<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0174</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-akkwist pubbliku</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0147/2025 - Rapporteur: Piotr Müller)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Settembru 2025 dwar l-akkwist pubbliku (2024/2103(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 3(3) tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikoli 114, 151 u 156 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/24/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/25/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva 2007/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/665/KEE u 92/13/KEE fir-rigward tat-titjib fl-effettività ta’ proċeduri ta’ reviżjoni dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 335, 20.12.2007, p. 31, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2007/66/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (id-Direttiva dwar ir-Rimedji),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2022/1031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ġunju 2022 dwar l-aċċess ta’ operaturi ekonomiċi, prodotti u servizzi ta’ pajjiżi terzi għas-swieq tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjoni tal-Unjoni u l-proċeduri li jappoġġjaw in-negozjati marbuta mal-aċċess tal-operaturi ekonomiċi, il-prodotti u s-servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjoni ta’ pajjiżi terzi (Strument għal Akkwist Internazzjonali – IPI)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 173, 30.6.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/1031/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2019/882 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar ir-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi (l-Att Ewropew dwar l-Aċċessibbiltà)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 151, 7.6.2019, p. 70, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2019/882/oj.</FIELD></FOOTNOTE> u d-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi u tal-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku (id-Direttiva dwar l-Aċċessibbiltà għall-Web)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 327, 2.12.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2016/2102/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) tat-30 ta’ Jannar 2020 fil-Kawża C-395/18, <STRING ITALIC="on">Tim SpA – Direzione e coordinamento Vivendi SA</STRING> vs <STRING ITALIC="on">Consip SpA, Ministero dell’Economia e delle Finanze</STRING><FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-30 ta’ Jannar 2020, <STRING ITALIC="on">Tim SpA – Direzione e coordinamento Vivendi SA</STRING> vs <STRING ITALIC="on">Consip SpA, Ministero dell’Economia e delle Finanze</STRING>, C-395/18, ECLI:EU:C:2020:58.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-sentenzi reċenti tal-QĠUE dwar il-parteċipazzjoni ta’ offerenti barranin fi proċeduri ta’ akkwist pubbliku tal-UE, jiġifieri s-sentenzi tat-22 ta’ Ottubru 2024 fil-Kawża C-652/22, <STRING ITALIC="on">Kolin Inşaat Turizm Sanayi ve Ticaret AȘ</STRING> v <STRING ITALIC="on">Državna komisija za kontrolu postupaka javne nabave</STRING><FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Ottubru 2024, <STRING ITALIC="on">Kolin Inşaat Turizm Sanayi ve Ticaret AȘ</STRING> v <STRING ITALIC="on">Državna komisija za kontrolu postupaka javne nabave</STRING>, C-652/22, ECLI:EU:C:2024:910.</FIELD></FOOTNOTE> u tat-13 ta’ Marzu 2025 fil-Kawża C-266/22, <STRING ITALIC="on">CRRC Qingdao Sifang Co. Ltd, Astra Vagoane Călători SA</STRING> v <STRING ITALIC="on">Autoritatea pentru Reformă Feroviară, Alstom Ferroviaria SpA</STRING><FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Marzu 2025, <STRING ITALIC="on">CRRC Qingdao Sifang Co. Ltd, Astra Vagoane Călători SA</STRING> v <STRING ITALIC="on">Autoritatea pentru Reformă Feroviară, Alstom Ferroviaria SpA, </STRING>C-266/22, ECLI:EU:C:2025:178.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim dwar l-Akkwist Pubbliku tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ tal-2012,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni għall-2025 tal-11 ta’ Frar 2025 bit-titolu “Nimxu ’l quddiem flimkien: Unjoni aktar kuraġġuża, sempliċi u rapida” (COM(2025)0045),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Frar 2025 bit-titolu “Il-Patt għal Industrija Nadifa: Pjan direzzjonali konġunt għall-kompetittività u d-dekarbonizzazzjoni” (COM(2025)0085),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Jannar 2025 bit-titolu “Boxxla għall-Kompetittività tal-UE” (COM(2025)0030),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Ġunju 2024 bit-titolu “Semestru Ewropew 2024 – Il-Pakkett tar-Rebbiegħa” (COM(2024)0600),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni bit-titolu “SME needs analysis in Public Procurement” (Analiżi tal-ħtiġijiet tal-SMEs fl-Akkwist Pubbliku) (2021)<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni Ewropea: Id-Direttorat Ġenerali għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs, t33, Celotti, P., Alessandrini, M., Valenza, A. <STRING ITALIC="on">et al.</STRING>, <STRING ITALIC="on">SME needs analysis in public procurement – Final report (Analiżi tal-ħtiġijiet tal-SMEs fl-akkwist pubbliku – Rapport finali)</STRING>, Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, 2021, https://data.europa.eu/doi/10.2873/86199.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Diċembru 2021 bit-titolu “Bini ta’ ekonomija għas-servizz tan-nies: pjan ta’ azzjoni għall-ekonomija soċjali” (COM(2021)0778),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konvenzjoni C94 tal-1949 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar il-Klawżoli tax-Xogħol (Kuntratti Pubbliċi),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Ottubru 2017 bit-titolu “Nagħmlu l-Akkwist Pubbliku jaħdem fl-Ewropa u għaliha” (COM(2017)0572),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni tal-4 ta’ Diċembru 2024 bit-titolu “Nagħmlu r-reġjuni reżistenti għax-xokkijiet: it-tisħiħ tar-reżiljenza ekonomika lokali u reġjonali fl-evoluzzjoni strateġika tas-Suq Uniku”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/7061, 4.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7061/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali 28/2023 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri tal-4 ta’ Diċembru 2023 bit-titolu “L‑akkwist pubbliku fl‑UE – Inqas kompetizzjoni għal kuntratti aġġudikati għal xogħlijiet, oġġetti u servizzi fl‑10 snin li jippreċedu l‑2021” (Rapport Speċjali tal-QEA),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-24 ta’ Mejju 2024 dwar ir-Rapport Speċjali Nru 28/2023 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri bit-titolu “Intejbu kompetizzjoni ġusta u effettiva għall-kuntratti ta’ akkwist pubbliku tal-UE mogħtija għal xogħlijiet, oġġetti u serviz”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/3521, 3.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3521/oj, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3521/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar strateġija ġdida għall-SMEs Ewropej<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 445, 29.10.2021, p. 2.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Lulju 2023 dwar l-istat tal-Unjoni tal-SMEs<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/4013, 17.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4013/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Mejju 2021 bit-titolu “L-implimentazzjoni u l-aħjar prattiki tal-politiki tal-akkwist nazzjonali fis-Suq Intern” (COM(2021)0245),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istudju tal-Parlament tal-24 ta’ Ottubru 2023 bit-titolu “The social impact of public procurement – Can the EU do more?” (L-impatt soċjali tal-akkwist pubbliku – L-UE tista’ tagħmel aktar?)<FOOTNOTE><FIELD> Parlament Ewropew: Dipartiment Tematiku għall-Politika Ekonomika, Xjentifika u tal-Kwalità tal-Ħajja, Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni, Caimi, V. u Sansonetti, S., <STRING ITALIC="on">The social impact of public procurement – Can the EU do more? (L-impatt soċjali tal-akkwist pubbliku – L-UE tista’ tagħmel aktar?)</STRING>, Ottubru 2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol ta’ Mejju 2024 “Evaluating policy responses to prevent undeclared work in public procurement contracts” (L-evalwazzjoni tar-risposti ta’ politika biex jiġi pprevenut xogħol mhux iddikjarat fil-kuntratti tal-akkwist pubbliku),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapporti ta’ Mario Draghi tad-9 ta’ Settembru 2024 bit-titolu “The future of European competitiveness” (Il-futur tal-kompetittività Ewropea) (ir-rapport Draghi) u minn Enrico Letta tas-17 ta’ April 2024 bit-titolu “Much more than a market” (Ħafna aktar milli suq) (ir-rapport ta’ Letta),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A10-0147/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-akkwist pubbliku jirrappreżenta madwar 14 % tal-prodott domestiku gross tal-UE u jservi bħala strument importanti għat-tkabbir ekonomiku, b’mod partikolari għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), l-innovazzjoni, is-sostenibbiltà u l-koeżjoni soċjali, kif ukoll għall-promozzjoni tal-industrija lokali u l-impjiegi ta’ kwalità fl-UE u għall-appoġġ tat-tranżizzjoni lejn ktajjen tal-provvista u mudelli tan-negozju reżiljenti, inkluż fil-ktajjen tas-sottokuntrattar;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-gvernijiet lokali u reġjonali, bħala l-akbar investituri u awtoritajiet kontraenti fl-UE, huma dejjem aktar ristretti minn regoli tal-UE u nazzjonali stretti, rekwiżiti u proċeduri legali kumplessi u piżijiet amministrattivi sproporzjonati, filwaqt li fl-istess ħin jiffaċċjaw nuqqas persistenti ta’ riżorsi finanzjarji, persunal kwalifikat u għarfien espert tekniku – b’mod partikolari fil-livell tal-muniċipalitajiet u r-reġjuni iżgħar – li spiss jirrikjedi l-esternalizzazzjoni tal-kompiti ewlenin lil entitajiet esterni, u b’hekk jiġġenera pressjoni finanzjarja addizzjonali u dewmien proċedurali;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-akkwist pubbliku jista’ jwassal għal effetti konsegwenzjali li jżidu d-domanda għal oġġetti u servizzi sostenibbli fis-suq kollu, kif ukoll bħala appoġġ għall-ħolqien ta’ suq ewlieni;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi r-riforma tal-2014 kellha l-għan li tissimplifika l-proċeduri, issaħħaħ it-trasparenza u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, tippromwovi l-parteċipazzjoni tal-SMEs u negozji ġodda innovattivi u tintegra l-objettivi strateġiċi tal-akkwist permezz ta’ approċċ volontarju, iżda għad fadal sfidi għal dak li jikkonċerna t-trasparenza, l-effiċjenza, l-użu usa’ u l-allinjazzjoni ta’ kriterji mhux marbuta mal-prezz, l-aċċess għad-data u s-simplifikazzjoni tal-infurzar, kif ukoll il-prevenzjoni tal-frodi u l-korruzzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi r-riforma tal-2014 introduċiet il-kriterji tal-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża (MEAT) biex tinċentiva l-użu ta’ kriterji kwalitattivi bħal kunsiderazzjonijiet ambjentali u soċjali fl-għoti tal-kuntratti pubbliċi; billi r-Rapport Speċjali tal-QEA nnota li, fl-2021, parti kbira tal-kuntratti kienu għadhom qed jingħataw biss abbażi tal-kriterju tal-orħos prezz; billi 20 Stat Membru taw aktar minn 50 % tal-offerti pubbliċi tagħhom abbażi tal-prezz biss fl-2023, li minnhom 10 Stati Membri taw aktar minn 80 % tal-offerti pubbliċi tagħhom abbażi tal-prezz biss;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi r-Rapport Speċjali tal-QEA kkonkluda li l-livell ta’ kompetizzjoni għall-kuntratti pubbliċi naqas mill-2014 ’l hawn, u li fil-maġġoranza tal-Istati Membri l-inċidenza ta’ dan il-kriterju tal-għoti bbażat fuq l-orħos prezz saħansitra żdiedet matul il-perjodu taħt rieżami;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-limiti tal-akkwist tal-UE għall-provvisti, is-servizzi u x-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni baqgħu prattikament l-istess mill-1994; billi dawn il-limiti, li huma aġġustati għall-prezzijiet tas-suq, qed jonqsu kontinwament f’termini reali; billi, b’riżultat ta’ dan, għadd dejjem jikber ta’ kuntratti iżgħar issa jridu jiġu offruti offerti fil-livell tal-UE permezz ta’ proċeduri li ħafna drabi jkunu twal u kumplessi;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) sabet li “meta jintuża l-orħos prezz bħala l-uniku kriterju tal-għażla, ir-riskju ta’ xogħol mhux iddikjarat jiżdied minħabba l-pressjoni fuq il-kostijiet lavorattivi”; billi l-ELA nnotat ukoll li “Huwa rikonoxxut b’mod wiesa’ li l-prijoritizzazzjoni tal-kriterju tal-orħos prezz fl-akkwist pubbliku tista’ toħloq ambjent fejn il-ksur tal-liġi tax-xogħol huwa aktar probabbli li jseħħ minħabba l-pressjonijiet ta’ tnaqqis fil-kostijiet u sorveljanza inadegwata; il-kriterju tal-orħos prezz jista’ jinċentiva lill-kuntratturi biex joperaw fl-ekonomija mhux iddikjarata biex inaqqsu l-kostijiet, u jevitaw ir-regolamenti tax-xogħol”;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi r-rapport finali tal-Kummissjoni bit-titolu “SME needs analysis in public procurement” (Analiżi tal-ħtiġijiet tal-SMEs fl-akkwist pubbliku)<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni Ewropea: Id-Direttorat Ġenerali għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs <STRING ITALIC="on"><STRING UNDERLINE="on">et al.</STRING></STRING><STRING UNDERLINE="on">, SME needs analysis in public procurement – Final report (Analiżi tal-ħtiġijiet tal-SMEs fl-akkwist pubbliku – Rapport finali), Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, 2021.</STRING></FIELD></FOOTNOTE> jindika li l-prattiki tal-akkwist pubbliku għad iridu jiġu ċċarati, issimplifikati u standardizzati, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet u s-sistemi amministrattivi differenti tal-Istati Membri;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-akkwisti transfruntiera diretti għadhom limitati għal 5 %<FOOTNOTE><FIELD> Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, Rapport Speċjali 28/2023: “L‑akkwist pubbliku fl‑UE – Inqas kompetizzjoni għal kuntratti aġġudikati għal xogħlijiet, oġġetti u servizzi fl‑10 snin li jippreċedu l‑2021”, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, 2023.</FIELD></FOOTNOTE> biss tal-kuntratti ta’ akkwist kollha, u dan jindika li ostakli għall-kompetizzjoni transfruntiera u l-aċċess għas-suq u proċeduri kumplessi għadhom jippersistu; billi din iċ-ċifra ma tqisx il-parteċipazzjoni ta’ sussidjarji ta’ Stati Membri oħra fil-pajjiż fejn isseħħ il-proċedura ta’ akkwist;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-Kummissjoni tenfasizza diversi inċertezzi legali fil-promozzjoni tal-akkwist pubbliku soċjalment responsabbli u innovattiv<FOOTNOTE><FIELD> Ir-rapport tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Mejju 2021 bit-titolu “L-implimentazzjoni u l-aħjar prattiki tal-politiki tal-akkwist nazzjonali fis-Suq Intern” (COM(2021)0245),</FIELD></FOOTNOTE>; billi dawn l-inċertezzi legali jinkludu, fost fatturi oħra, diffikultajiet biex tiġi stabbilita rabta bejn il-kunsiderazzjonijiet soċjali u l-oġġett tal-kuntratt;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-President tal-Kummissjoni impenjat ruħha għal reviżjoni tal-qafas tal-akkwist pubbliku bl-għan li tingħata “preferenza lill-prodotti Ewropej fl-akkwist pubbliku għal ċerti setturi strateġiċi”<FOOTNOTE><FIELD> Il-linji gwida politiċi tal-President tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Lulju 2024 bit-titolu “Europe’s Choice – Political Guidelines for the Next European Commission 2024-2029”, p. 11.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi r-reviżjoni tad-direttivi dwar l-akkwist pubbliku għandha tiffoka fuq li tinkoraġġixxi l-kriterji kwalitattivi, is-simplifikazzjoni tal-proċeduri tal-akkwist u l-iżgurar tal-aħjar kwalità meta mqabbla mal-prezz tal-kontribwenti; billi, madankollu, ir-regoli relatati mal-akkwist pubbliku jridu jqisu n-natura speċifika ta’ setturi u industriji differenti u l-għanijiet speċifiċi tal-awtoritajiet kontraenti, filwaqt li jirrikonoxxu li approċċ uniformi għall-miżuri regolatorji, bħat-termini ta’ pagament, jista’ ma jkunx adattat għas-setturi kollha, u li huma meħtieġa dispożizzjonijiet imfassla apposta fir-regolamentazzjoni settorjali biex jiġi żgurat li l-oqfsa ġenerali fil-qasam tal-akkwist jallinjaw mar-realtajiet operazzjonali u finanzjarji speċifiċi tal-industrija; billi l-offerti rebbieħa għandhom jintgħażlu f’konformità ma’ dak li l-awtorità kontraenti individwali tqis li hija ekonomikament l-aħjar soluzzjoni fost dawk sottomessi sabiex tiġi inkoraġġuta orjentazzjoni akbar lejn il-kwalità u l-flessibbiltà fl-akkwist pubbliku;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-akkwist pubbliku jibqa’ għodda newtrali u proċedurali, li tirregola kif l-awtoritajiet pubbliċi jixtru l-oġġetti u s-servizzi, u mhux dak li jixtru;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi, minħabba l-isfidi relatati mas-sovranità industrijali tal-Ewropa u l-ħtieġa li jiġu ppreservati u msaħħa l-impjiegi u l-għarfien espert fl-Ewropa, l-akkwist pubbliku għandu jintuża bħala lieva strateġika importanti biex jiġi promoss il-ħolqien ta’ valur miżjud fl-UE, u b’hekk jissaħħu r-reżiljenza industrijali u s-sostenibbiltà tal-ktajjen tal-provvista Ewropej;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi l-awtoritajiet kontraenti fl-UE għandhom jitħallew jagħtu preferenza lil offerti li jinkludu proporzjon sinifikanti ta’ valur miżjud prodott fl-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-użu ta’ kriterji ta’ sostenibbiltà jista’ jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet ambjentali tal-UE, dment li tali kriterji jkunu definiti b’mod ċar, proporzjonati, u ma jillimitawx lill-awtoritajiet kontraenti biex jissodisfaw il-ħtiġijiet reali tagħhom ta’ akkwist;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi l-awtoritajiet kontraenti joperaw f’diversi kuntesti lokali u tas-suq u jeħtiġilhom iżommu l-libertà li jiddefinixxu s-suġġett, il-kamp ta’ applikazzjoni u l-prijoritajiet strateġiċi tal-akkwist f’konformità mal-ħtiġijiet u l-kapaċitajiet reali tagħhom; billi l-prinċipju tal-proporzjonalità u tas-sussidjarjetà jrid jiġi ssalvagwardjat fi kwalunkwe approċċ fil-livell tal-UE għall-akkwist sostenibbli;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi huwa meħtieġ li tissaħħaħ il-fiduċja fl-akkwist pubbliku; billi nuqqas ta’ trasparenza u ekwità fil-proċeduri ta’ akkwist, inkluż tħassib dwar favoritiżmi, kriterji tal-għażla mhux ċari, mekkaniżmi ta’ sorveljanza insuffiċjenti u esklużjoni u sanzjonar insuffiċjenti, jimmina l-fiduċja fl-akkwist pubbliku u joħloq opportunitajiet għall-korruzzjoni; billi d-dipendenza żejda fuq il-kriterju tal-orħos prezz tista’ f’xi każijiet teżerċita pressjoni ’l isfel fuq il-kwalità tas-servizzi u l-kundizzjonijiet tas-sikurezza u tax-xogħol u jista’ jkollha impatt ekonomiku detrimentali fit-tul fuq l-awtoritajiet tal-akkwist; billi kien hemm każijiet ta’ aġġudikazzjonijiet mingħajr kompetizzjoni reali, b’opaċità u b’nuqqas ta’ kontroll estern effettiv fil-kriterji tal-għażla, li juri l-ħtieġa urġenti li jissaħħu l-prinċipji tat-trasparenza, l-ugwaljanza u l-legalità f’kull stadju tal-proċeduri tal-akkwist pubbliku;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi n-negozji Ewropej, b’mod partikolari l-SMEs, jiltaqgħu ma’ diffikultajiet sinifikanti biex jaċċedu s-swieq internazzjonali tal-akkwist pubbliku minħabba politiki protezzjonisti f’pajjiżi mhux tal-UE, filwaqt li l-UE żżomm wieħed mill-aktar swieq tal-akkwist miftuħa globalment, li jwassal għal żvantaġġi kompetittivi inġusti għall-kumpaniji tal-UE; billi, minbarra l-miżuri protezzjonisti, il-kompetizzjoni ġusta spiss tiġi mfixkla minħabba sussidjar ta’ prodotti mill-gvernijiet ta’ pajjiżi mhux tal-UE, miżuri diskriminatorji, u nuqqas ta’ reċiproċità u ċertezza legali;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi l-UE dan l-aħħar żiedet l-Istrument għal Akkwist Internazzjonali u r-Regolament dwar is-Sussidji Barranin<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2022/2560 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar sussidji barranin li joħolqu distorsjoni fis-suq intern (ĠU L 330, 23.12.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2560/oj).</FIELD></FOOTNOTE> fis-sett ta’ għodod tagħha għad-difiża tal-kummerċ biex tippromwovi r-reċiproċità fl-aċċess għas-swieq internazzjonali tal-akkwist pubbliku u biex tiżgura kundizzjonijiet ekwi għall-kumpaniji u l-prodotti tal-UE; billi r-rekwiżiti ambjentali, soċjali, tax-xogħol u tad-diliġenza dovuta japplikaw għall-operaturi ekonomiċi ta’ pajjiżi mhux tal-UE f’konformità mad-Direttivi 2014/23/UE<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2014/23/EU tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/23/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, 2014/24/UE u 2014/25/UE u 2024/1760<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2024/1760 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar id-diliġenza dovuta tas-sostenibbiltà korporattiva u li temenda d-Direttiva (UE) 2019/1937 u r-Regolament (UE) 2023/2859 (ĠU L, 2024/1760, 5.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1760/oj).</FIELD></FOOTNOTE> u leġiżlazzjoni oħra tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi l-Ftehim dwar l-Akkwist Pubbliku 2012 tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) għadu ma ġiex iffirmat mill-membri kollha tad-WTO u l-aħħar verżjoni tiegħu ma tinkludix, fost affarijiet oħra, l-istandards globali ambjentali u tax-xogħol adottati mill-konklużjoni tiegħu, u lanqas mekkaniżmu aġġornat ta’ aġġustament għall-inflazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>W.</NO.P>billi s-sentenzi tal-QĠUE dwar il-parteċipazzjoni ta’ offerenti barranin fil-proċeduri ta’ akkwist pubbliku tal-UE (Kawża C-652/22 u C-266/22) jiċċaraw li offerenti barranin minn pajjiżi li ma kkonkludewx ftehim multilaterali, plurilaterali jew bilaterali ma għandhomx aċċess sigur għas-suq tal-akkwist tal-UE; billi l-QĠUE affermat mill-ġdid il-kompetenza esklużiva tal-UE f’dan il-qasam u kkonfermat li fin-nuqqas ta’ tali ftehimiet, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu, f’konformità mal-liġi tal-UE, jillimitaw jew jeskludu lil dawn l-offerenti – sitwazzjoni li tista’ twassal għal prattiki nazzjonali diverġenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>X.</NO.P>billi żieda fit-tensjonijiet ġeopolitiċi qed twassal għal riorganizzazzjoni tal-kummerċ internazzjonali u dinamiċi ekonomiċi ġodda, u tirriżulta fl-emerġenza ta’ dipendenzi strateġiċi ġodda mmexxija minn konċentrazzjoni tal-importazzjoni u s-sostitwibbiltà tal-importazzjoni limitata, u toħloq riskji għall-istabbiltà tal-ktajjen tal-provvista; billi dan jirrikjedi l-użu msaħħaħ u strateġiku tal-akkwist pubbliku fl-appoġġ tal-ekonomija tal-UE u fil-kapaċità tagħha għar-reżiljenza, it-tnaqqis tad-dipendenzi dannużi u t-tisħiħ tal-awtonomija strateġika tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>Y.</NO.P>billi l-politiki tal-akkwist pubbliku għandhom jippromwovu l-kompetittività u l-innovazzjoni Ewropej;
</CONS><CONS>
<NO.P>Z.</NO.P>billi l-aktar prezz baxx huwa kriterju tal-għoti importanti fil-biċċa l-kbira tal-offerti fl-UE – f’xi Stati Membri jiġi applikat sa 95 %<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Rapport Speċjali Nru 28/2023 tal-QEA, il-figura 11.</FIELD></FOOTNOTE> tal-każijiet jew xi drabi jkun saħansitra l-uniku kriterju kemm fl-istadju tal-offerti kif ukoll f’dak tal-għoti ta’ proċedura ta’ akkwist; billi l-ELA, fir-rapport tagħha ta’ Mejju 2024, tosserva li d-dipendenza fuq il-kriterju tal-aktar prezz baxx – b’mod partikolari f’setturi li jirrikjedu ħafna ħaddiema fejn il-kostijiet tal-persunal jiddominaw – tista’ taggrava l-okkorrenza ta’ xogħol mhux iddikjarat u tista’ timmina l-kwalità tas-servizz jew tal-prodott, is-sostenibbiltà u l-istandards soċjali<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Rapport tal-ELA ta’ Mejju 2024 bit-titolu “Evaluating policy responses to prevent undeclared work in public procurement contracts” (Evalwazzjoni tar-reazzjonijiet ta’ politika biex jiġi pprevenut xogħol mhux iddikjarat f’kuntratti ta’ akkwist pubbliku).</FIELD></FOOTNOTE>; billi r-rappreżentanti tal-SMEs u l-persuni intervistati mill-SMEs jirrapportaw ripetutament li l-awtoritajiet kontraenti jinjoraw il-klawżola soċjali orizzontali, filwaqt li jinnotaw li huma jagħtu kuntratti biss abbażi tal-irħas prezz, li jinkoraġġixxi offerti anormalment baxxi u jiskoraġġixxi l-parteċipazzjoni ta’ offerenti li jikkonformaw mal-liġijiet u l-prattiki tax-xogħol;
</CONS><CONS>
<NO.P>AA.</NO.P>billi s-sentenza tal-QĠUE fil-Kawża C-395/18 tikkonferma li r-rekwiżiti fl-Artikolu 18(2) tad-Direttiva 2014/24/UE li tipprevedi li l-operaturi ekonomiċi għandhom jikkonformaw, fl-eżekuzzjoni tal-kuntratti pubbliċi, mal-obbligi relatati mal-liġi ambjentali, soċjali u tax-xogħol, jikkostitwixxu prinċipju vinkolanti, bl-istess mod bħall-prinċipji l-oħra msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dak l-Artikolu, jiġifieri t-trattament ugwali, in-nondiskriminazzjoni, it-trasparenza u l-proporzjonalità; billi s-sentenza tiċċara wkoll li l-Istati Membri jistgħu jqisu l-ksur mis-sottokuntratturi meta jiddeterminaw ir-raġunijiet għall-esklużjoni, dment li l-prinċipju tal-proporzjonalità jiġi rrispettat b’mod strett;
</CONS><CONS>
<NO.P>AB.</NO.P>billi l-akkwist pubbliku jirrappreżenta għodda ewlenija biex tiġi appoġġjata b’mod attiv it-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli, inklużiva u ġusta u jista’ jintuża biex jippromwovi l-ġustizzja soċjali u kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti; billi l-awtoritajiet kontraenti għandhom jiġu mħeġġa jsegwu objettivi ta’ interess pubbliku permezz tal-akkwist, inklużi l-inklużjoni soċjali, l-impjiegi ta’ kwalità, l-opportunitajiet indaqs, il-koeżjoni territorjali u l-appoġġ għall-atturi tal-ekonomija soċjali;
</CONS><CONS>
<NO.P>AC.</NO.P>billi l-isfruttar tal-potenzjal sħiħ tal-akkwist pubbliku strateġiku jirrikjedi bidla minn approċċ purament ibbażat fuq il-kostijiet għal wieħed li jqis ukoll ir-reżiljenza u l-valur soċjali u ambjentali, inkluż permezz tar-rispett għan-negozjar kollettiv u d-drittijiet fundamentali tax-xogħol;
</CONS><CONS>
<NO.P>AD.</NO.P>billi s-sottokuntrattar huwa kruċjali għall-kompetizzjoni ġusta għall-SMEs u l-kapaċità tagħhom li jiddependu fuq għarfien espert speċjalizzat; billi tista’ ttejjeb ukoll l-effiċjenza, l-innovazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-SMEs fl-akkwist pubbliku; billi, minħabba ambigwitajiet legali u infurzar dgħajjef, diversi saffi ta’ sottokuntrattar jistgħu jnaqqsu l-obbligu ta’ rendikont, iżidu r-riskji ta’ ksur tal-liġi tax-xogħol u jfixklu l-infurzar effettiv;
</CONS><CONS>
<NO.P>AE.</NO.P>billi d-diġitalizzazzjoni dejjem akbar tal-proċessi tal-akkwist trid tkun akkumpanjata minn miżuri robusti taċ-ċibersigurtà, minn prerekwiżiti tal-interoperabbiltà u minn pjattaformi diġitali li huma faċli biex tużahom u armonizzati għas-sottomissjonijiet tal-akkwist, u jkunu żgurati t-trasparenza u l-qari mill-magni għal finijiet analitiċi; billi d-diġitalizzazzjoni tista’, barra minn hekk, tikkontribwixxi għas-simplifikazzjoni tal-aċċess għan-negozji, b’mod partikolari l-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju, għall-akkwist pubbliku, kif ukoll tnaqqas il-piż burokratiku għal awtoritajiet kontraenti iżgħar;
</CONS><CONS>
<NO.P>AF.</NO.P>billi aktar milli tadotta pożizzjoni “Ewropea biss”, l-UE għandha tiffoka fuq l-aħjar kwalità possibbli, filwaqt li tqis firxa wiesgħa ta’ kundizzjonijiet, inklużi l-prezz, is-sikurezza, il-kwalità, is-sostenibbiltà, ir-reżiljenza u l-kundizzjonijiet tax-xogħol; billi għandha tiffoka wkoll fuq il-promozzjoni ta’ sħubijiet mal-alleati demokratiċi tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>AG.</NO.P>billi minkejja l-objettiv tar-riforma tal-2014, l-isforzi biex tiġi promossa l-parteċipazzjoni essenzjali tal-SMEs fl-akkwist pubbliku, l-involviment tagħhom għadu limitat minħabba d-daqs kbir ta’ kuntratti, rekwiżiti amministrattivi sproporzjonati, nuqqas ta’ mekkaniżmi ta’ appoġġ imfassla apposta li jippermettulhom jikkompetu b’mod effettiv ma’ entitajiet akbar, nuqqas ta’ ċarezza fl-avviżi dwar kuntratti, u dewmien rikorrenti fil-pagamenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>AH.</NO.P>billi l-istrateġiji tal-akkwist jistgħu jippromwovu ambjent ekonomiku li jwassal għal tkabbir lokali, itejbu l-ġid tal-komunità, il-ħolqien tal-impjiegi u l-istabbiltà finanzjarja fit-tul, u b’hekk isaħħu r-rwol tal-SMEs kemm jista’ jkun, inkluż in-negozji ġodda u l-organizzazzjonijiet tal-ekonomija soċjali, fl-offerti pubbliċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>AI.</NO.P>billi l-Artikolu 27 tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità jistabbilixxi l-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs ta’ impjieg fi swieq tax-xogħol aċċessibbli u inklużivi; billi d-Direttiva 2014/24/UE dwar l-akkwist pubbliku tippermetti l-inkorporazzjoni ta’ kriterji soċjali fl-għoti ta’ kuntratti, inklużi miżuri li jappoġġjaw l-impjieg inklużiv u jindirizzaw l-esklużjoni soċjali; billi l-istrateġija tal-UE għad-drittijiet tal-persuni b’diżabilità 2021-2030 tirrikonoxxi l-kuntratti riżervati skont id-Direttiva 2014/24/UE bħala għodda waħda fost l-oħrajn biex jiġu żgurati standards ta’ aċċessibbiltà;
</CONS><CONS>
<NO.P>AJ.</NO.P>billi l-applikazzjoni tal-kriterji MEAT, filwaqt li jitqiesu ċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott u l-impatt ambjentali, tista’ tappoġġja deċiżjonijiet razzjonali u fit-tul dwar l-akkwist pubbliku;
</CONS><CONS>
<NO.P>AK.</NO.P>billi t-traspożizzjoni tar-regoli Ewropej tal-akkwist pubbliku fil-liġi nazzjonali xi kultant ma tkunx effettiva, li jwassal għal inkonsistenzi fl-implimentazzjoni, inċertezza legali u ostakli fl-aċċess għall-operaturi ekonomiċi; billi, biex jiġu evitati dawn il-lakuni fl-implimentazzjoni u tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti, għandhom jiġu stabbiliti oqfsa ta’ gwida dettaljati biex jassistu lill-Istati Membri fit-traspożizzjoni effettiva tar-regoli;
</CONS><CONS>
<NO.P>AL.</NO.P>billi r-reġistri sistematiċi tal-eżekuzzjoni ta’ kuntratti jistgħu jtejbu b’mod sinifikanti l-kapaċità li l-awtoritajiet kontraenti jeskludu malajr lill-atturi mhux adatti mill-proċessi tal-akkwist, inklużi l-atturi marbuta man-networks kriminali u l-interferenza barranija, jipprevjenu l-isfruttament ta’ ħaddiema u jtejbu l-eżekuzzjoni affidabbli ta’ kuntratti; billi l-interoperabbiltà effettiva u l-aċċessibbiltà transfruntiera ta’ dawn ir-reġistri fl-Istati Membri huma importanti biex tissaħħaħ it-trasparenza, jiġu ssalvagwardjati l-fondi pubbliċi, jiġi appoġġjat is-suq intern u tissaħħaħ is-sigurtà u l-integrità tal-infrastruttura u s-servizzi pubbliċi kritiċi;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Objettivi strateġiċi</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jenfasizza li l-akkwist pubbliku Ewropew għandu jibqa’ pilastru essenzjali tal-funzjonament tajjeb ta’ suq intern u tal-ekonomija usa’, u li hija meħtieġa riforma ambizzjuża, immirata biex tiżblokka l-potenzjal reali tiegħu, tinkoraġġixxi l-produzzjoni fl-Istati Membri u tikkontribwixxi għal ktajjen tal-provvista reżiljenti, sikuri u strateġiċi; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ implimentazzjoni armonizzata tal-qafas leġiżlattiv attwali u riformat mill-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni tissimplifika u tiċċara l-fokus tal-għanijiet tal-akkwist pubbliku, inklużi dawk għall-akkwist strateġiku, billi tistabbilixxi sett ta’ objettivi aktar iffukati, ekonomikament vijabbli, preċiżi u mhux konfliġġenti li jkunu ċari, miżurabbli u kapaċi jwasslu għal impatt tanġibbli fuq is-suq; jitlob, għalhekk, għal ċertezza u koerenza legali mtejba sabiex tiġi ssimplifikata l-applikazzjoni tar-regoli mill-awtoritajiet kontraenti, filwaqt li jenfasizza li ħafna proċeduri ta’ akkwist huma twal wisq, u b’hekk idewmu l-investiment essenzjali; iżid li l-akkwist pubbliku għandu jġib valur lill-pubbliku minbarra li jikkontribwixxi għal żvilupp ekonomiku bbilanċjat madwar l-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Iqis li l-kompetizzjoni globali qed tissawwar dejjem aktar mhux biss mill-forzi tas-suq, iżda wkoll minn strateġiji industrijali mmexxija mill-istat, inklużi sussidji barranin, kapaċità żejda u prattiki tal-akkwist diskriminatorji, li jheddu li jimminaw il-kompetittività u r-reżiljenza tal-produtturi Ewropej; jisħaq, f’dan il-kuntest, fuq l-importanza li jissaħħu r-reżiljenza strateġika u s-sigurtà ekonomika tal-Ewropa billi jiġi promoss l-iżvilupp ta’ industriji kritiċi u emerġenti f’setturi ewlenin; jirrikonoxxi l-ħtieġa li jissaħħu s-suq uniku u l-awtonomija strateġika tal-UE billi tiġi introdotta preferenza għall-oġġetti u s-servizzi Ewropej f’setturi strateġiċi mmirati; jappoġġja l-esplorazzjoni ta’ kif l-akkwist pubbliku jista’ jservi bħala għodda mmirata biex tiġi stimulata d-domanda għal prodotti u teknoloġiji innovattivi u sostenibbli magħmula fl-Ewropa, u biex il-kapaċità industrijali tiġi ankrata fl-UE; jirrikonoxxi, barra minn hekk, il-potenzjal tal-kriterji tal-kontenut jew tar-reżiljenza tal-UE – jekk imfassla b’mod proporzjonat – biex jappoġġjaw is-sigurtà tal-provvista fit-tul f’oqsma sensittivi; jissottolinja, madankollu, li kwalunkwe orjentazzjoni strateġika trid tibqa’ ankrata fiċ-ċertezza legali, it-trasparenza u l-kompetizzjoni ġusta, filwaqt li tiġi evitata l-frammentazzjoni tas-suq intern, id-distorsjoni tal-impenji internazzjonali jew l-aljenazzjoni tas-sħab strateġiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jirrikonoxxi l-evalwazzjoni li għaddejja tal-Kummissjoni fir-rigward tar-reviżjoni tal-oqfsa legali għall-akkwist pubbliku tal-UE; jenfasizza li l-proċess ta’ konsultazzjoni għandu jinkludi valutazzjoni tal-impatt regolatorju li tirrispetta l-prinċipji tas-suq ħieles u li l-objettiv ewlieni tiegħu għandu jkun l-għoti ta’ valur permezz ta’ soluzzjonijiet ibbażati fuq is-suq; jitlob, għalhekk, li jintwera l-effett ta’ regoli ġodda potenzjali mmirati lejn il-promozzjoni tal-objettivi u l-miżuri tal-akkwist sostenibbli u soċjali meħtieġa biex tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta u effettiva, filwaqt li fl-istess ħin jinkisbu, sa fejn ikun possibbli, it-tneħħija ta’ ostakli amministrattivi eċċessivi u mhux meħtieġa u s-simplifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet regolatorji; jenfasizza l-importanza tal-flessibbiltà fid-determinazzjoni tan-natura u l-inklużjoni tal-kunsiderazzjonijiet strateġiċi fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tallinja bis-sħiħ ir-riforma tal-akkwist pubbliku mal-objettivi strateġiċi tagħha mmirati lejn it-tnaqqis tal-burokrazija u l-piżijiet regolatorji, is-simplifikazzjoni, iż-żamma ta’ standards soċjali u ambjentali għoljin, il-garanzija ta’ żvilupp ekonomiku lokali ambizzjuż, il-promozzjoni tal-aċċess għall-SMEs u t-tisħiħ tal-kompetittività u s-sigurtà tal-UE, il-prevenzjoni tad-dumping soċjali u l-preservazzjoni tas-sovranità ekonomika u industrijali tagħna, sabiex jiġu indirizzati d-dipendenzi dannużi fir-rigward ta’ ċerti prodotti u servizzi vitali; jiskoraġġixxi miżuri li jistgħu jikkompromettu kwalunkwe wieħed minn dawn il-prinċipji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Ifakkar fl-objettivi konsistenti tal-politika tal-UE riflessi f’diversi regolamenti, bħas-sostenibbiltà, l-istandards tax-xogħol, id-drittijiet tal-bniedem, l-innovazzjoni, ir-reżiljenza u ċ-ċirkolarità, fil-kuntest tar-riforma li jmiss; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi indirizzat il-gold-plating, tiġi pprevenuta l-emerġenza ta’ ostakli possibbli matul ir-riforma li ġejja, u jiġu identifikati u megħluba l-ostakli ewlenin għall-akkwist sostenibbli u reżiljenti, tiġi ggarantita s-sigurtà tal-provvista u tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta u effettiva;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jirrikonoxxi li, sabiex l-akkwist pubbliku jsir aktar aċċessibbli għal atturi iżgħar, inklużi l-organizzazzjonijiet tal-ekonomija soċjali involuti fl-akkwist pubbliku, u b’mod partikolari għall-SMEs u n-negozji ġodda, verżjonijiet aġġornati tad-direttivi jrid ikollhom l-għan li jnaqqsu l-476 artikolu jew id-907 paġni tal-liġi attwalment fis-seħħ u jridu jkomplu jkunu proċedurali fin-natura tagħhom, billi jispeċifikaw il-modalitajiet tax-xiri pjuttost milli dak li jrid jinxtara; jisħaq, madankollu, li għandha tinżamm biżżejjed flessibbiltà għall-awtoritajiet kontraenti biex jadattaw il-proċessi tal-akkwist ibbażati fuq il-bżonnijiet speċifiċi tagħhom, filwaqt li tiġi żgurata l-effiċjenza u l-aqwa valur għall-flus;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jinnota li l-kompetizzjoni internazzjonali qed tagħmel pressjoni fuq bosta setturi industrijali fl-Ewropa permezz ta’ kapaċità żejda u dumping tal-prezzijiet, u għalhekk jistenna li, minbarra l-promozzjoni ta’ inizjattivi ekoloġiċi u soċjali, is-swieq ewlenin għandhom ikunu ankrati wkoll fl-offerti pubbliċi sabiex tissaħħaħ l-indipendenza strateġika tal-Ewropa f’setturi ewlenin, filwaqt li tingħata prijorità lill-offerenti Ewropej f’dawn is-setturi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jenfasizza li kwalunkwe reviżjoni għandu jkollha l-għan li ttejjeb l-infurzar tal-liġijiet futuri dwar l-akkwist u trid tindirizza l-kumplessità tar-regoli attwali u tiżgura ċertezza legali għall-awtoritajiet kontraenti; jirrimarka li r-regoli tal-akkwist iridu jirrispettaw il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni u jipprovdu ċarezza rigward ir-rabta mas-suġġett, f’konformità mal-prinċipji taċ-ċertezza legali u l-obbligi skont il-Ftehim tad-WTO dwar l-Akkwist Pubbliku (GPA) u minħabba l-għadd ta’ liġijiet speċifiċi għas-settur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jindika differenzi legali u amministrattivi sinifikanti bejn l-Istati Membri u s-sistemi tal-akkwist tagħhom, li jvarjaw minn gradi differenti ta’ awtonomija għall-awtoritajiet lokali għal strateġiji ta’ akkwist differenti; jirrikonoxxi l-benefiċċji tal-format tad-direttiva, li jippermetti tali diversità filwaqt li jiżgura l-koerenza legali u r-rispett reċiproku għas-sistemi nazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-aktar strument legali xieraq fid-dawl tar-riforma li jmiss;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Itenni li l-flus tal-kontribwenti għandhom jintefqu bl-akbar prudenza u trasparenza biex jibbenefikaw minnhom ċ-ċittadini u, fejn ekonomikament fattibbli, jappoġġjaw it-tkabbir sostenibbli; iqis li r-reviżjoni tad-direttivi għandha timmira li tlesti l-objettivi stabbiliti fl-2014 u taġġusta għall-isfidi l-ġodda li l-Ewropa għandha tiffaċċja; jemmen, għalhekk, li tliet prinċipji gwida – l-aħjar kwalità meta mqabbla mal-prezz matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja, il-kompetizzjoni ġusta u l-miżuri kontra l-korruzzjoni – jibqgħu validi fil-kuntest tar-riforma li jmiss u m’għandhomx ikunu kompromessi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jirrikonoxxi, f’dan il-kuntest, li filwaqt li l-akkwist pubbliku jista’ jkun għodda utli għall-kisba ta’ objettivi strateġiċi, bħall-innovazzjoni u s-sostenibbiltà jew l-appoġġ ta’ industriji strateġiċi fl-Ewropa li huma essenzjali għas-sigurtà tal-produzzjoni industrijali u l-istabbiltà ekonomika, huwa mutur għat-twettiq tal-kompiti li l-funzjoni primarja tagħhom hija li jinkiseb l-aħjar valur għall-fondi tat-taxxa pubblika u b’hekk jiġi żgurat l-akkwist effiċjenti u trasparenti ta’ oġġetti u servizzi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, fid-dawl tat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku u ż-żieda fid-dejn pubbliku, tivvaluta bir-reqqa kwalunkwe bidla legali li tista’ tkompli tirrestrinġi l-poter tal-akkwist tal-awtoritajiet kontraenti u tillimita l-bejjiegħa disponibbli, peress li restrizzjonijiet bħal dawn fl-aħħar mill-aħħar jistgħu jdgħajfu l-aċċess taċ-ċittadini għal servizzi pubbliċi u infrastruttura ta’ kwalità għolja; jissottolinja li trid titqies b’mod xieraq il-ħtieġa ta’ regoli ċari dwar it-trattament tal-prodotti u l-operaturi ekonomiċi minn pajjiżi mhux tal-UE; iwissi, madankollu, kontra l-użu tal-akkwist għal skopijiet protezzjonisti; jissottolinja, f’dan il-kuntest, li preferenza Ewropea għandha tkun konformi mal-impenji tal-WTO tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jenfasizza li l-miżuri ta’ appoġġ m’għandhomx ifixklu l-kundizzjonijiet ekwi; itenni l-importanza li l-proċessi Ewropej tal-akkwist pubbliku jibqgħu miftuħa kemm jista’ jkun u jinsisti li dawn iridu jibqgħu teknoloġikament newtrali u mmexxija mill-kompetizzjoni; jenfasizza li l-vijabbiltà kummerċjali fit-tul għandha tkun prinċipju gwida meta jiġu vvalutati t-teknoloġiji għall-investiment pubbliku;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Sfidi ewlenin</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jirrikonoxxi li għad hemm diskrepanzi sinifikanti bejn l-Istati Membri fl-implimentazzjoni u l-infurzar tagħhom tar-regoli tal-akkwist pubbliku, li jiskoraġġixxu l-offerti transfruntiera u l-parteċipazzjoni ta’ negozji iżgħar u intrapriżi tal-ekonomija soċjali, li joħolqu kundizzjonijiet mhux ekwivalenti; jinnota l-gradi differenti ta’ implimentazzjoni tal-akkwist pubbliku ekoloġiku madwar l-Istati Membri, b’terz biss jintroduċi obbligi vinkolanti u l-bqija jagħżel approċċi volontarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jinnota li, fil-kuntest tal-akkwist ta’ oġġetti u servizzi u f’konformità mal-istrutturi kostituzzjonali tal-Istati Membri – b’mod partikolari l-protezzjoni tal-awtonomija reġjonali u lokali skont l-Artikolu 4(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea – l-awtoritajiet lokali għandhom id-diskrezzjoni li jiddeterminaw kif jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-akkwist tagħhom; ifakkar li huma jistgħu jagħżlu li jipprovdu l-oġġetti internament, jikkooperaw ma’ entitajiet pubbliċi oħra, jew jinvolvu ruħhom mas-suq permezz tal-proċeduri ta’ akkwist; jemmen li l-libertà u l-awtonomija tal-awtoritajiet pubbliċi għandhom jiġu salvagwardjati u rispettati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jiddispjaċih li l-kompetizzjoni fl-akkwist pubbliku naqset b’mod sinifikanti matul l-aħħar għaxar snin, kif indikat fir-Rapport Speċjali tal-QEA, u dan in-nuqqas irriżulta f’għadd akbar ta’ offerti b’offerta waħda jew l-ebda offerta; jiddispjaċih, barra minn hekk, li l-istess rapport sab li l-awtoritajiet kontraenti jimplimentaw l-akkwist strateġiku b’mod limitat ħafna u s-sehem tal-proċeduri li jużaw kriterji tal-għoti għajr il-prezz huwa limitat ħafna; jirrikonoxxi li l-użu tal-akkwist pubbliku strateġiku baqa’ limitat minħabba n-nuqqas ta’ ċertezza legali fl-interpretazzjoni tar-rekwiżit għal “rabta mas-suġġett tal-kuntratt” previst għall-awtoritajiet kontraenti u l-biża’ konsegwenti tagħhom ta’ litigazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jinnota li l-proċeduri ta’ akkwist saru dejjem aktar kumplessi u onerużi, u joħolqu ostakli amministrattivi bla bżonn li jiskoraġġixxu firxa varjata ta’ fornituri, inklużi fornituri transfruntiera, milli jipparteċipaw, kif ukoll jirrestrinġu l-kompetizzjoni u jwasslu għal dewmien fit-twettiq ta’ proġetti pubbliċi essenzjali; jenfasizza li dawn il-kwistjonijiet jaffettwaw ukoll lill-awtoritajiet kontraenti pubbliċi, b’mod partikolari l-gvernijiet lokali u reġjonali iżgħar; iwissi li r-Rapport Speċjali tal-QEA jindika li t-tul tal-proċeduri amministrattivi żdied mill-2021; josserva, barra minn hekk, li n-nuqqas ta’ infrastruttura diġitali interoperabbli għall-pjattaformi ta’ akkwist jibqa’ ta’ ostaklu għan-negozji, b’mod partikolari għall-SMEs, u dan jikkontribwixxi għall-ineffiċjenzi u jżid il-kostijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jinsab imħasseb li t-trasparenza u l-infurzar fl-akkwist għadha inadegwata, kif muri mir-rati kostantament baxxi ta’ pubblikazzjoni għall-għoti ta’ kuntratti, l-aċċessibbiltà limitata għad-data dwar l-akkwist u r-riskji kontinwi ta’ abbużi, frodi u korruzzjoni; ifakkar li l-favoritiżmu, il-kriterji tal-għażla mhux ċari jew preġudikati u l-mekkaniżmi insuffiċjenti ta’ sorveljanza għall-infurzar u sanzjonijiet jimminaw il-fiduċja fl-akkwist pubbliku u l-ekwità; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu stabbiliti obbligi għall-pubblikazzjoni u l-ġustifikazzjoni msaħħa għall-aġġudikazzjonijiet kollha fil-każ tal-proċess negozjat mingħajr sejħa minn qabel għall-kompetizzjoni, bl-għan li jiġi ggarantit livell minimu ta’ kompetizzjoni, traċċabbiltà u kontroll, biex jiġi evitat abbuż tal-eċċezzjonijiet legali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħmel użu minn għodod u pjattaformi diġitali avvanzati biex iżżid it-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont fil-proċessi tal-akkwist pubbliku u tiskoraġġixxi l-prattiki ta’ korruzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jinnota li, fil-preżent, l-awtoritajiet kontraenti pubbliċi diġà għandhom l-għażla li jikkunsidraw fatturi bħall-innovazzjoni, ir-reżiljenza, is-sostenibbiltà, u l-kunsiderazzjonijiet soċjali permezz ta’ għoti, speċifikazzjoni teknika jew klawżoli tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt, fuq bażi volontarja u skont id-deċiżjoni tagħhom, kif espliċitament permess mid-direttivi tal-2014; jinnota li f’ċerti każijiet il-kuntratti pubbliċi jkomplu jingħataw primarjament abbażi tal-kriterju tal-orħos prezz, anke minħabba taħriġ u riżorsi finanzjarji u umani insuffiċjenti, li jirrestrinġu lill-awtoritajiet kontraenti milli jikkunsidraw fatturi addizzjonali bħall-innovazzjoni u r-rapport kwalità/prezz, li jwassal għal eżiti fit-tul mhux ottimali li mhumiex allinjati mal-interessi taċ-ċittadini; jenfasizza li d-dipendenza fuq il-kriterju tal-aktar prezz baxx tillimita l-kapaċità tal-awtoritajiet kontraenti li jqisu l-kostijiet operazzjonali u li japplikaw l-kostijiet taċ-ċiklu tal-ħajja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jenfasizza li l-kumplessità, il-kriterji ta’ kwalifika eċċessiva u ż-żieda fil-piż burokratiku tal-proċessi ta’ akkwist jaffettwaw b’mod sproporzjonat lill-SMEs, lin-negozji lokali u lill-kuntratturi nazzjonali, jiskoraġġuhom milli jipparteċipaw u b’hekk inaqqsu d-diversità tal-offerti u jimminaw l-akkwist sostenibbli u innovattiv; josserva li l-SMEs ikomplu jiffaċċjaw diffikultajiet fl-akkwist pubbliku, minkejja l-istabbiliment ta’ mekkaniżmi nazzjonali u Ewropej, b’mod partikolari minħabba dewmien rikorrenti fil-ħlas f’xi Stati Membri, nuqqas ta’ ċarezza u aċċessibbiltà tal-avviżi ta’ sejħiet għal offerti nazzjonali u Ewropej, kif ukoll nuqqas ta’ trasparenza fil-proċeduri tal-għażla tal-kandidati, li joħloq perċezzjoni ta’ opaċità fil-proċess;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Ifakkar li r-Rapport ta’ Analiżi Strateġika tal-2023 dwar is-settur tal-kostruzzjoni mill-Awtorità Ewropea tax-Xogħol u r-rapport tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2018/957 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2018 li temenda d-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonar ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (COM(2024)0320) iddeterminaw li ktajjen ta’ sottokuntrattar twal u kumplessi jistgħu joħolqu bosta sfidi għall-awtoritajiet tal-infurzar tax-xogħol meta jintużaw biex jaħarbu mir-responsabbiltajiet legali u jistgħu jwasslu għal obbligu ta’ rendikont u diffikultà mhux ċari fl-iżgurar tal-konformità mal-kuntratti tal-akkwist pubbliku u l-obbligi tax-xogħol; jinnota, f’dan il-kuntest, li d-direttiva ma tipprovdix lill-awtoritajiet kontraenti biżżejjed għodod biex b’mod effettiv jindirizzaw in-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratti pubbliċi, u f’xi każijiet saħansitra tfixkel lill-awtoritajiet li jixtiequ jieħdu miżuri proattivi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Oqsma fejn hemm lok għal titjib</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jinnota li bħalissa hemm domanda qawwija għall-aġġornament tal-limiti tal-akkwist pubbliku fid-dawl taż-żieda sinifikanti fl-inflazzjoni u fil-kostijiet tal-kostruzzjoni fl-UE; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-possibbiltajiet għall-promozzjoni ta’ żieda fil-limiti fil-livell internazzjonali u tintroduċi mekkaniżmu li jqis ir-rati tal-inflazzjoni; jirrimarka li ż-żieda fil-limiti tagħti lill-awtoritajiet kontraenti indipendenza u possibbiltajiet akbar biex jagħtu kuntratti abbażi tal-ħtiġijiet lokali; jirrimarka li proċeduri kkumplikati żżejjed, li huma kkaratterizzati minn livell għoli ta’ kumplessità teknika u legali, flimkien ma’ rekwiżiti amministrattivi li xi drabi huma sproporzjonati għall-valur tal-kuntratt, jikkostitwixxu waħda mill-problemi ewlenin fis-settur tal-akkwist pubbliku u għalhekk l-isforzi tal-Kummissjoni għandhom imorru lil hinn mis-sempliċi negozjar tal-valuri ta’ limitu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jinnota li filwaqt li sitt proċeduri differenti ta’ akkwist differenti jipprevedu flessibbiltà, xi wħud minn dawn rarament jintużaw, bħal proċeduri għal sħubijiet ta’ innovazzjoni, minħabba l-kumplessità tagħhom u l-ostakli burokratiċi; jemmen li s-simplifikazzjoni u l-allinjament tal-obbligi ta’ rapportar tad-data għall-awtoritajiet kontraenti fil-livell nazzjonali u tal-UE, kif ukoll ir-rekwiżiti bażiċi tal-interoperabbiltà tad-data, għandhom il-potenzjal li jagħtu valur miżjud; iqis essenzjali li l-Kummissjoni u l-Istati Membri janalizzaw b’mod sistematiku d-data dwar l-akkwist b’mod komprensiv u strutturat sabiex jidentifikaw u jindirizzaw il-kawżi sottostanti tat-tnaqqis fil-kompetizzjoni u l-ineffiċjenzi fil-proċessi tal-akkwist;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Huwa favur distinzjoni aktar ċara bejn l-awtoritajiet kontraenti u l-intrapriżi pubbliċi; jissottolinja li l-libertà u l-awtonomija tal-awtoritajiet pubbliċi jridu jiġu salvagwardjati u rispettati dejjem; jenfasizza li r-riforma tal-2014 tirrikonoxxi b’mod espliċitu d-dritt tal-awtoritajiet pubbliċi li jipprovdu u jorganizzaw is-servizzi tagħhom b’mod indipendenti permezz tal-istituzzjonijiet, in-negozji jew l-intrapriżi pubbliċi tagħhom stess; jisħaq li l-provvista diretta ta’ servizzi mill-awtoritajiet pubbliċi jew lokali, il-provvista interna tas-servizzi u l-kooperazzjoni pubblika-pubblika huma u għandhom jibqgħu għażliet disponibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jisħaq li r-regoli dwar l-akkwist pubbliku għall-Impriżi Pubbliċi għandhom ikunu allinjati aħjar mal-prattiki kummerċjali u jiżguraw l-akbar flessibbiltà possibbli biex jiġu pprevenuti restrizzjonijiet bla bżonn, inflazzjoni tal-kostijiet, u dewmien f’setturi kritiċi, bħall-enerġija u l-utilitajiet; jemmen li l-Kummissjoni għandha tanalizza din il-kwistjoni fil-valutazzjoni tal-impatt li jmiss;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Ifakkar bi tħassib li għadd sinifikanti ta’ operaturi ekonomiċi esperjenzaw esklużjoni mill-proċeduri ta’ akkwist pubbliku minħabba irregolaritajiet formali żgħar fl-offerti tagħhom, mingħajr ma ngħataw l-opportunità li jirrimedjaw tali difetti, kemm jekk fi proċeduri miftuħa kif ukoll negozjati; jissottolinja li din il-prattika hija ta’ detriment kemm għall-operaturi ekonomiċi, li setgħu investew ħin u riżorsi konsiderevoli fit-tħejjija tal-offerti tagħhom, kif ukoll għall-awtoritajiet kontraenti, li jistgħu jkunu mġiegħla potenzjalment jeskludu l-kriterji tal-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża (MEAT) minħabba raġunijiet purament formali; jisħaq li tali formaliżmu riġidu jimmina l-effikaċja, l-effiċjenza u l-kompetittività tal-proċeduri tal-akkwist pubbliku; jappella għalhekk li jiġi stabbilit prinċipju ġenerali li jippermetti r-regolarizzazzjoni jew il-kjarifika ta’ irregolaritajiet żgħar, mingħajr il-ħtieġa li tiġi kkanċellata l-offerta, dment li dan ma jinvolvix modifika sostanzjali tal-offerta, u jinsisti li dan il-prinċipju għandu jkun ir-regola aktar milli l-eċċezzjoni; jenfasizza l-importanza li tiġi introdotta aktar flessibbiltà fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku filwaqt li tiġi żgurata ċ-ċertezza legali għall-awtoritajiet kontraenti, inkluż għall-awtoritajiet kontraenti żgħar u ta’ daqs medju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jippromwovi kompetizzjoni ġusta fost l-offerenti billi jiġi żgurat li l-kriterji ta’ akkwist ikunu mfassla b’tali mod li jqisu parteċipanti ġodda, negozji ġodda, SMEs u negozji innovattivi, filwaqt li jrawmu d-diversità tas-suq u l-prezzijiet kompetittivi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">It-trasformazzjoni diġitali tal-akkwist pubbliku Ewropew</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jemmen bis-sħiħ li d-diġitalizzazzjoni għandha tibqa’ element ewlieni fit-tnaqqis tal-kostijiet u fis-simplifikazzjoni tal-akkwist pubbliku għall-entitajiet kontraenti u offerenti, speċjalment entitajiet żgħar ħafna u SMEs; jissuġġerixxi, madankollu, li biex jiġi sfruttat bis-sħiħ il-potenzjal tal-għodod diġitali, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jeħtiġilhom jikkunsidraw mill-ġdid kif il-leġiżlazzjoni futura dwar l-akkwist għandha, b’mod sikur, tiffaċilita u tiżgura d-diġitalizzazzjoni, pjuttost milli sempliċiment tiddiġitalizza l-proċessi analogi twal attwali; jissottolinja l-importanza li l-pjattaformi tal-akkwist pubbliku jkunu akkumpanjati minn linji gwida u struzzjonijiet aġġornati, ċari u speċifiċi biex jiġi żgurat li l-utenti kollha, irrispettivament mill-esperjenza tagħhom, ikunu jistgħu jinnavigaw u jutilizzaw b’mod effettiv dawn il-pjattaformi; jenfasizza l-ħtieġa ta’ aktar appoġġ u taħriġ għall-awtoritajiet kontraenti dwar l-użu ta’ għodod diġitali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jitlob lill-Kummissjoni tadotta approċċ “diġitali l-ewwel” fir-reviżjoni tal-qafas legali tal-UE dwar l-akkwist pubbliku; jirrakkomanda li ssir enfasi partikolari fuq l-awtomatizzazzjoni u l-iżgurar tal-interoperabbiltà ta’ ċerti proċessi, pereżempju billi nimxu minn sistema skaduta bbażata fuq in-notifiki għal sistema bbażata fuq it-tranżazzjonijiet, filwaqt li jitnaqqas l-għadd ta’ formoli elettroniċi u d-dokument uniku Ewropew tal-akkwist u l-eCertis jiġu integrati f’sistemi amministrattivi u kummerċjali usa’; iqis li din it-tranżizzjoni se ssaħħaħ il-possibbiltà ta’ skrutinju pubbliku fil-proċess tal-akkwist, speċjalment meta jitqies il-potenzjal offrut minn teknoloġiji rivoluzzjonarji bħall-intelliġenza artifiċjali; jemmen li din it-tranżizzjoni għal sistemi awtomatizzati bbażati fuq it-tranżazzjonijiet ittejjeb il-ġbir tad-data f’ħin reali, tissimplifika l-proċessi tal-akkwist u tagħti lok għal użu aħjar tad-data, u dan huwa ta’ benefiċċju b’mod partikolari għall-SMEs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jisħaq li l-istabbiliment ta’ arkitettura pan-UE tad-data dwar l-akkwist bi ġbir ta’ data affidabbli u strutturat huwa kruċjali biex tiġi xprunata intelligence aħjar u tittejjeb il-prestazzjoni tal-akkwist madwar l-Istati Membri; jisħaq, barra minn hekk, fuq l-importanza li tiġi promossa l-interoperabbiltà bejn il-bażijiet tad-data pubbliċi sabiex jitħaffu l-verifiki dwar l-akkuratezza tar-rekwiżiti mill-operaturi u jiġi evitat li tintalab informazzjoni li tkun diġà disponibbli f’diversi bażijiet tad-data pubbliċi; jilqa’, f’dan il-kuntest, l-inizjattiva tal-Kummissjoni favur spazju Ewropew tad-data dwar l-akkwist pubbliku (PPDS); iqis li din l-inizjattiva għandha l-potenzjal li ttejjeb it-trasparenza u tappoġġja l-prevenzjoni tal-użu ħażin tal-fondi, tal-frodi u tal-korruzzjoni, kif ukoll li toħloq aktar opportunitajiet ta’ akkwist għall-SMEs u tiżgura li l-infiq pubbliku jikseb valur aħjar billi tgħaqqad flimkien settijiet ta’ data dwar l-akkwist Ewropej u nazzjonali; jitlob li l-Kummissjoni tesplora għażliet biex jiġi introdott passaport diġitali tal-akkwist pubbliku, b’attenzjoni speċjali mogħtija lill-SMEs, bħala għodda biex tiġi promossa l-parteċipazzjoni tal-SMEs fl-akkwist pubbliku; jissottolinja l-ħtieġa li għodod attwali bħall-eForms, l-eTender, l-eCertis u l-PPDS jintużaw b’mod aktar effettiv sabiex nimxu minn proċessi analoġiċi għal sistemi kompletament diġitali, ħalli d-deċiżjonijiet dwar l-akkwist jittieħdu b’mod aktar intelliġenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jinnota li l-introduzzjoni tad-Dokument Uniku Ewropew tal-Akkwist (DUEA) ma laħqitx bis-sħiħ l-objettiv tagħha li tissimplifika u tiffaċilita l-parteċipazzjoni tal-kumpaniji fl-akkwist pubbliku, minħabba l-persistenza ta’ diffikultajiet operattivi li jkomplu jikkumplikaw l-aċċess tal-kumpaniji – b’mod partikolari l-entitajiet żgħar ħafna u l-SMEs – għall-proċeduri ta’ akkwist; jistieden lill-Kummissjoni tissimplifika u tiċċara d-dokumentazzjoni standard tal-akkwist, inkluż id-DUEA; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jesploraw kif is-sistemi tal-akkwist jistgħu jikkollaboraw ma’ sistemi amministrattivi u bażijiet tad-data oħra li jiffunzjonaw tajjeb fil-livell nazzjonali u f’dak tal-UE biex jittejjeb is-suq intern tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw l-infurzar ta’ standards uniformi taċ-ċibersigurtà allinjati mal-Att dwar ir-Reżiljenza Ċibernetika<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2024/2847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2024 dwar ir-rekwiżiti orizzontali taċ-ċibersigurtà għall-prodotti b’elementi diġitali u, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 168/2013 u (UE) 2019/1020 u d-Direttiva (UE) 2020/1828 (Att dwar ir-Reżiljenza Ċibernetika) (ĠU L, 2024/2847, 20.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2847/oj).</FIELD></FOOTNOTE> u mad-Direttiva NIS 2<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà madwar l-Unjoni kollha, li temenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 u d-Direttiva (UE) 2018/1972, u li tħassar id-Direttiva (UE) 2016/1148 (ĠU L 333, 27.12.2022, p. 80, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2022/2555/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, meta dan ikun applikabbli, fil-leġiżlazzjoni rilevanti kollha tal-UE dwar l-akkwist pubbliku, u jiżguraw ukoll li jkun hemm konformità mar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data fl-istadji kollha tal-proċess tal-akkwist;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jitlob l-armonizzazzjoni tal-proċessi elettroniċi ta’ identifikazzjoni u awtentikazzjoni madwar l-Istati Membri biex jiġi żgurat akkwist pubbliku diġitali sigur, effiċjenti u fdat fl-UE kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jinsab konvint li l-Kummissjoni, fi djalogu mal-partijiet ikkonċernati u mas-sħab soċjali, għandha tivvaluta liema proċeduri jipprovdu ftit valur miżjud meta mqabbla mal-kostijiet, mal-piż amministrattiv jew mal-kontribut tagħhom għall-kwalità u mbagħad itejjibhom, tawtomatizzahom jew teliminahom kompletament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jiġbed l-attenzjoni għall-adozzjoni b’suċċess tal-mudell tal-akkwist tal-GovTech f’pajjiżi bħall-Polonja, il-Litwanja u d-Danimarka, kif ukoll għar-rikonoxximent mill-Kummissjoni tal-mudell bħala għodda ewlenija biex jintlaħqu l-għanijiet deskritti fil-Kumpass Diġitali tal-UE 2030; jemmen li jekk nibnu fuq l-esperjenzi nazzjonali ta’ suċċess u nrawmu l-iżvilupp ta’ suq Ewropew tal-GovTech inkunu qed nagħtu opportunità lis-settur ppubbliku biex jaċċessa malajr u b’mod effiċjenti soluzzjonijiet diġitali mfassla apposta, filwaqt li tiġi appoġġjata wkoll riforma tal-akkwist pubbliku orjentata lejn id-diġitalizzazzjoni; jissottolinja li l-użu tal-GovTech fl-akkwist prekummerċjali s’issa ppermetta lil muniċipalitajiet b’anqas riżorsi finanzjarji jiffurmaw konsorzji b’ħafna sħab, mudell li jista’ jiġi implimentat fuq livell akbar għal proġetti nazzjonali akbar; jinnota, madankollu, l-eżistenza ta’ ċerti sfidi li jimminaw l-użu effettiv tal-GovTech u jemmen li dan għandu jiġi indirizzat fil-futur;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Rakkomandazzjonijiet speċifiċi għat-titjib tal-akkwist pubbliku Ewropew</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jitlob reviżjoni tal-qafas tal-akkwist pubbliku tal-UE biex tingħata spinta lill-kompetittività Ewropea, tiġi promossa ekonomija aktar sostenibbli, tinbena r-reżiljenza, tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, filwaqt li jiġu diġitalizzati l-proċeduri, jitnaqqsu u jiġu ssimplifikati r-regoli kemm għall-awtoritajiet kontraenti kif ukoll għall-offerenti, u tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista għal ċerti teknoloġiji, prodotti u servizzi vitali, jiġu promossi impjiegi ta’ kwalità u jiġu pprovduti servizzi għaċ-ċittadini, inkluż billi jiġu rispettati l-ftehimiet ta’ negozjar kollettiv f’konformità mal-liġijiet u l-prattiki nazzjonali; jisħaq li l-Kummissjoni għandha tipproponi armonizzazzjoni fejn tista’ tagħti possibbilment l-akbar valur miżjud, bħall-għodod tal-akkwist diġitali u l-istandardizzazzjoni tal-proċeduri tal-offerti u l-istrutturi għall-akkwist konġunt kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak transfruntier; iħeġġeġ, f’dan ir-rigward, l-użu ta’ għodod ta’ akkwist diġitali biex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni transfruntiera u jitlob il-promozzjoni tal-akkwist pubbliku transfruntier fis-suq uniku, b’mod partikolari fir-reġjuni tal-fruntiera; jenfasizza li l-objettiv ma għandux ikun sempliċement l-armonizzazzjoni, iżda pjuttost għandu jkun li jissaħħu l-prevedibbiltà, l-effiċjenza, u ċ-ċertezza legali, kif ukoll li jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi eċċessivi fuq l-awtoritajiet kontraenti u l-offerenti, filwaqt li jiżdiedu l-flessibbiltà, il-libertà tal-għażla u l-awtonomija għall-awtoritajiet kontraenti, biex jiġi żgurat l-użu prudenti tal-flus tal-kontribwenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li jitħarrġu l-awtoritajiet kontraenti, inkluż billi jingħataw spjegazzjoni tar-regoli u kjarifika adegwata tal-użu ta’ kriterji mhux marbuta mal-prezz, inkluża l-bażi legali għall-kriterji MEAT, u l-ħtieġa li tiġi żgurata l-applikazzjoni tal-Artikolu 18(2) tad-Direttiva 2014/24/UE biex tiġi offruta ċertezza legali lill-awtoritajiet kontraenti ħalli jħossuhom aktar kunfidenti li jużawhom, filwaqt li jinżammu għażliet adegwati ta’ sorveljanza u aċċess għad-data; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli ssaħħaħ il-professjonalizzazzjoni u t-taħriġ tal-uffiċjali tal-akkwist u jissuġġerixxi li l-Kummissjoni żżid il-finanzjament għat-taħriġ ulterjuri tal-awtoritajiet kontraenti biex jimplimentaw b’mod effettiv il-qafas tal-akkwist pubbliku tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jinnota li jekk il-kuntratti pubbliċi jingħataw abbażi biss tal-orħos prezz, dan jaf jinkoraġġixxi kompetizzjoni inġusta u jkun a skapitu tal-kwalità, tas-sostenibbiltà u tal-istandards soċjali; jinsisti li għandhom jingħataw aktar kuntratti, speċjalment għal servizzi intellettwali, abbażi tal-aħjar rapport kwalità/prezz, permezz tal-użu tal-kriterji MEAT, u dan ifisser li l-offerti għandhom jiġu evalwati mhux biss abbażi tal-prezz iżda wkoll abbażi ta’ fatturi bħall-kwalità, l-impatt reġjonali jew il-kontinwità tal-provvista ta’ servizzi kumplessi u essenzjali; iżid jgħid li l-kunsiderazzjonijiet mhux marbuta mal-prezz għandhom jingħataw piż sostanzjali fil-klassifikazzjoni ġenerali u fid-deċiżjoni finali dwar l-għoti tal-kuntratti, speċjalment għas-servizzi ta’ inġinerija, li huma essenzjali biex jiġu żgurati proġetti ta’ kwalità għolja u profittabbli fit-tul, filwaqt li tiġi protetta l-innovazzjoni u tiġi skoraġġuta s-sottomissjoni ta’ offerti anormalment baxxi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jirrakkomanda li għandhom jitressqu azzjonijiet konkreti mill-Kummissjoni biex tiġi miġġielda l-korruzzjoni u tiżdied it-trasparenza fl-użu ta’ proċeduri nnegozjati mingħajr pubblikazzjoni minn qabel, b’mod partikolari permezz tat-tisħiħ tal-avviż volontarju ta’ trasparenza <STRING ITALIC="on">ex ante</STRING>; jitlob li dawn l-avviżi jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fuq is-sit web jew pjattaforma pubblika oħra tal-awtorità kontraenti rilevanti, skont il-valur tal-akkwist; jisħaq li dawn l-avviżi jridu jinkludu ġustifikazzjoni għall-użu tal-proċedura nnegozjata, li tiddeskrivi r-raġunijiet speċifiċi għad-devjazzjoni mill-metodi standard ta’ akkwist, mingħajr ma jitqiegħed piż amministrattiv żejjed fuq l-awtoritajiet kontraenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jitlob reviżjoni tal-kriterji ta’ esklużjoni fil-proċessi tal-akkwist, li tippermettilhom jindirizzaw aħjar ir-riskji settorjali speċifiċi relatati mal-frodi, mal-korruzzjoni u mal-infiltrazzjoni kriminali; jisħaq li setturi differenti jirrikjedu kriterji ta’ esklużjoni separati mfassla apposta, li jirriflettu l-vulnerabbiltajiet speċifiċi tagħhom; jemmen bis-sħiħ li l-awtoritajiet kontraenti għandhom jingħataw is-setgħa biex jadattaw il-proċeduri ta’ akkwist ħalli jiġġieldu u jindirizzaw l-attivitajiet kriminali; jenfasizza li, sabiex jiġu promossi simplifikazzjoni u effiċjenza akbar, id-dispożizzjonijiet relatati mar-raġunijiet għall-esklużjoni għandhom jiġu ssimplifikati permezz ta’ lista eżawrjenti u distinzjoni ċara bejn raġunijiet obbligatorji għall-esklużjoni, maħsuba biex jipproteġu l-interess pubbliku, u raġunijiet fakultattivi għall-esklużjoni, maħsuba biex jipproteġu l-interessi tal-entitajiet jew tal-awtoritajiet kontraenti; iżid jgħid li kwalunkwe operatur ekonomiku li jikser l-obbligi tiegħu fl-ambitu tal-liġijiet tax-xogħol u dawk ambjentali applikabbli skont l-Artikolu 18(2) tad-Direttiva 2014/24/UE għandu effettivament jiġi eskluż mill-proċess tal-akkwist pubbliku inkwistjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Iħeġġeġ kooperazzjoni transfruntiera akbar fl-akkwist pubbliku, meta din toffri benefiċċji ċari, bħal fi proġetti fuq skala kbira, sabiex jissaħħu l-effiċjenza u l-koeżjoni fi ħdan is-suq intern tal-UE; jappoġġja l-infrastruttura diġitali interoperabbli li tippermetti li d-data dwar l-akkwist u l-proċeduri ta’ akkwist jiġu kondiviżi bla xkiel fost l-Istati Membri, peress li dan inaqqas l-ostakli u jsaħħaħ il-koeżjoni tas-suq, u jkun ta’ benefiċċju għall-fornituri ta’ kull daqs madwar l-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jitlob li jsir użu sħiħ mill-flessibbiltà kollha pprovduta skont il-GPA fil-liġi tal-UE dwar l-akkwist pubbliku, tal-anqas għall-ikkuntrattar subċentrali, bl-għan li tinkiseb simplifikazzjoni sostantiva tal-proċeduri ta’ akkwist; jenfasizza li l-GPA jippermetti flessibbiltà ħafna akbar u għażliet proċedurali aktar issimplifikati fir-rigward tal-għażla u tat-tfassil tal-proċessi tal-akkwist; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-possibbiltà li tippermetti lill-awtoritajiet kontraenti ż-żgħar jużaw proċeduri simplifikati, bl-użu tal-flessibbiltà prevista fid-Direttiva 2014/25/UE u fid-Direttiva 2014/23/UE, sabiex jiġu indirizzati r-riżorsi u l-għarfien espert limitati tagħhom u jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi bla bżonn, u b’hekk ikunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom b’mod aktar effiċjenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jenfasizza li diversi regoli fil-qasam tal-akkwist pubbliku speċifiċi għas-settur huma frammentati u jistgħu jkunu diffiċli biex jiġu implimentati kemm għan-negozji kif ukoll għall-gvernijiet lokali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tirrieżamina u tivvaluta r-regoli fil-qasam tal-akkwist speċifiċi għas-settur u tissimplifikahom biex tnaqqas il-piżijiet mhux meħtieġa fuq l-awtoritajiet kontraenti filwaqt li tiżgura t-trasparenza, l-effiċjenza, iċ-ċertezza legali u l-flessibbiltà; jitlob li l-leġiżlazzjoni settorjali tibqa’ armonizzata mal-oqfsa ġenerali tal-akkwist u tibqa’ ristretta għal speċifikazzjonijiet tekniċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jitlob l-istabbiliment ta’ linji gwida uniformi mhux vinkolanti, mekkaniżmi standardizzati ta’ monitoraġġ u rappurtar, garanziji proċedurali, korpi ta’ sorveljanza indipendenti li jkollhom biżżejjed setgħat u għodod effettivi ta’ infurzar u konformità biex jiġu promossi ċ-ċertezza legali, il-kompetizzjoni ġusta, u l-konsistenza fl-akkwist pubbliku fl-UE, mingħajr ma tiġi ristretta d-diskrezzjoni tal-awtoritajiet kontraenti; jenfasizza l-ħtieġa ta’ appoġġ għall-awtoritajiet kontraenti, speċjalment dawk b’riżorsi amministrattivi u ekonomiċi limitati fl-infurzar, u li jiġi żgurat li l-kuntratturi jikkonformaw mal-obbligi kuntrattwali miftiehma; jenfasizza l-importanza tal-prinċipju tal-proporzjonalità, jiġifieri li d-deċiżjonijiet tal-awtorità kontraenti, kif ukoll ir-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet stabbiliti f’offerta, iridu jkunu allinjati man-natura u l-ambitu tal-kuntratt li jkun qed jiġi akkwistat; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiċċara dan il-kunċett biex tinċentiva l-użu ta’ kriterji oħra għajr dawk marbuta mal-prezz biss;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jinnota li l-integrazzjoni akbar tas-suq tal-akkwist pubbliku hija kruċjali biex jintlaħqu l-għanijiet strateġiċi tal-UE, sakemm dan jirrispetta bis-sħiħ il-kompetenza tal-Istati Membri li jiddefinixxu l-prijoritajiet strateġiċi tagħhom stess; jissottolinja li kwalunkwe sforz biex jiġu standardizzati l-proċeduri ta’ akkwist irid ikun iggwidat mill-prinċipju tas-sussidjarjetà u jippreserva l-flessibbiltà nazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jisħaq li l-isforzi tal-SMEs biex jesploraw swieq ta’ Stati Membri oħra għandhom jiġu appoġġjati; jitlob il-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki madwar l-UE u s-simplifikazzjoni tal-proċeduri ta’ akkwist transfruntier; jistieden lill-Istati Membri jħeġġu l-parteċipazzjoni tan-negozji fl-akkwist pubbliku transfruntier billi joqogħdu lura milli jużaw kriterji lingwistiċi biex jirrifjutaw offerti fil-proċeduri tal-offerti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tissimplifika kemm jista’ jkun il-proċessi amministrattivi biex ittaffi l-piżijiet, tirfina l-kriterji tal-għażla għal akkwist effettiv u tagħti spinta lill-kapaċitajiet amministrattivi; jemmen li kriterji standardizzati jagħtu lok għal kuntratti aktar aċċessibbli u attraenti għall-SMEs, u dan huwa essenzjali biex titrawwem parteċipazzjoni usa’ u tiġi xprunata l-innovazzjoni fis-settur; jirrakkomanda bil-qawwa, għalhekk, il-ħruġ ta’ kriterji standardizzati fil-forma ta’ linji gwida mhux vinkolanti tal-Kummissjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jirrakkomanda l-introduzzjoni ta’ mekkaniżmi msaħħa għat-trasparenza u għas-sorveljanza fl-akkwist pubbliku billi jiġu integrati l-analitika tad-data u t-teknoloġiji tal-IA fil-proċess tal-akkwist biex jiġu identifikati l-korruzzjoni, ir-riskji għas-sigurtà nazzjonali, il-frodi, l-irregolaritajiet u n-nonkonformità potenzjali f’ħin reali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, f’dan il-kuntest, tappoġġja l-iżvilupp ta’ pjattaforma tal-analitika tar-riskju mmexxija mid-data konnessa mar-reġistri tal-fornituri u mal-bażijiet tad-data ta’ esklużjoni kemm tal-UE kif ukoll dawk nazzjonali fi ħdan il-PPDS, inkluża l-integrazzjoni tad-data dwar l-akkwist, il-kumpaniji u s-sanzjonijiet biex jingħata lok għall-identifikazzjoni proattiva tal-frodi u għall-monitoraġġ tal-integrità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Iqis li l-introduzzjoni ta’ mekkaniżmu madwar l-UE li jiżgura l-kondiviżjoni transfruntiera tal-informazzjoni għall-awtoritajiet kontraenti dwar l-operaturi ekonomiċi li jkunu ġew esklużi mis-swieq tal-akkwist u d-durata tal-esklużjoni tagħhom, f’konformità mal-Artikolu 57 tad-Direttiva 2014/24/UE, tiffaċilita l-infurzar, tissimplifika l-proċeduri, tissalvagwardja l-fondi pubbliċi, tissalvagwardja kundizzjonijiet ekwi fis-suq intern u ssaħħaħ is-sigurtà u l-integrità tal-infrastruttura u s-servizzi pubbliċi kritiċi; jinnota li l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni transfruntiera rigward negozjant partikolari li jkun qed jiġi eskluż fi Stat Membru wieħed mhijiex prerekwiżit għall-esklużjoni ta’ dak in-negozjant fi Stat Membru ieħor;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tistudja l-fattibbiltà ta’ reġistru fl-UE kollha tad-dikjarazzjonijiet ta’ interess fil-qasam tal-akkwist pubbliku, filwaqt li jiġi meqjus il-valur tal-kuntratti, u tiġi permessa l-identifikazzjoni tar-rabtiet personali jew professjonali bejn l-awtoritajiet kontraenti u l-offerenti magħżula, sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet ta’ kunflitt ta’ interess li jistgħu jaffettwaw l-integrità tal-proċess u tiġi żgurata l-eżistenza ta’ mekkaniżmi robusti għall-iżvelar ta’ informazzjoni protetta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Iqis li huma meħtieġa simplifikazzjoni u standardizzazzjoni ulterjuri tal-prattiki ta’ akkwist pubbliku; jappoġġja l-introduzzjoni, meta dan ikun xieraq, ta’ mudelli standard ta’ taqsimiet ta’ kuntratti fl-Istati Membri kollha sabiex tinħoloq uniformità akbar fil-proċeduri tal-offerti, jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi u tiġi żgurata ċ-ċarezza legali għall-awtoritajiet kontraenti u għall-operaturi ekonomiċi, filwaqt li tinżamm il-flessibbiltà għal soluzzjonijiet immexxija mis-suq; jinnota, barra minn hekk, li l-introduzzjoni ta’ mudelli standard ta’ taqsimiet ta’ kuntratti fl-Istati Membri kollha tiffaċilita wkoll l-integrazzjoni tad-data dwar il-kuntratti fil-pjattaformi diġitali, u dan jagħti lok għal traċċar u tqabbil aktar faċli; iqis li tali standardizzazzjoni tikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-effiċjenza amministrattiva u għat-tnaqqis tal-kostijiet tat-tranżazzjonijiet, peress li tippermetti lill-awtoritajiet kontraenti jissimplifikaw it-tħejjija tad-dokumenti tal-offerti u tippermetti lill-operaturi ekonomiċi jerġgħu jużaw elementi minn sejħiet għall-offerti preċedenti, b’mod partikolari meta jkunu qed jipparteċipaw f’aktar minn proċedura ta’ akkwist waħda; jindika l-użu ta’ mudelli standard, li għandhom jippermettu dokumenti tal-offerti iqsar u aktar konsistenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jilqa’ l-prijorità mogħtija mill-Kummissjoni biex jitnaqqas il-piż fuq in-negozji tar-rekwiżiti ta’ rapportar meħtieġa mil-liġi b’25 % u 35 % għall-SMEs; jitlob li din il-prijorità tiġi implimentata fis-setturi kollha u jitlob li r-rieżami li jmiss tal-akkwist pubbliku jiġi vvalutat fuq din il-bażi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet kontraenti jagħmlu użu sħiħ mill-għodod disponibbli, bħas-sett ta’ għodod tal-UE għad-difiża tal-kummerċ, biex jipprevjenu l-kompetizzjoni inġusta minn pajjiżi mhux tal-UE li jiddiskriminaw kontra l-parteċipazzjoni tal-pajjiżi tal-UE fil-proċessi tal-akkwist pubbliku tagħhom, u japplikaw prinċipju strett ta’ reċiproċità bl-użu effettiv tal-Istrument tal-UE għal Akkwist Internazzjonali, speċjalment fir-rigward tal-aċċess għal setturi strateġiċi tas-suq tal-akkwist pubbliku tal-UE; ifakkar li l-UE tista’ tirrestrinġi l-aċċess għas-swieq tal-akkwist pubbliku tagħha b’reazzjoni għall-ksur tar-regoli kummerċjali internazzjonali, inklużi ż-żidiet fid-dazji doganali li jkunu inkompatibbli mar-regoli tad-WTO; jitlob, barra minn hekk, azzjoni deċiżiva permezz tar-Regolament dwar is-Sussidji Barranin<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2022/2560 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar sussidji barranin li joħolqu distorsjoni fis-suq intern (ĠU L 330, 23.12.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2560/oj).</FIELD></FOOTNOTE>; jenfasizza, barra minn hekk, il-possibbiltajiet offruti bir-Regolament (UE) 2023/2675<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2023/2675 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Novembru 2023 dwar il-protezzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha mill-koerċizzjoni ekonomika minn pajjiżi terzi (ĠU L, 2023/2675, 7.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2675/oj).</FIELD></FOOTNOTE> dwar il-protezzjoni tal-UE u tal-Istati Membri tagħha mill-koerċizzjoni ekonomika minn pajjiżi terzi; jisħaq li l-proċeduri segwiti qabel l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ riekwilibriju jimxu bil-mod wisq; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jagħtu lok għal proċeduri li jippermettu reazzjoni aktar rapida; ifakkar li l-pajjiżi mhux tal-UE li mhumiex parti mill-GPA jew li ma kkonkludewx ftehimiet internazzjonali mal-UE biex jiggarantixxu aċċess ugwali u reċiproku għall-akkwist pubbliku ma jistgħux jitolbu trattament ugwali fil-qasam tal-akkwist pubbliku, kif iċċarat mill-ġurisprudenza tal-QĠUE (Kawża C-652/22);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Ifakkar li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Konvenzjoni tal-ILO Nru 94 dwar il-Klawżoli tax-Xogħol għandhom jiġu rispettati, u jqis li l-pajjiżi li ma jikkonformawx magħhom m’għandhomx ikunu jistgħu jaċċessaw il-proċessi tal-akkwist pubbliku tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jinnota li proporzjon sinifikanti tal-kuntratti fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri jingħataw abbażi tal-offerta bl-orħos prezz; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-kumpaniji mhux tal-UE ma jiksbux vantaġġ inġust fil-proċeduri ta’ akkwist permezz ta’ sussidji diretti jew indiretti mill-Istat, u b’hekk ifixklu l-kompetizzjoni ġusta fis-suq intern; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu azzjoni deċiżiva kontra l-entitajiet mhux tal-UE li jisfruttaw tali sussidji biex iwaqqgħu l-prezzijiet jew jiddominaw l-offerti b’mod inkonsistenti mar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE; jirrakkomanda li jiġu stabbiliti regoli ċari u trasparenti għall-esklużjoni ta’ entitajiet mhux tal-UE, kif ukoll kumpaniji bbażati fl-UE li s-sottokuntratturi mhux tal-UE tagħhom ikunu kisru ripetutament il-liġi tal-UE; Jitlob ukoll konverġenza fost l-Istati Membri dwar ir-regoli li jirregolaw il-parteċipazzjoni ta’ offerenti mhux tal-UE f’offerti pubbliċi, b’mod partikolari fil-każ ta’ proġetti ffinanzjati b’fondi Ewropej;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jissottolinja li offerti anormalment baxxi, speċjalment minn offerenti mhux tal-UE, jistgħu jikkompromettu l-eżekuzzjoni effettiva tal-kuntratti pubbliċi, jipperikolaw l-istandards tal-kwalità, u joħolqu riskji għas-sigurtà nazzjonali, b’mod partikolari fil-kuntest tal-infrastruttura kritika; jitlob miżuri aktar b’saħħithom biex jiġu identifikati u indirizzati tali offerti, inkluż permezz ta’ valutazzjonijiet indipendenti tal-kostijiet u obbligi ċari għall-awtoritajiet kontraenti biex jirrifjutaw l-offerti meta l-ġustifikazzjoni għall-prezz baxx b’mod mhux tas-soltu tkun insuffiċjenti jew ma tkunx konvinċenti; jistieden, f’dan il-kuntest, lill-Kummissjoni tressaq metodoloġija ċara u armonizzata għall-valutazzjoni tal-kunċett ta’ “prezz anormalment baxx”, sabiex tipprovdi lill-awtoritajiet kontraenti aktar ċertezza legali u gwida prattika meta jevalwaw l-offerti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi b’mod ċar li l-offerenti minn pajjiżi mhux tal-UE mhumiex eliġibbli biex jipparteċipaw fi proċeduri ta’ akkwist pubbliku mwettqa fl-UE jekk il-pajjiż ta’ oriġini tagħhom ma jagħtix, abbażi ta’ ftehim plurilaterali jew bilaterali dwar l-akkwist pubbliku ffirmat mal-UE, aċċess reċiproku għas-suq għall-offerenti tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jitlob l-applikazzjoni kontinwa tad-derogi għar-reġjuni ultraperiferiċi minħabba l-isfidi speċifiċi li jiffaċċjaw dawn it-territorji; jirrikonoxxi, barra minn hekk, iċ-ċirkostanzi uniċi tal-komunitajiet li jirrisjedu fir-reġjuni tal-fruntiera tal-UE li jinvolvu ruħhom fi skambju ekonomiku u soċjali transfruntier regolari ma’ pajjiżi ġirien mhux tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Ifittex li jiżgura li l-akkwist pubbliku jinkorpora mekkaniżmi li jappoġġjaw ir-reżiljenza ekonomika reġjonali, il-ħolqien ta’ impjiegi lokali ta’ kwalità u s-sostenibbiltà tal-ekonomiji lokali, filwaqt li jikkontribwixxi għal distribuzzjoni aktar ibbilanċjata tal-attività ekonomika bejn iż-żoni urbani u dawk mhux urbani; jissottolinja, f’dan il-kuntest, ir-rwol tal-produtturi agrikoli u tal-ktajjen tal-provvista tagħhom, kif ukoll ir-rwol fundamentali tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta r-rakkomandazzjoni li tinsab fir-rapport Draghi biex l-awtoritajiet kontraenti tingħatalhom il-fakultà li jistabbilixxu kwota minima espliċita għal oġġetti magħżula prodotti lokalment fl-akkwist pubbliku meta dan ikun xieraq u fattibbli; jenfasizza li l-prattiki tal-akkwist pubbliku għandhom irawmu t-tkabbir ekonomiku mingħajr ma jiffavorixxu indebitament setturi jew reġjuni speċifiċi, filwaqt li jirrikonoxxi l-importanza tat-tisħiħ tal-kapaċità tal-awtoritajiet kontraenti li jagħtu piż akbar lill-kriterji soċjali u ta’ sostenibbiltà, inklużi kunsiderazzjonijiet ambjentali u relatati mal-klima, meta jqisu li dan ikun xieraq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jirrikonoxxi l-karatteristiċi speċifiċi u r-rwol strateġiku tal-akkwist pubbliku fit-tisħiħ tas-sigurtà u r-reżiljenza tal-ikel tal-UE, u jirrikonoxxi l-ħtieġa li jsir użu aħjar mill-kriterji relatati mas-sostenibbiltà u mal-klima, li jiġu appoġġjati l-bdiewa tal-UE, u li jiġu promossi drawwiet tal-ikel aktar tajbin għas-saħħa kif ukoll politiki dwar l-ikel sostenibbli u tajjeb għas-saħħa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jappoġġja aktar flessibbiltà fis-sħubijiet pubbliċi-pubbliċi, li tippermetti lill-awtoritajiet pubbliċi jaħdmu flimkien b’mod aktar effettiv biex itejbu l-għoti tas-servizzi u jnaqqsu l-kostijiet; jistieden lill-Istati Membri jqisu l-iżvilupp ta’ sħubija pubblika-privata u djalogu fl-akkwist pubbliku sabiex itejbu l-effiċjenza tal-proċessi u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi u n-negozju; jirrakkomanda li tiġi riveduta d-definizzjoni tad-direttiva attwali ta’ kooperazzjoni pubblika-pubblika biex tirrikonoxxi tali kooperazzjoni bħal kwalunkwe kuntratt jew arranġament magħmul bejn żewġ awtoritajiet kontraenti jew aktar; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra li teżenta l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi (kooperazzjoni pubblika-pubblika) għall-fini li l-kompiti skont il-kamp ta’ applikazzjoni tad-direttivi dwar l-akkwist jitwettqu b’mod effiċjenti, mingħajr kundizzjonijiet restrittivi ulterjuri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jiħsħaq li l-iżvilupp u l-użu ta’ tikketti u ċertifikazzjonijiet ta’ sostenibbiltà affidabbli, ta’ kwalità għolja u trasparenti jgħinu lill-awtoritajiet kontraenti joperazzjonalizzaw l-objettivi tas-sostenibbiltà, u b’hekk inaqqsu l-piż amministrattiv u l-ħtieġa ta’ valutazzjonijiet tekniċi dettaljati; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi u tiżviluppa aktar tali tikketti fil-livell tal-UE, filwaqt li tiżgura l-kredibbiltà u l-użabbiltà tagħhom fis-setturi kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Josserva li l-awtoritajiet kontraenti diġà huma impenjati f’akkwist sostenibbli u li jirrispetta l-klima, iggwidat minn regolamenti komprensivi ta’ sostenibbiltà fil-livell tal-UE u fil-livelli nazzjonali u reġjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Jissottolinja, fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-QĠUE (inkluża l-Kawża C-395/18), li l-awtoritajiet kontraenti huma intitolati li jinkludu rekwiżiti bbażati fuq il-liġi nazzjonali tax-xogħol fid-dokumentazzjoni tal-akkwist, bħal ftehimiet kollettivi vinkolanti, standards minimi ta’ impjieg, dispożizzjonijiet dwar paga ugwali, u kriterji soċjali rilevanti oħra; jilqa’ l-kjarifika mill-QĠUE li l-obbligi soċjali u ambjentali fil-Klawżola Soċjali Orizzontali huma “valur kardinali li l-Istati Membri għandhom jiżguraw”; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa gwida u qafas legali, inkluża kjarifika tas-suġġett u tal-applikazzjoni prattika tiegħu, li tiżgura ċ-ċertezza legali u tagħti s-setgħa lill-awtoritajiet kontraenti li japplikaw – fid-diskrezzjoni tagħhom stess – tali kriterji mingħajr ma jiffaċċjaw riskji legali sproporzjonati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Jirrikonoxxi l-potenzjal sinifikanti tal-akkwist pubbliku soċjalment responsabbli (SRPP) fil-promozzjoni tax-xogħol deċenti, tal-inklużjoni soċjali u tal-iżvilupp sostenibbli; iħeġġeġ lill-awtoritajiet kontraenti jintegraw b’mod sistematiku l-kriterji soċjali fil-proċeduri ta’ akkwist pubbliku, filwaqt li jiżguraw il-fattibbiltà ekonomika, il-flessibbiltà u s-sussidjarjetà; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-inklużjoni ta’ kriterji soċjali fil-proċeduri ta’ akkwist u tipprovdi qafas legali u ta’ politika ċar u gwida prattika, inklużi ċarezza legali u eżempji ta’ prattiki tajbin, biex tagħti lok għal implimentazzjoni effettiva u legalment soda tal-SRPP mill-awtoritajiet kontraenti; jirrikonoxxi li jekk jiġu inklużi klawżoli soċjali, bħar-rekwiżiti relatati mal-kundizzjonijiet tax-xogħol, man-negozjar kollettiv u mar-rispett għad-drittijiet tax-xogħol, dan jista’ jtejjeb b’mod sinifikanti l-kwalità u l-affidabbiltà tal-eżiti tal-akkwist pubbliku; jistieden lill-Kummissjoni tiċċara, fir-reviżjoni, li r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 18(2) tad-Direttiva 2014/24/UE, relatati mal-liġi ambjentali, soċjali u tax-xogħol, huma vinkolanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Jemmen li l-proċeduri ta’ akkwist pubbliku għandhom iħeġġu u jippremjaw soluzzjonijiet innovattivi u sostenibbli li jistgħu jistimulaw l-iżvilupp ekonomiku; jenfasizza l-importanza li jiġu introdotti u implimentati kriterji ta’ sostenibbiltà fl-Istati Membri kollha b’mod li jirrifletti l-leġiżlazzjoni attwali tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni, fil-kuntest tal-kontroll tal-idoneità li jmiss dwar il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-akkwist pubbliku, tivvaluta l-istabbiliment ta’ sett ta’ għodod ta’ kriterji ta’ sostenibbiltà speċifiċi għas-settur li jinkludi dispożizzjonijiet kuntrattwali, metodoloġiji ta’ verifika u kriterji għall-għoti u kriterji tekniċi li jservu ta’ mudell, bil-ħsieb li tiġi ffaċilitata l-adozzjoni progressiva ta’ prattiki ta’ akkwist aktar sostenibbli, ħalli tiġi offruta ċarezza għall-awtoritajiet kontraenti filwaqt li jkunu jistgħu jfasslu rekwiżiti għas-setturi speċifiċi u għall-kapaċitajiet ekonomiċi lokali; jitlob li l-Kummissjoni teżamina kif l-aspetti relatati mas-sostenibbiltà jistgħu jiġu integrati aħjar meta jiġi applikat il-prinċipju tal-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża, sabiex jitrawmu l-innovazzjoni u l-użu effiċjenti tar-riżorsi; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa sett ta’ kriterji bl-għan li titrawwem l-innovazzjoni f’teknoloġiji sostenibbli u tiżdied il-kompetittività tal-UE fis-swieq ewlenin futuri; jemmen li t-tisħiħ tas-suq għall-materjali sekondarji għandu jifforma parti minn dan l-approċċ; jenfasizza, f’dan il-kuntest, li l-iżvilupp ta’ sett ta’ għodod għandu jkun kontinġenti fuq evidenza li tista’ tintwera li dan (a) ma jobbligax lill-awtoritajiet kontraenti jew lill-entitajiet kontraenti jġarrbu kostijiet sproporzjonati jew jirriżulta f’inkompatibbiltajiet jew diffikultajiet tekniċi, (b) iqis iċ-ċiklu tal-ħajja, id-diversità u d-disponibbiltà tal-prodotti u s-servizzi rilevanti, u jaderixxi mal-prinċipju tan-newtralità teknoloġika, u (c) jippreserva l-kompetizzjoni ġusta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Jirrakkomanda l-implimentazzjoni ta’ mudelli strateġiċi tal-akkwist li jipprijoritizzaw l-interessi tal-UE u tal-Istati Membri, kif ukoll il-valur u r-reżiljenza fit-tul fuq it-tnaqqis tal-kostijiet fuq terminu qasir, u li joffru opportunitajiet tas-suq ewlenin għall-prodotti li jirrispettaw l-objettivi tal-UE, b’mod partikolari f’setturi strateġiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>69.</NO.P>Jitlob li l-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tal-impatt fil-fond, fil-kuntest tar-rieżami li jmiss tal-qafas tal-akkwist pubbliku, dwar modi u implikazzjonijiet possibbli ta’ prijoritizzazzjoni tal-prinċipju ta’ “preferenza Ewropea” fl-akkwist relatat mal-industriji strateġiċi sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-kapaċitajiet kritiċi fl-Istati Membri u jissaħħu r-reżiljenza, is-sigurtà, il-kompetittività u l-awtonomija strateġika; jenfasizza li l-Kummissjoni għandha tevalwa bir-reqqa l-implikazzjonijiet potenzjali tal-kostijiet, tar-riskji mill-fatt li jiġi limitat l-aċċess għal teknoloġiji avvanzati, u tal-effetti fuq il-kwalità tas-servizzi u l-prodotti, filwaqt li żżomm il-konsistenza mal-impenji legali internazzjonali tal-UE u bla ma teskludi lil sħab tal-istess fehma; jissottolinja li l-ebda miżura li tippromwovi l-parteċipazzjoni tal-kumpaniji Ewropej ma għandha tammonta għal protezzjoniżmu jew distorsjoni tal-kompetizzjoni; jirrikonoxxi, f’dak il-kuntest, l-importanza tan-negozji li jinvestu u jerġgħu jinvestu fl-UE, filwaqt li jsaħħu l-ekonomija tal-UE, jipproteġu l-benesseri tal-ħaddiema u jkunu ta’ benefiċċju għall-komunitajiet lokali; jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, teżamina opportunitajiet biex tagħti spinta lill-parteċipazzjoni ta’ kumpaniji bbażati fl-UE fi proċessi tal-akkwist imnedija għal proġetti ffinanzjati mill-istituzzjonijiet tal-UE jew biex testendi s-sistema ta’ preferenza stabbilita fl-Artikolu 85 tad-Direttiva 2014/25/UE għal kuntratti mogħtija minn awtoritajiet kontraenti u fl-Artikolu 15 tad-Direttiva 2014/24/UE għal setturi strateġiċi mmirati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>70.</NO.P>Jitlob l-inklużjoni, fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku li jikkonċernaw proġetti ta’ interess strateġiku għall-UE – b’mod partikolari fl-oqsma tal-infrastruttura kritika, it-teknoloġiji avvanzati u l-materja prima kritika – ta’ dispożizzjonijiet li jippermettu lill-awtoritajiet kontraenti jirrikjedu li l-operaturi ekonomiċi jistabbilixxu sħubijiet industrijali ma’ entitajiet legali bbażati fl-UE; huwa tal-fehma li tali sħubijiet għandhom jinkludu klawżoli li jiżguraw it-trasferiment ta’ teknoloġiji, għarfien espert jew ħiliet tekniċi ewlenin lis-sħab ibbażati fl-UE, f’konformità sħiħa mal-liġi tal-Unjoni u mal-impenji internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>71.</NO.P>Jisħaq fuq l-isfidi speċifiċi li jiffaċċjaw l-operaturi tal-grilja tal-elettriku, b’żieda fil-ħinijiet u fil-kostijiet tal-konsenja; jitlob li l-proċeduri ta’ akkwist pubbliku għall-operaturi tal-grilja tal-elettriku jiġu ssimplifikati u li jiġu żgurati l-flessibbiltà u l-effiċjenza tagħhom; huwa favur aktar konsistenza bejn ir-regolamenti tal-UE li għandhom impatt fuq l-akkwist pubbliku tal-grilji tal-elettriku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>72.</NO.P>Jissottolinja l-importanza li jiġu żblukkati l-investimenti fis-suq għall-akkwist pubbliku u l-konċessjonijiet, u jistieden lill-Kummissjoni teżamina jekk il-qafas attwali għad-durata tal-kuntratti ta’ konċessjoni jirriflettix b’mod adegwat l-investimenti ta’ wara l-għoti mill-konċessjonarji, u tqis jekk flessibbiltà akbar tgħinx biex jiġu inċentivati tali investimenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>73.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu evitati piżijiet amministrattiv bla bżonn għax-xerrejja pubbliċi u għall-operaturi ekonomiċi, inklużi l-SMEs u l-mikrointrapriżi; jissottolinja li fir-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-akkwist pubbliku, għandha titqies dejjem il-ħtieġa li jitnaqqsu l-kumplessità u l-burokrazija żejda sabiex ma tiġix imfixkla l-parteċipazzjoni tal-operaturi ekonomiċi fl-akkwist pubbliku; jitlob li l-Kummissjoni, meta tivvaluta l-għażliet għall-introduzzjoni ta’ kriterji ġodda fl-akkwist pubbliku, tiżgura li tingħata attenzjoni partikolari lill-istadju li fih jiddaħħlu tali rekwiżiti fil-proċess tal-akkwist; jissottolinja li għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-kwistjoni dwar jekk dawn il-kriterji jkunux inklużi fil-kriterji tal-għoti jew fi stadji aktar bikrija tad-dokumenti tal-akkwist, sabiex jiġu żgurati ċ-ċarezza legali u l-fattibbiltà prattika kemm għall-awtoritajiet kontraenti kif ukoll għall-operaturi ekonomiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>74.</NO.P>Jappoġġja l-modernizzazzjoni tal-kriterji tal-akkwist biex jiġu riflessi l-avvanzi fit-teknoloġija u fis-sigurtà, filwaqt li jiġi żgurat li l-oqfsa ġodda tal-akkwist jippermettu reazzjonijiet aġli għall-pajsaġġi ekonomiċi u ġeopolitiċi li qed jinbidlu, filwaqt li tinżamm l-awtonomija tal-Istati Membri fil-ġestjoni tal-politiki tal-akkwist tagħhom; jinnota li l-kompetittività tal-UE hija msejsa fuq standards soċjali u ambjentali fis-suq intern; jisħaq li l-oqfsa futuri għall-akkwist pubbliku għandhom isaħħu dawn il-punti b’saħħithom, u mhux inaqqsuhom, sabiex tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-atturi tal-UE fl-offerti għall-akkwist pubbliku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>75.</NO.P>Jenfasizza l-importanza tal-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2024/1735 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ miżuri għat-tisħiħ tal-ekosistema Ewropea tal-manifattura ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1724 (ĠU L, 2024/1735, 28.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1735/oj).</FIELD></FOOTNOTE> bħala eżempju ta’ kriterji ta’ reżiljenza relatati mas-sigurtà tal-provvista, l-impjiegi ta’ kwalità, il-kontribut għall-kompetittività u t-tmexxija industrijali tal-UE, l-aderenza mal-istandards taċ-ċibersigurtà u t-tnaqqis tad-dipendenza fuq pajjiż wieħed mhux tal-UE li ma jipparteċipax fi ftehimiet ta’ akkwist internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>76.</NO.P>Jappoġġja d-diġitalizzazzjoni ulterjuri tal-proċessi tal-akkwist pubbliku, bl-għan li jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi, jittejbu l-effiċjenza u l-kompetittività, tissaħħaħ it-trasparenza u jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-SMEs u l-offerenti transfruntiera, filwaqt li tiġi żgurata l-konformità mal-istandards tas-sigurtà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>77.</NO.P>Jitlob mekkaniżmi ta’ appoġġ imsaħħa għall-entitajiet żgħar ħafna, għall-SMEs, għan-negozji ġodda u għall-atturi tal-ekonomija soċjali biex ikunu jistgħu jikkompetu b’mod effettiv fl-offerti pubbliċi, inklużi programmi ta’ assistenza teknika, u bini tal-kapaċità għall-SMEs, għan-negozji ġodda u għall-intrapriżi soċjali; jemmen li huwa kruċjali li jkun hemm aktar gwida u appoġġ għall-SMEs biex titħeġġeġ il-parteċipazzjoni tagħhom fl-akkwist pubbliku; jissottolinja l-ħtieġa li jitnaqqsu r-restrizzjonijiet burokratiċi li jaffettwaw b’mod sproporzjonat il-parteċipazzjoni min-naħa tal-SMEs, tan-negozji ġodda u tan-negozji li qed jespandu, u li jitwettqu valutazzjonijiet tal-impatt xierqa u test obbligatorju fir-rigward tal-SMEs u tan-negozji ġodda mill-Kummissjoni għal kwalunkwe regola ġdida; jenfasizza l-effettività tal-inizjattivi ta’ djalogu biex jgħinu lill-SMEs jiksbu għarfien aħjar tal-prinċipji tal-akkwist pubbliku, filwaqt li jippermettu lill-akkwirenti pubbliċi jiġbru l-informazzjoni biex ifasslu kriterji aktar ibbilanċjati u jnaqqsu l-piżijiet amministrattivi; jappoġġja, meta dan ikun xieraq, l-użu mifrux ta’ prattiki ta’ akkwist minn xerrejja pubbliċi qabel it-tfassil ta’ sejħiet għall-offerti, kif ukoll il-limiti fuq il-kapaċità finanzjarja eċċessiva u r-rekwiżiti ta’ prova tal-prestazzjoni; jindika l-ħtieġa li l-SMEs jiġu appoġġjati biex jidentifikaw is-sħab;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>78.</NO.P>Jistlob is-simplifikazzjoni urġenti tal-kriterji tal-għażla, u f’dak il-kuntest, jistieden ukoll lill-Kummissjoni tesplora jekk il-ħolqien ta’ bażi tad-data diġitali fil-livell tal-UE ta’ atturi iżgħar u SMEs prekwalifikati jistax jgħin biex jiġu ssimplifikati l-proċeduri u jissaħħaħ l-aċċess għall-offerti pubbliċi; jinnota l-potenzjal li s-sistemi ta’ akkreditazzjoni jintużaw biex tiġi ddeterminata l-kapaċità teknika u finanzjarja tal-kumpaniji u tiġi vverifikata l-integrità professjonali tagħhom qabel il-proċess tal-offerti u li l-kriterji tal-integrità professjonali għandhom jinkludu r-rekord tagħhom ta’ konformità mal-liġijiet tax-xogħol, tad-drittijiet tal-bniedem u ambjentali applikabbli; jissottolinja li l-interoperabbiltà effettiva u l-aċċessibbiltà transfruntiera ta’ dawn ir-reġistri madwar l-Istati Membri jistgħu essenzjalment isaħħu t-trasparenza, jissalvagwardjaw il-fondi pubbliċi, jappoġġjaw is-suq intern u jsaħħu s-sigurtà u l-integrità tal-infrastruttura u tas-servizzi pubbliċi kritiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>79.</NO.P>Jisħaq li l-qafas tal-akkwist pubbliku tal-UE jrid jiżgura aċċess ekwu għall-SMEs, għall-entitajiet tal-ekonomija soċjali u għan-negozji lokali billi jippromwovi proċeduri simplifikati, inkluż billi jiżgura li l-kumpaniji ma jkunux meħtieġa jissottomettu mill-ġdid informazzjoni pubblikament disponibbli fl-applikazzjoni tagħhom għall-offerti, u billi japplika rekwiżiti proporzjonali bbażati fuq il-kuntest lokali; jistieden lill-Kummissjoni tqis l-integrazzjoni tad-diviżjoni tal-kuntratti f’lottijiet iżgħar biex trawwem il-kompetizzjoni u tipprevjeni d-dominanza minn entitajiet kbar, filwaqt li jirrikonoxxi li ma għandhiex issir diviżjoni tal-kuntratti meta jkun hemm raġunament ġenwin mil-lat teknoloġiku jew ta’ effiċjenza biex dan ma jsirx; jissottolinja li din id-diviżjoni f’lottijiet iżgħar hija ta’ rilevanza partikolari għas-servizzi tal-inġinerija, tal-kostruzzjoni u tal-ippjanar peress li tista’ ssaħħaħ il-kompetizzjoni, tissalvagwardja l-opportunitajiet ta’ parteċipazzjoni għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u l-mikrointrapriżi, u tippermetti l-użu mmirat ta’ għarfien espert speċjalizzat; jenfasizza l-ħtieġa ta’ linji gwida ċari li jiddeterminaw meta n-nondiviżjoni tal-kuntratti tkun ġustifikata; jinnota li d-diviżjoni tal-lottijiet hija wkoll mezz effettiv biex jiġu pprevenuti ktajjen tas-sottokuntrattur mhux fattibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>80.</NO.P>Jirrakkomanda li l-qafas tal-akkwist għandu jippermetti lill-offerenti u lill-awtoritajiet kontraenti jissottomettu l-evidenza nieqsa fi stadju aktar tard fil-proċedura, ħalli l-proċessi tal-akkwist jitħaffu u jiġu ssimplifikati, pereżempju, permezz ta’ espansjoni tal-Artikolu 56(3) tad-Direttiva 2014/24/UE; jirrakkomanda li l-parteċipazzjoni tan-negozji ġodda u tal-SMEs tiġi promossa billi jiġu adattati r-rekwiżiti ta’ referenza riġidi li jfixklu b’mod sproporzjonat lill-kumpaniji li jkunu għandhom kemm ġew stabbiliti; jitlob, meta dan ikun xieraq, flessibbiltà akbar fil-kriterji ta’ kwalifika biex jiġi żgurat l-aċċess ekwu tan-negozji ġodda għall-opportunitajiet ta’ akkwist filwaqt li jinżammu t-trasparenza u l-kompetizzjoni; jissottolinja li għandha tiġi kkunsidrata l-flessibbiltà meta jintalbu rekords tal-kuntratti mill-SMEs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>81.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-proċessi tal-akkwist pubbliku jsiru aktar aċċessibbli u trasparenti billi tipprovdi tabelli sommarji jew deskrizzjonijiet ġenerali tal-offerti pubbliċi, li jkunu jinftiehmu faċilment u jiddeskrivu b’mod ċar ir-rekwiżiti u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rakkomandati tax-xogħol jew tas-servizz akkwistat; jitlob li l-Kummissjoni tqis b’mod partikolari lill-intrapriżi b’anqas esperjenza, li għandhom jużaw l-għodod biex jifhmu u jinterpretaw aħjar id-dokumenti tal-akkwist;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>82.</NO.P>Itenni li l-aċċess ekwu għall-proċeduri ta’ akkwist pubbliku jeħtieġ simplifikazzjoni u kjarifika tar-regoli għall-awtoritajiet kontraenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>83.</NO.P>Jenfasizza li l-esperjenza fir-rigward tal-kuntratti pubbliċi, bħall-proġetti tal-kostruzzjoni, turi li jekk jiġu permessi proposti alternattivi (offerti varjanti) dan jgħin lill-awtoritajiet kontraenti jakkwistaw servizzi b’mod aktar innovattiv, effiċjenti u kosteffettiv; jenfasizza li s-soluzzjonijiet innovattivi jiġu integrati aktar faċilment fl-akkwist meta, fil-prinċipju, l-offerti varjanti jkunu permessi u li sabiex l-għarfien intraprenditorjali jiġi inkorporat b’mod effettiv fl-għoti tal-kuntratti pubbliċi, il-proposti alternattivi (offerti varjanti), fil-prinċipju, għandhom ikunu permessi sakemm l-awtorità kontraenti ma tiddeċidix speċifikament li teskludihom (opt-out); jistieden lill-Kummissjoni teżamina l-permissibbiltà ta’ proposti alternattivi (offerti varjanti) skont l-Artikolu 45(1) tad-Direttiva 2014/24/UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>84.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-prinċipju ta’ “darba biss” jiġi applikat b’mod konsistenti fil-livelli kollha tal-amministrazzjoni fl-akkwist pubbliku, ħalli, bl-għan li jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi, l-offerenti jkollhom jipprovdu ċerta informazzjoni standard lill-awtoritajiet u lill-amministrazzjonijiet darba biss; jirrikonoxxi li jekk l-offerenti jitħallew jużaw l-awtodikjarazzjonijiet ta’ konformità minflok ma jissottomettu bosta dokumenti amministrattivi fl-istadju inizjali dan spiss jista’ jnaqqas il-piżijiet u jżid l-effiċjenza; jistieden lill-Kummissjoni tidentifika meta tali prattiki jistgħu jiġu applikati b’mod xieraq, filwaqt li tiżgura s-salvagwardji u ċ-ċarezza legali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>85.</NO.P>Huwa tal-fehma li l-kuntratti riżervati għal ċerti servizzi huma prattika tajba li tappoġġja l-ekonomija soċjali; jissuġġerixxi li tista’ tingħata preferenza lill-SMEs u lill-operaturi tas-suq innovattivi f’każ ta’ offerti ekwivalenti, u alternattivament dan jista’ jiġi implimentat permezz ta’ kuntratti riżervati jew parti riżervata tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt; Jisħaq, f’dak il-kuntest, fuq l-effikaċja tal-kuntratti riżervati biex jappoġġjaw l-impjieg ta’ persuni b’diżabilità permezz tal-akkwist pubbliku, filwaqt li jinnota li għad hemm lok għal titjib fl-implimentazzjoni tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>86.</NO.P>Jirrikonoxxi li filwaqt li s-sottokuntrattar jippermetti flessibbiltà akbar, aċċess għal ħiliet speċjalizzati, u ffrankar tal-kostijiet, dan jista’ jġib ukoll riskji potenzjali bħal responsabbiltà mdgħajfa, riskju akbar ta’ ksur tad-drittijiet tax-xogħol u ostakli għal infurzar effettiv; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-impatt ta’ kuntratti pubbliċi li jitwettqu prinċipalment mill-ħaddiema diretti tal-offerent rebbieħ u jirrakkomanda li r-regoli fil-qasam tal-akkwist pubbliku jħeġġu lill-kumpaniji jkollhom biżżejjed persunal intern biex jimplimentaw il-proġetti li għalihom jingħataw kuntratti pubbliċi; jistieden lill-Kummissjoni, bl-għan li jintemm is-sottokuntrattar abbużiv u jiġu protetti d-drittijiet tal-ħaddiema, issaħħaħ it-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont tul il-katina tal-provvista, u tikkunsidra li tintroduċi reġim definit sew għar-responsabbiltà <STRING ITALIC="on">in solidum</STRING> tal-operaturi ekonomiċi u tas-sottokuntratturi, u tiżgura t-trasparenza rigward is-sottokuntratturi involuti u l-parti tal-kuntratt li l-kuntrattur ikun biħsiebu jissottokuntratta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>87.</NO.P>Jappoġġja l-flessibbiltà fl-ipprezzar tal-kuntratti permezz tal-estensjoni tad-durata massima tal-ftehimiet qafas għall-awtoritajiet kontraenti, l-introduzzjoni ta’ dispożizzjonijiet li jippermettu aġġustamenti fil-prezzijiet b’reazzjoni għal żidiet sproporzjonati fil-kostijiet li l-offerent ma jkunx seta’ raġonevolment jantiċipa, bħall-inflazzjoni, iż-żidiet fil-kostijiet materjali jew tal-enerġija u l-bidliet fil-liġijiet tax-xogħol, filwaqt li tiġi żgurata l-vijabbiltà tal-kuntratti mingħajr ma tiġi imposta pressjoni finanzjarja fuq l-awtoritajiet pubbliċi, u l-estensjoni tal-proċedura nnegozjata bħala l-prinċipju għal kuntratti sussegwenti għal ftehim qafas;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>88.</NO.P>Jinnota li r-regoli dwar l-akkwist ta’ innovazzjoni għadhom ma jintużawx biżżejjed; jitlob evalwazzjoni tal-ħtieġa li jiġu stabbiliti regoli speċjali addizzjonali dwar l-akkwist għal proġetti ta’ riċerka xjentifika u innovazzjoni, b’rikonoxximent tar-rwol kritiku tagħhom fl-ixprunar tal-progress ekonomiku u teknoloġiku, filwaqt li jiġi żgurat l-użu effiċjenti tar-riżorsi pubbliċi; jindika l-ħtieġa ta’ dispożizzjonijiet addizzjonali u solidi li jipproteġu d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tal-offerenti, inkluż matul il-proċess ta’ sejħa għall-offerti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>89.</NO.P>Jemmen li l-professjonalizzazzjoni tax-xerrejja pubbliċi għandha tkun parti mit-titjib tal-metodi tal-akkwist pubbliku fl-UE; jilqa’ l-inizjattivi nazzjonali li għandhom l-għan li jgħinu lix-xerrejja pubbliċi jiffamiljarizzaw ruħhom mal-qafas legali u mal-kunċetti attwali, bħad-definizzjoni tas-suġġett u t-tfassil ta’ kriterji xierqa tal-għażla u tal-għoti; jitlob lill-Kummissjoni tiżviluppa u tippromwovi programmi simili fil-livell tal-UE b’enfasi biex isir użu aħjar minn kriterji mhux marbuta mal-prezz billi jiġu stabbiliti kriterji ambjentali u soċjali “lesti għall-użu”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>90.</NO.P>Jenfasizza l-kontribut kruċjali tal-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ, tal-knejjes u tal-intrapriżi soċjali fl-akkwist pubbliku madwar l-Ewropa kollha, filwaqt li jinnota l-għarfien espert tagħhom, ir-rabtiet lokali qawwija tagħhom, u l-kapaċità murija tagħhom li jagħtu servizzi ta’ kwalità għolja; jisħaq fuq l-importanza li jinżammu u jiġu promossi kuntratti riżervati bħala strument b’saħħtu biex jiġi żgurat li l-akkwist pubbliku jappoġġja objettivi soċjali usa’, kif ukoll l-ekonomija soċjali u d-diversità tal-atturi involuti; jitlob, għalhekk, li tissaħħaħ il-possibbiltà eżistenti li l-Istati Membri u l-awtoritajiet kontraenti jirriżervaw il-parteċipazzjoni fil-proċeduri ta’ akkwist pubbliku speċifikament għal atturi li joperaw mingħajr skop ta’ qligħ; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra mill-ġdid il-limitu ta’ tliet snin u l-obbligu li organizzazzjoni ma tkunx ipprovdiet dawn is-servizzi matul it-tliet snin preċedenti skont l-Artikolu 77 tad-Direttiva 2014/24/UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>91.</NO.P>Jitlob użu aħjar tal-għażla stabbilita fl-Artikolu 71(3) tad-Direttiva 2014/24/UE li tippermetti pagamenti diretti lis-sottokuntratturi; jistieden lill-Istati Membri jippromwovu t-trasparenza tal-pagamenti mill-awtoritajiet pubbliċi lill-kuntratturi u lis-sottokuntratturi, u tal-pagamenti mill-kuntrattur lis-sottokuntratturi jew lill-fornituri tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>92.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni taġġorna l-għodod tagħha biex timmonitorja l-kompetizzjoni fl-akkwist pubbliku; iqis li billi tirfina l-metodoloġiji u t-teknoloġiji għall-analiżi tas-suq, filwaqt li tinkorpora l-analitika avvanzata tad-data u l-intelliġenza artifiċjali, l-UE għandha tistinka biex tippromwovi ambjent ta’ akkwist li jiżgura kompetittività, ġustizzja, trasparenza, valur strateġiku u ekwità akbar; jemmen li tali miżuri jistgħu jikkontribwixxu għal fehim aktar ċar tal-problema ta’ kompetizzjoni baxxa fl-akkwist pubbliku u jappoġġjaw l-iżvilupp ta’ proposti ġodda biex jiġi ssimplifikat l-aċċess għall-offerti min-naħa tal-intrapriżi;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>93.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>