<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0160</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-kost uman tal-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna u l-ħtieġa urġenti li tintemm l-aggressjoni Russa: is-sitwazzjoni tal-priġunieri tal-gwerra u taċ-ċivili detenuti illegalment, u l-bombardament kontinwu taċ-ċivili</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0304, 0305, 0306, 0307 u 0308/2025)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2025 dwar il-kost uman tal-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna u l-ħtieġa urġenti li tintemm l-aggressjoni Russa: is-sitwazzjoni tal-priġunieri tal-gwerra u taċ-ċivili detenuti illegalment, u l-bombardament kontinwu taċ-ċivili (2025/2710(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Ukrajna u dwar ir-Russja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjonijiet ta’ The Hague, il-Karta tan-NU, il-Konvenzjonijiet ta’ Ġinevra u l-protokolli addizzjonali tagħhom, il-Konvenzjoni dwar il-Prevenzjoni u l-Kastig tad-Delitt ta’ Ġenoċidju, il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, il-Konvenzjoni tan-NU Kontra t-Tortura, l-Istatut ta’ Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI) u l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-drittijiet tat-tfal,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 161, 29.5.2014, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2014/295/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, iffirmat fl-2014, u ż-Żona ta’ Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna li takkumpanjah,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet rilevanti kollha tal-Assemblea Ġenerali tan-NU u tal-Kunsill tas-Sigurtà, b’mod partikolari r-Riżoluzzjoni ES-11/7 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU adottata fil-25 ta’ Frar 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tas-Summit ta’ Washington tan-NATO tal-10 ta’ Lulju 2024 u d-Dikjarazzjoni tas-Summit ta’ The Hague tal-25 ta’ Ġunju 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 136(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi r-Russja ilha mill-24 ta’ Frar 2022 twettaq gwerra ta’ aggressjoni brutali, illegali, mhux ipprovokata u mhux ġustifikata fuq skala kbira kontra l-Ukrajna;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna ma bdietx fi Frar 2022, iżda fl-2014 bl-okkupazzjoni u l-annessjoni illegali tal-Krimea u ta’ partijiet mir-reġjuni ta’ Donetsk u Luhansk, b’konsegwenzi umanitarji, ekonomiċi u ekoloġiċi severi u li rriżultaw f’instabbiltà reġjonali; billi r-Russja tista’ twaqqaf il-gwerra ta’ aggressjoni brutali u mhux ġustifikata fi kwalunkwe mument;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-Assemblea Ġenerali tan-NU, fir-riżoluzzjoni tagħha tat-2 ta’ Marzu 2022, immedjatament ikkwalifikat il-gwerra Russa kontra l-Ukrajna bħala att ta’ aggressjoni bi ksur tal-Artikolu 2(4) tal-Karta tan-NU, u, fir-riżoluzzjoni tagħha tal-14 ta’ Novembru 2022, irrikonoxxiet il-ħtieġa li r-Russja tagħti kont ta’ għemilha għall-gwerra ta’ aggressjoni tagħha u tinżamm legalment u finanzjarjament responsabbli għall-atti illegali tagħha fuq livell internazzjonali, inkluż billi tagħmel reparazzjoni għall-korrimenti u l-ħsarat ikkawżati;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi s’issa, fl-2025, ir-Russja użat aktar minn 20 000 dron kontra l-Ukrajna, jew madwar 3 500 fix-xahar, li jirrappreżentaw żieda ta’ 350 % meta mqabbla mal-medja ta’ kull xahar tal-2024; billi r-Russja qatlet aktar minn 1 050 ċivil u darbet 4 300 oħra, u dan jikkostitwixxi evidenza ċara li attivament qed tuża liċ-ċivili bħala bersall, inklużi l-ambulanzi u l-persunal tas-salvataġġ, b’kuntrast mal-azzjonijiet difensivi tal-Ukrajna; billi l-attakki reċenti fuq Kiev u Dnipro kienu t-tieni l-aktar attakki fatali u l-aktar fatali fuq dawn il-bliet mill-bidu tal-invażjoni tar-Russja, li huma f’kunflitt qawwi mal-affermazzjonijiet tar-Russja li hija interessata fil-paċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi, bħala reazzjoni għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, l-UE adottat 17-il pakkett ta’ sanzjonijiet b’kamp ta’ applikazzjoni bla preċedent kontra r-Russja u qed tkompli tadotta sanzjonijiet kontra r-Russja bil-ħsieb li ddgħajjef b’mod definittiv il-kapaċità tagħha li tkompli twettaq il-gwerra illegali ta’ aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna; billi ċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet, inkluż permezz tal-flotta mistura tar-Russja u l-implimentazzjoni mhux kompluta tas-sanzjonijiet, jibqgħu faċilitatur ewlieni tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja; billi minkejja dawn is-sanzjonijiet u sanzjonijiet oħra, ir-Russja qed tkompli twettaq il-gwerra ta’ aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-Istati Uniti reġgħu waqqfu l-provvisti ta’ assistenza militari kruċjali lill-Ukrajna;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna kkawżat l-akbar spostament furzat ta’ ċivili fl-Ewropa mit-Tieni Gwerra Dinjija ’l hawn, b’10 miljun Ukren – l-aktar nisa u tfal – spostati, inklużi 7 miljuni li sabu rifuġju barra mill-pajjiż<FOOTNOTE><FIELD> https://www.peopleinneed.net/the-ukrainian-refugee-crisis-current-situation-9539gp.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi r-Russja qed tkompli twettaq mingħajr waqfien delitti tal-gwerra qawwijin kontra ċivili innoċenti; billi skont l-awtoritajiet Ukreni, huwa magħruf li madwar 16 000 ċivil Ukren jinsabu bħalissa detenuti fir-Russja u fit-territorji Ukreni okkupati temporanjament, għalkemm iċ-ċifri reali x’aktarx li huma ogħla b’mod sinifikanti; billi aktar minn 70 000 Ukren – inklużi ċivili, tfal u persunal militari – huma uffiċjalment elenkati bħala neqsin;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-awtoritajiet Russi sistematikament wettqu għajbien furzat kontra għadd kbir ta’ ċivili Ukreni, filwaqt li żammew individwi mingħajr affiljazzjoni militari fuq akkużi bla bażi u ffabbrikati, bid-destin tagħhom u l-post fejn jinsabu li għadhom mhux magħrufa, u b’hekk il-familji tagħhom tħallew b’inċertezza doloruża; billi l-għajbien furzat mir-Russja huwa parti minn attakk mifrux, sistematiku u kkoordinat fuq il-popolazzjoni ċivili tal-Ukrajna;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi, skont l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, minn Frar 2022 ’l hawn, mill-inqas 29 ċivil mietu waqt li kienu detenuti f’faċilitajiet ta’ detenzjoni Russi, u 170 ġew iġġustizzjati f’żoni taħt kontroll Russu;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi matul il-proċess ta’ għajbien furzat, l-awtoritajiet Russi naqsu konsistentement milli jinfurmaw lill-familji dwar id-destin tal-għeżież tagħhom jew il-post fejn jinsabu; billi tweġibiet multipli minn diversi awtoritajiet naqsu wkoll milli jipprovdu xi tip ta’ informazzjoni sinifikanti;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-awtoritajiet Russi użaw b’mod sistematiku t-tortura u forom oħra ta’ trattament inuman u degradanti kontra bosta ċivili Ukreni detenuti illegalment; billi l-Kummissjoni Internazzjonali Indipendenti ta’ Inkjesta tan-NU dwar l-Ukrajna sabet evidenza li r-Russja użat l-istupru u l-vjolenza sesswali bħala mezz ta’ tortura kontra detenuti kemm irġiel kif ukoll nisa;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi r-Russja tirrifjuta li tiżvela l-għadd ta’ priġunieri tal-gwerra Ukreni (POWs) li għandha bħalissa; billi l-awtoritajiet Russi qed jonqsu b’mod sfaċċat milli jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont il-Konvenzjonijiet ta’ Ġinevra li jippermettu lir-rappreżentanti internazzjonali tal-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar (KISA) iżuru l-priġunieri u jittrażmettu l-informazzjoni rilevanti lill-KISA, lill-awtoritajiet tal-istat u lill-familji tal-priġunieri tal-gwerra;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-priġunieri tal-gwerra u l-priġunieri ċivili Ukreni huma soġġetti għal tortura, inklużi ġuħ, swat, diversi tipi ta’ koerċizzjoni, vjolenza fiżika, sesswali u psikoloġika, u huma miċħuda l-kura medika u r-rappreżentanza legali;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi, minn Frar 2022 ’l hawn, l-Ukrajna u l-korpi internazzjonali ddokumentaw mijiet ta’ eżekuzzjonijiet ta’ priġunieri tal-gwerra Ukreni mill-forzi Russi; billi l-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali tal-Ukrajna qed jinvestiga l-eżekuzzjoni ta’ 268 priġunier tal-gwerra Ukreni (208 fil-kamp tal-battalja u 59 fil-ħabs ta’ “Olenivka”); billi l-għadd dejjem jikber ta’ eżekuzzjonijiet u evidenza disponibbli jindika li dawn id-delitti mhumiex inċidenti iżolati, iżda pjuttost parti minn politika sistematika u intenzjonata, u skont il-Konvenzjonijiet ta’ Ġinevra u l-Istatut ta’ Ruma jikkostitwixxu ksur serju tad-dritt internazzjonali u tad-drittijiet tal-bniedem u delitti tal-gwerra;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi, minn Frar 2022 ’l hawn, l-Ukrajna u r-Russja wettqu 65 skambju ta’ priġunieri, u dawn irriżultaw fil-ħelsien ta’ 5 757 persuna, inklużi tliet skambji fuq skala kbira f’Mejju 2025, b’469 individwu addizzjonali meħlusa barra mill-mekkaniżmi ta’ skambju formali;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi mill-okkupazzjoni u l-annessjoni tal-Krimea tal-2014 ’l hawn, ir-Russja sistematikament kellha fil-mira lit-Tatari tal-Krimea bi prosekuzzjonijiet politikament motivati, għajbien furzat, intimidazzjoni u fastidju; billi l-mexxejja tat-Tatari tal-Krimea, il-ġurnalisti, l-attivisti tas-soċjetà ċivili u l-figuri reliġjużi ffaċċjaw repressjoni sproporzjonata, inkluż bl-iskuża ta’ akkużi kontra l-estremiżmu u kontra t-terroriżmu; billi dawn l-azzjonijiet jammontaw għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali u għandhom l-għan li jħassru l-identità u l-preżenza tal-poplu indiġenu tat-Tatari tal-Krimea;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi r-Russja, filwaqt li lagħbitha ta’ difensur tal-fidi u l-valuri Kristjani, qed twettaq ksur tal-massa u sistematiku tal-libertajiet reliġjużi fit-territorji okkupati tal-Ukrajna, bil-Knisja Kattolika Griega tal-Ukrajna li hija għal kollox ipprojbita, u b’mill-inqas 47 mexxej reliġjuż Ukren li nqatlu u b’aktar minnhom soġġetti għat-tortura, u bil-proprjetà reliġjuża li kienet deliberatament fil-mira tal-forzi Russi u meqruda minnhom; billi, b’mod parallel, ir-Russja tuża lill-Knisja Ortodossa tal-Patrijarkat ta’ Moska bħala arma u tużaha bħala għodda biex taħqar u tikkontrolla lill-komunitajiet reliġjużi u l-popolazzjoni Ukrena b’mod aktar wiesa’;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi t-tortura u l-qtil tal-ġurnalista Ukrena Viktoriia Roshchyna waqt li kienet miżmuma mir-Russi jenfasizzaw il-perikli gravi u dejjem jikbru li jiffaċċjaw il-ġurnalisti Ukreni miżmuma mill-forzi Russi; billi oħrajn, inklużi Iryna Danylovych, Dmytro Khyliuk, Iryna Levchenko u Heorhiy Levchenko, għadhom detenuti f’kundizzjonijiet li huma ta’ theddida għall-ħajja;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi skont l-inizjattiva “Bring Kids Back UA” u l-Yale Humanitarian Research Lab (HRL), minn Frar 2022 ’l hawn, madwar mill-inqas 20 000 u possibbilment sa 35 000 tifel u tifla Ukreni ġew deportati bil-forza lejn ir-Russja u l-Belarussja jew ġew detenuti f’territorji Ukreni okkupati temporanjament, b’1 366 biss ritornati u 637 ikkonfermati mejta; billi ċ-ċifri reali huma preżunti li huma ħafna ogħla, peress li dawn it-trasferimenti u d-deportazzjonijiet għadhom għaddejjin; billi fir-rigward tal-Osservatorju tal-Kunflitti tal-Ukrajna tal-HRL l-amministrazzjoni ta’ Trump naqqset il-finanzjament tiegħu mill-1 ta’ Lulju 2025, u dan jipperikola l-kontinwazzjoni tal-ħidma tiegħu;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi l-QKI ilha twettaq investigazzjoni dwar is-sitwazzjoni fl-Ukrajna mit-2 ta’ Marzu 2022 u fis-17 ta’ Marzu 2023 ħarġet mandati ta’ arrest għal Vladimir Putin, President tal-Federazzjoni Russa, u Maria Lvova-Belova, l-hekk imsejħa Kummissarju għad-Drittijiet tat-Tfal fl-Uffiċċju tal-President tal-Federazzjoni Russa, għad-delitt tal-gwerra ta’ deportazzjoni illegali ta’ tfal Ukreni, segwiti minn mandati ta’ arrest addizzjonali kontra uffiċjali Russi maħruġa fl-24 ta’ Ġunju 2024; billi l-UE tappoġġja lit-Tribunal Speċjali għad-Delitt ta’ Aggressjoni li qed jiġi stabbilit fil-qafas tal-Kunsill tal-Ewropa;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jikkundanna bl-aktar mod qawwi possibbli l-gwerra ta’ aggressjoni mhux provokata, illegali u mhux ġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna. jitlob li r-Russja twaqqaf minnufih l-attivitajiet militari kollha fl-Ukrajna, tirtira bis-sħiħ mit-territorju rikonoxxut internazzjonalment tal-Ukrajna, ittemm id-deportazzjonijiet furzati, tirrilaxxa lill-Ukreni detenuti u deportati kollha, u tikkumpensa lill-Ukrajna u lill-vittmi tad-delitti tal-gwerra; itenni l-kundanna tiegħu tal-involviment dirett tal-Belarussja fil-gwerra brutali ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jikkonferma l-impenn sod tiegħu għall-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna, fi ħdan il-fruntieri tagħha rikonoxxuti internazzjonalment, u jtenni l-politika tiegħu li ma jirrikonoxxix it-territorji Ukreni okkupati temporanjament mir-Russja; jissottolinja bil-qawwa d-dritt inerenti tal-Ukrajna għall-awtodifiża, f’konformità mal-Artikolu 51 tal-Karta tan-NU, li jinvolvi d-dritt li jiġu attakkati miri militari fit-territorju Russu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jafferma mill-ġdid is-solidarjetà soda tiegħu mal-poplu tal-Ukrajna li jiddefendi b’mod erojku lin-nazzjon tiegħu, l-art tiegħu u l-valuri Ewropej kondiviżi tagħna; itenni t-twemmin tiegħu li Ukrajna b’saħħitha, indipendenti u demokratika hija vitali għas-sigurtà, għall-istabbiltà u għall-prosperità tal-Ewropa; jappella biex l-UE u s-27 Stat Membru kollha tagħha jsaħħu b’mod sostanzjali l-effettività tal-appoġġ militari lill-Ukrajna u jaċċelleraw l-għoti tiegħu sabiex l-Ukrajna tkun tista’ tiddefendi lilha nnifisha b’mod leġittimu kontra l-attakki dejjem akbar tar-Russja fuq il-bliet u fuq l-infrastruttura ċivili fil-pajjiż kollu, u biex l-Ukrajna titqiegħed fl-aktar pożizzjoni b’saħħitha possibbli għan-negozjati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jikkundanna r-retorika u l-ideoloġija reviżjonista u imperjalista li għaddejja ta’ Vladimir Putin, u l-propaganda perikoluża; jiddenunzja t-tentattivi sistematiċi mill-Gvern Russu biex iħassar l-istorja, il-kultura, il-lingwa u l-identità tal-Ukrajna; f’dan ir-rigward jikkundanna bil-qawwa l-persekuzzjoni tal-artisti Ukreni, kif muri mill-priġunerija u mit-tortura tal-membri tal-orkestra militari ta’ Mariupol u mill-fatt li huma soġġetti għal trattament inuman, u jappella għall-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jisħaq li l-invażjoni tal-Ukrajna fuq skala sħiħa mir-Russja kissret il-paċi u l-istabbiltà fl-Ewropa u dgħajfet serjament is-sigurtà globali; jaċċenta li r-Russja tibqa’ l-aktar theddida sinifikanti u diretta għas-sigurtà Ewropea;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-eżekuzzjoni ta’ priġunieri tal-gwerra Ukreni mill-forzi Russi, li tikkostitwixxi delitti tal-gwerra u ksur serju tal-Konvenzjonijiet ta’ Ġinevra; jinsab ixxukkjat bil-ħtif, bid-detenzjoni f’iżolament, bit-tortura u bil-qtil tal-ġurnalista Ukrena Viktoriia Roshchyna min-naħa tal-Federazzjoni Russa, u dan juri l-brutalità estrema u l-moħqrija sistematika mwettqa mir-Russi kontra ċivili u priġunieri tal-gwerra Ukreni; jitlob li l-Federazzjoni Russa twaqqaf minnufih il-mutilazzjoni u t-tneħħija tal-organi mill-iġsma ta’ ċivili u ta’ priġunieri tal-gwerra mejtin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Itenni li r-Russja hija l-unika waħda responsabbli għall-gwerra ta’ aggressjoni tagħha u li ma jista’ jkun hemm l-ebda impunità għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, għad-delitti tal-gwerra, jew għal ksur ieħor tad-dritt internazzjonali mwettaq mill-forzi u mill-uffiċjali Russi; jesprimi rabja profonda għall-attakki brutali tar-Russja fuq iċ-ċivili u li l-infrastruttura ċivili qed titqiegħed fil-mira b’mod indiskriminat; jisħaq li l-attakki sistematiċi u intenzjonati fuq iċ-ċivili u, b’mod partikolari, id-deportazzjoni tat-tfal jistgħu jikkostitwixxu strateġija ta’ ġenoċidju orkestrata u eżegwita mill-Gvern Russu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jappoġġja bis-sħiħ l-investigazzjonijiet li għaddejjin tal-QKI dwar id-delitti tal-gwerra u d-delitti kontra l-umanità mwettqa mir-Russja; jilqa’ l-ftehim reċenti bejn il-Kunsill tal-Ewropa u l-Ukrajna dwar l-istabbiliment ta’ Tribunal Speċjali għad-Delitt ta’ Aggressjoni kontra l-Ukrajna; jenfasizza li dawk kollha responsabbli għad-delitti tal-gwerra mwettqa fl-Ukrajna jeħtiġilhom jinżammu responsabbli u jisħaq li l-ġustizzja hija essenzjali għal kwalunkwe paċi sostenibbli; jesprimi t-tħassib kbir tiegħu dwar is-sanzjonijiet tal-Istati Uniti fuq il-QKI u fuq il-prosekuturi, l-imħallfin u l-persunal tagħha, liema sanzjonijiet idgħajfu l-ħidma kollha investigattiva u ta’ prosekuzzjoni tagħha u jikkostitwixxu attakk serju fuq is-sistema tal-ġustizzja internazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni tattiva b’mod urġenti l-Istatut ta’ Mblukkar u lill-Istati Membri jżidu b’mod urġenti l-isforzi diplomatiċi tagħhom biex jipproteġu u jissalvagwardjaw il-QKI bħala pedament indispensabbli tas-sistema tal-ġustizzja internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jikkundanna mill-ġdid lir-Russja għad-deportazzjoni furzata, għad-detenzjoni illegali u għat-trattament inuman ta’ għadd kbir ta’ ċivili Ukreni; jesiġi li r-Russja tipprovdi minnufih lill-familji b’informazzjoni preċiża dwar fejn jinsabu d-detenuti u l-istat ta’ saħħa tagħhom u jappella għall-ħelsien immedjat taċ-ċivili Ukreni kollha li bħalissa jinsabu miżmuma mill-awtoritajiet Russi; jaċċenta li l-ispostament furzat, id-detenzjoni illegali u t-trattament ħażin ta’ ċivili Ukreni juru l-brutalità intrinsika tar-reġim Russu u n-nuqqas ta’ rispett flagranti tiegħu għall-ħajja tal-bniedem; jikkundanna bil-qawwa t-tattiċi kiefra użati mill-awtoritajiet Russi kemm kontra ċ-ċivili kif ukoll kontra l-priġunieri tal-gwerra Ukreni; jiddeplora l-użu wiesa’ u sistematiku tat-terrur fit-territorji okkupati tal-Ukrajna, bl-għan li jintimidaw lill-popolazzjoni ċivili, joħonqu r-reżistenza u d-dissens politiku, irażżnu l-attiviżmu ċiviku u jeqirdu l-lingwa u l-identità nazzjonali Ukrena;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jikkundanna l-persekuzzjoni li għaddejja tat-Tatari tal-Krimea fil-Krimea okkupata illegalment, inklużi d-detenzjonijiet politikament motivati, it-tortura, l-għajbien furzat u r-restrizzjonijiet fuq il-libertà tar-reliġjon, tal-espressjoni u tal-assoċjazzjoni; jappella għall-ħelsien minnufih tat-Tatari kollha tal-Krimea miżmuma l-ħabs għal raġunijiet politiċi u jħeġġeġ lill-UE u lill-organizzazzjonijiet internazzjonali biex iżommu ħarsthom fuq il-poplu indiġenu tal-Krimea u jaqbżu għalih;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Iħeġġeġ lir-Russja ssib ftehim u timplimenta minnufih skambju komprensiv tal-priġunieri tal-gwerra “kollha għal kollha” mal-Ukrajna, f’konformità mal-obbligi tagħha fl-ambitu tad-dritt umanitarju internazzjonali u tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra dwar it-Trattament tal-Priġunieri tal-Gwerra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-azzjonijiet vjolenti tar-Russja u l-kompliċità tal-Belarussja fit-trattament ħażin tat-tfal Ukreni, inkluż il-qtil, it-tortura u l-prosekuzzjoni kriminali, it-trasferiment u d-deportazzjoni furzata, l-abbuż u l-isfruttament sesswali, ir-russifikazzjoni furzata u l-militarizzazzjoni; jiddenunzja l-impożizzjoni furzata taċ-ċittadinanza Russa fuq tfal iddeportati u l-adozzjoni tagħhom minn familji Russi sponsorjata mill-istat bħala parti minn politika intenzjonata ta’ assimilazzjoni furzata; jiddispjaċih li l-UE ma setgħetx tgħin lill-Yale Humanitarian Research Lab (HRL) jiżgura finanzjament suffiċjenti; jistieden lill-Istati Membri tiegħu jikkooperaw mill-qrib u jappoġġjaw lill-awtoritajiet Ukreni u lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi lokali u internazzjonali fl-isforzi tagħhom biex jiddokumentaw it-tfal Ukreni kollha li huma neqsin u ddeportati, jiddeterminaw fejn jinsabu u jirripatrijawhom sabiex jerġgħu jingħaqdu minnufih mal-ġenituri jew mal-kustodji legali tagħhom; itenni li d-deportazzjoni tat-tfal Ukreni hija ksur serju tad-dritt umanitarju internazzjonali, b’mod partikolari tal-Artikolu 49 tar-Raba’ Konvenzjoni ta’ Ġinevra, u tikkostitwixxi delitt tal-gwerra; iħeġġeġ lill-UE biex lil dawk responsabbli jagħtu kont ta’ għemilhom u tissanzjona l-individwi u l-entitajiet implikati f’dawn ir-reati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jesiġi li, f’konformità mal-obbligi tagħha fl-ambitu tal-Konvenzjonijiet ta’ Ġinevra rispettivi, ir-Russja tagħti aċċess minnufih lill-KISA għall-kampijiet tal-priġunieri tal-gwerra u għal siti oħra fejn is-suldati jew iċ-ċivili Ukreni qed jinsabu miżmuma; jinnota d-differenza kbira fil-mod kif l-Ukrajna u r-Russja ttrattaw lill-priġunieri tal-gwerra li għandhom, fejn il-persunal militari Ukren ġie ttorturat, maltrattat u malnutrit severament, bi ksur tal-liġijiet tal-gwerra u tad-dritt umanitarju internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Itenni l-appell tiegħu lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex iżidu l-assistenza umanitarja u ta’ riabilitazzjoni għall-vittmi miżmuma mir-Russa, inkluż l-aċċess għall-kura medika u psikoloġika, is-servizzi ta’ riintegrazzjoni u l-assistenza legali; ifaħħar lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili Ukreni u internazzjonali talli appoġġjaw lill-familji ta’ tfal Ukreni maħtufa, priġunieri tal-gwerra u ċ-ċivili detenuti illegalment;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jafferma mill-ġdid l-impenn sod tal-UE għar-rikostruzzjoni tal-Ukrajna u jtenni r-rieda tagħha li tikkontribwixxi għall-bini mill-ġdid tal-ekonomija u tal-infrastruttura tal-Ukrajna; jisħaq fuq l-importanza strateġika tal-Faċilità għall-Ukrajna li se ssaħħaħ ir-reżiljenza tal-Ukrajna, taċċellera l-irkupru tagħha, u tappoġġja l-perkors tagħha lejn l-iżvilupp sostenibbli u s-sħubija fl-UE; itenni l-konvinzjoni soda tiegħu li r-Russja jeħtiġilha tħallas għall-ħsara massiva kkawżata fl-Ukrajna u għalhekk jappella biex l-assi tal-istat Russu jiġu kkonfiskati u immobilizzati fl-ambitu tas-sanzjonijiet tal-UE jew inkella jintużaw biex jappoġġjaw id-difiża u r-rikostruzzjoni tal-Ukrajna; jissottolinja l-konvinzjoni tiegħu li hemm disponibbli diversi perkorsi legali biex isir dan u li n-nuqqas ta’ azzjoni huwa falliment li m’għandux jiġi skużat min-naħa tal-gvernijiet Ewropej;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jikkundanna l-protokoll tad-Duma tal-Istat Russu adottat fl-24 ta’ Ġunju 2025 li jippermetti lill-Istati Membri tal-Organizzazzjoni tat-Trattat dwar is-Sigurtà Kollettiva jiskjeraw it-truppi tagħhom fit-territorju ta’ membri oħra f’każ ta’ konflitt armat, theddid, sitwazzjonijiet ta’ kriżi u eżerċizzji militari; jikkundanna dan il-pass bħala tentattiv ċar mir-Russja biex tkompli żżid l-attakki bla waqfien tagħha fuq l-Ukrajna billi timmobilizza b’mod furzat truppi minn stati ġirien u alleati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa r-reklutaġġ u l-iskjerament ta’ suldati Kubani flimkien mal-involviment ta’ truppi mill-Korea ta’ Fuq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha jipprovdu minnufih aktar assistenza militari u jinvolvu ruħhom fl-akkwist konġunt ta’ kapaċitajiet addizzjonali, b’mod partikolari għas-sistemi tad-difiża tal-ajru, għas-sistemi ta’ attakki fuq distanza twila u għas-sistemi ta’ artillerija u munizzjon; f’dak ir-rigward, iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha jiddedikaw parti sinifikanti mill-Pjanijiet ta’ Investiment għad-Difiża SAFE tagħhom għall-assistenza lill-Ukrajna; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-industriji tad-difiża tagħhom jinvestu fl-industrija tad-difiża Ukrena u jissieħbu magħha, inkluż permezz ta’ investimenti addizzjonali u billi jistabbilixxu impriżi konġunti, bil-għan li jimmassimizzaw il-potenzjal sħiħ tal-kapaċitajiet ta’ produzzjoni tagħha u jipproduċu tagħmir kritiku bl-aktar mod effiċjenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Ifakkar fid-dikjarazzjonijiet kuraġġużi minn diversi Kapijiet ta’ Stat u ta’ Gvern tal-UE li n-nuqqas tar-Russja li taqbel mal-waqfien mill-ġlied ta’ 30 jum propost mill-Istati Uniti se jintlaqa’ b’sanzjonijiet imsaħħa b’mod sever u għalhekk iħeġġeġ lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsegwu d-dikjarazzjonijiet tagħhom u jżidu b’mod sostanzjali l-effettività u l-impatt tas-sanzjonijiet fuq ir-Russja; jilqa’ s-sbatax-il pakkett ta’ sanzjonijiet tal-20 ta’ Mejju 2025 iżda jħeġġeġ lill-Istati Membri jadottaw il-pakkett ta’ sanzjonijiet li jmiss mingħajr aktar dewmien; jissottolinja li hemm imperattiv strateġiku attwali biex naġixxu b’mod kuraġġuż issa; jisħaq li l-konsegwenzi negattivi fuq is-sigurtà u fuq l-ekonomija globali ta’ kwalunkwe aggressjoni Russa futura huma ferm akbar mill-impenn militari u finanzjarju meħtieġ illum biex tintemm b’mod definittiv il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, biex tiġi skoraġġuta aktar aggressjoni Russa u tinkiseb paċi ġusta, ekwa u dejjiema; jistieden b’mod deċiżiv lill-Istati Membri tal-UE jwaqqfu l-approċċ tal-mistħija tagħhom li kollox jibqa’ miexi bħas-soltu u minflok jaġixxu b’sens imġedded ta’ urġenza u skop;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Ifakkar lill-gvernijiet tal-Ungerija u tas-Slovakkja fil-prinċipju tal-kooperazzjoni leali, li jirrikjedi lill-Istati Membri jastjenu minn kwalunkwe miżura li tista’ tikkomprometti l-ilħuq tal-objettivi tal-UE; iħeġġeġ lill-gvernijiet tal-Ungerija u tas-Slovakkja, għalhekk, jallinjaw mill-ġdid il-politika barranija tagħhom mal-pożizzjonijiet u mal-prinċipji tal-UE u jieqfu milli jfixklu b’mod ripetut l-isforzi tal-UE biex issaħħaħ is-sanzjonijiet kontra r-Russja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jemmen li sabiex issir pressjoni fuq ir-Russja biex ittemm il-gwerra ta’ aggressjoni tagħha, l-ewwel nett permezz ta’ waqfien mill-ġlied sostnut, iridu jiġu applikati sforzi u miżuri militari, ekonomiċi, politiċi u diplomatiċi sostanzjalment aktar effettivi mill-UE u mis-sħab tal-istess fehma; jappella biex jittieħdu l-passi kollha meħtieġa biex tiġi evitata ċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet, b’mod partikolari billi l-bastimenti tal-“flotta mistura” tar-Russja jitqiegħdu fil-mira; jappella għal projbizzjoni sħiħa fuq il-gass naturali likwifikat (LNG), iż-żejt u l-materja prima Russi, u miżuri interim biex tiġi minimizzata l-kapaċità tar-Russja li tħallas għall-gwerra ta’ aggressjoni tagħha permezz tal-esportazzjonijiet tal-enerġija, inkluż limitu aktar baxx tal-prezz taż-żejt u l-introduzzjoni ta’ limitu massimu tal-prezz tal-LNG; jissottolinja l-importanza li t-18-il pakkett ta’ sanzjonijiet jiġi adottat mingħajr aktar dewmien; jistieden lill-Istati Membri li qed jimblukkaw l-adozzjoni tal-aħħar pakkett ta’ sanzjonijiet biex isegwu l-Istati Membri l-oħra, li rnexxielhom isibu sorsi alternattivi għall-konsenji taż-żejt u tal-gass; jissottolinja li mhuwiex aċċettabbli li, fir-raba’ sena tal-gwerra fuq skala sħiħa tar-Russja kontra l-Ukrajna, il-missili u l-vetturi Russi tal-ajru mingħajr bdot abbord użati fl-attakki jkomplu jiddependu ħafna fuq komponenti manifatturati fil-Punent;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Ifakkar li l-appoġġ ġenerali għall-Ukrajna jrid ikun biżżejjed biex iwaqqaf il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja u jippermetti lill-Ukrajna tillibera lill-poplu kollu tagħha, tistabbilixxi mill-ġdid kontroll sħiħ fuq it-territorju kollu tagħha fi ħdan il-fruntieri tagħha rikonoxxuti internazzjonalment u tiskoraġġixxi kwalunkwe aggressjoni ulterjuri mir-Russja; ifakkar li l-Ewropa diġà appoġġjat lill-Ukrajna b’EUR 50 biljun f’għajnuna militari, iżda jissottolinja li hija meħtieġa assistenza ulterjuri u li tali appoġġ issa jiddependi ħafna fuq l-Ewropa nnifisha; iħeġġeġ lill-Istati Membri jipprovdu aktar armi u munizzjon lill-Ukrajna qabel ma jingħalqu n-negozjati; jiddenunzja kwalunkwe tentattiv ta’ pressjoni fuq l-Ukrajna biex iċċedi t-territorju okkupat, li fih il-popolazzjoni hija esposta għal repressjoni kontinwa, vjolenza, għajbien furzat, detenzjonijiet illegali, deportazzjonijiet u forom oħra ta’ terrur sistematiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jistieden lill-UE timponi sanzjonijiet personali kontra uffiċjali Russi responsabbli għall-vjolenza u għat-tortura kontra l-Ukreni detenuti u miżmuma l-ħabs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jesprimi l-appoġġ sħiħ tiegħu għal paċi ġusta u dejjiema fl-Ukrajna, ibbażata fuq termini determinati mill-Ukrajna u aċċettabbli għall-poplu tagħha; jisħaq li kwalunkwe ftehim irid jirrispetta s-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna, jipprevjeni lir-Russja milli tarma ruħha mill-ġdid u tiggarantixxi s-sigurtà fit-tul tal-Ukrajna; jinsisti fuq ir-responsabbiltà għad-delitti tal-gwerra u għar-riparazzjonijiet; jissottolinja li n-negozjati għall-paċi jridu jkunu preċeduti minn waqfien mill-ġlied mingħajr kundizzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jisħaq li fid-dawl tal-bidla fil-pożizzjoni tal-Istati Uniti dwar il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja, l-UE u l-Istati Membri tagħha jeħtiġilhom jibqgħu l-alleati strateġiċi primarji tal-Ukrajna u għandhom isaħħu r-rwol ta’ tmexxija tagħhom sabiex jappoġġjaw il-ġlieda tal-Ukrajna għas-sovranità, għall-paċi u għall-ġustizzja; jappella biex l-UE u l-Istati Membri tagħha jaħdmu biex iżommu l-aktar appoġġ internazzjonali wiesa’ possibbli għall-Ukrajna, inkluż billi jibnu koalizzjonijiet ma’ sħab mhux tal-UE tal-istess fehma; itenni t-talbiet tiegħu biex ikunu pprovduti minnufih sistemi tal-armi li ilhom mistennija, imħabbra preċedentement, u li huma meħtieġa ħafna, bħall-missili Taurus, kif imwiegħed mit-tmexxija Ġermaniża l-ġdida, fi kwantitajiet sinifikanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kunsill tal-Ewropa, lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Ukrajna, u lill-awtoritajiet Russi u Belarussi.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>