<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0159</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-implimentazzjoni u t-twettiq tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli fid-dawl tal-Forum Politiku ta’ Livell Għoli 2025</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0125/2025 - Rapporteur: Robert Biedroń, Nikolas Farantouris)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2025 dwar l-implimentazzjoni u t-twettiq tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli fid-dawl tal-Forum Politiku ta’ Livell Għoli 2025 (2025/2014(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 3(5) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 13 u l-Artikolu 208(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (UE) 2022/591 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ April 2022 dwar Programm Ġenerali ta’ Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2030<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 114, 12.4.2022, p. 22, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/591/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta mill-Kunsill u r-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni tat-30 ta’ Ġunju 2017 dwar Il-Kunsens Ewropew Ġdid għall-Iżvilupp – “Id-dinja tagħna, id-dinjità tagħna, il-futur tagħna”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 210, 30.6.2017, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Settembru 2015 dwar is-segwitu għall-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej “Right2Water”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 316, 22.9.2017, p. 99.</FIELD></FOOTNOTE> u r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Ottubru 2022 dwar l-aċċess għall-ilma bħala dritt tal-bniedem – id-dimensjoni esterna<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 132, 14.4.2023, p. 54.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta’ Novembru 2019 dwar l-emerġenza klimatika u ambjentali,<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 232, 16.6.2021, p. 28.</FIELD></FOOTNOTE>
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Ġunju 2021 dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030: Inreġġgħu n-natura lura f’ħajjitna<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 67, 8.2.2022, p. 25.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ Lulju 2022 dwar il-pjan ta’ azzjoni tal-UE għall-ekonomija soċjali<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 47, 7.2.2023, p. 171.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tas-27 ta’ Marzu 2023 bit-titolu “Promoting the Social and Solidarity Economy for Sustainable Development” (Il-promozzjoni tal-ekonomija soċjali u solidali għall-Iżvilupp Sostenibbli),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar ix-xogħol deċenti u l-ekonomija tal-kura, adottata fil-112-il Konferenza Internazzjonali dwar ix-Xogħol fl-14 ta’ Ġunju 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ Lulju 2022 dwar l-indirizzar tas-sigurtà alimentari fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 47, 7.2.2023, p. 149.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ Novembru 2022 dwar il-futur tal-Arkitettura Finanzjarja Ewropea għall-Iżvilupp<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 167, 11.5.2023, p. 57.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Marzu 2023 dwar il-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/398, 23.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/398/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Ġunju 2023 dwar l-implimentazzjoni u t-twettiq tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/493, 23.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/493/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tad-19 ta’ Diċembru 2024 lill-Kunsill dwar il-prijoritajiet tal-UE għad-69 sessjoni tal-Kummissjoni tan-NU dwar l-Istatus tan-Nisa<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/1971, 11.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1971/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ April 2024 dwar l-inklużjoni tad-dritt għall-abort fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/1279, 13.3.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1279/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ Ġunju 2021 dwar is-sitwazzjoni tas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati fl-UE, fil-kuntest tas-saħħa tan-nisa<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 81, 18.2.2022, p. 43.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Novembru 2020 bit-titolu “It-twettiq tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU – Approċċ komprensiv (SWD(2020)0400),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Novembru 2021 bit-titolu “Linji Gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar” (SWD(2021)0305) u s-Sett ta’ Għodod għal Regolamentazzjoni Aħjar ta’ Lulju 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-integrazzjoni tal-SDGs fil-qafas ta’ regolamentazzjoni aħjar, inkluża l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ April 2021 bit-titolu “Regolazzjoni aħjar: Ningħaqdu flimkien biex nagħmlu liġijiet aħjar” (COM(2021)0219),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2015 dwar il-qerda tal-faqar u l-Iżvilupp Sostenibbli wara l-2015,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 2019 dwar l-Ekonomija tal-Benesseri<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 400, 26.11.2019, p. 9.</FIELD></FOOTNOTE> u l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2024 dwar il-prijoritajiet tal-UE fin-Nazzjonijiet Uniti matul id-79 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, Settembru 2024 - Settembru 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 2021 bit-titolu “Approċċ komprensiv biex titħaffef l-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 tan-NU għall-iżvilupp sostenibbli – Nibnu mill-ġdid aħjar wara l-kriżi tal-COVID-19”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2022 dwar l-apprendiment favur it-tranżizzjoni ekoloġika u l-iżvilupp sostenibbli,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-21 ta’ Ġunju 2022 bit-titolu, “Ir-rwol trasformattiv tal-edukazzjoni għall-iżvilupp sostenibbli u ċ-ċittadinanza globali bħala għodda strumentali għall-kisba tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs)”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2024 dwar il-miri ta’ għajnuna għall-iżvilupp tal-UE,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2019 bit-titolu “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew” (COM(2019)0640),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Marzu 2020 bit-titolu “Pjan ta’ Azzjoni ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari għal Ewropa aktar nadifa u kompetittiva” (COM(2020)0098),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Mejju 2021 bit-titolu “Perkors għal Pjaneta b’Saħħitha għal Kulħadd – Pjan ta’ Azzjoni tal-UE: Lejn Tniġġis Żero għall-Arja, għall-Ilma u għall-Ħamrija” (COM(2021)0400) u l-annessi tagħha,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Marzu 2025 bit-titolu “Zero pollution monitoring and outlook 2025” (Monitoraġġ għat-tniġġis żero u l-prospettiva għall-2025),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Frar 2022 dwar ix-xogħol deċenti madwar id-dinja għal tranżizzjoni globali ġusta u rkupru sostenibbli (COM(2022)0066 final),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Marzu 2024 bit-titolu “Il-ġestjoni tar-riskji klimatiċi – nipproteġu l-poplu u l-prosperità” (COM(2024)0091),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Frar 2025 bit-titolu “Il-Patt għal Industrija Nadifa: Pjan direzzjonali konġunt għall-kompetittività u d-dekarbonizzazzjoni”(COM(2025)0085),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Marzu 2025 bit-titolu “Pjan Direzzjonali għad-Drittijiet tan-Nisa” (COM(2025)0097),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ittri ta’ missjoni mill-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen lis-26 Kummissarju Ewropew,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent tal-4 ta’ Diċembru 2019 bit-titolu “The European environment – state and outlook 2020: Knowledge for transition to a sustainable Europe” (L-ambjent Ewropew – kif jinsab bħalissa u l-prospetti għall-2020: Għarfien għal tranżizzjoni lejn Ewropa sostenibbli),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-UE għas-Saħħa Globali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar il-Ġeneru III (GAP III),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istrateġija Ewropea għall-Kura,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ewwel rieżami volontarju tal-UE tal-implimentazzjoni tal-SDGs, ippreżentat lin-Nazzjonijiet Uniti fid-19 ta’ Lulju 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ monitoraġġ tal-Eurostat għall-2024 dwar il-progress lejn l-SDGs fil-kuntest tal-UE, ippubblikat fit-18 ta’ Ġunju 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta’ Settembru 2018 bit-titolu “Indikaturi aktar adatti għall-evalwazzjoni tal-SDGs – il-kontribut tas-soċjetà ċivili”, tat-30 ta’ Ottubru 2019 bit-titolu “Ħadd ma jitħalla jibqa’ lura meta tiġi implimentata l-Aġenda għall-Iżvilupp Sostenibbli 2030”, u tat-8 ta’ Diċembru 2021 bit-titolu “Strateġija mġedda għal finanzjament sostenibbli”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tan-NU 70/1 bit-titolu “Transforming our World – the 2030 Agenda for Sustainable Development” (2030 Agenda) (Nittrasformaw id-Dinja tagħna: l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli) (Aġenda 2030), adottata fis-Summit tan-NU dwar l-Iżvilupp Sostenibbli fil-25 ta’ Settembru 2015 fi New York, liema riżoluzzjoni stabbiliet l-SDGs,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta’ Kull Forma ta’ Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW) għaż-Żgħażagħ,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Diversità Bijoloġika (UNCBD), u l-Qafas Globali tal-Bijodiversità ta’ Kunming-Montreal, li dwaru ntlaħaq qbil fil-15-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNCBD,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) u l-Istrateġija tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità 2021-2030,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Qafas ta’ Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju ta’ Diżastri 2015-2030, adottat mill-istati membri tan-NU fit-Tielet Konferenza Dinjija tan-NU dwar it-Tnaqqis tar-Riskju ta’ Diżastri fit-18 ta’ Marzu 2015,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) u l-Ftehim ta’ Pariġi, liema ftehim ġie adottat fil-21 Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC (COP21) f’Pariġi fit-12 ta’ Diċembru 2015,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċennju tan-Nazzjonijiet Uniti tax-Xjenza dwar l-Oċeani għall-Iżvilupp Sostenibbli (2021-2030),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Impenn ta’ Buenos Aires, li jfassal perkors ’il quddiem dwar soċjetà tal-kura, adottat fil-15-il Konferenza Reġjonali dwar in-Nisa fl-Amerka Latina u fil-Karibew, liema konferenza kienet organizzata mill-Kummissjoni Ekonomika għall-Amerka Latina u l-Karibew, l-Uffiċċju Reġjonali għall-Kontinent Amerikan u l-Karibew tal-Entità tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ugwaljanza Bejn il-Ġeneri u għall-Emanċipazzjoni tan-Nisa (UN Women) u l-Gvern tal-Arġentina u li saret fi Buenos Aires bejn is-7 u l-11 ta’ Novembru 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport konġunt tal-2024 bit-titolu “Are we getting there? A synthesis of the UN system evaluations of SDG 5” (Qed naslu? Sinteżi tas-sistema ta’ evalwazzjonijiet tan-NU tal-SDG 5), ippubblikat minn UN Women, il-Programm ta’ Żvilupp tan-NU, il-Fond tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Popolazzjoni, il-Fond tan-NU għat-Tfal (UNICEF) u l-Programm Dinji tal-Ikel,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim fil-qafas tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar fuq il-konservazzjoni u fuq l-użu sostenibbli tal-bijodiversità marina fiż-żoni lil hinn mill-ġuriżdizzjoni nazzjonali (BBNJ) tal-4 ta’ Marzu 2023 (Trattat tan-NU dwar l-Ibħra Internazzjonali),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni dwar l-Eliminazzjoni tal-Vjolenza kontra n-Nisa,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri 2024 tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Pjattaforma ta’ Azzjoni ta’ Beijing u l-eżiti tal-konferenzi ta’ rieżami tagħha,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 48/13 tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, adottata fit-8 ta’ Ottubru 2021, u r-riżoluzzjoni 76/300 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU, adottata fit-28 ta’ Lulju 2022, dwar id-dritt tal-bniedem għal ambjent nadif, san u sostenibbli u r-riżoluzzjoni 2545 (2024) tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, adottata fit-18 ta’ April 2024, dwar l-integrazzjoni tad-dritt tal-bniedem għal ambjent sikur, nadif, san u sostenibbli mal-proċess ta’ Reykjavik,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Assemblea tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent (UNEA) “5/10. The environmental dimension of a sustainable, resilient and inclusive post-COVID-19 recovery” (5/10. Id-dimensjoni ambjentali ta’ rkupru sostenibbli, reżiljenti u inklużiv wara l-COVID-19), adottata fit-2 ta’ Marzu 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport tan-NU 2019 dwar l-Iżvilupp Sostenibbli Globali, bit-titolu “The Future is Now: Science for Achieving Sustainable Development” (Il-Futur huwa Issa: Xjenza għall-Kisba tal-Iżvilupp Sostenibbli),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-NU bit-titolu “Our Common Agenda” (L-Aġenda Komuni Tagħna), ippreżentat lill-Assemblea Ġenerali tan-NU, u l-mandat li r-riżoluzzjoni 76/6 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tal-15 ta’ Novembru 2021 tat lis-Segretarju Ġenerali tan-NU biex isegwi r-rapport tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport tan-NU dwar l-Iżvilupp Sostenibbli 2021, bit-titolu “The Decade of Action for the Sustainable Development Goals” (Id-Deċennju ta’ Azzjoni għall-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli), u r-Rapport tan-NU dwar l-Iżvilupp Sostenibbli 2022, bit-titolu “From Crisis to Sustainable Development: the SDGs as Roadmap to 2030 and Beyond” (Minn Kriżi għall-Iżvilupp Sostenibbli: l-SDGs bħala Pjan Direzzjonali għall-2030 u lil hinn),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport tan-NU dwar l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport speċjali tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) dwar it-tisħin globali ta’ 1,5 ºC, ir-rapport speċjali tiegħu dwar it-tibdil fil-klima u l-art, ir-rapport speċjali tiegħu dwar l-oċean u l-krijosfera fi klima li qed tinbidel, u s-sitt rapport ta’ valutazzjoni tiegħu (AR6),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ valutazzjoni globali tal-Pjattaforma Intergovernattiva tal-Politika tax-Xjenza dwar il-Bijodiversità u s-servizzi Ekosistemiċi (IPBES) tal-25 ta’ Novembru 2019 dwar il-bijodiversità u s-servizzi ekosistemiċi, u l-aħħar rapporti ta’ valutazzjoni tar-rabta u tal-bidla trasformattiva tagħha,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent (UNEP) tat-18 ta’ Frar 2021 bit-titolu “Making Peace with Nature: a scientific blueprint to tackle the climate, biodiversity and pollution emergencies” (Nagħmlu Paċi man-Natura: pjan ta’ azzjoni xjentifiku biex jiġu indirizzati l-emerġenzi klimatiċi, tal-bijodiversità u tat-tniġġis),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pubblikazzjoni tad-Dipartiment tal-Affarijiet Ekonomiċi u Soċjali tan-NU ta’ Jannar 2022 bit-titolu “SDG Good Practices: A compilation of success stories and lessons learned in SDG implementation – Second Edition” (Prattiki Tajba b’rabta mal-SDGs: Kumpilazzjoni ta’ stejjer ta’ suċċess u tagħlimiet meħuda b’rabta mal-implimentazzjoni tal-SDGs – It-Tieni Edizzjoni),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) tal-10 ta’ Novembru 2022 bit-titolu “Global Outlook on Financing for Sustainable Development 2023: No Sustainability Without Equity” (Perspettiva Globali dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp Sostenibbli 2023: Ebda Sostenibbiltà Mingħajr Ekwità),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport dwar l-Iżvilupp tal-Bniedem 2023/24 bit-titolu “Breaking the Gridlock: Reimagining cooperation in a polarized world” (Inkissru l-istatus quo: Nimmaġinaw mill-ġdid il-kooperazzjoni f’dinja polarizzata),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tat-Task Force Interaġenzjali tan-NU dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp ta’ April 2024, bit-titolu “Financing for Sustainable Development Report 2024: Financing for Development at a Crossroads” (Rapport tal-2024 għall-Finanzjament għall-Iżvilupp Sostenibbli: Il-Finanzjament għall-Iżvilupp f’Salib it-Toroq),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-inizjattiva tas-Segretarju Ġenerali tan-NU “SDG Stimulus to Deliver Agenda 2030” (Stimolu tal-SDGs biex tintlaħaq l-Aġenda 2030) ta’ Frar 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Inizjattiva Bridgetown imnedija fit-23 ta’ Settembru 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Inizjattiva Saħħa Waħda tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) u l-Pjan ta’ Azzjoni Konġunt Saħħa Waħda (2022-2026) tad-WHO, l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-NU (FAO), l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali, u l-UNEP,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) bit-titolu “Global Action Plan for Healthy Lives and Well-being for All” (Pjan ta’ Azzjoni Globali għal Ħajja u Benesseri Sani għal Kulħadd),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Inizjattiva Spotlight għall-eliminazzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Linji Gwida Volontarji tal-FAO biex jiġi Żgurat is-Sajd Sostenibbli fuq Skala Żgħira fil-Kuntest tas-Sigurtà tal-Ikel u l-Qerda tal-Faqar,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-Summit għal Patt Finanzjarju Globali Ġdid li sar f’Pariġi f’Ġunju 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-Summit 2023 dwar l-SDGs li seħħ f’Settembru 2023, matul il-ġimgħa ta’ livell għoli tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-Summit tal-Futur li sar fit-22 u fit-23 ta’ Settembru 2024 fi New York, l-eżitu tiegħu, il-Patt għall-Futur, liema patt iwiegħed 56 azzjoni biex jiġi aċċellerat u ffinanzjat l-iżvilupp sostenibbli, u ż-żewġ annessi tiegħu, il-Patt Diġitali Globali u d-Dikjarazzjoni dwar il-Ġenerazzjonijiet Futuri,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-raba’ Konferenza Internazzjonali dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp li sar f’Sivilja, Spanja, mit-30 ta’ Ġunju sat-3 ta’ Lulju 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tan-Network ta’ Soluzzjonijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDSN) bit-titolu “Europe Sustainable Development Report 2025: SDG Priorities for the New EU Leadership” (Rapport 2025 dwar l-Iżvilupp Sostenibbli fl-Ewropa: Prijoritajiet tal-SDGs għat-Tmexxija tal-UE l-Ġdida),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-bażi tad-data online “Azzjonijiet ta’ Aċċellerazzjoni tal-SDGs”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-inizjattivi nazzjonali u reġjonali eżistenti li jħeġġu l-issodisfar tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għall-Ambjent, il-Klima u s-Sikurezza tal-Ikel skont l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għall-Ambjent, il-Klima u s-Sikurezza tal-Ikel (A10-0125/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-Aġenda 2030 u s-17-il SDG integrati, inklużi l-169 mira u l-247 indikatur tagħhom, jirrappreżentaw l-uniku qafas kondiviż globalment u miftiehem politikament għal politiki bbażati fuq l-evidenza biex jiġu indirizzati l-isfidi komuni u jiksbu l-iżvilupp sostenibbli fit-tliet dimensjonijiet – ekonomiċi, soċjali u ambjentali – b’mod bilanċjat u integrat;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Istati Membri tan-NU impenjaw ruħhom biex jiksbu l-SDGs sal-2030; billi 17 % biss tal-miri tal-SDGs jinsabu fit-triq it-tajba, kważi nofshom qed juru progress minimu jew moderat, u l-progress fuq aktar minn terz waqaf jew saħansitra mar lura taħt il-livelli bażi tal-2015; billi l-passi importanti li diġà saru f’oqsma kruċjali jenfasizzaw il-ħtieġa ta’ azzjoni urġenti biex titreġġa’ lura din ix-xejra allarmanti u għandhom jaġixxu bħala inċentiv biex jimplimentaw l-SDGs bis-sħiħ;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 timplika li l-iżvilupp ekonomiku jimxi id f’id mal-ġustizzja soċjali, mal-governanza tajba u mar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem; billi l-konsegwenzi tal-pandemija tal-COVID-19, ix-xenarju ġeopolitiku l-ġdid, il-kunflitti li qed jeskalaw, it-tensjonijiet ġeopolitiċi, it-trasgressjoni tal-limiti planetarji, iż-żieda fid-dipendenzi fuq il-materja prima u l-minerali kritiċi, l-effetti negattivi tat-tibdil fil-klima u t-telf tal-bijodiversità, u kriżijiet multipli f’diversi oqsma qed jaffettwaw b’mod sever il-progress lejn il-kisba tal-SDGs;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-għadd ta’ persuni addizzjonali f’faqar estrem fl-ifqar pajjiżi tad-dinja huwa stmat li se jilħaq 175 miljun sal-2030, inklużi 89 miljun mara u tifla<FOOTNOTE><FIELD> https://www.un.org/sustainabledevelopment/wp-content/uploads/2023/02/SDG-Stimulus-to-Deliver-Agenda-2030.pdf.</FIELD></FOOTNOTE>; billi l-persuni b’diżabbiltà huma aktar vulnerabbli għall-faqar minħabba anqas opportunitajiet ta’ impjiegi u ta’ edukazzjoni, pagi aktar baxxi u għoli tal-ħajja ogħla; billi hija meħtieġa azzjoni kollettiva ulterjuri b’mod urġenti biex ikun hemm rispons għall-faqar;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-SDGs, peress li huma universali u indiviżibbli, huma applikabbli għall-atturi kollha, inklużi għas-soċjetà ċivili u għas-sħab soċjali, u kemm għas-settur pubbliku kif ukoll għal dak privat; billi dawn l-atturi għandhom ikunu involuti b’mod sistematiku fit-tfassil u fl-implimentazzjoni ta’ politiki relatati mal-SDGs; billi l-impenn tas-settur privat għall-SDGs joffri l-possibbiltà li tiżdied l-iskala tal-azzjonijiet ta’ żvilupp u tas-sostenibbiltà tagħhom billi jinħolqu l-impjiegi, jiġi stimulat it-tkabbir ekonomiku u jiġi eliminat il-faqar;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-UE ssottolinjat l-impenn inekwivoku tagħha lejn l-Aġenda tal-2030 u għall-SDGs tagħha; billi l-progress lejn il-kisba tal-miri tal-SDGs mhuwiex konsistenti fil-pajjiżi tal-Ewropa u ħafna dimensjonijiet tal-iżvilupp sostenibbli ma wrewx progress sinifikanti fl-aħħar deċennju, b’żieda fil-livelli ta’ faqar u b’żieda fil-livell ta’ inugwaljanza bejn il-pajjiżi u fi ħdan il-pajjiżi stess, liema żidiet qed jheddu l-iżvilupp sostenibbli; billi l-aħħar rapport ta’ monitoraġġ tal-progress tat-8 Programm ta’ Azzjoni Ambjentali juri li għal maġġoranza tal-indikaturi, l-UE ma tinsabx fit-triq it-tajba biex tilħaq il-miri<FOOTNOTE><FIELD> https://www.eea.europa.eu/en/analysis/publications/monitoring-progress-towards-8th-eap-objectives.</FIELD></FOOTNOTE>; billi l-UE rrikonoxxiet li huwa meħtieġ aktar progress fuq ħafna SDGs fil-livell tal-UE, u li l-aċċellerazzjoni tal-implimentazzjoni tal-SDGs hija aktar urġenti minn qatt qabel, b’enfasi partikolari fuq il-persuni vulnerabbli;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-Kummissjoni għadha ma fasslitx strateġija globali għall-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 fil-livell tal-UE jew pjan ta’ finanzjament għall-SDGs; billi l-Kummissjoni impenjat ruħha li tieħu approċċ ta’ “gvern sħiħ” għall-implimentazzjoni tal-SDGs u l-programm ta’ ħidma tagħha għandu jrawwem it-twettiq tal-Aġenda 2030; billi l-UE għandha tkun ta’ eżempju tajjeb biex tiżgura l-prosperità għall-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri b’mod globali;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-Forum Politiku ta’ Livell Għoli (HLPF) se jitlaqqa’ mill-14 sat-23 ta’ Lulju 2025 taħt l-awspiċji tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali; billi l-HLPF tal-2025 se jiffoka fuq l-avvanz ta’ soluzzjonijiet sostenibbli, inklużivi, ibbażati fuq ix-xjenza u l-evidenza għall-Aġenda 2030 u l-SDGs tagħha, bl-għan li ħadd ma jitħalla jibqa’ lura; billi se jwettaq rieżamijiet fil-fond tal-SDG 3 (Jiġu żgurati ħajjiet f'saħħithom  u jiġi promoss il-benesseri għal kulħadd f’kull età), tal-SDG 5 (Jinkisbu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-emanċipazzjoni tan-nisa u tal-bniet kollha), tal-SDG 8 (Jiġu promossi tkabbir ekonomiku sostnut, inklużiv u sostenibbli, impjieg sħiħ u produttiv u xogħol deċenti għal kulħadd), tal-SDG 14 (Jiġu kkonservati u użati b’mod sostenibbli l-oċeani, l-ibħra u r-riżorsi tal-baħar); u tal-SDG 17 (Tiġi rivitalizzata s-sħubija globali għall-iżvilupp sostenibbli);
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi s-saħħa hija pedament indispensabbli għall-benesseri tan-nies; billi s-saħħa hija stat sħiħ ta’ benesseri fiżiku, mentali u soċjali u mhux biss in-nuqqas ta’ mard jew debbolizza<FOOTNOTE><FIELD> https://apps.who.int/gb/bd/PDF/bd47/EN/constitution-en.pdf?ua=1.</FIELD></FOOTNOTE>; billi l-pandemija tal-COVID-19 waħedha eliminat għaxar snin ta’ progress fil-livelli globali tal-istennija tal-għomor<FOOTNOTE><FIELD> https://www.who.int/news/item/24-05-2024-covid-19-eliminated-a-decade-of-progress-in-global-level-of-life-expectancy.</FIELD></FOOTNOTE>; billi l-mard mhux komunikabbli, inkluż il-mard kardjovaskulari, il-kanċer, id-dijabete, id-dimenzja u l-mard respiratorju kroniku, huma l-kawżi tal-mewt ewlenin fid-dinja; billi s-sikurezza fit-toroq hija wkoll raġuni għal tħassib;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi t-tniġġis tal-arja jikkostitwixxi fattur kbir għal mard mhux komunikabbli u huwa responsabbli għal kważi 7 miljun mewta madwar id-dinja, b’aktar minn 9 imwiet minn kull 10 jseħħu f’pajjiżi b’introjtu medju u inferjuri; billi, fil-livell tal-UE, it-tniġġis tal-arja jibqa’ l-akbar riskju ambjentali għas-saħħa, minkejja l-progress li sar, u dan jikkawża mijiet ta’ eluf ta’ mwiet prematuri kull sena;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri hija kruċjali għal żvilupp ġust, inklużiv u sostenibbli; billi, minkejja xi passi ’l quddiem, ikomplu jippersistu inugwaljanzi sinifikanti; billi huwa meħtieġ li jissaħħu d-drittijiet tan-nisa, tingħata s-setgħa lin-nisa u lill-bniet, jiġu sfidati normi soċjali preġudikati, jiġu eliminati prattiki dannużi u tiġi indirizzata d-diskriminazzjoni ħalli jiġi promoss l-SDG 5;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema qed tonqos u l-inugwaljanza fl-introjtu qed tikber; billi, fl-2024, id-diskrepanza globali fl-impjiegi laħqet l-402 miljuni, filwaqt li forom estremi tal-faqar fost dawk li jaħdmu jaffettwaw 240 miljun ħaddiem globalment<FOOTNOTE><FIELD> https://www.ilo.org/sites/default/files/2025-01/WESO25_Trends_Report_EN.pdf.</FIELD></FOOTNOTE>; billi n-nisa u ż-żgħażagħ jesperjenzaw rati ta’ qgħad ogħla; billi aktar minn wieħed minn kull ħames żgħażagħ la qed jitgħallmu u lanqas għandhom impjieg jew taħriġ<FOOTNOTE><FIELD> https://www.ilo.org/resource/news/number-youth-not-employment-education-or-training-neet-cause-concern.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-oċean ikopri aktar minn 70 % tal-wiċċ tal-pjaneta tagħna u jikkostitwixxi l-akbar ekosistema tagħha; billi l-oċean għandu rwol kruċjali bħala regolatur tal-klima, jippermetti attività ekonomika u jipprovdi għajxien għal aktar minn 3 biljun persuna; billi l-oċean jikkostitwixxi l-akbar alleat tad-dinja kontra t-tibdil fil-klima minħabba li jiġġenera 50 % tal-ossiġenu tad-dinja, jassorbi 25 % tal-emissjonijiet kollha tad-dijossidu tal-karbonju u jaqbad 90 % tas-sħana eċċessiva ġġenerata minn dawn l-emissjonijiet imma l-kapaċità ta’ assorbiment tiegħu qed tonqos; billi 40 % tal-oċean huwa affettwat ħafna mit-tniġġis, mill-eżawriment tas-sajd, mit-telf ta’ ħabitats kostali u minn attivitajiet oħrajn tal-bniedem; billi s-Segretarju Ġenerali tan-NU ddikjara “emerġenza tal-oċeani” matul il-Konferenza tan-NU dwar l-Oċeani tal-2022; billi governanza inklużiva tal-oċeani jenħtieġ li, fost l-oħrajn, tkun ibbażata fuq id-drittijiet tal-bniedem u tkun soċjalment ekwa, u ssaħħaħ l-ugwaljanza bejn il-ġeneri;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi bħalissa hemm nuqqas ta’ investiment annwali ta’ USD 4 triljun biex jinkisbu l-SDGs; billi l-flussi ta’ investiment dirett barrani lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw naqsu filwaqt li gwadanji fir-rimessi u fl-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp (ODA) kienu żgħar<FOOTNOTE><FIELD> https://unstats.un.org/sdgs/report/2024/Goal-17/.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi n-nuqqas ta’ finanzjament huwa ostaklu ewlieni biex jinkisbu l-eżiti tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri; billi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri hija fundamentali biex jitwettqu l-wegħdiet ta’ sostenibbiltà, prosperità, ġustizzja soċjali, paċi u progress tal-bniedem; billi impenji finanzjarji sinifikanti u sostnuti u proċessi ta’ bbaġitjar imsaħħa huma fundamentali biex jappoġġjaw l-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni, politiki u servizzi reattivi għal kwistjonijiet ta’ ġeneru biex tiġi avvanzata l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-miri kollha tal-SDG 5<FOOTNOTE><FIELD> https://equalmeasures2030.org/wp-content/uploads/2024/09/EM2030_2024_SDG_Gender_Index_EN_digital.pdf.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi, wara deċennju ta’ akkumulazzjoni malajr tad-dejn, il-livelli tad-dejn ta’ pajjiżi b’introjtu baxx, medju u għoli għadhom f’livelli għoljin bla preċedent, u dan jillimita l-kapaċità tagħhom li jinvestu fil-kisba tal-SDGs u li jindirizzaw b’mod effiċjenti l-isfidi klimatiċi; billi madwar 60 % tal-pajjiżi b’introjtu baxx jinsabu f’riskju għoli li jesperjenzaw dejn moruż jew diġà qed jesperjenzawh<FOOTNOTE><FIELD> https://unstats.un.org/sdgs/report/2024/Goal-17/.</FIELD></FOOTNOTE>; billi l-ispazju fiskali eżistenti fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u li għandhom ħafna dejn ikompli jitnaqqas permezz ta’ xokkijiet esterni, bħal diżastri naturali, aspetti differenti tal-ġestjoni tad-dejn, kostijiet ogħla tas-self u n-nuqqas ta’ ambjent internazzjonali  li jiffavorixxi l-mobilizzazzjoni tar-riżorsi domestiċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-flussi finanzjarji illeċiti, l-erożjoni tal-bażi tat-taxxa, it-trasferiment tal-profitti u l-korruzzjoni wasslu għal tnaqqis globali fid-dħul u jirrappreżentaw ostaklu importanti ieħor għall-iżvilupp sostenibbli; billi huma meħtieġa aktar kooperazzjoni u regoli internazzjonali fil-qasam tat-taxxa biex jiġu indirizzati dawn l-isfidi;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi l-UE u l-Istati Membri tagħha jikkostitwixxu l-akbar donatur għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u jipprovdu madwar 42 % tal-ODA totali; billi l-UE stabbiliet il-mira li kollettivament tipprovdi ODA ekwivalenti għal 0,7 % tal-introjtu nazzjonali gross (ING) tagħha; billi l-ODA kollettiva tal-UE kienet ta’ 0,57 % tal-ING fl-2023 b’erba’ Stati Membri biss li laħqu l-mira miftiehma u diversi oħrajn li għamlu tnaqqis storiku fl-ODA tagħhom; billi biex tintlaħaq il-mira miftiehma, il-baġit tal-UE għall-ODA għandu jammonta għal minimu stmat ta’ EUR 200 biljun matul il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss; billi l-Global Gateway huwa strument strateġiku u għandu l-potenzjal li javvanza firxa ta’ SDGs interkonnessi, b’mod partikolari permezz ta’ sħubijiet u investimenti internazzjonali fit-trasport, fl-enerġija, fl-infrastruttura diġitali, fis-saħħa u fl-edukazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi l-impenn politiku tal-UE favur il-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp ġie affermat mill-ġdid fil-Kunsens Ewropew Ġdid għall-Iżvilupp tal-2017, li identifika l-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp bħala “element kruċjali tal-istrateġija tal-UE biex tikseb l-SDGs u kontribut importanti għall-objettiv usa’ tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp sostenibbli”; billi l-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp sostenibbli hija approċċ li jintegra d-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali tal-iżvilupp sostenibbli fl-istadji kollha tat-tfassil tal-politika fuq livell nazzjonali u internazzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi l-amministrazzjoni l-ġdida tal-Istati Uniti ħadet għadd ta’ deċiżjonijiet inkwetanti u ta’ ħsara ħafna fil-qasam tal-iżvilupp internazzjonali u tal-għajnuna umanitarja, bl-aktar waħda sinifikanti li hija s-sospensjoni ta’ 83 % tal-finanzjament għall-programmi tal-Aġenzija tal-Istati Uniti għall-Iżvilupp Internazzjonali (USAID); billi huwa stmat li USD 54 biljun f’kuntratti ta’ għajnuna barranija huma affettwati; billi s-sospensjoni tal-finanzjament tal-USAID u t-tnaqqis tal-għajnuna globali minn diversi Stati Membri se jkollhom implikazzjonijiet fit-tul għall-aġenda tal-iżvilupp tad-dinja u għall-kisba tal-SDGs;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Sitwazzjoni attwali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jafferma mill-ġdid l-impenn qawwi u sod tiegħu biex jiżgura l-implimentazzjoni u t-twettiq sħaħ u f’waqthom tal-SDGs kollha, tal-miri tagħhom u tal-Aġenda 2030 kollha kemm hi, speċjalment fid-dawl ta’ xenarju ġeopolitiku, soċjali, ekonomiku u ambjentali li sejjer għall-agħar; jafferma mill-ġdid l-impenn qawwi tiegħu għall-Patt għall-Futur, li huwa pass kruċjali lejn ir-rivitalizzazzjoni tan-NU u l-kisba tal-SDGs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jiddispjaċih li l-komunità globali tinsab ferm lura mill-progress biex titwettaq l-Aġenda 2030 u jinkisbu l-miri tal-SDGs; jirrikonoxxi l-interkonnessjoni u l-interdipendenza tas-17-il SDG u jirrikonoxxi li l-kisba tal-Aġenda 2030 u lil hinn se tirrikjedi azzjoni wiesgħa u mgħaġġla fl-SDGs kollha; jissottolinja li l-effetti negattivi tal-pandemija tal-COVID-19, il-kunflitti li qed jeskalaw, it-tensjonijiet ġeopolitiċi, l-emerġenzi soċjali, tas-saħħa u umanitarji u l-effetti negattivi dejjem aktar mgħaġġla tat-tibdil fil-klima jikkostitwixxu ostakli sinifikanti għall-kisba tal-miri tal-SDGs, u li huma meħtieġa aktar sforzi mill-atturi kollha biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet reali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jirrikonoxxi li d-dewmien fil-kisba tal-SDGs huwa aggravat mid-distakk sinifikanti fil-progress fost gruppi differenti ta’ pajjiżi, b’mod partikolari fil--pajjiżi u fir-reġjuni li huma l-aktar fqar u vulnerabbli; jenfasizza li l-progress inugwali attwali qed jiġi aggravat mis-sospensjoni tal-finanzjament tal-USAID u mit-tnaqqis fil-baġits tal-għajnuna globali mill-Istati Membri tal-UE u minn pajjiżi oħra tal-OECD; jisħaq fuq il-ħtieġa li tinżamm enfasi qawwija fuq il-kooperazzjoni għall-iżvilupp sabiex id-dinja titqiegħed fit-triq it-tajba biex jinkisbu l-SDGs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jissottolinja li l-politiki rilevanti għall-kisba tal-SDGs f’pajjiżi b’introjtu baxx u medju huma fil-biċċa l-kbira mnaqqsa minn livelli għoljin ta’ dejn u piżijiet għoljin ta’ servizz tad-dejn; jindika wkoll il-limitazzjonijiet tal-arkitettura finanzjarja globali u l-appoġġ internazzjonali insuffiċjenti; jisħaq li dawn il-pajjiżi jirrikjedu b’mod urġenti aktar riżorsi finanzjarji u spazju fiskali biex jiġi ffaċilitat investiment akbar fl-SDGs; jenfasizza l-ħtieġa ta’ kooperazzjoni globali għar-riforma tal-arkitettura finanzjarja globali, speċjalment fid-dawl tar-raba’ Konferenza Internazzjonali dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp li saret f’Sivilja mit-30 ta’ Ġunju sat-3 ta’ Lulju 2025;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti għal kooperazzjoni internazzjonali u għal azzjoni trasformattiva deċiżiva biex is-soċjetajiet u l-ekonomiji tagħna jitqiegħdu f’pożizzjoni soda biex jintlaħqu l-SDGs u biex tiġi indirizzata l-kriżi planetarja tripla tat-tibdil fil-klima, tat-telf tal-bijodiversità u tat-tniġġis; jenfasizza li l-SDGs għandhom jinkisbu b’mod ġust u b'rispett għall-limiti planetarji; jenfasizza li s-sostenibbiltà soċjali, inkluż li jitnaqqsu l-inugwaljanzi globali, jiġi żgurat l-aċċess għal servizzi essenzjali u l-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali jenħtieġ li jiġu integrati fl-isforzi kollha ta’ implimentazzjoni tal-SDGs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jilqa’, bħala l-ewwel pass, l-aħħar verżjoni tal-Inizjattiva Bridgetown f’termini ta’ azzjoni dwar il-klima, li tappella għall-mobilizzazzjoni ta’ USD 500 biljun aktar fis-sena għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u għall-adattament għalih f’pajjiżi li qed jiżviluppaw; ifakkar, madankollu, li din għadha ma tilħaqx dak li huwa meħtieġ; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha, għaldaqstant, jaħdmu biex jipprovdu USD 1,3 triljun addizzjonali fis-sena għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u għall-adattament għalih, kif ukoll għat-telf u għall-ħsara, permezz ta’ strumenti pubbliċi konċessjonali u li ma joħolqux dejn, f’konformità mal-“Pjan Direzzjonali ta’ Baku sa Belem” miftiehem fil-COP 29;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Itenni li l-kooperazzjoni internazzjonali hija kundizzjoni fundamentali għad-dinja biex tagħmel progress fl-SDGs sal-2030 u lil hinn, u li tali kooperazzjoni għandha tagħti prijorità lit-tisħiħ tar-reżiljenza, l-istabbiltà u l-awtonomija tal-pajjiżi sħab, speċjalment fl-Afrika, billi tippromwovi opportunitajiet għall-iżvilupp ekonomiku u uman u tiffoka mill-ġdid fuq prijoritajiet ewlenin bħan-nutrizzjoni, il-kura tas-saħħa u l-edukazzjoni; jenfasizza li, minkejja d-diffikultajiet maħluqa mis-sitwazzjoni ġeopolitika attwali, għandha tingħata attenzjoni speċjali lir-reġjuni u lill-komunitajiet li jinsabu l-aktar lura, biex jiġi żgurat li ħadd ma jitħalla jibqa’ lura; iwissi li l-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ azzjoni jew ta’ dewmien ulterjuri jiġġarrbu prinċipalment minn dawk l-aktar vulnerabbli, iżda jaffettwaw ħażin lid-dinja kollha wkoll;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jissottolinja l-importanza ta’ aċċess mingħajr interruzzjoni għal data ambjentali u dwar il-klima ta’ kwalità għolja u li jiissodisfa l-obbligi ta’ rapportar internazzjonali għat-tfassil ta’ politika bbażata fuq ix-xjenza u l-evidenza; jinnota bi tħassib li l-iżviluppi ġeopolitiċi reċenti jenfasizzaw vulnerabbiltajiet fl-infrastruttura dwar il-klima globali; jenfasizza, barra minn hekk, il-ħtieġa ta’ kollaborazzjoni aktar b’saħħitha bejn l-UE u l-istituzzjonijiet globali, l-IPCC u n-NU biex jiġi żgurat li kemm il-politiki tal-UE kif ukoll dawk globali jibqgħu bbażati fuq l-aħħar xjenza klimatika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jirrikonoxxi l-importanza ta’ strateġiji ta’ żvilupp sostenibbli mmexxija mill-pajjiżi għall-implimentazzjoni tal-SDGs; jagħraf li l-approċċi ta’ żvilupp sostenibbli għandhom jitfasslu skont kuntesti lokali speċifiċi; jenfasizza, f’dan ir-rigward, ir-rwol sinifikanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fid-definizzjoni, fl-implimentazzjoni u fil-monitoraġġ ta’ azzjonijiet u strateġiji lokali li jikkontribwixxu għall-kisba globali tal-SDGs; jisħaq, barra minn hekk, li l-implimentazzjoni effettiva tal-SDGs tirrikjedi l-involviment ta’ firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati, sħubijiet soċjali u istituzzjonali aktar b’saħħithom, investiment pubbliku u privat, kooperazzjoni u responsabbiltà kondiviża bejn l-atturi pubbliċi, involviment akbar tan-nies, edukazzjoni adegwata u interazzjoni usa’ bejn is-setturi pubbliċi u privati, ix-xjenza u s-soċjetà ċivili;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jenfasizza li t-tmexxija tal-UE fl-implimentazzjoni globali tal-SDGs tibqa’ kruċjali, speċjalment fid-dawl ta’ diversi sfidi ġeopolitiċi u kriżijiet li għaddejjin bħalissa; jenfasizza li l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom jassumu rwol ta’ tmexxija aktar b’saħħtu fil-koordinazzjoni tal-isforzi globali biex jitreġġgħu lura l-istaġnar jew ir-rigressjoni, u biex tiġi ffaċilitata u aċċellerata l-kisba tal-SDGs, filwaqt li jibqgħu sieħeb affidabbli għal għajnuna effettiva u sostenibbli; jisħaq fuq ir-rwol importanti tal-Patt Ekoloġiku Ewropew fl-implimentazzjoni u l-kisba tal-SDGs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu mmobilizzati riżorsi finanzjarji adegwati lejn trasformazzjonijiet rilevanti għall-SDGs u li jiġu promossi l-koerenza tal-politika u l-inklużività fil-livelli kollha ta’ governanza, tingħata prijorità lill-inklużjoni tal-SDGs fit-tfassil tal-politika u fil-valutazzjonijiet tal-impatt tal-Kummissjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jitlob lill-istituzzjonijiet tal-UE jwettqu l-impenji tagħhom li ilhom jeżistu biex japplikaw l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u perspettiva intersezzjonali għall-politiki u għall-finanzjamenti kollha tal-UE; jiddispjaċih li l-pajjiżi għad m’għandhomx 44 % tad-data meħtieġa biex jintraċċaw l-SGD 5 u li aktar minn 80 % tal-pajjiżi għandhom data nieqsa dwar mill-anqas mira waħda tal-SDG 5<FOOTNOTE><FIELD> https://equalmeasures2030.org/wp-content/uploads/2024/09/EM2030_2024_SDG_Gender_Index_EN_digital.p.</FIELD></FOOTNOTE>; għalhekk, jisħaq fuq il-ħtieġa li jissaħħu l-uffiċċji nazzjonali tal-istatistika u li jittejbu l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni globali tagħhom biex jiġi żgurat tfassil ta’ politika infurmat u jingħalqu d-differenzi li fadal fid-data dwar il-ġeneri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jenfasizza r-rwol sinifikanti tan-NU u tal-Forum Politiku ta’ Livell Għoli dwar l-Iżvilupp Sostenibbli annwali għall-monitoraġġ u għar-rieżami tal-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 u l-SDGs; jemmen li l-Forum Politiku ta’ Livell Għoli dwar l-Iżvilupp Sostenibbli tal-2025 għandu jintuża bħala opportunità biex jipprovdi gwida politika ta’ livell għoli u impetu ġdid għall-isforzi intensifikati u għall-azzjoni aċċellerata biex jintlaħqu l-SDGs sal-2030;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-SDGs taħt rieżami fil-fond fil-Forum Politiku ta’ Livell Għoli dwar l-Iżvilupp Sostenibbli 2025</STRING></STRING></ACTINIT><ACTINIT><STRING ITALIC="on">SDG 3. Jiġu żgurati ħajjiet b’saħħithom u jiġi promoss il-benesseri għal kulħadd f’kull età</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jiddispjaċih dwar il-progress marġinali jew moderat fil-biċċa l-kbira tal-miri tal-SDG 3 u l-pass li ilu jonqos mill-2015 f’diversi oqsma ewlenin; jinnota bi tħassib li anqas minn 10 % tal-miri tal-SDG 3 jinsabu fit-triq it-tajba u anqas minn terz x’aktarx li jintlaħqu sal-2030; jinsab imħasseb ħafna li l-UE esperjenzat ukoll tfixkil f’madwar nofs l-indikaturi analizzati mill-Eurostat għar-rapport ta’ Ġunju 2024 tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jinsab allarmat li l-progress lejn kopertura tas-saħħa universali naqas, u ħalla kważi nofs il-popolazzjoni tad-dinja mingħajr aċċess għal servizzi tas-saħħa essenzjali; jinsab imħasseb ħafna li n-nuqqas ta’ kopertura tas-saħħa jesponi 2 biljun persuna għal diffikultajiet finanzjarji mill-kostijiet tal-kura tas-saħħa<FOOTNOTE><FIELD> https://unstats.un.org/sdgs/report/2024/The-Sustainable-Development-Goals-Report-2024.pdf.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jissottolinja li s-sistemi tal-kura tas-saħħa qed jesperjenzaw pressjoni akbar minħabba l-popolazzjoni globali li qed tixjieħ, l-infrastruttura tal-kura tas-saħħa ta’ kwalità baxxa u n-nuqqas globali ta’ ħaddiema tal-kura tas-saħħa u jfakkar li l-progress lejn kopertura tas-saħħa universali jirrikjedi li jiġu indirizzati dawn l-isfidi; jissottolinja d-disparitajiet sinifikanti madwar id-dinja rigward in-numru adegwat ta’ ħaddiema fil-kura tas-saħħa, bil-pajjiżi b’introjtu baxx jesperjenzaw l-aktar densità u distribuzzjoni baxxi; jinnota li huma meħtieġa 1,8 miljun ħaddiem addizzjonali fil-kura tas-saħħa f’54 pajjiż, l-aktar dawk b’introjtu għoli, biex tinżamm id-densità attwali standardizzata għall-età tagħhom<FOOTNOTE><FIELD> https://unstats.un.org/sdgs/report/2024/The-Sustainable-Development-Goals-Report-2024.pdf.</FIELD></FOOTNOTE>; jenfasizza l-vulnerabbiltà tal-ħaddiema fil-kura tas-saħħa meta jiffaċċjaw volum akbar ta’ xogħol, burnout u problemi tas-saħħa mentali; jirrakkomanda approċċ, taħriġ u miżuri protettivi mmirati biex jiġu ssalvagwardjati l-professjonisti tal-ewwel linja u tissaħħaħ il-kapaċità ta’ rispons f’każ ta’ emerġenza tas-saħħa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jisħaq li d-diversi kriżijiet interkonnessi, l-impatt negattiv tat-tibdil fil-klima u tat-telf tal-bijodiversità fuq is-saħħa, l-instabbiltà ekonomika, il-faqar, l-inugwaljanzi persistenti, speċjalment fost popolazzjonijiet u reġjuni vulnerabbli, u riżorsi dejjem aktar ristretti, minkejja d-domandi dejjem jiżdiedu fuq is-servizzi tas-saħħa, qed jheddu li jaggravaw il-kriżi tas-saħħa, idgħajfu s-sigurtà tas-saħħa globali u jfixklu aktar il-progress lejn il-miri tal-SDG 3;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jiddispjaċih dwar l-effett devastanti tal-pandemija tal-COVID-19 fuq is-saħħa globali u fuq il-progress lejn il-miri tal-SDG 3; jisħaq li l-pandemija tal-COVID-19 żvelat dgħufijiet fit-tul estensivi fis-sistemi tal-kura tas-saħħa u enfasizza l-importanza li jiżdiedu t-tħejjija għall-kriżijiet, il-kapaċità ta’ rispons għall-kriżijiet u r-reżiljenza tas-sistemi tal-kura tas-saħħa; jisħaq li t-theddid għas-saħħa m'għandux fruntieri u li emerġenza tas-saħħa lokali tista’ teskala f’pandemija globali malajr, filwaqt li joħloq il-ħtieġa ta’ rispons globali u ta' kooperazzjoni internazzjonali msaħħa permezz ta'  istituzzjonijiet tas-saħħa robusti u multilaterali, b’mod partikolari d-WHO;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jiddispjaċih dwar id-deċizjoni tal-Istati Uniti li jirtiraw mid-WHO u l-eliminazzjoni tal-programmi tas-saħħa fl-ambitu tal-USAID; jissottolinja li din id-deċiżjoni se jkollha effett sever fuq il-ħajja tan-nies u fuq l-aċċess għas-servizzi tas-saħħa b’mod globali, filwaqt li tesponi u tiggrava d-dgħufijiet fis-sistemi tas-saħħa globali, iżżid id-disparitajiet fil-kura tas-saħħa, u titfa' pressjoni fuq ir-riżorsi b’konsegwenzi fit-tul għas-sigurtà u r-reżiljenza tas-saħħa globali; jisħaq li dan l-irtirar se jxekkel b’mod sinifikanti l-progress lejn l-ilħuq tal-SDG 3 billi jnaqqas il-kapaċitajiet għall-monitoraġġ tat-theddid għas-saħħa, kif ukoll il-koordinazzjoni internazzjonali, ir-riżorsi u t-tmexxija fl-indirizzar tal-kriżijiet tas-saħħa u l-promozzjoni tal-aċċess ekwu għas-saħħa għal kulħadd; jistieden lill-Istati Uniti terġa’ tikkunsidra d-deċiżjoni tagħha li tirtira mid-WHO;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-isforzi biex jiġi miġġieled il-mard komunikabbli bħall-HIV-AIDS, it-tuberkulożi, il-malarja u l-mard tropikali li ma jingħatax attenzjoni wasslu għal progress sinifikanti f’dawn l-aħħar deċennji; jinsab imħasseb, madankollu, dwar iż-żieda fl-għadd ta’ każijiet ta’ malarja u tuberkulożi u dwar il-fatt li, minkejja l-kisbiet, l-inugwaljanzi għadhom jippersistu u t-theddid qed ikompli jfeġġ, u dan jirriżulta f’ħafna popolazzjonijiet vulnerabbli u jdgħajjef l-isforzi globali; jiddispjaċih ħafna li t-tfixkil tal-programmi tal-HIV-AIDS jista’ jreġġa’ lura 20 sena ta’ progress, li jista’ jwassal għal aktar minn 10 miljun każ addizzjonali tal-HIV-AIDS u 3 miljun mewta<FOOTNOTE><FIELD> https://www.who.int/director-general/speeches/detail/who-director-general-s-opening-remarks-at-the-media-briefing-17-march-2025.</FIELD></FOOTNOTE>; jappella għal implimentazzjoni aktar effettiva tal-politiki u tal-programmi biex ikomplu jitnaqqsu r-rati ta’ trażmissjoni u jittejjeb l-aċċess għat-trattament u l-prevenzjoni, b’mod partikolari f’pajjiżi anqas żviluppati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jinnota li l-mard tropikali ttraskurat għadu jaffettwa biljuni ta’ persuni, b’ħafna pajjiżi li m’għandhomx aċċess adegwat għat-trattament, u dan jenfasizza l-ħtieġa urġenti li jissaħħu l-kapaċitajiet ta’ prevenzjoni, it-tħejjija u r-rispons tal-UE u tas-sħab tagħha, b’mod partikolari fin-Nofsinhar Globali, biex jiġi żgurat li l-benefiċċji tal-isforzi globali jilħqu lil kulħadd; jappella għal inċentivi biex jiġu promossi r-riċerka u l-iżvilupp ta’ mediċini mmirati lejn il-mard tropikali; jappella lill-UE tieħu miżuri proattivi biex tħeġġeġ l-innovazzjoni u tħaffef id-disponibbiltà tal-mediċini;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jinnota bi tħassib li, minkejja t-titjib fl-assistenza minn professjonisti waqt il-ħlas u t-tnaqqis fil-mortalità globali tat-trabi u fir-rati tal-mortalità ta’ tfal taħt il-5 snin, ir-rata globali tal-mortalità fost l-ommijiet għadha kważi l-istess mill-2015; jindika d-diverġenzi sinifikanti bejn il-pajjiżi b’introjtu baxx u l-pajjiżi b’introjtu għoli u s-sitwazzjoni kerha f’pajjiżi fraġli b’livell għoli u għoli ħafna ta’ allert; jappella għal azzjoni deċiżiva fl-Istati Membri u bħala parti mill-politiki esterni tal-UE biex isir progress sostanzjali lejn l-għan tal-2030 li titnaqqas il-mortalità materna, jiġi żgurat aċċess universali għas-servizzi tal-kura tas-saħħa sesswali u riproduttiva, inkluż l-aċċess għal servizzi ta’ kura tas-saħħa materna ta’ kwalità, l-assistenza minn professjonisti waqt il-ħlas, il-kura ostetrika ta’ emerġenza, is-servizzi komprensivi ta’ qabel it-twelid u ta’ wara t-twelid u l-ippjanar tal-familja u l-abort legali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jenfasizza li titjib fin-nuqqas tar-rati tat-twelid fost l-adolexxenti u fl-aċċess għal metodi kontraċettivi moderni ma jibbenefikawx lin-nisa u l-bniet kollha b’mod ugwali; jindika l-inugwaljanzi soċjali, ekonomiċi u reġjonali persistenti li jfixklu t-tkabbir ta’ xejriet pożittivi; jappella lill-UE tiżgura, bħala prijorità, aċċess għal metodi ta’ kontraċezzjoni sikuri u effettivi u għal servizzi ta' abort legali madwar l-Istati Membri u biex tikkontribwixxi għal dan permezz tal-politiki esterni tagħha; itenni t-talba tiegħu għad-dritt għal abort sikur u legali biex jiġi inkluż fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Ifakkar li t-twettiq sħiħ tas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati (SRHR) u l-ħarsien tal-awtonomija fiżika tan-nisa u tal-bniet huma kritiċi għall-kisba tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri; jenfasizza li l-SRHR huma parti integrali mill-kopertura universali tas-saħħa u huma kritiċi biex jinkiseb l-SDG 3, b’mod partikolari l-mira 3.7; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-SRHR jiġu inklużi fl-inizjattivi u fil-programmi tal-UE dwar il-kopertura universali tas-saħħa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jiddispjaċih li l-progress lejn id-disa’ miri globali volontarji miftiehma fil-Qafas ta’ Monitoraġġ Globali tal-Mard Mhux Komunikabbli huwa bil-mod u irregolari; jisħaq li mingħajr adozzjoni akbar ta’ dawn l-interventi effettivi, nofs il-pajjiżi kollha mhux se jilħqu l-mira tal-SDG 2030 li titnaqqas b’terz il-mortalità prematura relatata mal-mard mhux komunikabbli; jappella, għalhekk, għal azzjonijiet imsaħħa, ikkoordinati u multisettorjali għall-prevenzjoni u għall-kontroll tal-mard mhux komunikabbli biex titnaqqas it-tbatija u tiġi evitata l-mortalità prematura; jappella, barra minn hekk, għall-implimentazzjoni tal-politiki “Best Buys” tad-WHO biex dawn jingħataw prijorità, jindirizzaw il-fatturi ta’ riskju primarji tal-mard mhux komunikabbli, inkluż l-użu tat-tabakk, dieti mhux tajbin għas-saħħa, użu dannuż tal-alkoħol, użu tad-drogi u nuqqas ta’ attività fiżika; Barra minn hekk, jappella għall-implimentazzjoni sħiħa tal-Konvenzjoni ta’ Qafas dwar il-Kontroll fuq it-Tabakk tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa fil-pajjiżi firmatarji kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tallinja bis-sħiħ l-istandards tal-kwalità tal-arja tal-UE mal-linji gwida tad-WHO f’konformità mad-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Arja fl-Ambjent<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2024/2881 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2024 dwar il-kwalità tal-arja ambjentali u arja iktar nadifa għall-Ewropa (ĠU L L, 2024/2881, 20.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/2881/oj).</FIELD></FOOTNOTE>; ifakkar li l-bliet u l-komunitajiet sostenibbli, u b’mod partikolari l-indirizzar tal-livelli ta’ tniġġis tal-arja fiż-żoni urbani, huma essenzjali fil-promozzjoni tas-saħħa u tal-benesseri, peress li aktar minn nofs il-popolazzjoni tad-dinja bħalissa tgħix fi bliet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jappella għal azzjoni msaħħa, koordinata u olistika, għal ippjanar pluriennali u mfassal apposta u għal investiment sostanzjali biex tinkiseb kopertura tas-saħħa universali; jisħaq fuq il-ħtieġa li jissaħħu s-sistemi tas-saħħa u l-forza tax-xogħol tal-kura tas-saħħa, jiġi żgurat aċċess ekwu għal servizzi tal-kura tas-saħħa ta’ kwalità u mediċini u vaċċini sikuri, effettivi u affordabbli, jiġu promossi l-prevenzjoni u t-trattament tal-mard, jiġu żviluppati soluzzjonijiet innovattivi, u jinbnew sistemi tas-saħħa inklużivi u reżiljenti; jappella wkoll għal azzjoni biex jiġu indirizzati l-fatturi ambjentali aggravanti, jitnaqqas l-għadd ta’ mard u mwiet minn sustanzi kimiċi u tniġġis perikolużi, jitnaqqsu r-riskji minn epidemiji u pandemiji żoonotiċi emerġenti u emerġenti mill-ġdid, u tiġi miġġielda r-reżistenza għall-antimikrobiċi; jissottolinja l-ħtieġa li jiġu appoġġjati l-organizzazzjonijiet tal-kura tas-saħħa soċjali u ta’ solidarjetà u li jiġu indirizzati d-determinanti soċjali tas-saħħa u d-disparitajiet fl-aċċess għal kura u servizzi ta’ kwalità, inklużi servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttiva, speċjalment għal popolazzjonijiet vulnerabbli bħan-nisa u l-bniet b’diżabbiltà, b’attenzjoni partikolari għar-reġjuni affettwati direttament u l-komunitajiet rurali u remoti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ programmazzjoni orizzontali fil-politika tas-saħħa u għal investiment fit-tħejjija kontra t-theddid għas-saħħa u f’sistemi tas-saħħa pubblika reżiljenti; jappella għal investiment akbar fir-riċerka u fl-iżvilupp ta’ vaċċini u mediċini għall-mard komunikabbli u għall-mard mhux komunikabbli li jaffettwa prinċipalment lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw bil-għan li jipprovdi aċċess għal mediċini u vaċċini essenzjali bi prezzijiet raġonevoli; jiddispjaċih li fl-2022, 20,5 miljun tifel u tifla tilfu vaċċini vitali<FOOTNOTE><FIELD> https://unstats.un.org/sdgs/report/2024/The-Sustainable-Development-Goals-Report-2024.pdf.</FIELD></FOOTNOTE>; jinnota li l-aċċess għall-vaċċini jrid ikun ekwu għal rispons globali effettiv; jappella għall-użu ta’ inizjattivi bħal Global Gateway biex tiffaċilita l-investiment għall-produzzjoni lokali ta’ mediċini u ta’ teknoloġiji mediċi u tipprevjeni emerġenzi tas-saħħa futuri billi jissaħħu l-kapaċitajiet madwar id-dinja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jafferma mill-ġdid l-impenn tiegħu għall-approċċ “Saħħa Waħda”; iqis li l-applikazzjoni tal-approċċ “Saħħa Waħda” hija essenzjali biex jinkiseb progress fuq l-SDG 3; barra minn hekk, jissottolinja l-ħtieġa lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jimplimentaw bis-sħiħ l-Istrateġija tal-UE għas-Saħħa Globali, jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tagħha u jirrapportaw b’mod regolari lill-Parlament dwar il-kisba tal-objettivi tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Ifakkar li l-aċċess għal mediċini affordabbli u ta’ kwalità jiddependi wkoll mit-trasferiment tat-teknoloġija u tal-għarfien; jissottolinja, għaldaqstant, il-flessibbiltajiet fil-Ftehim tad-WTO dwar l-Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ (TRIPS), ikkonfermati mid-Dikjarazzjoni ta’ Doha, bħala miżuri ta’ politika leġittimi li l-gvernijiet jistgħu jużaw biex jipproteġu u jippromwovu s-saħħa pubblika billi jqiegħdu limiti u salvagwardji fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali; iħeġġeġ lill-UE tiżgura li l-ftehimiet kummerċjali mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw jappoġġjaw bis-sħiħ dan l-objettiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jissottolinja li r-riskji ambjentali jammontaw għal kwart tal-piż tal-mard madwar id-dinja<FOOTNOTE><FIELD> https://www.who.int/data/gho/data/themes/public-health-and-environment.</FIELD></FOOTNOTE>; ifakkar li, f’konformità mal-approċċ “Saħħa Waħda”, is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali tiddependi mis-saħħa tad-dinja u li ambjent b’saħħtu huwa dritt universali tal-bniedem u pilastru fundamentali tal-iżvilupp sostenibbli u tal-benesseri tal-bniedem; jilqa’ l-appoġġ wiesa’ fl-Assemblea Ġenerali tan-NU għar-rikonoxximent tad-dritt għal ambjent nadif, san u sostenibbli bħala dritt universali tal-bniedem<FOOTNOTE><FIELD> https://docs.un.org/en/A/RES/76/300.</FIELD></FOOTNOTE> u jappella għall-protezzjoni effettiva tiegħu fil-livell tal-UE; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu pprojbiti l-aktar sustanzi kimiċi perikolużi, inkluża l-projbizzjoni tal-interferenti endokrinali, u li jitneħħew gradwalment is-sustanzi kimiċi dejjiema tal-PFAS, filwaqt li jiġi permess l-użu tagħhom biss meta jkun essenzjali għal setturi kritiċi, bħal apparat mediku, farmaċewtiċi u prodotti meħtieġa għat-tranżizzjoni doppja lejn ekonomija newtrali għall-klima u diġitali; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu pprojbiti wkoll l-esportazzjonijiet ta’ pestiċidi kimiċi li huma pprojbiti fl-UE lejn pajjiżi terzi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jenfasizza r-riskji għas-saħħa li qed jikbru minħabba l-kriżi klimatika, inklużi inċidenzi akbar ta’ mard relatat mas-sħana, mard respiratorju u kardjovaskulari, u t-tixrid ta’ mard li jinġarr minn vettur u mill-ilma; jappella għal sforzi ddedikati biex jiġu protetti l-popolazzjonijiet vulnerabbli, inklużi l-persuni anzjani, it-tfal, il-persuni b’kundizzjonijiet preeżistenti, il-persuni b’diżabbiltà u l-komunitajiet b’introjtu baxx, li jiffaċċjaw riskji għas-saħħa relatati mal-klima sproporzjonati; iħeġġeġ għall-implimentazzjoni ta’ pjanijiet ta’ azzjoni lokalizzati dwar is-sħana u l-provvista ta’ refuġji aċċessibbli u sensibilizzazzjoni mmirata waqt eventi ta’ temp estrem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Barra minn hekk, jisħaq li l-eventi ta’ temp estrem qed ifixklu l-infrastruttura tal-kura tas-saħħa, il-provvista tal-enerġija u l-ktajjen tal-provvista, u b’hekk jikkompromettu l-aċċess għal kura u għal trattament mediku, kritiku; jenfasizza l-ħtieġa li jsir investiment f’sistemi tal-kura tas-saħħa reżiljenti għall-klima, inkluża infrastruttura reżistenti għad-diżastri, sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fil-faċilitajiet mediċi, u sistemi tal-ilma u tas-sanità robusti; jappella għall-integrazzjoni tas-sistemi ta’ twissija bikrija, għal unitajiet tas-saħħa mobbli, u għal mudelli deċentralizzati tal-kura tas-saħħa bbażati fil-komunità biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-kura fl-emerġenzi klimatiċi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintegraw ir-reżiljenza għat-tibdil fil-klima fil-politiki tas-saħħa pubblika u fl-istrateġiji nazzjonali kollha dwar is-saħħa; iħeġġeġ l-użu ta’ indikaturi allinjati mal-SDGs biex jiġu mmonitorjati l-impatti fuq is-saħħa tat-tibdil fil-klima u jiġu ggwidati l-istrateġiji ta’ adattament tal-UE u dawk nazzjonali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">SDG 5. Jinkisbu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-emanċipazzjoni tan-nisa u tal-bniet kollha</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar il-progress bil-mod lejn l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, bil-maġġoranza tal-indikaturi li mhumiex fit-triq it-tajba, bir-riskju ta’ aktar rigress fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri u fid-drittijiet tan-nisa, inklużi azzjonijiet li jnaqqsu l-ispazju ċiviku għad-difensuri tad-drittijiet tan-nisa; iqis li t-tnaqqis fl-għajnuna għall-iżvilupp diġà qed ikollu impatt negattiv fuq it-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri; jafferma mill-ġdid l-ugwaljanza bejn il-ġeneri kemm bħala għan distint kif ukoll bħala katalist għall-avvanz tal-għanijiet l-oħra tal-SDG; jappella għal tmexxija b’saħħitha tal-UE internazzjonalment fil-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-drittijiet tan-nisa permezz ta’ politika u assistenza finanzjarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jappella għal azzjoni aċċellerata u mmirata biex tintemm kull forma ta’ vjolenza u fastidju kontra n-nisa, inkluża l-vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza abbażi tal-ġeneru ffaċilitata mit-teknoloġija u biex jintemmu prattiki dannużi bħaż-żwieġ tat-tfal, iż-żwieġ bikri u ż-żwieġ furzat, l-hekk imsejħa vjolenza bbażata fuq l-“unur”, l-isterilizzazzjoni u l-mutilazzjoni ġenitali femminili; ifakkar li aktar minn 230 miljun tifla u mara saritilhom mutilazzjoni ġenitali femminili<FOOTNOTE><FIELD> https://www.who.int/news-room/fact-sheets/detail/female-genital-mutilation.</FIELD></FOOTNOTE> u jiddeplora l-fatt li stimi ġodda juru żieda ta’ 30 miljun każ meta mqabbla mal-2016<FOOTNOTE><FIELD> https://www.unicef.org/press-releases/over-230-million-girls-and-women-alive-today-have-been-subjected-female-genital.</FIELD></FOOTNOTE>; jibqa’ mħasseb serjament dwar ir-rati għoljin ta’ mortalità materna fid-dinja, b’mod partikolari f’pajjiżi b’introjtu baxx u b’introjtu medju; jisħaq li l-istupru jibqa’ wieħed mill-aktar ksur mifrux tad-drittijiet tal-bniedem u jappella għall-istabbiliment ta’ definizzjoni komuni ta’ stupru abbażi ta’ nuqqas ta’ kunsens; jisħaq li l-objettivi tal-SDG5 jrid ikollhom ukoll rwol importanti fir-relazzjonijiet tal-UE ma’ pajjiżi oħrajn;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>jisħaq li n-nisa huma affettwati b’mod sproporzjonat mit-tibdil fil-klima, b’mod partikolari fil-pajjiżi l-anqas żviluppati u fiż-żoni rurali; jissottolinja li dan l-impatt sproporzjonat joħloq theddid uniku għall-għajxien, għas-saħħa u għas-sikurezza tagħhom, inklużi nuqqas ta’ sigurtà alimentari u tal-ilma, esponiment akbar għal vjolenza abbażi tal-ġeneru fil-kuntest ta’ spostament u migrazzjoni relatati mal-klima, u instabbiltà ekonomika akbar minħabba dipendenza minn setturi sensittivi għat-tibdil fil-klima; jisħaq li erbgħa minn kull ħamsa minn dawk spostati minħabba l-kriżi klimatika huma nisa u bniet<FOOTNOTE><FIELD> https://www.un.org/en/climatechange/science/climate-issues/women#:~:text=When%20extreme%20weather%20disasters%20strike%2C%20women%20and,of%20climate%20change%20are%20women%20and%20girls.</FIELD></FOOTNOTE>; jappella li l-pjanijiet ta’ azzjoni dwar il-klima jinkludu appoġġ għan-nisa u għall-parteċipazzjoni tan-nisa fit-teħid tad-deċiżjonijiet dwar il-klima fil-livelli kollha; jappella għal sistemi tal-kura tas-saħħa msaħħa biex jiġi indirizzat il-mard relatat mal-klima li jaffettwa lin-nisa u tiġi promossa l-edukazzjoni dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima;  jistenna bil-ħerqa għal pjan ta’ azzjoni ġdid dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi skont l-UNFCCC; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu rwol ta’ gwida fl-adozzjoni ta’ pjan ta’ azzjoni dwar il-ġeneru ġdid, ambizzjuż u effettiv fil-COP30;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jiddispjaċih li d-drittijiet sesswali u riproduttivi tan-nisa għadhom limitati madwar id-dinja, u jisħaq fuq l-importanza li jiġu indirizzati l-ostakli li jxekklu l-kapaċità tan-nisa li jwettqu deċiżjonijiet dwar il-kontraċezzjoni, l-aċċess għall-kura tas-saħħa u l-kunsens sesswali, filwaqt li jirrikonoxxi li l-fatturi soċjoekonomiċi, l-edukazzjoni u l-post ġeografiku jinfluwenzaw il-kapaċità tan-nisa li jeżerċitaw dawn id-drittijiet b’mod sinifikanti; ifakkar l-impenn tal-UE għall-promozzjoni, għall-protezzjoni u għat-twettiq tad-dritt tal-individwi kollha li jkollhom kontroll sħiħ fuq kwistjonijiet relatati mas-sesswalità u mad-drittijiet sesswali u riproduttivi tagħhom, u li jiddeċiedu b’mod liberu u responsabbli dwarhom, mingħajr ebda diskriminazzjoni, koerċizzjoni u vjolenza; iwissi li l-miri stabbiliti fl-SDG 5 mhux se jintlaħqu jekk fl-UE u madwar id-dinja kollha ma jiġix iggarantit l-aċċess universali għas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati u jistieden lill-UE tagħti prijorità lil din il-kwistjoni fil-politika u fil-finanzjament, u tnaqqax id-dritt għal abort legali u sikur fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE; itenni li n-nisa kollha jeħtiġilhom aċċess għas-servizzi tal-kura tas-saħħa sesswali u riproduttiva, inkluż għall-ippjanar tal-familja, għall-informazzjoni u għall-edukazzjoni u jappella għall-integrazzjoni tas-saħħa riproduttiva fl-istrateġiji u l-programmi nazzjonali; jappella għal żieda fl-investiment f’dawn l-oqsma biex jiġi żgurat aċċess għal servizzi komprensivi u nondiskriminatorji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jappella li jitkompla l-finanzjament għal programmi li jiffukaw fuq il-promozzjoni tad-drittjiet tan-nisa, fuq l-emanċipazzjoni u l-awtonomija tan-nisa u fuq il-ġlieda kontra kull forma ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li 85 % tal-azzjonijiet esterni l-ġodda kollha jinkorporaw il-ġeneru bħala objettiv sinifikanti jew prinċipali u li 20 % tal=ODA f’kull pajjiż tiġi allokata għal programmi li għandhom l-ugwaljanza bejn il-ġeneri bħala wieħed mill-objettivi prinċipali tagħhom; jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni tiżgura l-implimentazzjoni sistematika ta’ analiżi tal-ġeneru rigoruża, ġbir ta’ data diżaggregata skont il-ġeneru, ibbaġitjar sensittiv għal kwistjonijiet ta’ ġeneru u valutazzjonijiet tal-impatt fir-rigward tal-ġeneri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jiddispjaċih li l-assistenza mid-donaturi tal-Kumitat ta’ Għajnuna għall-Iżvilupp (DAC) tal-OECD għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri naqset fl-2022, u dan immarka l-ewwel tnaqqis wara deċennju ta’ tkabbir<FOOTNOTE><FIELD> https://www.oecd.org/en/publications/development-finance-for-gender-equality-2024_e340afbf-en.html.</FIELD></FOOTNOTE>; jinnota li biss 4 % tal-ODA li setgħet tiġi allokata iffokat fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri bħala l-objettiv prinċipali<FOOTNOTE><FIELD> https://www.oecd.org/en/publications/development-finance-for-gender-equality-2024_e340afbf-en.html.</FIELD></FOOTNOTE>; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu mmobilizzati riżorsi ġodda biex jitkompla l-progress lejn l-ugwaljanza bejn il-ġeneri; jiddispjaċih li mit-tnedija tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Ġeneru III, 3,8 % biss tal-azzjonijiet kollha reattivi għal kwistjonijiet ta’ ġeneru jew tal-azzjonijiet kollha mmirati lejn il-ġeneru għandhom l-ugwaljanza bejn il-ġeneri bħala objettiv prinċipali, u b’hekk waqgħu lura mill-mira ta’ 5 % deskritta fir-Regolament NDICI<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali, li jemenda u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE u jħassar ir-Regolament (UE) 2017/1601 u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 (ĠU L 209, 14.6.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/947/oj</FIELD></FOOTNOTE>; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jżidu b’mod sostanzjali l-għadd ta’ azzjonijiet tal-UE li għandhom il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri bħala objettiv prinċipali; jappella biex l-UE żżid il-finanzjament tagħha ta’ fondi multilaterali għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri, bħall-UN Women, u għas-saħħa sesswali u riproduttiva, bħall-Fond tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Popolazzjoni u l-Fond Globali għall-Ġlieda kontra l-AIDS, it-Tuberkulożi u l-Malarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Ifakkar li n-nisa b’mod ġenerali jwettqu l-maġġoranza tax-xogħol domestiku u tal-kura mingħajr ħlas, u dan joħloq piż sproporzjonat fuq il-familji b’introjtu aktar baxx, filwaqt li jikkontribwixxi għall-faqar, għall-inugwaljanza u għal kundizzjonijiet tal-għajxien prekarji u jnaqqas il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol tan-nisa; jappella għal promozzjoni aktar soda tad-dritt li kull mara tibbilanċja l-ħajja professjonali u privata tagħha bbażata fuq responsabbiltà konġunta u kundizzjonijiet tax-xogħol li jiffaċilitaw ir-rikonċiljazzjoni tal-ħajja privata, tal-ħajja tal-familja u tal-ħajja tax-xogħol; jappella għal sforzi aċċellerati biex jitnaqqsu d-distakki bejn il-ġeneri fil-pagi u fil-pensjonijiet, inkluż fl-ekonomija tal-kura, kif ukoll biex tiġi indirizzata s-segregazzjoni orizzontali u vertikali tas-suq tax-xogħol; jappella, barra minn hekk, għal sforzi biex jiġu żgurati l-parteċipazzjoni u t-tmexxija sħaħ, ugwali u sinifikanti tan-nisa fir-rwoli u fl-opportunitajiet tat-teħid tad-deċiżjonijiet fis-setturi pubbliċi u privati, inkluż fl-aspetti kollha tal-paċi u tas-sigurtà; jappella għall-promozzjoni ulterjuri tal-parteċipazzjoni tan-nisa fix-xjenza, fit-teknoloġija, fl-inġinerija u fil-matematika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jirrikonoxxi l-ħtieġa urġenti li jiġu indirizzati x-xejriet negattivi li jxekklu l-progress fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-UE, inklużi l-vjolenza abbażi tal-ġeneru, u d-diskors politiku sessista prevalenti; jilqa’, f’dan ir-rigward, il-Pjan Direzzjonali tal-Kummissjoni għad-Drittijiet tan-Nisa bħala boxxla għal azzjoni futura tal-UE fil-qasam kemm ġewwa kif ukoll barra mill-Unjoni u għat-tiswir tal-istrateġija l-ġdida għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri mill-2026 ’il quddiem; jisħaq li dan il-pjan direzzjonali għandu jrawwem l-implimentazzjoni ta’ miżuri leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi għal progress u obbligu ta’ rendikont akbar fuq l-SDG 5 u jappella għall-involviment tal-Istati Membri; iħeġġeġ approċċ komprensiv li jindirizza s-servizzi sesswali u riproduttivi, id-diskriminazzjoni intersezzjonali u l-protezzjoni ta’ nisa vulnerabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jiddeplora l-attakki mhux iġġustifikati dejjem jiżdiedu kontra organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, b’mod partikolari organizzazzjonijiet tad-drittijiet tan-nisa, kemm fl-UE kif ukoll madwar id-dinja; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi stabbilit mekkaniżmu ta’ protezzjoni għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fl-UE, li jagħti attenzjoni partikolari lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem favur in-nisa, il-persuni LGBTIQ+ u l-SRHR; jappella għall-implimentazzjoni sħiħa tal-politiki tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri (il-pjan ta’ azzjoni dwar il-ġeneru, l-istrateġija dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri), inkluż fil-komponenti SRHR tagħhom, u jinsisti li din l-implimentazzjoni trid tiġi appoġġjata b’finanzjament adegwat, inkluż għall-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tan-nisa u tal-SRHR, u b’informazzjoni dwar l-ippjanar tal-familja, kontraċezzjoni affordabbli, abort ħieles, sikur u legali, u l-kura tas-saħħa mentali; jisħaq li l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tan-nisa għadhom sistematikament sottofinanzjati, u jirċievu anqas minn 1 % tal-ODA globali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jirrikonoxxi li, minkejja l-progress, 122 miljun tifla madwar id-dinja għadhom barra mill-iskola<FOOTNOTE><FIELD> https://www.unwomen.org/en/news-stories/press-release/2025/03/fast-facts-30-years-of-uneven-progress-for-adolescent-girls.</FIELD></FOOTNOTE>; jenfasizza li aċċess ugwali għall-edukazzjoni huwa fundamentali għall-iżvilupp sostenibbli, għat-tnaqqis tal-faqar u għall-prosperità ekonomika, peress li jagħti s-setgħa lin-nisa u lill-bniet biex jipparteċipaw b’mod sħiħ fis-soċjetà; jappella għall-integrazzjoni ta’ strateġiji reattivi għal kwistjonijiet ta’ ġeneru fil-politiki tal-edukazzjoni biex jindirizzaw dawn l-inugwaljanzi; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li fl-iskejjel primarji u sekondarji tiġi pprovduta edukazzjoni ffukata fuq il-ġlieda kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-istereotipizzazzjoni tal-ġeneru; jissottolinja li l-investiment fl-edukazzjoni tal-bniet jagħti redditi kbar għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin, billi jikkontribwixxi direttament għat-twettiq tad-drittijiet fundamentali tagħhom u jipproteġihom minn kull forma ta’ vjolenza, u jikkontribwixxi wkoll għal benesseri aħjar għal soċjetajiet sħaħ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jirrikonoxxi l-vulnerabbiltà sproporzjonata tan-nisa u l-bniet fil-kunflitti u fil-kriżijiet umanitarji, inkluż ir-riskju akbar li jiffaċċjaw vjolenza sesswali u vjolenza abbażi tal-ġeneru, spostament u tfixkil ta’ servizzi essenzjali; jafferma mill-ġdid ir-rwol vitali tan-nisa u l-bniet fil-konsolidazzjoni tal-paċi, ir-riżoluzzjoni tal-kunflitti u r-rikostruzzjoni wara kunflitt, filwaqt li jenfasizza l-parteċipazzjoni essenzjali tagħhom fin-negozjati tal-paċi u l-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet, kif deskritt fl-aġenda dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jappella għal politiki u azzjonijiet aktar b’saħħithom li jippromwovu aċċess għall-art, għall-kreditu, għall-intraprenditorija u għall-edukazzjoni, kif ukoll għall-impjieg u għas-saħħa, b’mod speċjali għan-nisa u għall-bniet f’ċirkostanzi ta’ vulnerabbiltà, għan-nisa b’diżabbiltà, għan-nisa tqal u għan-nisa f’żoni rurali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jieħu nota tat-tagħlimiet meħuda elenkati fir-rapport konġunt intitolat “Are we getting there? A synthesis of the UN system evaluations of SDG 5” (Fiex wasalna? Sinteżi tal-evalwazzjonijiet tas-sistema tan-NU tal-SDG 5), inkluża l-importanza li l-irġiel u s-subien jiġu involuti b’mod effettiv fil-programmi u l-inizjattivi dwar kwistjonijiet li jedukawhom u jassistuhom biex jiksbu l-bidla fl-imġiba li hija meħtieġa biex jintlaħqu l-miri, u l-prijoritizzazzjoni iżjed sostnuta u komprensiva tal-miri fl-ambjenti umanitarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jiddispjaċih dwar ir-rigressjoni tad-drittijiet tal-persuni LGBTIQ+ u t-transfobija li thedded l-ugwaljanza bejn il-ġeneri; jiddenunzja l-fatt li, bejn l-2021 u l-2022, mhux aktar minn tliet organizzazzjonijiet kontra l-persuni LGBTIQ+ irrappurtaw introjtu ta’ USD 1 biljun, filwaqt li 8 000 benefiċjarju globali LGBTIQ+ irċevew USD 905 miljun bejniethom<FOOTNOTE><FIELD> Nota ta’ politika tal-ODI, “Where next for feminist foreign policy on funding feminist movements?” (X’inhuma l-passi li jmiss għall-politika barranija femminista dwar il-finanzjament tal-movimenti femministi?), https://media.odi.org/documents/ODI-ET-FundingMovements-PB-EN-May24-Final.pdf.</FIELD></FOOTNOTE>; iwissi dwar iż-żieda inkwetanti fil-finanzjament kontra l-ġeneru li għandu l-għan li jiġġieled il-kisbiet progressivi tad-drittijiet tan-nisa u tal-persuni LGBTIQ+ ta’ dawn l-aħħar deċennji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jappella biex l-UE tipprojbixxi ċ-ċentri ta’ konverżjoni fl-Istati Membri u tagħmel dak kollu possibbli biex tipprevjeni din il-prattika kullimkien;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">SDG 8. Jiġu promossi tkabbir ekonomiku sostnut, inklużiv u sostenibbli, impjieg sħiħ u produttiv u xogħol deċenti għal kulħadd</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jinsab allarmat li l-miri tal-SDG 8 jiffaċċjaw l-ogħla rati ta’ staġnar jew ta’ rigressjoni fost l-SDGs taħt rieżami fil-fond fl-ambitu tal-HLPF 2025;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar it-tnaqqis, matul l-aħħar għaxar snin, fid-drittijiet tax-xogħol, il-libertà ta’ assoċjazzjoni u d-drittijiet ta’ negozjar kollettiv, filwaqt li jenfasizza l-impatt negattiv ta’ dan it-tnaqqis fuq il-ġustizzja soċjali u fuq l-isforzi biex jiġu promossi impjiegi produttivi u xogħol deċenti għal kulħadd; jiddispjaċih li għoxrin fil-mija tal-popolazzjoni tad-dinja jgħixu f’pajjiżi b’livelli għoljin ta’ inugwaljanza<FOOTNOTE><FIELD> https://www.worldbank.org/en/publication/poverty-prosperity-and-planet.</FIELD></FOOTNOTE>; jafferma l-ħtieġa li jissaħħu l-miżuri soċjali biex jiġu indirizzati l-inugwaljanzi f’konformità mal-prinċipju li ħadd ma jitħalla jibqa’ lura, filwaqt li jitqiesu l-konsegwenzi soċjali tal-inflazzjoni, il-pressjoni baġitarja li qed tiżdied, it-tensjonijiet ġeopolitiċi u r-riskji kkawżati mit-tibdil fil-klima u l-avvenimenti estremi tat-temp għas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema; jisħaq fuq l-importanza ta’ tranżizzjoni ġusta għad-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija, biex jiġi żgurat li t-tranżizzjoni tkun ekwa u inklużiva kemm jista’ jkun għal kull min huwa kkonċernat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jappella għal politiki aktar b’saħħithom u azzjonijiet kuraġġużi biex jiġi promoss żvilupp ekonomiku inklużiv u sostenibbli; iħeġġeġ lill-UE u lis-sħab globali jużaw strumenti bħall-Global Gateway biex jimmobilizzaw diversi sorsi ta’ finanzjament, inklużi investimenti tas-settur privat, jirrispettaw l-istandards soċjali u ambjentali u jippromwovu l-ħolqien ta’ impjiegi deċenti li jnaqqsu l-inugwaljanza fl-introjtu u jiżguraw li ħadd ma jitħalla jibqa’ lura; jirrikonoxxi r-rwol tal-finanzjament privat fit-tnaqqis tad-distakk fil-finanzjament biex jinkisbu l-SDGs; jenfasizza, madankollu, il-ħtieġa ta’ investimenti pubbliċi f’servizzi kritiċi bħall-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni u l-protezzjoni soċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa li jiġu indirizzati l-inugwaljanzi territorjali u fl-akkomodazzjoni billi jiġi appoġġjat l-aċċess għal akkomodazzjoni affordabbli, adegwata u effiċjenti fl-enerġija, b’mod speċjali f’żoni urbani u rurali żvantaġġati; jappella biex jiżdied l-investiment fl-iżvilupp komunitarju integrat, fl-infrastruttura soċjali u fis-servizzi bażiċi biex jiġu promossi l-koeżjoni soċjali u l-inklużjoni ekonomika; iħeġġeġ l-appoġġ għall-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni ta’ strateġiji tal-iżvilupp sostenibbli, inklużivi u reżiljenti li jorbtu flimkien il-klima, is-saħħa, l-akkomodazzjoni, il-mobbiltà u l-inklużjoni soċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jesprimi tħassib li t-tkabbir ekonomiku f’ħafna pajjiżi li qed jiżviluppaw għadu għaddej bil-mod u għadu mhuwiex uniformi, spiss imfixkel minn dgħufijiet strutturali, inugwaljanzi ekonomiċi, instabbiltà politika, xokkijiet esterni u l-impatt dejjem jikber tat-tibdil fil-klima; jenfasizza li l-inizjattivi lokali li jindirizzaw ħtiġijiet tal-komunitajiet uniċi jiżvolġu rwol vitali fit-trawwim ta’ tkabbir ekonomiku ekwu; jissottolinja li l-kooperazzjoni reġjonali dwar il-kurituri ekonomiċi ssaħħaħ in-negozju, l-investiment, l-industrijalizzazzjoni sostenibbli u d-diversifikazzjoni ekonomika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jirrakkomanda iżjed investiment pubbliku u privat fir-riċerka, fil-prattiki kummerċjali sostenibbli, fit-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali, fl-edukazzjoni ta’ kwalità u fl-iżvilupp tal-ħiliet, inklużi t-tiġdid u t-titjib tal-ħiliet, kif ukoll fl-allinjament tagħhom mad-domandi tas-suq, u fl-appoġġ lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u lin-negozji ġodda biex jiġi appoġġjat l-aċċess għall-finanzi u jitrawmu l-investiment u l-innovazzjoni; itenni l-ħtieġa ta’ enfasi speċjali fuq il-promozzjoni tal-emanċipazzjoni ekonomika tan-nisa u fuq l-iżgurar ta’ aċċess ekwu għall-opportunitajiet ta’ negozju; jappella għal politiki inklużivi għall-persuni b’diżabbiltà fuq il-post tax-xogħol;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Itenni l-importanza ta’ politiki li jappoġġjaw l-impjieg, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali taż-żgħażagħ; jisħaq fuq l-importanza tal-popolazzjoni żagħżugħa li qed tespandi fin-Nofsinhar Globali għall-iżvilupp sostenibbli; jinsisti fuq l-importanza li jinħolqu rabtiet aktar b’saħħithom bejn l-edukazzjoni, l-iżvilupp tal-ħiliet u l-impjieg, biex jippermettu aċċess għal xogħol deċenti fis-suq tax-xogħol li qed jinbidel b’pass imgħaġġel;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jenfasizza li l-inizjattivi mmirati biex jistimulaw it-tkabbir ekonomiku għandhom imorru id f’id mal-ġustizzja soċjali, mal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, mad-drittijiet tax-xogħol u mal-ħarsien tal-ambjent; jistieden lill-UE biex b’mod kostruttiv timpenja ruħha u taħdem favur l-adozzjoni tat-Trattat tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jidisjpjaċih li aktar minn nofs il-forza tax-xogħol globali tinsab f’impjieg informali<FOOTNOTE><FIELD> https://www.oecd.org/content/dam/oecd/en/publications/reports/2023/04/informality-and-globalisation_d7548f2e/c945c24f-en.pdf , https://unstats.un.org/sdgs/report/2024/The-Sustainable-Development-Goals-Report-2024.pdf.</FIELD></FOOTNOTE>, u dan joħloq ostaklu sinifikanti għall-ġustizzja soċjali u għat-tkabbir inklużiv; jesprimi tħassib serju dwar il-fatt li fil-pajjiżi l-anqas żviluppati, fl-Afrika sub-Saħarjana u fl-Asja Ċentrali u tan-Nofsinhar, kważi disgħa minn kull għaxar ħaddiema għadhom impjegati b’mod informali<FOOTNOTE><FIELD> https://unstats.un.org/sdgs/report/2024/The-Sustainable-Development-Goals-Report-2024.pdf.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jinnota li, filwaqt li l-prodott domestiku gross jibqa’ indikatur importanti tal-prestazzjoni ekonomika, għandhom jitqiesu indikaturi addizzjonali li jirriflettu d-dimensjoni soċjali u ambjentali sabiex jinkiseb approċċ aktar ibbilanċjat u infurmat għat-tfassil tal-politika ekonomika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jappella għal aktar miżuri biex jinqerdu x-xogħol furzat u t-traffikar tal-bnedmin u biex titwaqqaf kwalunkwe forma ta’ tħaddim tat-tfal, inklużi r-reklutaġġ u l-użu ta’ suldati tfal;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">SDG 14. Jiġu kkonservati u użati b’mod sostenibbli l-oċeani, l-ibħra u r-riżorsi tal-baħar għall-iżvilupp sostenibbli</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jisħaq fuq ix-xejriet allarmanti tat-tniġġis tal-baħar, l-ewtrofikazzjoni kostali, l-aċidifikazzjoni tal-oċeani, iż-żieda fit-temperaturi, is-sajd eċċċessiv, it-tnaqqis fil-bijodiversità tal-baħar, il-qerda tal-ħabitats, il-prattiki industrijali mhux sostenibbli, l-istorbju taħt l-ilma u l-kontaminazzjoni tal-ilmijiet interni, li individwalment u b’mod kumulattiv jheddu l-ekosistemi tal-baħar u l-komunitajiet kostali, speċjalment fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u r-reġjuni vulnerabbli, u jfixklu l-kisba tal-miri tal-SDG 14;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ progress reali lejn il-kisba tal-miri tal-SDG 14 u, f’xi każijiet, id-deterjorament tal-prospettiva tagħhom, b’mod partikolari minħabba n-nuqqas ta’ miżuri effettivi flimkien ma’ żieda fil-pressjoni ekonomika; jinsab allarmat li l-ebda mira tal-SDG 14 għall-2020 ma nkisbet; iqis li l-progress marġinali jew moderat u l-livelli għoljin ta’ staġnar u rigressjoni jfissru li l-azzjoni globali għadha’l bogħod mill-veloċità u l-iskala meħtieġa biex il-miri tal-SDG14 jinkisbu fil-ħin; ifakkar li l-ekwità kemm fil-benefiċċji kif ukoll fil-kondiviżjoni tal-kostijiet hija essenzjali għall-implimentazzjoni tal-SDG 14;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jinnota li l-SDG 14 għadu fost l-anqas SDGs iffinanzjati u li d-distakk fil-finanzjament attwali huwa stmat madwar USD 150 biljun fis-sena; jissottolinja li l-Konferenza tan-NU 2025 dwar l-Oċeani għandha tipprovdi impetu ġdid għall-eliminazzjoni tad-distakk fil-finanzjament eżistenti u toħloq ambjent stabbli u abilitanti għall-mobilizzazzjoni ta’ iżjed finanzjament għall-kisba tal-miri tal-SDG 14; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jżidu l-kontribuzzjoni finanzjarja tagħhom biex jipproteġu u jirrestawraw l-ekosistemi tal-baħar; jistieden lill-Kummissjoni talloka fondi dedikati lill-Patt Ewropew dwar l-Oċeani għall-protezzjoni tal-oċean u t-tranżizzjoni ġusta lejn ekonomija blu sostenibbli li tkun ta’ benefiċċju għall-komunitajiet kostali, għat-tkabbir ekonomiku u għas-soċjetà b’mod ġenerali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li l-oċean jiġi protett bħala entità unifikata u li jintuża b’mod sostenibbli; jappella għal approċċ olistiku li jintegra l-ħarsien u r-restawr tal-ambjent, il-prosperità, l-ekwità soċjali, is-sostenibbiltà u l-kompetittività, u għal qafas komprensiv li jservi bħala punt ta’ referenza uniku għall-politiki kollha relatati mal-oċean; jistenna li l-Patt Ewropew dwar l-Oċeani li jmiss jagħti eżempju internazzjonali billi jipprovdi tali approċċ olistiku għall-politiki kollha relatati mal-oċean u koerenza fl-oqsma kollha ta’ politika marbuta mal-oċean;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Jemmen li huma meħtieġa b’mod urġenti miżuri globali vinkolanti u approċċ ibbażat fuq l-ekosistema biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet, titħaffef l-azzjoni u tiġi żgurata s-saħħa fit-tul tal-oċean, anke u speċjalment f’kundizzjonijiet klimatiċi li qed jinbidlu; jisħaq li tali miżuri għandhom jiżguraw il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-ekosistemi tal-baħar tagħna; iqis li huwa partikolarment meħtieġ li tiġi appoġġjata t-tranżizzjoni ġusta lejn sajd sostenibbli, jiġi miġġieled is-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, jiġi indirizzat l-għadd dejjem jikber ta’ speċijiet aljeni invażivi, tissaħħaħ it-trasparenza fis-settur tal-frott tal-baħar, jiġu protetti d-drittijiet tas-sajjieda fuq skala żgħira, jissaħħu l-isforzi ta’ konservazzjoni u restawr tal-baħar u jiġi adottat trattat globali dwar it-tniġġis mill-plastik; ifakkar li l-Liġi tal-UE dwar ir-Restawr tan-Natura hija waħda mill-għodod biex l-UE tissodisfa l-impenji internazzjonali tagħha fir-restawr tal-ekosistemi tal-baħar u kostali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Jappella għal azzjoni globali msaħħa biex jiġu indirizzati l-aċidifikazzjoni tal-oċeani u l-livelli tas-sħana tal-oċeani sabiex jiġi ssalvagwardjat ir-rwol tal-oċean bħala l-aktar bir ta’ karbonju importanti fil-pjaneta u jiġu protetti l-ħajja tal-baħar u x-xibka alimentari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Jilqa’ l-adozzjoni tat-Trattat tan-NU dwar l-Ibħra Internazzjonali (il-Ftehim dwar il-Bijodiversità lil hinn mill-Ġuriżdizzjoni Nazzjonali, jew BBNJ); jiddispjaċih, madankollu, li, sal-lum, wieħed biss mis-27 Stat Membru tal-UE rratifika dak it-trattat; iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha jikkompletaw malajr il-proċessi ta’ ratifika individwali tagħhom; jistieden lill-partijiet ikomplu jaħdmu fuq id-Djalogu tan-NU dwar l-Oċeani u t-Tibdil fil-Klima u jqisu li l-ftehim jiġi implimentat malajr, inkluż billi jimmobilizzaw fondi mill-Programm Globali tal-UE għall-Oċeani; jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni biex it-Trattat tan-NU dwar l-Ibħra Internazzjonali jiġi integrat fid-dritt tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Ifakkar fl-impenn skont il-mira 3 tal-Qafas Globali tal-Bijodiversità ta' Kunming-Montreal għall-konservazzjoni effettiva ta’ mill-anqas 30 % taż-żoni tal-art u tal-ilmijiet interni u taż-żoni tal-baħar u kostali sal-2030 permezz tal-istabbiliment ta’ żoni protetti u miżuri effettivi oħra ta’ konservazzjoni bbażati fuq iż-żona; iqis li huma meħtieġa iżjed sforzi għall-espansjoni ulterjuri ta’ żoni tal-baħar u kostali protetti biex tinkiseb il-mira ta’ 30 % u jiġu ffaċilitati l-konservazzjoni u l-ġestjoni sostenibbli tal-ispeċijiet tal-baħar, tal-ħabitats, tal-ekosistemi u tar-riżorsi; jiddispjaċih li l-UE mhijiex fit-triq it-tajba biex tilħaq l-objettivi tagħha li tipproteġi 30 % taż-żoni tal-baħar tagħha sal-2030;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Jinsab allarmat mil-livelli jiżdiedu ta’ tniġġis tal-baħar li huma mistennija jirduppjaw jew jittriplikaw sal-2040; jenfasizza li parti kbira mill-pressjoni tat-tniġġis imqiegħda fuq l-oċean tirriżulta minn attivitajiet ibbażati fuq l-art; jappella għal miżuri aktar b’saħħithom u implimentazzjoni mħaffa bħala kwistjoni ta’ urġenza biex jintemm it-tniġġis tal-baħar kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak internazzjonali; jissottolinja li l-plastik jifforma l-akbar parti mill-iskart tal-baħar, l-aktar ta’ ħsara u l-aktar persistenti; jiddispjaċih għan-nuqqas ta’ konklużjoni dwar l-ewwel strument legalment vinkolanti globali dwar it-tniġġis mill-plastik; iħeġġeġ l-adozzjoni ta’ trattat globali vinkolanti ambizzjuż dwar it-tniġġis mill-plastik meta jerġgħu jitkomplew in-negozjanti intergovernattivi fl-2025; jappoġġja l-pożizzjoni tal-UE li l-ftehim finali għandu jkun fih mira li titnaqqas il-produzzjoni ta’ polimeri tal-plastik primarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>69.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li jiġi avvanzat il-pjan ta’ azzjoni ta’ tniġġis żero tal-UE li jinkludi miri sinifikanti għat-titjib tal-kwalità tal-ilma, it-tnaqqis tal-ġenerazzjoni tal-iskart u t-tnaqqis tat-telf tan-nutrijenti; jinnota li 37 % biss mill-ilmijiet tal-wiċċ tal-Ewropa huma fi stat ekoloġiku san u li t-tniġġis minn nutrijenti qed jiswa aktar minn EUR 75 biljun fis-sena<FOOTNOTE><FIELD> https://environment.ec.europa.eu/topics/water/water-wise-eu/polluted-water_en.</FIELD></FOOTNOTE>; jinnota, barra minn hekk, li, skont ir-rapport 2025 ta’ monitoraġġ u prospettiva dwar it-tniġġis żero, tnejn biss mill-miri ta’ tniġġis żero jinsabu fit-triq it-tajba; jisħaq li l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni ambjentali huma kruċjali biex jinkisbu l-miri ta’ tniġġis żero tal-2030 u li hija meħtieġa azzjoni addizzjonali; jistieden mill-ġdid lill-Kummissjoni tipproponi miri ambizzjużi tal-UE għall-2030 biex jitnaqqsu b’mod sinifikanti l-impronti tal-materjali u tal-konsum tal-UE u biex dawn jinġiebu fil-limiti tal-pjaneta sal-2050 kif meħtieġ skont it-tmien Programm ta’ Azzjoni Ambjentali; jenfasizza, barra minn hekk, il-ħtieġa li jiġu sfruttati teknoloġiji moderni, inkluża l-intelliġenza artifiċjali, għall-monitoraġġ tat-tniġġis;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>70.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li jiġi applikat il-prinċipju ta’ prekawzjoni fl-estrazzjoni minerarja minn fond il-baħar; itenni, f’dan ir-rigward, l-appoġġ tiegħu favur moratorju internazzjonali fuq l-isfruttament kummerċjali tal-estrazzjoni minerarja minn fond il-baħar sakemm jasal iż-żmien meta l-effetti tal-estrazzjoni minerarja minn fond il-baħar fuq l-ambjent tal-baħar, il-bijodiversità u l-attivitajiet tal-bniedem fuq il-baħar ikunu ġew studjati u riċerkati biżżejjed<FOOTNOTE><FIELD> Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Frar 2024 dwar id-deċiżjoni reċenti tan-Norveġja biex tinbeda l-estrazzjoni minerarja minn qiegħ il-baħar fl-Artiku (ĠU C, C/2024/6333, 7.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6333/oj)..</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>71.</NO.P>Jenfasizza li t-tnaqqis kontinwu fil-popolazzjonijiet tal-ħut sostenibbli jissottolinja l-importanza ta’ qafas regolatorju li jsegwi approċċ ibbażat fuq l-ekosistema flimkien ma’ sistemi ta’ monitoraġġ effiċjenti u trasparenti biex jiġu promossi prattiki tas-sajd sostenibbli u jiġu miġġielda s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat; jilqa’ l-Ftehim tad-WTO dwar is-Sussidji għas-Sajd bħala pass ewlieni ’l quddiem biex jintemmu s-sussidji ta’ ħsara li jikkontribwixxu għas-sajd eċċessiv; jistieden lill-membri tad-WTO li għadhom ma għamlux hekk biex jiddepożitaw l-istrumenti ta’ aċċettazzjoni tagħhom ħalli jippermettu li l-ftehim isir operazzjonali; iħeġġeġ, barra minn hekk, lill-membri tad-WTO jeliminaw gradwalment is-sussidji ta’ ħsara għall-ambjent f’attivitajiet ekonomiċi marittimi, inklużi s-sussidji għas-sajd ta’ ħsara;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>72.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-prattiki tas-sajd sostenibbli li jinvolvu l-parteċipazzjoni tal-komunitajiet huma strumentali biex jitnaqqas is-sajd eċċessiv u tiġi żgurata s-sostenibbiltà fit-tul tar-riżorsi tal-baħar; ifakkar li ħafna komunitajiet tas-sajd fuq skala żgħira qed ikomplu jiffaċċjaw marġinalizzazzjoni u kompetizzjoni inġusta; jinnota li huwa essenzjali li tiġi promossa r-reżiljenza tal-komunitajiet kostali u tal-gżejjer u l-potenzjal tal-ekonomija blu f’konformità mal-leġiżlazzjoni u l-objettivi ambjentali tal-UE, filwaqt li jiġi żgurat l-aċċess għall-ilma tax-xorb, it-trasport sostenibbli, is-sajd ibbażat fuq ir-regoli, it-turiżmu sostenibbli, l-intraprenditorija u l-aċċess ġust għas-servizzi; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi standards internazzjonali tas-sajd sostenibbli biex tiżgura, fost affarijiet oħra, kundizzjonijiet ekwi globali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>73.</NO.P>Jistieden lill-UE tafferma mill-ġdid u żżid l-appoġġ tagħha għax-xjenza dwar l-oċeani; iħeġġeġ il-promozzjoni tar-riċerka xjentifika u t-tixrid ta’ data preċiża, flimkien mal-iżvilupp u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattika; jenfasizza l-ħtieġa li l-politika ta’ ġestjoni tal-oċeani tiġi integrata mal-għarfien indiġenu u tradizzjonali, ix-xjenza u l-involviment tal-komunitajiet; jappella għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ għodod ta’ ġestjoni bbażati fuq iż-żona flimkien ma’ miżuri ta’ konservazzjoni xierqa oħra;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">SDG 17. Jissaħħu l-mezzi ta’ implimentazzjoni tas-Sħubija Globali għall-Iżvilupp Sostenibbli u tiġi rivitalizzata din is-Sħubija</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>74.</NO.P>Jistieden lill-UE tkompli tippromwovi l-multilateraliżmu u taħdem favurih u tipprovdi tmexxija globali fl-avvanz tal-implimentazzjoni tal-SDGs u tal-Aġenda 2030, u ssaħħaħ it-trattati u l-ftehimiet internazzjonali, bħall-Ftehim ta’ Pariġi, il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, u l-inizjattivi ta’ konservazzjoni reġjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>75.</NO.P>Jenfasizza li, fix-xenarju ġeopolitiku diffiċli u inċert ta’ bħalissa, impenn mill-ġdid espliċitu favur l-SDGs se jibgħat sinjal ċar lis-sħab madwar id-dinja u jappoġġja l-azzjoni globali tal-UE; jinsab imħasseb dwar id-distakk fl-investiment ta’ USD 4 triljun biex jinkisbu l-SDGs<FOOTNOTE><FIELD> https://unstats.un.org/sdgs/report/2024/The-Sustainable-Development-Goals-Report-2024.pdf.</FIELD></FOOTNOTE>; jisħaq li l-impenn tal-UE favur l-SDGs għandu jiġi appoġġjat minn impenji finanzjarji ambizzjużi fil-qafas finanzajarju pluriennali 2028-2034 li jmiss; jistieden lill-UE ssegwi approċċ imsaħħaħ għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp u timmobilizza lil atturi internazzjonali oħra u tkompli timpenja ruħha magħhom b’mod kostruttiv biex iżidu l-isforzi ta’ żvilupp sostenibbli tagħhom u jappoġġjaw il-paċi, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-iżvilupp tal-bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>76.</NO.P>Jafferma mill-ġdid li l-ODA tibqa’ sors kruċjali ta’ finanzjament pubbliku u għodda essenzjali għat-tnaqqis tal-faqar, l-indirizzar tal-inugwaljanzi u l-appoġġ għall-komunitajiet l-aktar vulnerabbli, b’mod partikolari fil-pajjiżi fraġli, affettwati minn kunflitti u l-anqas żviluppati (LDCs);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>77.</NO.P>Jiddispjaċih għat-tnaqqis fl-ODA minn diversi Stati Membri tal-UE; jistieden lill-Istati Membri u lis-sħab globali kollha jkomplu jżommu l-impenn tagħhom favur l-ODA bħala pilastru ewlieni tal-politika tal-iżvilupp tagħhom u jiżguraw li jiġi ddedikat finanzjament biżżejjed għat-twettiq tal-impenn li 0,7 % tal-introjtu nazzjonali gross jintefqu fuq l-ODA u 0,2 % bħala ODA għal-LDCs; jisħaq, barra minn hekk, li fil-preżent 12 % biss tal-ODA hija mmirata lejn it-tfal minkejja r-rappreżentanza sinifikanti tagħhom fost il-popolazzjoni tal-pajjiżi li jirċievu l-ODA; jappella għat-tneħħija tal-ostakli, inkluż il-piż amministrattiv, biex l-għajnuna tkun tista’ tilħaq lill-komunitajiet l-aktar vulnerabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>78.</NO.P>Jistieden lill-UE ssaħħaħ ir-rwol tagħha fil-promozzjoni ta’ impenji finanzjarji aktar b’saħħithom għall-iżvilupp u l-għajnuna umanitarja fil-livell internazzjonali, inklużi l-SDGs u l-Ftehim ta’ Pariġi, u b’mod partikolari tappoġġja l-adattament u r-reżiljenza għat-tibdil fil-klima fir-reġjuni l-aktar vulnerabbli, inklużi l-Istati Gżejjer Żgħar li qed Jiżviluppaw (SIDS) u l-LDCs; jistieden, barra minn hekk, lill-UE tiżgura li l-miri tal-finanzjament għall-klima jintlaħqu u jingħataw prijorità fin-negozjati multilaterali u fis-sħubijiet globali; jenfasizza li l-avvanz tal-interessi ekonomiċi tal-UE għandu jinkludi wkoll il-ħolqien ta’ sħubijiet stabbli ggwidati minn interessi reċiproċi u li l-politiki esterni kollha tal-UE għandhom jiġu inkorporati fil-qafas usa’ tal-Aġenda 2030, filwaqt li l-politika tal-iżvilupp tal-UE u l-użu tal-ODA tal-UE għandhom jibqgħu ffukati fuq it-taffija tal-faqar kif definit mill-Kumitat ta’ Għajnuna għall-Iżvilupp tal-OECD;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>79.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti li tiġi indirizzata s-sottorappreżentanza tal-pajjiżi min-Nofsinhar Globali fil-governanza globali u li titrawwem arkitettura finanzjarja internazzjonali aktar inklużiva; iqis li l-kooperazzjoni Nofsinhar-Nofsinhar u l-kooperazzjoni triangolari huma kruċjali għall-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>80.</NO.P>Jinsisti fuq l-importanza fundamentali tan-NU fil-qalba tas-sistema multilaterali għall-ħolqien ta’ sistema globali paċifika, ġusta, ugwali, inklużiva u bbażata fuq ir-regoli li taħdem għal kulħadd u li ma tħalli lil ħadd jibqa’ lura; jesprimi, f’dan il-kuntest, l-appoġġ tiegħu għal riformi rapidi u effettivi tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU; jenfasizza l-ħtieġa urġenti li tiġi rieżaminata u riformata l-governanza globali tal-kooperazzjoni internazzjonali għall-iżvilupp, b’mod partikolari wara t-tnaqqis fl-għajnuna globali minn diversi pajjiżi; jisħaq li r-riformi fis-sistema finanzjarja internazzjonali għandhom ikunu xprunati minn impenn imġedded favur il-multilateraliżmu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>81.</NO.P>Jenfasizza r-rwol kruċjali tas-sħubijiet b’diversi partijiet ikkonċernati u l-involviment sinifikattiv tal-gvernijiet lokali, tas-soċjetà ċivili u tar-rappreżentanti taż-żgħażagħ u tan-nisa biex jintlaħqu l-miri tal-SDGs kif ukoll tal-parteċipazzjoni sħiħa u effettiva tal-popli indiġeni u tal-komunitajiet lokali fis-sħubijiet globali, f’konformità mad-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-drittijiet tal-popli indiġeni; jenfasizza l-ħtieġa ta’ inizjattivi mmexxija miż-żgħażagħ, b’mod partikolari fin-Nofsinhar Globali u fir-reġjuni affettwati mill-klima;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>82.</NO.P>Jirrikonoxxi r-rwoli vitali u multidimensjonali li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jiżvolġu fl-avvanz tal-SDGs permezz ta’ strateġiji mmexxija lokalment u speċifiċi għall-kuntest li jagħtu s-setgħa lill-atturi lokali u jiżguraw parteċipazzjoni inklużiva u fuq bażi wiesgħa fil-livelli kollha tas-soċjetà; jappella, f’dan il-kuntest, għal involviment aktar profond tal-komunitajiet vulnerabbli fit-tfassil u l-monitoraġġ tal-politiki relatati mal-SDGs u għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni, tal-mobilizzazzjoni tar-riżorsi u tal-parteċipazzjoni ta’ diversi partijiet ikkonċernati għall-avvanz tal-SDGs; jappella għall-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili u għall-ispazju ċiviku sabiex jiġi żgurat li l-fondi pubbliċi ma jitħallewx jiffinanzjaw reġimi repressivi; jisħaq li l-aċċess għall-finanzjament strutturali huwa meħtieġ għall-parteċipazzjoni effettiva tas-soċjetà ċivili fit-tfassil tal-politika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>83.</NO.P>Jappella għal monitoraġġ aħjar tal-implimentazzjoni tal-SDGs fil-livelli reġjonali u lokali, inkluż permezz ta’ appoġġ għar-rieżamijiet lokali volontarji; jisħaq fuq l-importanza li tittejjeb id-disponibbiltà ta’ data affidabbli u li tinġabar u tintuża data diżaggregata skont l-introjtu, l-età, il-ġeneru, id-diżabbiltà u l-ġeografija; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi mmodernizzata l-istatistika u li jissaħħaħ il-bini tal-kapaċitajiet tad-data fil-pajjiżi tan-Nofsinhar Globali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>84.</NO.P>Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jappoġġjaw is-serħan mid-dejn globali u r-ristrutturar tad-dejn għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw, b’mod partikolari dawk fin-Nofsinhar Globali, filwaqt li jqisu l-prinċipji tal-Konferenza tan-NU dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp rigward il-promozzjoni ta’ għoti u teħid responsabbli ta’ self sovran; jappella, barra minn hekk, għal riformi komprensivi tal-istituzzjonijiet finanzjarji globali, inklużi l-banek tal-iżvilupp multilaterali, biex jissaħħu l-effettività, l-ekwità u r-responsabbiltà tagħhom fl-appoġġ għall-implimentazzjoni tal-SDGs; jenfasizza li l-istrumenti eżistenti u l-banek tal-iżvilupp, bħall-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, għandhom ikunu aktar iffukati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>85.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali, inklużi l-programmi Global Gateway, jiġi allinjat mal-SDGs, mal-Ftehim ta’ Pariġi u mal-indikaturi tal-iżvilupp tal-bniedem; jappella biex il-Parlament ikun involut aktar u biex jieħu rwol aktar attiv fl-iskrutinju tal-programmi Global Gateway, billi jiggarantixxi l-effettività u l-implimentazzjoni xierqa tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>86.</NO.P>Jinsisti li l-inizjattiva Global Gateway tirrikjedi approċċ aktar strateġiku u kkoordinat, li jinkorpora kriterji stretti b’rabta mal-SDGs, mal-għanijiet tal-Ftehim ta’ Pariġi u mal-valuri fundamentali tal-UE, inklużi d-drittijiet tal-bniedem, il-governanza tajba, id-demokrazija, it-trasparenza u s-sostenibbiltà ambjentali; jirrikonoxxi l-potenzjal tal-Global Gateway li jkun kapaċi jikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli; jisħaq li jrid ikun trasparenti fil-proċess tal-ippjanar tiegħu u jkollu mekkaniżmi ċari għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-impatt tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>87.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa ta’ komunikazzjoni, koordinazzjoni u allinjament aktar ċari tal-proġetti Global Gateway mal-politiki tal-iżvilupp eżistenti tal-UE; jisħaq, f’dan il-kuntest, li l-BEI għandu jintensifika l-kollaborazzjoni tiegħu ma’ istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħra u mal-banek nazzjonali tal-iżvilupp biex jimmassimizza l-impatt tal-interventi tiegħu, filwaqt li jiżgura li l-attivitajiet tiegħu jkunu allinjati bis-sħiħ mal-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi u mal-SDGs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>88.</NO.P>Jistieden mill-ġdid bil-qawwa lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-kooperazzjoni mas-sħab fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni, il-flussi finanzjarji illeċiti, il-kompetizzjoni tat-taxxa dannuża, l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa; jappella biex tiżdied il-kooperazzjoni mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw dwar kwistjonijiet ta’ taxxa, inkluż f’termini ta’ kapaċitajiet, ta’ diġitalizzazzjoni u ta’ tisħiħ tas-sistemi tat-taxxa tagħhom; jilqa’ l-ħolqien ta’ proċess intergovernattiv biex tiġi adottata konvenzjoni tan-NU dwar it-taxxa bħala qafas globali ġdid għall-kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam tat-taxxa; jenfasizza r-rwol ċentrali tat-tassazzjoni progressiva biex tiżgura d-dħul għall-finanzjament tal-iżvilupp sostenibbli; jappoġġja d-deċiżjoni tal-ministri tal-finanzi tal-G20 li jiżguraw li l-individwi b’valur nett għoli ħafna jiġu intaxxati b’mod effettiv;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Prospettiva</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>89.</NO.P>Itenni li l-SDGs huma l-uniku sett maqbul globalment u komprensiv ta’ għanijiet dwar l-isfidi ewlenin li jiffaċċjaw kemm il-pajjiżi żviluppati kif ukoll dawk li qed jiżviluppaw u huma l-aħjar għodda biex jiġu indirizzati l-kawżi fundamentali ta’ dawn l-isfidi; jisħaq li l-kisba tal-Aġenda 2030 tiddependi mill-kollaborazzjoni globali u mill-azzjoni msaħħa u mħaffa min-naħa tal-atturi kollha; jistieden lill-UE tirdoppja l-azzjoni tagħha u tieħu rwol ta’ tmexxija fil-kisba ta’ progress f’dawn il-ħames snin qabel l-iskadenza tal-2030, bil-għan li tħaffef l-azzjoni maħsuba biex treġġa’ lura x-xejriet negattivi u trawwem futur aktar ġust, paċifiku u sostenibbli għal kulħadd;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>90.</NO.P>Jenfasizza li l-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp hija obbligu vinkolanti skont l-Artikolu 208 tat-TFUE bl-għan li d-dimensjoni ekonomika, soċjali u ambjentali tal-iżvilupp sostenibbli tiġi integrata fl-istadji kollha taċ-ċiklu tat-tfassil tal-politiki, sabiex jitrawmu sinerġiji fl-oqsma ta’ politika kollha, jiġu identifikati u rikonċiljati kompromessi potenzjali, kif ukoll jiġu indirizzati l-effetti konsegwenzjali internazzjonali tal-politiki tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>91.</NO.P>Jenfasizza l-opportunità pprovduta mill-SDGs biex titrawwem ekonomija sostenibbli ċċentrata fuq il-benesseri u fuq in-nies; jenfasizza l-ħtieġa ta’ approċċ komprensiv li jiżgura sostenibbiltà u prosperità fit-tul lil hinn mill-2030 f’konformità mal-ħtiġijiet u ċ-ċirkostanzi diversi ta’ pajjiżi differenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>92.</NO.P>Jilqa’ l-Patt għall-Futur li jwiegħed 56 azzjoni biex iħaffef u jiffinanzja l-iżvilupp sostenibbli, jiżgura li t-teknoloġija tkun ta’ benefiċċju għan-nies u għall-pjaneta, jinvesti fiż-żgħażagħ, jappoġġja d-drittijiet tal-bniedem u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, u jittrasforma l-governanza globali; jappella biex l-impenji li saru matul is-Summit tal-Futur u li ġew riflessi fil-Patt għall-Futur jissarrfu f’azzjonijiet konkreti u f’miri li jistgħu jitkejlu; iħeġġeġ lin-NU jibdew iħejju strateġija komprensiva għal wara l-Aġenda 2030 ibbażata fuq impenn globali favur l-iżvilupp sostenibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>93.</NO.P>Jilqa’ l-eżitu tar-Raba’ Konferenza Internazzjonali dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp f’Sivilja bħala sforz sinifikanti biex tiġi riformata l-arkitettura finanzjarja internazzjonali, jiġi indirizzat il-kost tas-self, u jiżdied l-investiment biex jingħalaq id-distakk fil-finanzjament għall-iżvilupp sostenibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>94.</NO.P>Jappella għal pjanijiet ta’ implimentazzjoni bi skedi ta’ żmien konkreti biex l-SDGs jinkisbu sal-2030, b’miri ambizzjużi stabbiliti lil hinn minn dik id-data; jistieden, f’dan ir-rigward, lill-Kummissjoni tmexxi bl-eżempju u tiżviluppa strateġija komprensiva akkumpanjata minn pjan strutturat ta’ implimentazzjoni tal-SDGs b’miri ċari u konkreti; jappella, barra minn hekk, biex il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss tal-UE jkun konsistenti bis-sħiħ mal-SDGs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>95.</NO.P>Jilqa’ l-ewwel rieżami volontarju min-naħa tal-UE fil-konfront tal-implimentazzjoni tal-SDGs fl-2023; iqis li l-konklużjonijiet tiegħu jistgħu jservu bħala bażi solida għal strateġija komprensiva tal-UE dwar l-SDGs, li għandha tinkludi sistema ta’ monitoraġġ aġġornata li tqis l-impatt intern u estern tal-UE fuq il-proċess tal-SDGs; jinsisti li tali rieżamijiet għandhom isiru eżerċizzju regolari u li l-konklużjonijiet tagħhom għandhom jitqiesu fil-proposti tal-Kummissjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>96.</NO.P>Jemmen li s-suċċessi fil-progress tal-SDGs għandhom isiru viżibbli u jwittu t-triq għat-tfassil tal-aħjar prattika għall-kisba tal-SDGs; jisħaq, f’dan il-kuntest, fuq l-importanza ta’ diġitalizzazzjoni inklużiva, inkluż fir-rigward tal-IA, li tibni fuq il-Patt Diġitali Globali; jilqa’ r-Rapport dwar l-Iżvilupp tal-Bniedem 2025 li jiffoka fuq din il-kwistjoni;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>97.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u lill-President tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>