<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0166</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-indirizzar tar-restrizzjonijiet imposti miċ-Ċina fuq l-esportazzjonijiet ta’ materja prima kritika</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0324, 0329, 0330, 0331 u 0332/2025)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Lulju 2025 dwar l-indirizzar tar-restrizzjonijiet imposti miċ-Ċina fuq l-esportazzjonijiet ta’ materja prima kritika (2025/2800(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar iċ-Ċina,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-summit li jmiss bejn l-UE u ċ-Ċina ppjanati għall-24 u l-25 ta’ Lulju 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/1252 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 li jistabbilixxi qafas li jiżgura provvista sigura u sostenibbli tal-materja prima kritika u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 168/2013, (UE) 2018/858, (UE) 2018/1724 u (UE) 2019/1020<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1252, 3.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1252/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, magħruf ukoll bħala l-Att dwar il-Materja Prima Kritika – CRMA),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/1735 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ miżuri għat-tisħiħ tal-ekosistema Ewropea tal-manifattura ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1724<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1735, 28.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1735/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (l-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Mexxejja tal-G7 dwar il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Minerali Kritiċi tal-G7,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Frar 2025 bit-titolu “Il-Patt għal Industrija Nadifa: Pjan direzzjonali konġunt għall-kompetittività u d-dekarbonizzazzjoni”(COM(2025)0085),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-sħubijiet kummerċjali u ta’ investiment nodfa li qed jiġu nnegozjati mill-UE, u s-sħubijiet tal-UE dwar il-materja prima kritika,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-20 ta’ Ġunju 2023 dwar “Strateġija Ewropea ta’ Sigurtà Ekonomika” (JOIN(2023)0020), u d-diskorsi dwar it-tneħħija tar-riskji tal-President tal-Kummissjoni, Ursula von der Leyen, fiċ-Ċentru tal-Politika Ewropea fit-30 ta’ Marzu 2023 u fil-Parlament fit-18 ta’ April 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-13-il Djalogu Strateġiku UE-Ċina, li sar fi Brussell fit-2 ta’ Lulju 2025 bejn il-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, Kaja Kallas, u l-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ċiniż, Wang Yi,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-President tal-Kummissjoni, Ursula von der Leyen, fis-summit tal-G7 f’Kananaskis, il-Kanada, mis-16 sas-17 ta’ Ġunju 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-regoli tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), b’mod partikolari l-prinċipji tan-nondiskriminazzjoni u tat-trasparenza fir-rigward tar-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet tad-WTO dwar is-soluzzjoni ta’ tilwim DS431, DS432 u DS433 rigward ir-restrizzjonijiet taċ-Ċina fuq l-esportazzjonijiet ta’ materjali tal-art rari,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Prinċipji Gwida tan-NU dwar l-Intrapriżi u d-Drittijiet tal-Bniedem,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 136(2) u (4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi fl-4 ta’ April 2025, iċ-Ċina bdiet timponi restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ seba’ mis-17-il element tal-materjali tal-art rari (REEs) u fuq il-kalamiti permanenti prodotti minnhom, u introduċiet sistema għal liċenzji mhux awtomatiċi, u semmiet kunsiderazzjonijiet ta’ użu doppju u ta’ sigurtà bħala ġustifikazzjoni; billi l-lista tal-oġġetti koperti bir-restrizzjonijiet tinkludi elementi tal-materjali tal-art rari medji u tqal (samarju, gadolinju, terbju, disprożju, lutezju, skandju u ittriju);
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-materja prima kritika hija input essenzjali għal firxa wiesgħa ta’ prodotti u proċessi industrijali, inkluż f’setturi kritiċi bħat-teknoloġiji nodfa, it-teknoloġiji diġitali, il-kura tas-saħħa u d-difiża; billi provvista sigura u sostenibbli tal-materja prima kritika hija fundamentali biex jintlaħqu l-objettivi diġitali, tal-klima, tal-kompetittività u tad-difiża tal-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi ġie rrapportat li l-volumi tal-esportazzjoni tnaqqsu b’sa 80 %, u dan qed ikollu impatt qawwi fuq firxa wiesgħa ta’ setturi, fosthom l-elettronika u t-teknoloġija tal-konsumatur, l-enerġija ekoloġika u l-enerġija rinnovabbli, l-industrija tal-karozzi, l-ajruspazju u l-kura tas-saħħa;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi d-dipendenza tal-UE fuq iċ-Ċina għal materja prima kritika kompliet tikber jew, fl-aħjar każ, għadha għolja ħafna; billi l-katina tal-provvista globali tal-elementi tal-materjali tal-art rari hija kkonċentrata ħafna fiċ-Ċina, li għandha kontroll ta’ madwar 75 % tal-output tal-estrazzjoni u ta’ 85 % tal-kapaċità tal-ipproċessar, u tilħaq aktar minn 95 % fil-każ ta’ xi elementi tal-materjali tal-art rari bħat-terbju, l-ittriju u d-disprożju; billi l-UE għadha tiddependi żżejjed minn pajjiżi mhux tal-UE għall-provvista ta’ materja prima kritika u hija kważi kompletament dipendenti miċ-Ċina għall-provvista tal-elementi tal-materjali tal-art rari tqal; billi l-UE tkopri 98 % tad-domanda tagħha għal kalamiti permanenti u 92 % tad-domanda tagħha għall-kalamiti NdFeB, b’importazzjonijiet miċ-Ċina;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi ċ-Ċina espandiet b’mod sinifikanti d-dominanza tagħha fl-estrazzjoni, fl-ipproċessar u fir-raffinar globali tal-materja prima kritika u tal-prodotti intermedji, u ħolqot dipendenzi strateġiċi tul il-ktajjen tal-valur ewlenin, li, xi drabi, ġew ingranati deliberatament permezz ta’ miżuri kummerċjali restrittivi; billi ċ-Ċina l-ewwel illimitat l-esportazzjoni tal-elementi tal-materjali tal-art rari fl-2010 minħabba tilwima territorjali mal-Ġappun, u l-Korp tal-Appell iddikjara li din ir-restrizzjoni hija inkompatibbli mar-regoli tad-WTO; billi ċ-Ċina applikat ukoll restrizzjonijiet estensivi fuq l-esportazzjoni ta’ minerali mhux ipproċessati kklassifikati bħala strateġiċi u/jew kritiċi mill-UE, inklużi l-gallju u l-ġermanju mill-1 ta’ Awwissu 2023, il-grafit minn Diċembru 2023, il-prodotti tal-antimonju mill-15 ta’ Settembru 2024, it-tungstenu u l-bismut mill-4 ta’ Frar 2025, u l-iskandju mis-17 ta’ April 2025;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-implimentazzjoni ta’ dawn ir-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni diġà bdiet tikkawża tfixkil serju għall-industrija fl-UE, inkluża l-industrija tal-karozzi, b’sa 17-il linja ta’ assemblaġġ li esperjenzaw għeluq temporanju f’Mejju 2025; billi firxa wiesgħa ta’ setturi jistgħu jiffaċċjaw tfixkil, bħall-kura tas-saħħa, l-ispazju u d-difiża – inklużi l-inġenji tal-ajru tal-ġlied, il-frejgati, id-droni u s-sistemi ta’ armi ggwidati minn preċiżjoni – it-turbini eoliċi u l-batteriji, kif ukoll it-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali b’mod aktar ġenerali;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-proċedura tal-ħruġ ta’ liċenzji taċ-Ċina tirrikjedi li l-applikanti jiżvelaw informazzjoni sensittiva lill-awtoritajiet Ċiniżi, u dan jikser is-segretezza ekonomika; billi l-qafas aġġornat ta’ kontroll tal-esportazzjoni taċ-Ċina ta’ Diċembru 2024 jagħti setgħat diskrezzjonali akbar lill-Ministeru għall-Kummerċ Ċiniż, lill-Kunsill tal-Istat u lill-Kummissjoni Militari Ċentrali biex l-oġġetti mhux formalment elenkati bħala oġġetti b’użu doppju jiġu soġġetti għall-kontrolli tal-esportazzjoni; billi dawn ir-regolamenti l-ġodda jinkludu miżuri b’applikazzjonijiet ekstraterritorjali;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-UE tapplika kontrolli tal-esportazzjoni għal ċerti tipi ta’ materjali kritiċi u avvanzati, iżda dawn il-kontrolli jiffokaw b’mod ċar fuq tipi ta’ materjali li għandhom parametri tekniċi preċiżi relatati mal-użu tagħhom f’applikazzjonijiet militari speċifiċi, ma jaffettwawx il-kummerċ fi prodotti kummerċjali mhux sensittivi u jirrappreżentaw biss sehem żgħir tal-esportazzjonijiet totali tal-materjali inkwistjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi ċ-Ċina deliberatament segwiet strateġija ta’ twaqqigħ tal-prezzijiet tas-suq globali filwaqt li żammet is-suq nazzjonali tagħha magħluq, b’mod ġenerali għall-benefiċċju tal-intrapriżi tal-istat, u dan tagħmlu flimkien ma’ skemi enormi ta’ sussidju, li jwasslu għal distorsjonijiet sinifikanti fil-kompetizzjoni globali u jipperikolaw l-isforzi reċenti mill-UE u l-Istati Membri biex iżommu l-bqija tas-setturi tal-estrazzjoni tal-UE f’wiċċ l-ilma;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi f’April 2024, l-UE adottat l-Att dwar il-Materja Prima Kritika bħala l-punt tat-tluq tal-isforzi lejn it-titjib tar-reżiljenza u l-awtonomija tal-provvista tal-UE ta’ materja prima kritika u materja prima strateġika; billi l-Att dwar il-Materja Prima Kritika jindirizza kemm in-naħa tal-provvista kif ukoll in-naħa tad-domanda, inkluż permezz ta’ miri tal-produzzjoni, permezz tal-effiċjenza fir-riżorsi mmirata lejn il-moderazzjoni tal-konsum, u permezz tas-sostituzzjoni tal-materja prima strateġika; billi ċ-ċirkolarità hija fil-qalba tal-Att dwar il-Materja Prima Kritika, li għandu l-għan li jkopri 25 % tal-ħtiġijiet tal-materja prima strateġika tal-Unjoni permezz tar-riċiklaġġ sal-2030 u għandu l-objettiv li jiġu rriċiklati ammonti sostanzjalment akbar ta’ kull materja prima strateġika mill-iskart, inkluż għall-kalamiti permanenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi s-summit li jmiss bejn l-UE u ċ-Ċina huwa opportunità biex isir djalogu filwaqt li tinżamm pożizzjoni b’saħħitha kontra l-koerċizzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi ċ-Ċina għad għandha fis-seħħ sanzjonijiet kontra eks Membru tal-PE, membri tal-parlamenti tal-Istati Membri u gruppi ta’ riflessjoni Ewropej;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa d-deċiżjoni taċ-Ċina li timponi restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ materjali tal-art rari, liema deċiżjoni waqqfet l-esportazzjonijiet u fixklet b’mod sinifikanti l-ktajjen tal-provvista vitali għall-industrija tal-karozzi, il-manifatturi fis-settur tad-difiża, il-kumpaniji tas-semikondutturi, it-teknoloġiji ekoloġiċi, l-applikazzjonijiet tal-kura tas-saħħa u għal ħafna setturi oħra fl-UE u madwar id-dinja; iqis li l-azzjoni taċ-Ċina mhijiex ġustifikata u għandha intenzjoni koerċittiva, li tibni fuq l-ingranaġġ enormi li tipprovdi l-pożizzjoni kważi monopolistika tagħha fis-suq globali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jemmen li ċ-Ċina qed tuża dawn ir-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni ħalli ssaħħaħ il-pożizzjoni ta’ negozjar tagħha; jisħaq li l-UE jeħtiġilha tirrifjuta bil-qawwa kwalunkwe tentattiv miċ-Ċina li tuża dawn ir-restrizzjonijiet biex tisforza konċessjonijiet fuq ostakli kummerċjali kontinwi oħra, u jemmen li kwalunkwe konċessjoni liċ-Ċina f’dan ir-rigward tagħmel ħsara lill-kapaċità tal-UE li tipproteġi lilha nnifisha mill-koerċizzjoni attwali u futura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jissottolinja l-importanza li jiġi espress tħassib dwar ir-restrizzjonijiet taċ-Ċina fuq l-esportazzjoni tal-elementi tal-materjali tal-art rari u l-implikazzjonijiet usa’ ta’ dawn ir-restrizzjonijiet għall-ktajjen tal-provvista globali fis-summit li jmiss bejn l-UE u ċ-Ċina; huwa konvint li l-kontrolli tal-esportazzjoni għandhom ikunu parti minn approċċ multilaterali mfassal biex jipproteġi s-sigurtà internazzjonali u jiżgura kundizzjonijiet ekwi globali, jinsisti li l-kontrolli unilaterali jridu jkunu limitati għal dawk li jkunu strettament meħtieġa minħabba kunsiderazzjonijiet ta’ sigurtà nazzjonali, b’regoli trasparenti u definiti b’mod ċar, u għaldaqstant jisħaq li l-azzjonijiet taċ-Ċina jmorru kontra r-regoli u l-prattiki multilaterali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu pożizzjoni soda u unifikata, jaħdmu maċ-Ċina biex isibu soluzzjoni strutturali u jkomplu d-djalogu maċ-Ċina f’dan ir-rigward;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Ċiniżi jsegwu b’mod tanġibbli l-proposta tagħhom u jneħħu bis-sħiħ ir-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni; jieħu nota, sadanittant, tal-proposta reċenti tal-awtoritajiet Ċiniżi biex jiġu stabbiliti l-hekk imsejħa “korsiji ħodor” bl-għan li jiġu ssimplifikati l-proċeduri għall-kumpaniji Ewropej;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti li l-UE ssaħħaħ l-ingranaġġ strateġiku u l-indispensabbiltà tagħha billi tidentifika, topera u ssaħħaħ l-oqsma li fihom għandha vantaġġi kritiċi fuq iċ-Ċina fi prodotti u teknoloġiji essenzjali, bl-objettiv li ssaħħaħ l-awtonomija strateġika tal-UE, jew billi tillimita l-aċċess għas-suq intern tal-UE għal bejjiegħa Ċiniżi b’riskju għoli f’konformità mad-dritt kummerċjali tal-UE u dak internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Iqis li l-miżuri taċ-Ċina huma użu mhux ġustifikat tal-linji tal-provvista tal-materja prima kritika tagħha, li jagħmilha sors mhux affidabbli ta’ input għal setturi kritiċi u theddida għall-interessi ekonomiċi u essenzjali tas-sigurtà tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar ir-rekwiżiti, imposti mill-awtoritajiet Ċiniżi, li l-applikanti jeħtiġilhom jiżvelaw data sensittiva meta japplikaw għal permessi ta’ esportazzjoni, u dwar ir-riskju konsiderevoli tal-iżvelar tat-teknoloġiji assoċjat ma’ dan fir-rigward tal-katina tal-valur tal-bażi industrijali tad-difiża u s-sigrieti tas-sigurtà nazzjonali, filwaqt li jenfasizza li dan jista’ jintuża għal koerċizzjoni futura; iqis li huwa essenzjali li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jivvalutaw u jimmitigaw l-implikazzjonijiet tas-sigurtà ta’ tali trasferimenti ta’ data, f’konformità mal-istrateġija Ewropea ta’ sigurtà ekonomika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jaċċelleraw l-implimentazzjoni tal-Att dwar il-Materja Prima Kritika; jisħaq fuq ir-rwol importanti tal-Bord Ewropew għall-Materja Prima u tas-sottogruppi tiegħu għall-implimentazzjoni rapida u effiċjenti tal-Att dwar il-Materja Prima Kritika; ifakkar fil-miri ċari u ambizzjużi stabbiliti biex jissaħħu l-kapaċitajiet tal-UE għall-estrazzjoni, l-ipproċessar u r-riċiklaġġ tal-materja prima kritika fuq livell nazzjonali sal-2030; jenfasizza l-għażla tal-ewwel 60 proġett strateġiku fl-ambitu tal-Att dwar il-Materja Prima Kritika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jiddispjaċih għall-fatt li l-Att dwar il-Materja Prima Kritika ma kienx akkumpanjat minn baġit iddedikat tal-UE, minkejja li n-nuqqas ta’ finanzjament huwa l-ostaklu ewlieni; jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti li jiġu żgurati investimenti fil-proġetti strateġiċi approvati fl-ambitu tal-Att dwar il-Materja Prima Kritika u fi proġetti oħra biex tingħata spinta lill-estrazzjoni, lir-raffinar, lill-ipproċessar u lir-riċiklaġġ li jikkontribwixxu għat-tneħħija tar-riskji miċ-Ċina u għall-kisba tal-parametri referenzjarji tal-Att dwar il-Materja Prima Kritika; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiddedika aktar appoġġ fil-livell tal-UE għad-diversifikazzjoni tal-provvista tal-elementi tal-materjali tal-art rari u tal-materja prima kritika, u tiggarantixxi li l-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss jinkludi linja baġitarja biex jitrawwem l-investiment fl-estrazzjoni, fl-ipproċessar, fiċ-ċirkolarità, fir-riċerka u fl-innovazzjoni, inkluż għas-sostituzzjoni tal-materja prima kritika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa li l-UE tagħmel estrazzjonijiet fit-territorju tagħha u tistabbilixxi mill-ġdid il-kapaċità tal-ipproċessar; jissottolinja li ż-żieda fl-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi permezz tal-innovazzjoni teknoloġika hija waħda mill-objettivi tal-Att dwar il-Materja Prima Kritika; jenfasizza l-potenzjal tar-riċiklaġġ u tal-estrazzjoni urbana biex jittaffew ir-restrizzjonijiet tal-provvista fuq perjodu qasir ta’ żmien u jitlob lill-Kummissjoni tieħu miżuri immedjati biex ittejjeb il-ġbir u ż-żamma tal-elementi tal-materjali tal-art rari fis-suq intern;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa li jiġi żgurat l-argument għall-vijabbiltà fit-tul għall-investimenti fil-ktajjen tal-valur tal-materja prima kritika u l-vijabbiltà tagħhom, inkluż permezz ta’ appoġġ finanzjarju bħall-prezzijiet minimi, l-appoġġ għax-xiri u l-kumulazzjoni ta’ riżerva strateġika; jistieden lill-Istati Membri jitolbu li l-kumpaniji l-kbar li jipproduċu teknoloġiji f’setturi strateġiċi jwettqu kif xieraq u b’mod regolari attivitajiet u miżuri ta’ tħejjija għar-riskji biex jimmitigaw in-nuqqas ta’ provvista, inkluż permezz tal-kumulazzjoni ta’ riżervi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, tivvaluta l-livell minimu għall-UE ta’ stokkijiet strateġiċi ta’ elementi tal-materjali tal-art rari elenkati bħala materja prima strateġika (neodimju, praseodimju, terbju, disprożju, gadolinju, samarju u ċerju) u l-applikazzjonijiet tal-użu finali korrispondenti, inklużi dawk marbuta mal-industrija tad-difiża;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jitlob, barra minn hekk, impenn aktar b’saħħtu biex jiġu konklużi sħubijiet għal kummerċ u investimenti nodfa u sħubijiet strateġiċi bilaterali dwar il-materja prima li huma bbażati fuq sħubijiet ta’ benefiċċju għal kulħadd u li jissodisfaw standards għoljin ta’ sostenibbiltà u drittijiet tal-bniedem; jinsisti fuq il-ħtieġa li nimxu lejn ftehimiet vinkolanti dwar il-materja prima kritika biex tiġi żgurata s-sigurtà fit-tul tal-provvisti tal-UE, tiġi ggarantita aktar trasparenza u jiġi żgurat li l-Parlament ikollu setgħat ta’ skrutinju; jissottolinja l-importanza ta’ ftehimiet ta’ kummerċ ħieles u l-inizjattiva Global Gateway biex jissaħħaħ l-aċċess għall-materja prima kritika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Iħeġġeġ li jintużaw klawżoli ta’ preferenza għall-akkwist ta’ elementi tal-materjali tal-art rari minn fornituri tal-UE u sħab fdati fil-leġiżlazzjoni rilevanti dwar l-akkwist; jitlob koordinazzjoni akbar ma’ sħab internazzjonali tal-istess fehma, b’mod partikolari fi ħdan l-oqfsa tal-G7 u tan-NATO u mal-Organizzazzjoni tal-Ġappun għall-Metalli u s-Sigurtà tal-Enerġija, sabiex ittejjeb it-trasferiment tal-għarfien, tallinja s-sigurtà tal-katina tal-provvista, l-investimenti konġunti u l-istrateġiji ta’ kumulazzjoni ta’ riżerva, u tiżviluppa standards ta’ sorsi fdati għal setturi u proġetti strateġiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, u lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>