<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0161</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-każ ta’ Ryan Cornelius f’Dubai</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0328, 0333, 0336, 0340 u 0341/2025)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Lulju 2025 dwar il-każ ta’ Ryan Cornelius f’Dubai (2025/2796(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 19/2022 tal-Grupp ta’ Ħidma tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Detenzjoni Arbitrarja (UNWGAD),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 150(5) u l-Artikolu 136(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi Ryan Cornelius, ċittadin Brittaniku ta’ 71 sena miżżewweġ lil ċittadina tal-UE, ilu miżmum b’mod arbitrarju fl-Emirati Għarab Magħquda (UAE) mill-2008, wara kundanna fuq akkużi foloz ta’ frodi relatati ma’ self minn Dubai Islamic Bank (DIB) għal proġett ta’ żvilupp ta’ proprjetà;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi inizjalment ġie kkundannat għal 10 snin ħabs u, eżatt qabel il-ħelsien skedat tiegħu fl-2018, is-sentenza tiegħu ġiet estiża b’20 sena addizzjonali skont il-Liġi ta’ Dubai 37 tal-2009, applikata b’mod retroattiv u bi ksur tal-istandards legali internazzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi skont l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, il-Gvern tal-Emirati Għarab Magħquda għandu rekord inkwetanti ta’ detenzjoni arbitrarja, proċessi inġusti u allegazzjonijiet ta’ tortura;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi skont awdituri indipendenti, l-iżvilupp tal-proprjetà immobbli li Dubai Islamic Bank issekwestra mingħand Ryan Cornelius jiswa evidentement ħafna drabi l-ammont tad-dejn pendenti tiegħu lill-bank;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-UNWGAD iddikjara li l-priġunerija kontinwa tiegħu kien ksur tad-dritt internazzjonali, billi allega nuqqas ta’ proċess ġust, konfessjonijiet furzati, reklużjoni, ċħid ta’ konsulenza legali u ffirmar furzat ta’ dokumenti bl-Għarbi;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi Ryan Cornelius għadu miżmum b’kundizzjonijiet fil-ħabs inumani, bis-saħħa tiegħu li qed tiddeterjora u mingħajr aċċess xieraq għall-kura tas-saħħa;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-Liġi ta’ Dubai 37 tal-2009 tiddikjara fl-Artikolu 7(1) li l-persuna kkundannata (id-debitur) ma għandhiex tiġi kkundannata għall-ħabs jekk dik il-persuna jkollha aktar minn 70 sena; billi Ryan Cornelius għalaq 70 sena fl-2024 u bħala tali għandu jingħata eżenzjoni skont din il-liġi;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jikkundanna d-detenzjoni arbitrarja u mtawla ta’ Ryan Cornelius u jitlob li huwa u l-persuni l-oħra kollha detenuti arbitrarjament jinħelsu minnufih u mingħajr kundizzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jitlob li jingħata dritt infurzabbli għal kumpens u riparazzjonijiet oħra, f’konformità mad-dritt internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Iħeġġeġ lill-awtoritajiet ta’ Dubai jagħtuh aċċess għal trattament u kura medika adegwati skont l-istandards internazzjonali dwar it-trattament tal-priġunieri, u jiżguraw investigazzjoni indipendenti dwar id-detenzjoni arbitrarja tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jiddenunzja l-applikazzjoni retroattiva tal-Liġi 37 tal-2009 u jħeġġeġ lill-Emirati Għarab Magħquda jiżguraw proċessi ġusti u jabolixxu l-prattika ta’ priġunerija relatata mad-dejn; jinnota li Ryan Cornelius għadu l-ħabs minkejja li l-awtoritajiet issekwestraw assi vvalutati għal aktar mid-doppju tad-dejn oriġinali tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jesprimi solidarjetà mal-familja tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jistieden lir-Renju Unit jieħu l-azzjoni kollha meħtieġa biex jiżgura l-ħelsien ta’ Ryan Cornelius; iħeġġeġ lill-VP/RGħ, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-Istati Membri u lid-Delegazzjoni tal-UE għall-Emirati Għarab Magħquda biex iqajmu l-każ tiegħu fl-impenji bilaterali kollha mal-Emirati Għarab Magħquda u jimmonitorjaw mill-qrib il-kundizzjonijiet tad-detenzjoni tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-VP/RGħ, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-Istati Membri, u lill-gvernijiet tar-Renju Unit u tal-Emirati Għarab Magħquda.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>