtu tar-reġim ta’ Ħolma Georgjana;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jilqa’ d-deċiżjoni tal-Kunsill li tissospendi l-eżenzjoni mill-viża għad-diplomatiċi u għall-uffiċjali tal-Georgia bħala l-ewwel pass fir-risposta għall-iżviluppi negattivi kostanti fil-Georgia; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jeżaminaw mill-ġdid l-istatus ta’ eżenzjoni mill-viża tal-Georgia, bil-possibbiltà li jissospenduh jekk ma jiġux rispettati l-parametri ta’ riferiment u l-istandards rilevanti f’termini ta’ governanza demokratika u libertajiet minħabba l-azzjonijiet tal-partit fil-gvern; jenfasizza li l-partit Ħolma Georgjana huwa responsabbli bis-sħiħ mill-konsegwenzi kollha li jirriżultaw mis-sospensjoni possibbli tar-reġim ta’ eżenzjoni tal-viża għaċ-ċittadini tal-Georgia; jisħaq fuq l-importanza tal-eżenzjoni tal-viża għall-atturi tas-soċjetà ċivili, għall-attivisti għad-drittijiet tal-bniedem u għall-ġurnalisti tal-Georgia, fost oħrajn, kemm biex jivvjaġġaw lejn l-UE biex jinfurmaw lill-atturi Ewropej bl-iżviluppi fil-Georgia kif ukoll biex ikunu jistgħu jitilqu malajr mill-pajjiż, peress li ħafna minnhom ikollhom iħabbtu wiċċhom ma’ persekuzzjonijiet politiċi min-naħa tal-awtoritajiet;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Allinjament tal-kwistjonijiet ta’ politika estera</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jiddeplora l-fatt li l-partit Ħolma Georgjana qiegħed ixejjen għexieren ta’ snin ta’ progress lejn id-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-integrazzjoni Ewro-Atlantika u qiegħed jaljena lill-alleati tiegħu, li kienu sostnewh matul il-proċess kollu; jiddispjaċih li l-Georgia ma għamlitx progress fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-UE fil-qasam tal-politika estera, ta’ sigurtà u ta’ difiża u li l-livell ta’ allinjament tal-Georgia mal-politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK) tal-UE għadu notevolment baxx (49 %), u dan juri n-nuqqas ta’ impenn tal-pajjiż favur l-integrazzjoni Ewropea; jenfasizza li l-progress fil-proċess ta’ adeżjoni mal-UE jirrikjedi l-allinjament sħiħ mal-PESK tal-UE, bi qbil mal-aspettattivi għall-pajjiżi kandidati kollha; jiddispjaċih bil-fatt li l-Georgia ma tipparteċipax fil-missjonijiet u fl-operazzjonijiet tal-UE ta’ ġestjoni tal-kriżijiet fl-ambitu tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni; jiddispjaċih bil-fatt li d-diżallinjament tal-politika estera tal-Georgia qiegħed iwassalha għall-awtoiżolament u li r-reġim repressiv ta’ Ħolma Georgjana qiegħed jiggrava l-instabbiltà fir-reġjun tal-Kawkasu tan-Nofsinhar u fil-Baħar l-Iswed;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Josserva li l-Georgia, taħt il-gvern ta’ bħalissa, qiegħda miexja f’direzzjoni li tesponiha għar-riskju li ssir Stat vassall tar-Russja, bħall-Belarussja; jiddispjaċih bil-fatt li, f’mument li fih id-dinja demokratika qiegħda ssostni bil-qawwa lill-Ukrajna kontra l-gwerra ta’ aggressjoni mhux provokata tal-Federazzjoni Russa, l-awtoritajiet attwali tal-Georgia qegħdin jallinjaw ruħhom dejjem aktar mal-politiki u mar-retorika tal-Kremlin, u b’hekk jikkontribwixxu għar-reviżjoniżmu storiku; josserva li l-Georgia ma allinjatx ruħha mal-maġġoranza l-kbira tas-sanzjonijiet fil-konfront tar-Russja, tal-Belarussja u tal-Iran, għad li ddikjarat li kkollaborat mal-UE biex tipprevjeni ċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet; jinsab imħasseb, madankollu, bir-rapporti skont liema l-Georgia allegatament qiegħda taġevola l-evażjoni tas-sanzjonijiet tal-UE fil-konfront tar-Russja; jistieden għaldaqstant lill-Kummissjoni twettaq investigazzjoni bir-reqqa fuq dawn l-allegazzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Josserva wkoll bi tħassib il-liwja strateġika li għamel dan l-aħħar il-partit Ħolma Georgjana lejn iċ-Ċina u l-kooperazzjoni dejjem akbar tiegħu mal-Iran; jieħu nota tal-appoġġ pubbliku ta’ Ħolma Georgjana għall-inizjattivi ġeostrateġiċi Ċiniżi u għat-tisħiħ tar-relazzjonijiet ekonomiċi bilaterali, inkluża l-aġġudikazzjoni tal-bini tal-port tal-baħar fond ta’ Anaklia lil konsorzju mmexxi miċ-Ċina; jenfasizza li tali inizjattiva tikkontradixxi l-impenn dikjarat tal-Georgia favur l-integrazzjoni Ewro-Atlantika; jissottolinja li l-proġett ta’ Anaklia issa jirriskja li jsir mezz li bih tiżdied l-influwenza politika, finanzjarja u ekonomika Ċiniża fir-reġjun, u b’hekk il-Georgia tkompli titbiegħed mis-sħab strateġiċi tagħha fil-Punent; jistieden, f’dan ir-rigward, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirrieżaminaw u, jekk neċessarju, jissospendu jew jorjentaw mill-ġdid il-finanzjamenti għall-proġetti ta’ konnettività reġjonali; jinsab imħasseb immens bil-kooperazzjoni dejjem akbar tal-Georgia ma’ Tehran taħt bosta aspetti, li tista’ twassal biex il-Georgia tkompli tiżola ruħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Iwissi li l-liwja li qiegħda tagħmel il-Georgia lejn l-awtoritariżmu u l-allinjament dejjem akbar lejn ir-Russja jikkostitwixxu theddida dejjem aktar gravi għas-sigurtà Ewropea, b’mod partikolari fid-dawl tal-pożizzjoni strateġika tal-pajjiż u tal-aċċess għall-Baħar l-Iswed, li huwa fundamentali għall-forza ta’ projezzjoni Russa fir-reġjun; jissottolinja li l-istrateġija tal-partit fil-gvern Ħolma Georgjana jaf tkun replikata band’oħra bħala eżempju ta’ manipulazzjoni ibrida tal-Istat; jinsab imħasseb bir-riperkussjonijiet fuq livell reġjonali u jwissi li tinsab fir-riskju l-kredibbiltà tal-azzjoni Ewropea fir-reġjun tal-Kawkasu tan-Nofsinhar kollu kemm hu, b’mod partikolari qabel l-Istrateġija imminenti tal-UE għall-Baħar l-Iswed;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jinsab imħasseb immens bil-kollaborazzjoni, bir-ravviċinament u bil-konverġenza ideoloġika ta’ Ħolma Georgjana mar-Russja u ma’ reġimi awtoritarji oħra, minkejja l-fatt li r-Russja qiegħda tokkupa ftit ftit it-territorju tal-Georgia; jiddenunzja l-fatt li l-partit Ħolma Georgjana jippromwovi d-diżinformazzjoni u l-manipulazzjoni Russi u jieħu sehem fihom, fosthom l-istrumentalizzazzjoni tal-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna bħala strument ta’ propaganda, li huma f’kunflitt mal-appoġġ pubbliku, intatt u straordinarjament għoli, għall-integrazzjoni Ewro-Atlantika tal-pajjiż; jiddispjaċih bin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mal-UE fil-ġlieda kontra l-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-indħil minn barranin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Itenni l-kundanna l-aktar qawwija tiegħu tal-okkupazzjoni li għaddejja, min-naħa tar-Russja, tar-reġjuni tal-Georgia tal-Abkażja u tal-Ossezja tan-Nofsinhar u tal-proċess kontinwu ta’ “frunterizzazzjoni”, li jikkostitwixxi ksur tas-sovranità u tal-integrità territorjali tal-Georgia; iħeġġeġ lill-Gvern tal-Georgia jżomm pożizzjoni ċara u konsistenti fil-konfront tal-aggressjoni Russa u jistieden lill-UE tibqa’ tipparteċipa b’mod attiv fir-riżoluzzjoni tal-kunflitti, fil-monitoraġġ tad-drittijiet tal-bniedem u fl-appoġġ għall-komunitajiet milquta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jirrakkomanda li tissaħħaħ il-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia (EUMM) permezz ta’ aktar riżorsi u mandat usa’ bil-għan li jsir monitoraġġ tal-indħil barrani u tad-destabbilizzazzjoni tal-fruntieri; iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw finanzjamenti u persunal adegwati biex l-EUMM tirrispondi għall-kriżi politika u ta’ sigurtà attwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Josserva li l-appoġġ mill-Faċilità Ewropea għall-Paċi, tal-valur ta’ EUR 30 miljun, ġie leġittimament sospiż fl-2024 bħala tweġiba għar-rigress demokratiku fil-Georgia u mhu ppjanat l-ebda appoġġ għall-2025; jenfasizza li din is-sospensjoni se jkollha konsegwenzi negattivi fuq l-istabbiltà u s-sigurtà nazzjonali tal-Georgia; itenni li kwalunkwe appoġġ finanzjarju futur jista’ jkun awtorizzat biss bil-kundizzjoni li jirriżenja r-reġim Georgjan awtoproklamat u jsiru elezzjonijiet ġusti u imparzjali;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kunsill tal-Ewropa, lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, lill-President tal-Georgia Salome Zourabichvili u lill-awtoritajiet awtoproklamati tal-Georgia.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>