<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0162</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-arrest arbitrarju u t-tortura tar-riċerkatur Belġjan-Portugiż Joseph Figueira Martin fir-Repubblika Ċentru-Afrikana</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0327, 0334, 0339 u 0342/2025)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Lulju 2025 dwar l-arrest arbitrarju u t-tortura tar-riċerkatur Belġjan-Portugiż Joseph Figueira Martin fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (2025/2797(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 150(5) u l-Artikolu 136(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi Joseph Figueira Martin, riċerkatur umanitarju li jaħdem għall-NGO FHI 360 u li għandu ċittadinanza doppja Belġjana u Portugiża, inħataf fis-26 ta’ Mejju 2024 fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RĊA) mill-Grupp Wagner u aktar tard ingħata f’idejn l-awtoritajiet tar-RĊA;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi r-RĊA ressqet akkużi kontrih abbażi ta’ akkużi infondati, inklużi l-ispjunaġġ u t-terroriżmu, li għalihom jista’ jiffaċċja priġunerija tul il-ħajja u xogħol furzat;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi nżamm fl-Uffiċċju Ċentrali għat-Trażżin tal-Brigantaġġ (OCRB) f’Bangui f’reklużjoni u ġie ttorturat u mhedded bil-mewt; billi baqa’ f’detenzjoni taħt kundizzjonijiet inumani u mingħajr proċess għal aktar minn sena, u talba għar-rilaxx kundizzjonali tiegħu ma ġietx imwieġba, bi ksur tal-liġi kriminali tar-RĊA;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi saħħtu ddeterjorat b’mod drammatiku u l-valutazzjonijiet mediċi jiddikjaraw li jeħtieġ evakwazzjoni urġenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-gruppi armati li joperaw fir-RĊA wettqu arresti u detenzjonijiet illegali u arbitrarji;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi r-RĊA hija affettwata serjament mill-kampanji ta’ diżinformazzjoni Russi u tospita wieħed mill-akbar kontinġenti tal-merċenarji tal-Grupp Wagner;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-UE tappoġġja l-popolazzjoni tar-RĊA, billi tipprovdi għajnuna umanitarja, ta’ sigurtà u ta’ żvilupp;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-każ tas-Sur Martin ġie identifikat min-NU u mill-UE bħala wieħed li jirrifletti xejra usa’ ta’ diżinformazzjoni u retorika kontra l-Punent imrawma minn atturi marbuta mar-Russja fir-RĊA;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jitlob li l-awtoritajiet tar-RĊA jeħilsu minnufih u mingħajr kundizzjonijiet lis-Sur Martin, minħabba n-nuqqas ta’ evidenza kredibbli u sostanzjata li tiġġustifika d-detenzjoni tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tar-RĊA jippermettu l-evakwazzjoni medika tiegħu u jiżguraw l-aċċess tiegħu għar-rappreżentanza legali, l-assistenza konsulari u l-kura xierqa skont l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq permezz tad-detenzjoni arbitrarja, kontinwa u inumana tas-Sur Martin, li jhedded serjament il-ħajja u s-saħħa tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jinsisti li kwalunkwe proċediment ġudizzjarju jikkonforma strettament mal-garanziji ta’ proċess ġust minquxa fil-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR) u d-dispożizzjonijiet applikabbli tal-qafas legali nazzjonali tar-RĊA;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jistieden lill-awtoritajiet tar-RĊA jiżguraw li l-gruppi armati li joperaw fir-RĊA jiddeżistu minnufih milli jarrestaw u jattakkaw illegalment u arbitrarjament lill-ħaddiema umanitarji u tal-NGOs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jitlob li tiġi żgurata r-responsabbiltà għall-ksur u l-abbużi tad-drittijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jikkundanna l-indħil barrani politikament motivat li dejjem qed jikber fir-RĊA, inkluż permezz tal-forzi paramilitari Russi u kampanji ta’ diżinformazzjoni; itenni t-talba tiegħu lill-Kunsill biex jirreġistra l-Grupp Wagner fuq il-lista tal-organizzazzjonijiet terroristiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jenfasizza li r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem huwa kruċjali għal kooperazzjoni tajba bejn l-UE u r-RĊA;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jistieden lill-VP/RGħ tieħu l-passi kollha possibbli, f’koordinazzjoni mal-awtoritajiet Belġjani u Portugiżi, inkluż billi tqajjem il-każ tas-Sur Martin fid-djalogu politiku UE-RĊA, biex tiżgura l-ħelsien tiegħu u tiżgura li drittijietu jiġu rispettati; jenfasizza l-ħtieġa ta’ miżuri mmirati tal-UE jekk l-awtoritajiet tar-RĊA jkomplu jiksru drittijietu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-VP/RGħ, lill-Gvern u lill-Parlament tar-RĊA, lill-Unjoni Afrikana (AU) u lin-Nazzjonijiet Uniti (NU).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>