<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0175</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Rapporti tal-2023 u l-2024 dwar l-Ukrajna</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0154/2025 - Rapporteur: Michael Gahler)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Settembru 2025 dwar ir-rapporti tal-Kummissjoni tal-2023 u l-2024 dwar l-Ukrajna (2025/2026(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Ukrajna,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni bit-titolu “Ukraine 2024 Report” (Rapport 2024 dwar l-Ukraina) (SWD(2024)0699) li jakkumpanja l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Komunikazzjoni tal-2024 dwar il-Politika ta’ Tkabbir tal-UE” (COM(2024)0690),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni bit-titolu “Ukraine 2023 Report” (Rapport 2023 dwar l-Ukraina) (SWD(2023)0699) li jakkumpanja l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Komunikazzjoni tal-2023 dwar il-Politika ta’ Tkabbir tal-UE” (COM(2023)0690),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-24 ta’ Ġunju 2022 li jagħtu lill-Ukrajna l-istatus ta’ pajjiż kandidat, tal-15 ta’ Diċembru 2023 li japprovaw il-ftuħ tan-negozjati ta’ adeżjoni u tal-20 ta’ Marzu 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/792 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Frar 2024 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Ukrajna<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/792, 29.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/792/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) tal-2024 bit-titolu “OECD Review of the Corporate Governance of State-Owned Enterprises: Ukraine” u d-djalogi ta’ segwitu sussegwenti fl-2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-tmien rieżami tal-Fond Monetarju Internazzjonali għall-perjodu 2023–2026 fir-rigward tal-Faċilità ta’ Finanzjament Estiż għall-Ukrajna,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kummissjoni ta’ Venezja tal-Kunsill tal-Ewropa, b’mod partikolari l-opinjoni ta’ segwitu urġenti għall-opinjonijiet dwar il-Liġi dwar l-emendi ta’ ċerti atti leġiżlattivi tal-Ukrajna biex jiġu ċċarati d-dispożizzjonijiet dwar is-selezzjoni kompetittiva tal-kandidati għall-kariga ta’ mħallef tal-Qorti Kostituzzjonali tal-Ukrajna tad-9 ta’ Ottubru 2023, u l-opinjoni ta’ segwitu għall-opinjoni dwar il-Liġi dwar il-minoranzi nazzjonali (komunitajiet) tad-9 ta’ Ottubru 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapporti tal-Grupp ta’ Stati kontra l-Korruzzjoni (GRECO) dwar l-Ukrajna, b’mod partikolari r-Raba’ Ċiklu ta’ Evalwazzjoni u l-addendum għat-tieni rapport ta’ konformità dwar il-prevenzjoni tal-korruzzjoni fil-konfront ta’ membri tal-parlament, imħallfin u prosekuturi fl-Ukrajna, tat-22 ta’ Novembru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport li ppreżentat l-Ukrajna skont l-Artikolu 68, il-paragrafu 1, tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda Kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika (rapport ta’ riferiment) tat-3 ta’ Lulju 2025 u l-informazzjoni addizzjonali li rċieva l-Grupp ta’ esperti dwar l-azzjoni kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili tal-Ukrajna,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapporti ta’ Human Rights Watch dwar l-Ukrajna, fosthom ir-rapport tiegħu tal-5 ta’ Diċembru 2024 bit-titolu ““All She Did Was Help People” – Flawed Anti-Collaboration Legislation in Ukraine”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Marzu 2025 dwar il-white paper dwar il-futur tad-difiża Ewropea<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/3151, 20.6.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3151/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-mexxejja tal-Finlandja,  ta’ Franza, tal-Ġermanja, tal-Italja,  tar-Renju Unit u tal-Ukrajna wara l-laqgħa mal-President tal-Istati Uniti Donald Trump f’Washington DC fit-18 ta’ Awwissu 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen mal-President tal-Ukrajna Volodymyr Zelenskyy wara l-laqgħa tagħhom fi Brussell fis-17 ta’ Awwissu 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta maħruġa fis-16 ta’ Awwissu 2025 mill-mexxejja ta’ Franza, tal-Italja, tal-Ġermanja, tar-Renju Unit, tal-Finlandja, tal-Polonja, mill-President tal-Kunsill Ewropew António Costa u mill-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen wara l-laqgħa bejn il-President tal-Istati Uniti Donald Trump u l-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin f’Anchorage, l-Alaska, fil-15 ta’ Awwissu 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet preċedenti, fosthom id-dikjarazzjoni konġunta tal-mexxejja ta’ Franza, tal-Ġermanja, tal-Polonja, tar-Renju Unit u tal-Ukrajna wara l-laqgħa f’Kiev tal-10 ta’ Mejju 2025 u d-dikjarazzjoni konġunta tal-grupp Weimar+ dwar l-Ukrajna u s-sigurtà Ewro-Atlantika tat-12 ta’ Mejju 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta maħruġa minn diversi Membri tal-PE fil-11 ta’ Awwissu 2025 dwar in-negozjati biex tinkiseb paċi ġusta għall-Ukrajna abbażi tal-liġi internazzjonali u tar-rieda tal-poplu Ukren,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A10-0154/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-Parlament ikkundanna bl-aktar mod qawwi l-aggressjoni illegali, inġustifikata u mhux provokata Russa fil-konfront tal-Ukrajna u jsostni d-dritt tal-Ukrajna għas-sovranità, għall-indipendenza u għall-integrità territorjali fi ħdan il-fruntieri tagħha rikonoxxuti f’livell internazzjonali; billi r-Russja invadiet l-Ukrajna u għalhekk it-triq l-aktar sempliċi u l-aktar ġusta lejn il-paċi fl-Ukrajna tikkonsisti fl-irtirar tal-forzi Russi mit-territorju Ukren kollu kemm hu u fil-ħlas tar-riżarċimenti għad-danni li kkawżat matul il-gwerra ta’ aggressjoni illegali tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi r-Russja, bl-appoġġ politiku, materjali u militari li jagħtuha l-alleati tagħha – b’mod partikolari l-Belarussja, l-Iran u l-Korea ta’ Fuq – ilha mill-24 ta’ Frar 2022 tiġġieled gwerra ta’ aggressjoni illegali, mhux provokata u inġustifikata fuq skala kbira kontra l-Ukrajna; billi l-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna, madankollu, bdiet fl-2014 bl-okkupazzjoni u bl-annessjoni illegali tal-Krimea u bl-okkupazzjoni sussegwenti ta’ partijiet mir-reġjuni ta’ Donetsk u Luhansk; billi din il-gwerra ta’ aggressjoni tikkostitwixxi ksur sfaċċat u flagranti tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-prinċipji fundamentali tad-dritt internazzjonali u tad-dritt umanitarju internazzjonali, kif stabbilit mill-Konvenzjonijiet ta’ Ġinevra tal-1949;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi kien hemm żieda drastika fl-għadd ta’ attakki Russi bil-missili u attakki b’vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ f’Ġunju u Lulju 2025, immirati lejn l-infrastruttura ċivili, inklużi l-isptarijiet, l-iskejjel, il-bini residenzjali u l-istituzzjonijiet kulturali, li rriżultaw fl-ogħla għadd ta’ vittmi ċivili minn Mejju 2022; billi, skont data mill-Missjoni ta’ Monitoraġġ tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fl-Ukrajna, mill-anqas 232 persuna ċivili nqatlu u 1 343 indarbu f’Ġunju 2025, filwaqt li f’Lulju 2025 ġew irreġistrati 286 mewta ta’ vittma ċivili u 1 388 persuna midruba, li huwa l-ogħla għadd ta’ vittmi ċivili fix-xahar minn Mejju 2022;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi r-Russja qed toqtol personalitajiet pubbliċi u militari prominenti u twettaq sabotaġġi fuq l-infrastruttura kritika tal-Ukrajna; billi Andriy Parubiy, l-eks Speaker tal-Verkhovna Rada u l-eks Segretarju tal-Kunsill Nazzjonali tas-Sigurtà u d-Difiża, ġie assassinat brutalment fi Lviv fit-30 ta’ Awwissu 2025;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi r-Russja kkommettiet delitti tal-gwerra ddokumentati u deportazzjonijiet fit-territorji Ukreni kollha li tokkupa illegalment, u għamlet użu mifrux tal-manipulazzjoni tal-informazzjoni, tad-diżinformazzjoni u tat-tixrid ta’ propaganda b’tali mod li żżomm deliberatament lill-popolazzjoni diżinformata u miżinformata;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi fit-28 ta’ Awwissu 2025, ir-Russja fetħet attakk brutali ieħor bid-droni u bil-missili fuq diversi binjiet f’Kiev, li fih inqatlu mill-anqas 23 persuna u ndarbu aktar minn 63 persuna, inklużi t-tfal; billi l-attakk għamel ħsara serja lill-bini tad-Delegazzjoni tal-UE għall-Ukrajna, u dan jikkostitwixxi ksur serju tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Diplomatiċi; billi l-uffiċċji tal-British Council f’Kiev ntlaqtu wkoll fl-attakki, ħsara serja u ħallew persuna midruba;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi, bħala risposta għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja, f’Jannar 2023, inħoloq il-Grupp Ċentrali għat-twaqqif ta’ Tribunal Speċjali għad-Delitt ta’ Aggressjoni kontra l-Ukrajna; billi ċ-Ċentru Internazzjonali għall-Prosekuzzjoni tad-Delitt ta’ Aggressjoni kontra l-Ukrajna nħoloq f’The Hague f’Marzu 2023 fl-ambitu tal-Eurojust; billi l-Grupp Ċentrali ffinalizza l-qafas ġuridiku għat-Tribunal f’Marzu 2025; billi aktar minn 40 pajjiż approvaw il-ħolqien tiegħu permezz ta’ dikjarazzjoni konġunta tal-laqgħa tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin tad-9 ta’ Mejju 2025 dwar il-konklużjoni tal-ħidma tal-Grupp Ċentrali (Dikjarazzjoni ta’ Lviv); billi fil<STRING BOLD="on">-</STRING>25 ta’ Ġunju 2025, il-President Ukren Volodymyr Zelenskyy u s-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa Alain Berset iffirmaw fi Strażburgu l-ftehim formali li jistabbilixxi t-Tribunal Speċjali għad-Delitt ta’ Aggressjoni kontra l-Ukrajna;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-President tal-Istati Uniti Donald Trump u l-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin kellhom summit bilaterali f’Anchorage, l-Alaska, fil-15 ta’ Awwissu 2025; billi dan is-summit kien segwit minn laqgħat bejn il-President Trump u l-President Zelenskyy flimkien mal-mexxejja Ewropej fit-18 ta’ Awwissu 2025 f’Washington DC;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-Ukrajna wriet reżiljenza u impenn notevoli fil-perkors Ewropew tagħha u għamlet progress konkret f’dan ir-rigward minkejja l-gwerra ta’ aggressjoni Russa li għaddejja minnha, li kkaġunat il-mewt ta’ eluf ta’ nies, filġet bi trawmi profondi lill-veterani u lill-familji tagħhom, ħalliet f’ħerba bosta bliet u infrastrutturi ċivili vitali, u wasslet għall-okkupazzjoni kontinwa ta’ partijiet tat-territorju tagħha min-naħa tal-forzi Russi;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi, minħabba l-invażjoni Russa, aktar minn 4 miljun ċittadin Ukren qegħdin bħalissa jgħixu fl-Istati Membri tal-UE fl-ambitu tal-mekkaniżmu ta’ protezzjoni temporanja u jibbenefikaw mid-drittijiet ta’ residenza, aċċess għas-suq tax-xogħol, akkomodazzjoni, assistenza medika, assistenza soċjali u edukazzjoni għal uliedhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-proċess ta’ adeżjoni tal-Ukrajna mal-UE jikkostitwixxi kontribut importanti u perkors lejn il-paċi u l-prosperità għall-Ukrajna, risposta strateġika għall-aggressjoni Russa u garanzija ta’ sigurtà kredibbli għall-Ukrajna u b’hekk issaħħaħ ir-reżiljenza ġeopolitika tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi r-riformi leġiżlattivi li bdiet l-Ukrajna jirriflettu d-dedikazzjoni tagħha għall-allinjament mal-acquis tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-Grupp GRECO jkompli jirrikonoxxi l-impenn qawwi li turi l-Ukrajna fir-rigward tal-ħidma biex tiġi miġġielda l-korruzzjoni f’mument estremament diffiċli għall-pajjiż; billi l-Grupp GRECO b’mod partikolari jirrikonoxxi l-progress tal-Ukrajna fil-prevenzjoni tal-korruzzjoni fost il-membri tal-parlament, l-imħallfin u l-prosekuturi; billi, minkejja l-progress f’oqsma bħall-indipendenza tal-ġudikatura u l-korruzzjoni sistemika, għad hemm sfidi li jridu jiġu indirizzati permezz ta’ responsabbiltà akbar min-naħa tal-gvern, tisħiħ ulterjuri tal-kapaċitajiet istituzzjonali u sorveljanza internazzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-OECD tosserva li l-Ukrajna għamlet progress sinifikanti fir-riforma tal-qafas tagħha tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni f’dawn l-aħħar għaxar snin billi saħħet it-trasparenza, ir-responsabbiltà u l-integrità permezz tad-data miftuħa, tad-diġitalizzazzjoni, u fit-tisħiħ tal-indipendenza tal-korpi fil-qasam tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi f’nofs Lulju 2025, l-awtoritajiet Ukreni ppruvaw jimminaw l-indipendenza tal-Uffiċċju Nazzjonali kontra l-Korruzzjoni tal-Ukrajna (NABU) u tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Speċjalizzat kontra l-Korruzzjoni (SAPO) billi adottaw il-Liġi 12414, li tagħti setgħat estensivi lill-Prosekutur Ġenerali biex jinterferixxi fl-investigazzjonijiet tagħhom; billi fil-31 ta’ Awwissu 2025, bħala riżultat ta’ pressjoni interna u esterna estensiva, il-Verkhovna Rada adottat il-Liġi 13533 bl-għan li tistabbilixxi mill-ġdid l-istatus quo ante, u b’hekk ħadet il-miżuri meħtieġa biex terġa’ tistabbilixxi l-indipendenza tan-NABU u tas-SAPO;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi l-Ukrajna kisbet 35 punt minn 100 u kklassifikat ruħha fil-105 post fost 180 pajjiż fl-indiċi dwar il-perċezzjoni tal-korruzzjoni 2024 ta’ Transparency International, u minkejja li hemm impenn qawwi fl-isforzi kontra l-korruzzjoni, għadhom neċessarji riformi effettivi biex jiġu implimentati dawn l-intenzjonijiet<STRING BOLD="on">; </STRING>billi riforma komprensiva tal-amministrazzjoni pubblika, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-promozzjoni tad-drittijiet fundamentali u l-funzjonament effikaċi tal-istituzzjonijiet demokratiċi jikkostitwixxu kundizzjonijiet fundamentali għall-adeżjoni mal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-Ukrajna għamlet progress fil-kooperazzjoni reġjonali u fir-riformi soċjoekonomiċi biex tallinja l-politiki tagħha mal-istandards tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi l-istituzzjonijiet demokratiċi tal-Ukrajna wrew il-kapaċità ta’ adattament huma u juru li, anki matul il-gwerra ta’ aggressjoni min-naħa tar-Russja u bil-liġi marzjali fis-seħħ, l-Ukrajna hija Stat istituzzjonalment, demokratikament u ekonomikament vijabbli; billi, waqt li l-Ukrajna tkun għadha fil-gwerra u suġġetta għal-liġi marzjali, l-elezzjonijiet huma legalment ipprojbiti u imprattikabbli; billi l-Parlament jilqa’ l-indikazzjonijiet skont liema l-preparamenti għall-elezzjonijiet ikunu jistgħu jibdew ladarba titneħħa l-liġi marzjali;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi sar progress fir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika, iżda għadhom meħtieġa aktar tisħiħ tal-kapaċitajiet, tfassil ta’ politiki abbażi ta’ fatti konkreti u titjib fil-ġestjoni tar-riżorsi umani;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi l-ġudikatura reġgħet ħadet f’idejha l-funzjonijiet kruċjali, fosthom il-valutazzjoni tal-imħallfin u l-implimentazzjoni tal-miżuri kontra l-korruzzjoni, għad li l-istandards fil-qasam tal-integrità u tat-trasparenza jridu jissaħħu u għandu jkun hemm sorveljanza kontinwa min-naħa tas-sħab internazzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi t-tisħiħ tal-indipendenza fil-ġudikatura bbenefika mill-assistenza ta’ esperti internazzjonali fil-kummissjonijiet ta’ selezzjoni ġudizzjarja, u bis-saħħa t’hekk tqawwiet il-fiduċja tal-pubbliku fis-sistema ġudizzjarja;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi l-involviment ta’ esperti internazzjonali fis-selezzjoni tal-Kummissjoni Għolja tal-Kwalifika tal-Imħallfin (HQCJ) ġie fi tmiemu fl-1 ta’ Ġunju 2025;
</CONS><CONS>
<NO.P>W.</NO.P>billi, minkejja l-qerda kontinwa tal-faċilitajiet tal-enerġija min-naħa tar-Russja, l-Ukrajna wriet impenn favur l-aġenda ekoloġika permezz tal-leġiżlazzjoni dwar l-enerġija rinnovabbli u l-allinjament mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew;
</CONS><CONS>
<NO.P>X.</NO.P>billi d-danni ambjentali kkaġunati mir-Russja kellhom konsegwenzi devastanti għar-riżorsi naturali, għall-ekosistemi kritiċi u għas-saħħa, għall-mezzi ta’ sussistenza u għas-sigurtà tal-persuni tal-Ukrajna; billi l-irkupru ekoloġiku jikkonsisti f’li jingħata rimedju għal dawn id-danni u f’li l-Ukrajna titqiegħed fuq perkors ġdid ta’ sostenibbiltà ambjentali u soċjali allinjat mal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-acquis tal-UE; billi l-Ukrajna ma baqgħetx topera bħala pajjiż ta’ tranżitu għall-gass Russu fl-1 ta’ Jannar 2025;
</CONS><CONS>
<NO.P>Y.</NO.P>billi l-investituri barranin u l-kumpaniji multinazzjonali wessgħu notevolment il-kontroll tagħhom fuq ir-riżorsi naturali tal-Ukrajna, inklużi l-art agrikola, il-minerali u l-infrastruttura kritika; billi tali żviluppi jirriskjaw li jikkompromettu s-sovranità nazzjonali, is-sigurtà tal-ikel u l-awtodeterminazzjoni ekonomika;
</CONS><CONS>
<NO.P>Z.</NO.P>billi fl-2024 l-UE xtrat fjuwils fossili Russi għal total ta’ EUR 21,9 biljun, ċifra li taqbeż it-EUR 18,7-il biljun f’għajnuna finanzjarja mogħtija lill-Ukrajna dik l-istess sena; billi, mindu bdiet l-invażjoni fuq skala kbira, l-UE nefqet aktar minn EUR 200 biljun fi fjwuils fossili Russi, u b’tali mod ikkontribwiet biex tiffinanzja r-riżorsi tal-gwerra tar-Russja; billi l-Kummissjoni ħabbret li se ttemm l-importazzjonijiet ta’ gass Russu sal-2027; billi, kieku tkompli timporta l-enerġija Russa bir-ritmu tal-2024, l-UE tkun tħallas EUR 57,4 biljun oħra lir-Russja qabel it-tmiem tal-2027;
</CONS><CONS>
<NO.P>AA.</NO.P>billi s-soċjetà ċivili tibqa’ pilastru tar-reżiljenza u tad-demokrazija fl-Ukrajna; billi, minkejja r-restrizzjonijiet imposti mil-liġi marzjali, l-NGOs għadhom joperaw mingħajr ostakli kbar, għad li l-każijiet ta’ pressjoni kontra l-attivisti jqajmu tħassib u jeħtieġu l-intervent tal-gvern; billi t-tnaqqis ħesrem li sar dan l-aħħar għall-finanzjamenti mill-Istati Uniti kellhom konsegwenzi devastanti għas-soċjetà ċivili Ukrena;
</CONS><CONS>
<NO.P>AB.</NO.P>billi l-libertà ta’ espressjoni u l-indipendenza tal-media jħabbtu wiċċhom ma’ sfidi, b’mod partikolari bil-liġi marzjali fis-seħħ; billi huma neċessarji miżuri biex jerġa’ jinġieb il-pluraliżmu, jiġu protetti l-ġurnalisti u jinħoloq kuntest finanzjarjament favorevoli; billi bil-liġi marzjali fis-seħħ huwa komprensibbli li ċerti restrizzjonijiet ikunu neċessarji;
</CONS><CONS>
<NO.P>AC.</NO.P>billi l-Konfederazzjoni Ewropea tat-Trade Unions (ETUC) esprimiet tħassib kbir rigward id-deterjorament tad-drittijiet tal-ħaddiema fl-Ukrajna, inkluż il-ksur tal-libertajiet marbuta mat-trade unions u tad-djalogu soċjali; billi l-libertà ta’ assoċjazzjoni, ta’ negozjar kollettiv u d-dritt tal-istrajkjar huma protetti mill-konvenzjonijiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) li tagħhom l-Ukrajna hija parti, u huma elementi fundamentali tal-acquis tal-UE u tal-kriterji ta’ Copenhagen;
</CONS><CONS>
<NO.P>AD.</NO.P>billi l-proċess ta’ integrazzjoni tal-Ukrajna fl-UE huwa appoġġjat b’mod wiesa’ mill-kunsens pubbliku u istituzzjonali, u dan jirrifletti impenn qawwi tas-soċjetà favur l-adeżjoni mal-UE minkejja d-diffikultajiet attwali;
</CONS><CONS>
<NO.P>AE.</NO.P>billi l-adeżjoni mal-UE ġġib magħha dimensjoni distinta ta’ sigurtà u sinifikat simboliku qawwi għall-pajjiż u għall-popolazzjoni tiegħu, fil-kuntest tal-gwerra eżistenzjali tal-Ukrajna kontra l-aggressjoni Russa li għaddejja bħalissa; billi l-appoġġ sod tal-UE għas-sovranità, għall-integrità territorjali u għall-indipendenza tal-Ukrajna ma jiddependix mir-ritmu li bih il-pajjiż jagħmel progress fl-integrazzjoni Ewropea;
</CONS><CONS>
<NO.P>AF.</NO.P>billi l-adeżjoni mal-UE tibqa’ xprun fundamentali biex jiġi promoss l-iżvilupp demokratiku tal-Ukrajna u se tirrappreżenta fattur kruċjali biex jiġu żgurati s-sigurtà, l-istabbiltà u l-indipendenza futuri tal-pajjiż; billi l-adeżjoni tal-Ukrajna mal-UE hija investiment strateġiku fil-paċi, fis-sigurtà, fid-demokrazija u fil-prosperità tal-kontinent kollu kemm hu, inkwantu se ssaħħaħ lill-Unjoni billi tikkontribwixxi għar-reżiljenza ġeopolitika tagħha, issaħħaħ il-potenzjal ekonomiku tagħha u tirrinforza l-impenn tagħha favur il-valuri komuni tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt u tal-libertà;
</CONS><CONS>
<NO.P>AG.</NO.P>billi l-adeżjoni tibqa’ proċess meritokratiku u l-progress fl-implimentazzjoni tar-riformi jrid jiġi vvalutat bir-reqqa u b’attenzjoni, u dan hu fl-interess tal-Ukrajna wkoll;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-gwerra ta’ aggressjoni Russa bħala kuntest għall-preparamenti għall-adeżjoni tal-Ukrajna mal-UE</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jikkundanna bl-aktar mod qawwi l-gwerra ta’ aggressjoni li għaddejja bħalissa tal-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna u l-attakki indiskriminati tar-Russja kontra ċ-ċivili u l-infrastrutturi ċivili; itenni s-solidarjetà soda tiegħu lill-poplu kuraġġuż tal-Ukrajna, li, mill-2014, ħallas l-ogħla prezz  biex jiddefendi s-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna, u biex jipproteġi lill-Ewropa u lill-valuri u lill-prinċipji demokratiċi komuni tagħna; jesprimi l-kondoljanzi l-aktar sinċieri tiegħu lill-familji tal-eroj li mietu u tal-vittmi ċivili innoċenti tal-aggressjoni Russa, inklużi s-600 u aktar tifel u tifla li nqatlu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-assassinju organizzat mir-Russja ta’ personalitajiet pubbliċi u ta’ militari prominenti Ukreni u s-sabotaġġ tagħha tal-infrastruttura kritika tal-Ukrajna; jesprimi l-orrur u r-rabja għall-assassinju faħxi, kommess fit-30 ta’ Awwissu 2025 fi Lviv, ta’ Andriy Parubiy, l-eks Speaker tal-Verkhovna Rada u l-eks Segretarju tal-Kunsill Nazzjonali tas-Sigurtà u d-Difiża, li kienu wrew impenn qawwi favur l-aspirazzjonijiet Ewropej tal-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jesprimi r-rabja tiegħu għall-attakki intensifikati bid-droni u bil-missili mwettqa mir-Russja kontra objettivi ċivili, inkluż l-attakk fuq Kiev fit-28 ta’ Awwissu 2025, meta d-Delegazzjoni tal-UE għall-Ukrajna u l-British Council sfaw bersalli diretti; jisħaq li l-attakk reċenti, kif ukoll l-attakki l-oħra kollha mmirati lejn l-infrastruttura ċivili, jikkostitwixxi delitt tal-gwerra u juri għal darb’oħra d-diżrispett sfaċċat tar-Russja għall-ħajja tal-bniedem, għad-dritt internazzjonali, għall-isforzi tal-Istati Uniti lejn il-paċi u għall-prinċipji fundamentali li jirregolaw il-protezzjoni tal-popolazzjoni ċivili;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jikkonferma l-impenn sod tiegħu favur l-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna fi ħdan il-fruntieri tagħha rikonoxxuti f’livell internazzjonali; itenni l-politika tiegħu ta’ nonrikonoxximent tat-territorji tal-Ukrajna okkupati temporanjament mir-Russja, inkluża l-Krimea; jissottolinja bil-qawwa d-dritt intrinsiku tal-Ukrajna għall-awtodifiża, f’konformità mal-Artikolu 51 tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, li jinvolvi d-dritt li jiġu attakkati objettivi militari fit-territorju Russu; itenni l-impenn tal-UE favur paċi ġusta u dejjiema fl-Ukrajna b’kundizzjonijiet aċċettabbli għall-Ukrajna u għall-poplu tagħha, li tiżgura l-preservazzjoni tas-sovranità u tal-integrità territorjali tagħha kif ukoll il-prosekuzzjoni ta’ dawk responsabbli mid-delitti tal-gwerra u l-ħlas tar-riżarċimenti; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jaħdmu b’mod attiv biex jinżamm u jinkiseb l-aktar appoġġ internazzjonali mifrux possibbli għall-Ukrajna u biex tinstab soluzzjoni paċifika għall-gwerra, li trid tkun ibbażata fuq ir-rispett sħiħ tad-dritt internazzjonali u tas-sovranità u tal-integrità territorjali tal-Ukrajna, ir-responsabbiltà għad-delitti tal-gwerra u għad-delitt ta’ aggressjoni, kif ukoll il-ħlas min-naħa tar-Russja għad-danni enormi kkawżati fl-Ukrajna; jisħaq fuq il-fatt li kwalunkwe soluzzjoni paċifika trid tirrispetta r-rieda tal-poplu Ukren, ma tkunx imposta minn xi attur internazzjonali ieħor u ma trid la tippremja l-aggressjoni u lanqas tikkomprometti s-sigurtà futura tal-Ukrajna; iqis li l-approċċ qarrieqi għan-negozjati u l-proposti mhux serji tal-mexxejja Russi f’dawn l-aħħar xhur huma prova oħra tal-fatt li r-Russja biħsiebha ttawwal l-gwerra tagħha fuq it-territorju Ukren kollu kemm tista’ u kemm jirnexxilha; jisħaq li n-negozjati għall-paċi jridu jkunu ppreċeduti minn waqfien mill-ġlied inkundizzjonat; jitlob li l-UE tkompli tappoġġja l-isforzi Ukreni u internazzjonali maħsuba biex isaħħu d-dokumentazzjoni u l-investigazzjoni dwar id-delitti tal-gwerra kommessi mill-forzi Russi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jesprimi tħassib kbir għall-bidla fil-pożizzjoni tal-Istati Uniti dwar il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja, billi ddjalogaw direttament mar-Russja mingħajr ma eżerċitaw pressjoni sinifikattiva, irrinunzjaw pubblikament li jużaw strumenti importanti ta’ influwenza, irrifjutaw sanzjonijiet addizzjonali u ddiskutew ir-revoka tagħhom u ppruvaw iġiegħlu lill-Ukrajna tagħmel konċessjonijiet territorjali u tirrinunzja għad-dritt leġittimu tagħha għall-awtodifiża; jisħaq li, fid-dawl ta’ dawn l-iżviluppi, l-UE u l-Istati Membri tagħha jeħtiġilhom jibqgħu l-alleati strateġiċi prinċipali tal-Ukrajna u jkun tajjeb li jsaħħu r-rwol ta’ tmexxija tagħhom fl-appoġġ favur il-ġlieda tal-Ukrajna għas-sovranità, għall-paċi u għall-ġustizzja; jirrikonoxxi li s-sigurtà tal-Ukrajna tirrappreżenta parti kruċjali tas-sigurtà tal-UE; jinnota li l-appoġġ tal-UE għall-Ukrajna llum huwa akbar minn dak tal-Istati Uniti, u dan jissottolinja r-rwol fundamentali tal-UE fis-sostenn tar-reżistenza u tal-irkupru tal-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jisħaq fuq il-fatt li l-UE u l-Istati Membri tagħha jeħtiġilhom iżidu konsiderevolment l-effikaċja tal-assistenza militari, materjali u finanzjarja li jagħtu biex jiġi rispettat id-dritt tal-Ukrajna għall-awtodifiża, u jħaffu l-forniment ta’ tali assistenza; jinsisti fuq il-fatt li l-UE u l-Istati Membri tagħha, flimkien mas-sħab u mal-alleati, jeħtiġilhom jikkontribwixxu għal garanziji sodi ta’ sigurtà għall-Ukrajna biex jiskoraġġixxu aktar aggressjonijiet Russi u jippermettu lill-Ukrajna tikkonċentra totalment l-isforzi tagħha biex tkompli r-riformi necessarji fil-perkors lejn l-adeżjoni mal-UE; jisħaq fuq l-importanza li tissaħħaħ b’mod permanenti s-sigurtà tax-xaqliba tal-Lvant tal-UE u tan-NATO bħala risposta għat-theddid min-naħa tar-Russja; jitlob li jiġu żviluppati infrastrutturi militari u loġistiċi fil-pajjiżi ġirien tal-Ukrajna; jirrikonoxxi d-dritt sovran tal-Ukrajna li tagħżel l-alleanzi militari tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jieħu nota tal-laqgħa reċenti bejn il-President tal-Istati Uniti Donald Trump u Vladimir Putin u jisħaq li din tikkuntrasta b’mod sfaċċat mal-eskalazzjoni massiva tal-attakki tar-Russja kontra l-Ukrajna, li għal darb’oħra juru li r-Russja mhi bl-ebda mod interessata fil-paċi, iżda pjuttost li tissottometti l-Ukrajna; jissottolinja li Vladimir Putin qed jipparteċipa fl-isforzi ta’ paċi tal-Istati Uniti b’mod diżonest u qiegħed sempliċement itawwal iż-żmien sabiex ikompli l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja; jistieden lill-President Trump jieħu azzjoni wara li ħabbar li l-Istati Uniti se jadottaw aktar sanzjonijiet ekonomiċi determinati kontra r-Russja u kontra dawk il-pajjiżi li qed jagħtu spinta lill-magna tal-gwerra tagħha; jisħaq li l-ebda paċi dejjiema u ġusta fl-Ukrajna ma tista’ tiġi nnegozjata mingħajr il-parteċipazzjoni sħiħa tal-mexxejja tal-Ukrajna u l-appoġġ tal-poplu tagħha, kif ukoll il-parteċipazzjoni tal-Unjoni Ewropea; jinnota, b’approvazzjoni, li saret laqgħa bejn il-President Trump u l-President Zelenskyy u għadd ta’ mexxejja Ewropej fit-18 ta’ Awwissu 2025; jafferma mill-ġdid l-impenn sod tiegħu li jipprovdi garanziji ta’ sigurtà u li jieħu l-passi kollha meħtieġa biex isaħħaħ il-forzi armati u l-industrija tad-difiża tal-Ukrajna; jirrifjuta kwalunkwe affermazzjoni Russa skont liema hija garanti tal-arranġamenti ta’ sigurtà futuri għall-Ukrajna u kwalunkwe tentattiv biex tiġi kkundizzjonata s-sovranità numerika u operattiva tal-forzi armati Ukreni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Ifakkar li l-Ewropa diġà appoġġjat lill-Ukrajna b’EUR 50 biljun f’għajnuna militari, iżda jissottolinja li hija meħtieġa aktar assistenza u li tali appoġġ jiddependi fil-biċċa l-kbira tiegħu mill-Ewropa nnifisha; iħeġġeġ lill-Istati Membri jfornu aktar armi u munizzjon lill-Ukrajna qabel il-konklużjoni ta’ kwalunkwe negozjat, u jsaħħu b’mod sostanzjali l-kondiviżjoni tal-intelligence mal-Ukrajna; jistieden lill-Istati Membri tal-UE, lis-sħab internazzjonali u lill-alleati tan-NATO jneħħu r-restrizzjonijiet kollha fuq l-użu tas-sistemi tal-armi tal-Punent li jitwasslu lill-Ukrajna kontra objettivi militari fit-territorju Russu; jilqa’ l-isforzi tal-Ukrajna biex issaħħaħ il-bażi industrijali tad-difiża interna tagħha, inkluża l-produzzjoni ta’ droni u ta’ teknoloġiji kritiċi oħra; jinsisti fuq l-importanza fundamentali tal-kooperazzjoni mal-Ukrajna u tal-integrazzjoni tal-pajjiż fl-inizjattivi ta’ difiża tal-UE, inkluża l-integrazzjoni tal-industrija tad-difiża Ukrena fil-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea bil-għan li tissaħħaħ l-awtonomija strateġika tal-UE; jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ proġetti konġunti għall-produzzjoni ta’ armi mas-sħab tal-UE u tan-NATO; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw lil dawn l-inizjattivi permezz tal-Istrateġija għall-Industrija tad-Difiża Ewropea u tal-istrumenti rilevanti, bil-għan li jissaħħu l-kapaċitajiet ta’ awtodifiża fit-tul tal-Ukrajna; jenfasizza l-urġenza li jiġi ffinanzjat b’mod adegwat l-Istrument ta’ Appoġġ għall-Ukrajna tal-Programm għall-Industrija tad-Difiża Ewropea, li għalih għadhom ma ġewx allokati fondi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Itenni l-appell tiegħu lill-Istati Membri tal-UE biex isegwu l-eżempji tad-Danimarka u tan-Netherlands ħalli jikkollaboraw mal-industrija tad-difiża Ukrena u jappoġġjaw lill-kapaċitajiet ta’ produzzjoni tagħhom bil-mod l-aktar effiċjenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jilqa’ r-riżultati miksuba mill-Missjoni ta’ Assistenza Militari tal-UE b’appoġġ għall-Ukrajna (EUMAM) li forniet taħriġ lill-persunal militari Ukren; jappoġġja d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Novembru 2024 li tipproroga l-mandat tal-missjoni b’sentejn; jitlob li r-riżorsi finanzjarji, loġistiċi u umani tal-EUMAM jitwessgħu u jiġu adattati għall-evoluzzjoni tal-bżonnijiet ta’ taħriġ militari tal-Forzi Armati tal-Ukrajna, kif ukoll għall-isforzi ta’ riforma fit-tul, bi qbil mal-impenji konġunti fil-qasam tas-sigurtà bejn l-UE u l-Ukrajna; jenfasizza li l-EUMAM għandha taġixxi wkoll bħala pjattaforma għall-iskambju tal-aħjar prattiki, tiżgura li l-forzi Ewropej jibbenefikaw mill-esperjenza fil-kamp tal-battalja mill-Forzi Armati tal-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jikkundanna bl-aktar mod qawwi l-azzjonijiet vjolenti tar-Russja u l-kompliċità tal-Belarussja fil-maltrattament tat-tfal Ukreni, inklużi l-omiċidju, it-trasferiment furzat, id-deportazzjoni u l-adozzjoni illegali u fit-tħassir tal-identità Ukrena permezz tar-Russifikazzjoni infurzata; jistieden lill-UE tikkoopera mill-qrib mal-awtoritajiet Ukreni, mal-organizzazzjonijiet internazzjonali u mal-NGOs u tappoġġjahom fl-isforz tagħhom biex jiddokumentaw it-tfal kollha li għebu u li ġew iddeportati, jiżguraw li jerġgħu lura fis-sigurtà u jerġgħu jintegraw ruħhom, u joffru l-appoġġ legali, psikoloġiku u soċjali neċessarju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jikkundanna t-trattament diżuman li tagħti r-Russja lill-priġunieri tal-gwerra Ukreni, inklużi t-torturi u l-eżekuzzjonijiet, li jiksru b’mod gravi l-Konvenzjoni ta’ Ġinevra, filwaqt li l-priġunieri tal-gwerra Russi fl-Ukrajna jgawdu mid-drittijiet kollha rikonoxxuti lilhom mid-dritt internazzjonali, inklużi ż-żjarat u l-assistenza tal-organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar (KISA); jilqa’ l-akbar skambju ta’ priġunieri li sar s’issa, ta’ Mejju 2025, u jistieden lill-UE, lill-Istati Membri tagħha u lill-komunità internazzjonali jaġevolaw aktar skambji u jeżerċitaw il-pressjonijiet neċessarji biex jiżguraw li jkomplu isiru; jiddeplora l-priġunerija illegali, min-naħa tar-Russja, ta’ ċivili Ukreni, li qed jinżammu f’iżolament u f’kundizzjonijiet diżumani, li jinkludu torturi u qtil ekstraġudizzjarju; jitlob li jiżdiedu l-pressjonijiet internazzjonali biex jiġi żgurat il-ħelsien tal-Ukreni kollha miżmuma f’detenzjoni; jistieden lill-KISA jinsisti li l-awtoritajiet Russi jagħtu aċċess mingħajr restrizzjonijiet lir-rappreżentanti internazzjonali tal-KISA għall-postijiet kollha fejn jinżammu l-priġunieri Ukreni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza tar-responsabbiltà komprensiva u tal-mekkaniżmi tal-ġustizzja; jilqa’ r-ratifika min-naħa tal-Ukrajna tal-Istatut ta’ Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali u l-emendi korrispondenti fil-Kodiċi Kriminali; jilqa’ d-Dikjarazzjoni Konġunta (Dikjarazzjoni ta’ Lviv) tal-Grupp Ċentrali tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin, tad-9 ta’ Mejju 2025, dwar it-twaqqif ta’ Tribunal Speċjali għad-Delitt ta’ Aggressjoni kontra l-Ukrajna; jissottolinja li l-prosekuzzjoni tad-delitt ta’ aggressjoni hi essenzjali biex jiġi sostnut l-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli u biex tiġi evitata l-impunità; jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri jkomplu jappoġġjaw it-twaqqif u l-funzjonament tat-Tribunal Speċjali fi ħdan il-qafas tal-Kunsill tal-Ewropa; jinkoraġġixxi lill-partijiet kollha jiggarantixxu li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili Ukreni u l-vittmi tal-gwerra jiżvolġu rwol sinifikattiv fil-ħidma tat-Tribunal; jinsab konvint li paċi ġusta u dejjiema tkun possibbli biss meta t-tfal Ukreni, iċ-ċivili l-oħra ddeportati bil-forza jew miżmuma f’detenzjoni u l-priġunieri tal-gwerra jinħelsu u jingħaqdu mal-familji tagħhom, u meta dawk responsabbli jittellgħu quddiem il-ġustizzja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jilqa' s-sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem tad-9 ta' Lulju 2025 fil-każ tal-Ukrajna u l-Olanda vs ir-Russja, li żammet lir-Russja responsabbli għal abbużi mifruxa u flagranti tad-drittijiet tal-bniedem fl-Ukrajna—inkluż it-twaqqigħ tal-MH17, it-tortura, l-istupru bħala arma tal-gwerra, eżekuzzjonijiet sommarji, detenzjonijiet illegali u arbitrarji, u t-tneħħija organizzata ta' tfal lejn ir-Russja u l-adozzjoni tagħhom hemmhekk;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jissottolinja li s-sanzjonijiet, flimkien mal-prevenzjoni taċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet u mal-ġlieda kontriha, għadhom strumenti kruċjali biex tiġi mminata l-kapaċità tar-Russja li tkompli l-gwerra ta’ aggressjoni tagħha u biex jiġi newtralizzat it-theddid għas-sigurtà Ewropea; jitlob l-espansjoni tas-sanzjonijiet fil-konfront tal-ekonomija Russa, anki fis-settur metallurġiku, nukleari, kimiku, enerġetiku u finanzjarju; jilqa’ l-adozzjoni ta’ 18-il pakkett ta’ sanzjonijiet fil-konfront tal-Federazzjoni Russa u jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jadottaw pakketti ta’ sanzjonijiet addizzjonali, b’mod partikolari mmirati li jindirizzaw iċ-ċirkomvenzjoni tal-miżuri eżistenti; jisħaq li l-implimentazzjoni rigoruża u l-infurzar tas-sanzjonijiet huma essenzjali biex il-magna tal-gwerra Russa tkun imċaħħda mir-riżorsi u biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-Ukrajna; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaħdmu biex jiżguraw l-parteċipazzjoni kontinwa tal-Istati Uniti fl-implimentazzjoni tas-sanzjonijiet fil-konfront tar-Russja, bil-għan li tinżamm il-pressjoni fuq l-ekonomija u l-baġit statali tar-Russja; huwa tal-fehma li s-sanzjonijiet iridu jiġu pprorogati u jitkomplew sakemm ir-Russja ġġib fi tmiemha l-gwerra ta’ aggressjoni tagħha u tħallas ir-riżarċimenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Iħeġġeġ l-eliminazzjoni aċċelerata tal-prodotti tal-idrokarburi Russi fl-UE biex sa fl-aħħar tinkiseb projbizzjoni totali; itenni li t-tmiem tad-dipendenza enerġetika tal-UE mill-idrokarburi Russi huwa essenzjali għas-sigurtà enerġetika tal-Ewropa; jilqa’ l-implimentazzjoni effettiva tal-embargo totali tal-UE fuq il-faħam Russu, li temmet id-dipendenza tal-UE mill-faħam Russu; ifakkar fl-embargo tal-UE fuq iż-żejt Russu, iżda jiddispjaċih li l-Gvern Ungeriż u l-Gvern Slovakk għażlu li jibqgħu jiddependu minnu u jħeġġiġhom iġibu malajr fi tmiemha din id-dipendenza ta’ ħsara, permezz ta’ miżuri ta’ appoġġ speċifiċi meta jkun hemm bżonn; jistieden lill-Kunsill jimponi sanzjonijiet fuq il-bastimenti kollha li joperaw fil-flotta mistura Russa u jagħmel kuntatt mal-Istati tal-bandiera biex ineħħu mir-reġistru tal-bastimenti tagħhom dawn il-bastimenti, u b’hekk isiru “mhux assigurabbli” għall-kumpaniji tal-assigurazzjoni; iħeġġeġ li jiżdiedu l-isforzi maħsuba biex jipprevjenu ċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet eżistenti fil-konfront taż-żejt Russu; iħeġġeġ lill-UE u lill-koalizzjoni tal-G7 jbaxxu l-prezz massimu taż-żejt biex tkompli tonqos il-kapaċità finanzjarja tar-Russja li tiġġieled gwerra; jilqa’ l-pjan REPowerEU li l-Kummissjoni ħabbret dan l-aħħar; iħeġġeġ, madankollu, lill-Kummissjoni tmexxi ’l quddiem il-kalendarji tiegħu kull meta possibbli u tieħu, skont il-bżonn, miżuri proviżorji bħat-tbaxxija tal-prezz massimu taż-żejt u l-implimentazzjoni tal-prezz massimu u tal-kwota tal-importazzjoni tal-gass naturali likwifikat; jirrifjuta bil-qawwa l-appelli biex jissuktaw proġetti bħall Nord Stream 1 u 2; jiddispjaċih bil-kbir bil-fatt li għaddew aktar minn tliet snin mindu bdiet l-invażjoni fuq skala kbira imma l-Kunsill għadu ma adottax embargo totali fuq il-gass Russu; jitlob li tali miżura tiġi adottata malajr;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jiddeplora l-imġiba ostruzzjonistika tal-gvernijiet fl-UE li heddew li jqiegħdu l-veto jew jimminaw il-miżuri restrittivi fil-konfront tar-Russja; jappoġġja l-intenzjoni li jiġi kriminalizzati l-ksur u ċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet fl-Ukrajna, kif ippropona l-abbozz ta’ liġi urġenti nru 12406; jissottolinja li l-infurzar ta’ tali leġiżlazzjoni huwa essenzjali biex jingħalqu l-lakuni li jippermettu li jiġu rtirari l-assi sanzjonati waqt il-fażi ta’ mblokk u biex il-faċilitaturi tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja jittellgħu quddiem il-ġustizzja; iħeġġeġ lill-Ukrajna tadotta dan l-abbozz ta’ liġi bi qbil mal-aħjar prattiki rilevanti tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkonfiskaw l-assi Russi immobilizzati u jqegħduhom għad-dispożizzjoni tad-difiża u tar-rikostruzzjoni tal-Ukrajna kif ukoll biex jitħallsu r-riżarċimenti lill-vittmi, bi qbil mad-dritt internazzjonali u mal-prinċipju tar-responsabbiltà statali; jisħaq li, biex jinkiseb tal-ewwel, huwa ta’ importanza fundamentali li jiġi żgurat li l-assi sovrani Russi jibqgħu immobilizzati fi ħdan l-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jitlob sens ta’ tmexxija qawwi min-naħa tal-Kunsill u tal-Kummissjoni biex tinstab soluzzjoni sostenibbli għal dak li għandu x’jaqsam mal-mekkaniżmu tal-protezzjoni temporanja tal-UE għal aktar minn 4 miljun ċittadin Ukren, li ġie pprorogat sa Marzu 2026; jenfasizza l-bżonn li jiġi żgurat trattament indaqs u li tiġi evitata l-frammentazzjoni fl-UE; jisħaq fuq l-importanza li jiġu difiża d-drittijiet ta’ dawk l-Ukreni li ma jistgħux imorru lura u li jixtiequ jibqgħu fl-UE, filwaqt li jiġu sostnuti wkoll dawk li jagħżlu li jmorru lura u jibnu mill-ġdid ħajjithom fl-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jinkoraġġixxi lill-Ukrajna u lill-Istati Membri jikkooperaw mill-qrib bil-għan li jimmassimizzaw il-parteċipazzjoni ekonomika potenzjali tal-popolazzjoni Ukrena tar-rifuġjati u tad-dijaspora biex tiġi żgurata r-reżiljenza u l-inklużività tal-irkupru ekonomiku u tar-rikostruzzjoni ekonomika li għaddejja u tal-ġejjieni tal-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jistieden lill-forzi politiċi fl-Ukrajna jibqgħu magħqudin u jkomplu jkunu ggwidati minn sens ta’ għaqda u koeżjoni politika soda, li wera li jamplifika r-reżiljenza tal-Ukrajna fid-dawl tat-theddida eżistenzjali attwali għal-libertà u għall-indipendenza tal-pajjiż; jistieden lill-atturi politiċi kollha fl-Ukrajna, b’mod partikolari dawk li bħalissa jinsabu fil-poter, jużaw is-setgħat tagħhom għal żmien il-gwerra biex irawmu l-għaqda politika u t-tfassil ta’ politiki koerenti u inklużivi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Impenn favur l-adeżjoni mal-UE</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jilqa’ b’qawwa d-dedikazzjoni soda tal-Ukrajna biex tissodisfa r-rekwiżiti għall-adeżjoni mal-UE, inkluż ir-rispett tal-acquis tal-UE, minkejja l-gwerra ta’ aggressjoni brutali u ma taqta’ qatt tar-Russja u l-eskalazzjoni reċenti min-naħa tagħha; iħeġġeġ lill-Ukrajna żżomm id-dedikzzjoni tagħha u r-ritmu tar-riformi; jenfasizza l-impuls qawwi fl-implimentazzjoni tar-riformi fl-Ukrajna u jilqa’ r-rata ta’allinjament dejjem ogħla tal-Ukrajna mal-politika estera u ta’ sigurtà komuni tal-UE, li fl-2024 laħqet il-95 %; josserva li r-rikjesti ta’ riforma tal-UE fl-ambitu tal-proċess ta’ adeżjoni huma appoġġjati minn aktar minn 70 % tal-Ukreni, u dan jissottolinja l-importanza tal-effett kontinwu ta’ lieva tal-UE, tal-kundizzjonalità strutturata u tal-komunikazzjoni pubblika f’dan il-perjodu;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Demokrazija, stat tad-dritt u ġlieda kontra l-korruzzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Ifaħħar l-isforzi straordinarji tal-Ukrajna biex issaħħaħ l-istituzzjonijiet demokratiċi matul il-gwerra; jinkoraġġixxi lill-Ukrajna u lill-gvern tagħha jżommu r-ritmu tar-riformi; ifakkar li, skont prinċipji demokratiċi rikonoxxuti b’mod wiesa’ u l-Kostituzzjoni tal-Ukrajna, l-elezzjonijiet ma jistgħux isiru fi żminijiet ta’ gwerra u meta tkun fis-seħħ il-liġi marzjali; jissottolinja li l-elezzjonijiet demokratiċi jirrikjedu ħin adegwat għall-preparamenti kif ukoll aċċess għal informazzjoni biex jissodisfaw l-istandards internazzjonali; jistieden lill-awtoritajiet Ukreni jastjenu minn proċedimenti ġudizzjarji mhux f’waqthom u bbażati fuq motivazzjonijiet politiċi u minn sanzjonijiet fil-konfront tar-rappreżentanti tal-oppożizzjoni, kif ukoll isostnu l-pluraliżmu parlamentari u jrawmu djalogu kostruttiv fost l-iskjeramenti politiċi kollha fil-Verkhovna Rada;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Itenni r-rakkomandazzjoni, fil-kuntest tal-adeżjoni mal-UE, biex jitneħħew ir-restrizzjonijiet kollha fuq l-ivvjaġġar barra mill-Ukrajna għal raġunijiet politiċi u relatati mal-mandat għall-membri tal-Verkhovna Rada; jisħaq fuq l-importanza li jiġi rispettat u rinforzat ir-rwol istituzzjonali tal-Verkhovna Rada u jappoġġja l-isforzi ta’ riforma li qed isiru biex tiżdied il-kapaċità leġiżlattiva, is-superviżjoni tal-eżekuttiv u l-obbligu ta’ rendikont tagħha fil-konfront tal-pubbliku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jilqa’ l-Liġi dwar il-proċess leġiżlattiv, li skont il-Kummissjoni hija pass fundamentali lejn proċess leġiżlattiv aktar strutturat u effikaċi fl-Ukrajna wara l-eventwali revoka tal-liġi marzjali u l-isforzi tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali tal-Ukrajna biex taġġorna r-reġistru elettorali nazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Ifaħħar l-iżvilupp min-naħa tal-Ukrajna, f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni, ta’ tliet pjanijiet direzzjonali ta’ riforma li jkopru l-istat tad-dritt, ir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika u l-funzjonament tal-istituzzjonijiet demokratiċi, bi sforzi fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni inkorporati f’kollha kemm huma; josserva li dawn il-pjanijiet direzzjonali, ladarba approvati mill-Kummissjoni, se jservu ta’ parametru ta’ riferiment kritiku għall-monitoraġġ tal-progress tal-Ukrajna fir-riformi; jilqa’ l-fatt li l-isforzi fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni huma element integrali tat-tliet pjanijiet direzzjonali kollha; jisħaq fuq l-importanza li r-riformi jiġu ankrati fi trasformazzjonijiet soċjetali u politiċi usa’ biex jiġu żgurati l-fattibbiltà fit-tul tagħhom, l-implimentazzjoni effettiva tagħhom u l-indipendenza tal-funzjonament tal-istituzzjonijiet pubbliċi; jisħaq fuq l-importanza li titrawwem kultura politika kostruttiva u tiġi promossa kooperazzjoni bbażata fuq il-fiduċja fost il-partiti politiċi fl-Ukrajna; josserva pożittivament il-parteċipazzjoni attiva tal-parlamentari Ukreni fid-Djalogu Jean Monnet u jinkoraġġixxi l-applikazzjoni tal-aħjar prattiki Ewropej biex tiġi promossa l-kollaborazzjoni interpartitika quddiem l-isfidi komuni fil-perkors lejn l-adeżjoni mal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jilqa’ l-progress fir-riforma tas-sistema ġudizzjarja matul il-perjodu ta’ rapportar u jinkoraġġixxi lill-Ukrajna tkompli ttejjeb it-trasparenza fil-proċessi leġiżlattivi tagħha u tallokalha aktar riżorsi finanzjarji, umani u tekniċi ħalli tindirizza l-isfidi li jostakolaw l-iżvilupp tas-sistema ġudizzjarja, iżżid l-indipendenza tal-ġudikatura u ssaħħaħ il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, u b’hekk tiżgura allinjament mal-istandards tal-UE filwaqt li tevita miżuri superfiċjali li jaf ixekklu l-adeżjoni mal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Josserva li, minkejja t-titjib tal-qafas leġiżlattiv, is-sistema ġudizzjarja tibqa’ wieħed mis-setturi l-aktar vulnerabbli għall-korruzzjoni u għall-indħil politiku, kif juru l-każijiet ripetuti ta’ korruzzjoni fuq skala għolja u ta’ influwenza indebita fl-operat tal-qrati u tal-istituzzjonijiet ġudizzjarji, fosthom il-Qorti Kostituzzjonali tal-Ukrajna u l-Kummissjoni Għolja tal-Kwalifika tal-Imħallfin; josserva bi tħassib il-paraliżi kontinwa tal-Qorti Kostituzzjonali tal-Ukrajna u jħeġġeġ li jinħatru malajr l-imħallfin li fadal u li jimtlew il-postijiet battala fi ħdan il-Kunsill Għoli tal-Ġustizzja; jistieden ukoll lill-Verkhovna Rada tadotta Liġi dwar il-Qorti Kostituzzjonali bi qbil mal-opinjonijiet tal-Kummissjoni ta’ Venezja u, barra minn hekk, jistieden lill-Ukrajna tadotta pjan ta’ azzjoni u riformi interni biex jiġi evitat l-indħil indebitu u tissaħħaħ l-etika ġudizzjarja; jisħaq fuq l-importanza partikolari li titħares l-indipendenza istituzzjonali tal-Kummissjoni Għolja tal-Kwalifika tal-Imħallfin, anki fid-dawl tal-impenji meħuda fl-ambitu tal-ftehimiet internazzjonali, fosthom dawk mal-Fond Monetarju Internazzjonali; jenfasizza l-bżonn li tiġi intensifikata l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-interessi akkwiżiti fil-ġudikatura, li hija indispensabbli biex tinbena l-fiduċja tal-pubbliku u jimxi ’l quddiem il-proċess ta’ adeżjoni tal-Ukrajna; jisħaq fuq l-importanza ta’ proċessi ta’ selezzjoni trasparenti u bbażati fuq il-mertu għall-korpi tal-governanza ġudizzjarja u għall-pożizzjonijiet maniġerjali, inkluż l-involviment ta’ esperti nazzjonali u internazzjonali indipendenti; jisħaq fuq il-bżonn ta’ ħatriet ġudizzjarji depolitiċizzati, salvagwardji tal-integrità funzjonali, trasparenza, integrità, responsabbiltà u monitoraġġ internazzjonali msaħħaħ biex tkun evitata l-ġustizzja selettiva u titrawwem il-fiduċja tal-pubbliku fil-ġudikatura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Josserva bi tħassib in-nuqqas gravi ta’ mħallfin, il-volum eċċessiv ta’ każijiet fil-biċċa l-kbira tal-qrati, in-nuqqasijiet konsiderevoli ta’ finanzjament u d-distribuzzjoni diżomoġenja tax-xogħol ġudizzjarju, li lkoll jikkompromettu l-kwalità u l-puntwalità tal-prċcedimenti u jimpedixxu l-aċċess taċ-ċittadini għall-ġustizzja; jenfasizza l-bżonn li dawn il-kwistjonijiet jiġu indirizzati, anki permezz tal-użu tal-medjazzjoni u tal-mekkaniżmi ta’ filtraġġ proċedurali biex tittaffa l-pressjoni fuq il-ġudikatura; josserva li Transparency International ikklassifikat lill-Ukrajna fil-105 post fost 180 pajjiż fl-indiċi dwar il-perċezzjoni tal-korruzzjoni tagħha tal-2024, b’35 punt minn 100, li jissottolinja l-kobor tal-isfidi tal-lum fil-governanza fil-qasam tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni; jenfasizza li t-titjib fl-edukazzjoni fl-ambitu ġudizzjarju u t-tlestija tad-diġitalizzazzjoni tal-qrati tal-Ukrajna huma fundamentali għar-riforma tas-sistema ġudizzjarja tal-Ukrajna f’sens usa’;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jilqa’ l-ħatra ta’ kap ġdid tal-Aġenzija Nazzjonali għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni (NACP) u l-bidu ta’ awditjar indipendenti biex jevalwa l-effikaċja tal-Uffiċċju Nazzjonali kontra l-Korruzzjoni tal-Ukrajna (NABU) fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni; jilqa’ d-dħul fis-seħħ tal-Kodiċi Kriminali emendat u tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali, li mistennija jżidu l-effiċjenza tal-infurzar fil-qasam tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni, b’mod partikolari permezz ta’ titjib fil-qafas tal-patteġġjamenti; jirrikonoxxi ż-żieda fin-numru annwali ta’ sentenzi maqtugħa mill-Qorti Għolja Kontra l-Korruzzjoni (HACC) u ż-żieda fin-numru ta’ atti tal-akkuża ppreżentati mill-Uffiċċju Nazzjonali kontra l-Korruzzjoni tal-Ukrajna u mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Speċjalizzat fil-Ġlieda kontra l-Korruzzjoni (SAPO), u dan jirrifletti progress kostanti fl-attività ta’ prosekuzzjoni; jilqa’ l-fatt li reġgħu ddaħħlu l-proċeduri tad-dikjarazzjoni tal-assi u l-aċċess pubbliku, it-tisħiħ tar-regolamenti dwar il-kunflitti ta’ interessi u t-titjib fl-indipendenza tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Speċjalizzat fil-Ġlieda kontra l-Korruzzjoni; ifaħħar l-adozzjoni tal-pjan ta’ azzjoni għall-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ rkupru tal-assi għall-perjodu 2024–2025 u tal-miżuri relatati; jitlob ir-riforma urġenti tal-Aġenzija għall-Irkupru u l-Ġestjoni tal-Assi u jappoġġja l-adozzjoni fil-pront tal-abbozz ta’ liġi nru 12374-d biex jiżdied il-finanzjament tagħha; jilqa’ l-espansjoni tal-persunal fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prosekutur Speċjalizzat fl-Ambjent tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali u jħeġġeġ l-iżvilupp kontinwu tal-politiki kontra l-korruzzjoni fil-governanza fil-qasam tar-riżorsi naturali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Josserva li għad hemm nuqqas ta’ mħallfin fi ħdan l-Qorti Għolja Kontra l-Korruzzjoni u jisħaq fuq l-urġenza li titnieda kompetizzjoni trasparenti ġdida ħalli jimtlew il-pożizzjonijiet battala, biex b’hekk il-Qorti jkollha numru suffiċjenti ta’ persunal u bini biex topera b’mod effikaċi; jenfasizza l-bżonn li timtela l-pożizzjoni battala ta’ Prosekutur Ġenerali mill-aktar fis possibbli u jisħaq fuq l-importanza li tissaħħaħ l-indipendenza istituzzjonali tal-kariga, kif ukoll li jsiru kontrolli adegwati tas-setgħat tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jinkoraġġixxi lill-Ukrajna tissalvagwardja l-indipendenza u l-effikaċja tal-istituzzjonijiet kontra l-korruzzjoni, inklużi l-Uffiċċju tal-Prosekutur Speċjalizzat fil-Ġlieda kontra l-Korruzzjoni u l-Uffiċċju Nazzjonali kontra l-Korruzzjoni tal-Ukrajna, u b’hekk jiġu żgurati proċeduri ta’ ħatra trasparenti, li jipproteġu lil dawn l-organi mill-indħil politiku u jsaħħu l-awtonomija istituzzjonali tagħhom; jisħaq fuq l-importanza li l-Uffiċċju tal-Prosekutur Speċjalizzat fil-Ġlieda kontra l-Korruzzjoni jingħata aktar indipendenza mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali u li l-Uffiċċju Nazzjonali kontra l-Korruzzjoni tal-Ukrajna jiġi mgħammar bil-mezzi biex ikollu aċċess f’waqtu għall-għarfien espert fil-forensika u kapaċitajiet awtonomi ta’ interċettazzjoni telefonika biex iwettaq investigazzjonijiet effikaċi; ifaħħar lill-Ukrajna talli żiedet in-numru ta’ persunal tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Speċjalizzat fil-Ġlieda kontra l-Korruzzjoni u jissottolinja l-bżonn li dan it-tkabbir jikkorrispondi għal riżorsi finanzjarji u tekniċi adegwati biex tiġi żgurata l-kapaċità operattiva; iħeġġeġ lill-Ukrajna tikkunsidra riforma strutturali tal-Uffiċċju Statali tal-Investigazzjonijiet sabiex issaħħaħ l-indipendenza u l-effikaċja tiegħu u jiġi evitat l-abbuż tiegħu fil-kuntest tal-iżviluppi politiċi ta’ wara l-gwerra fl-Ukrajna, b’mod partikolari b’rabta mal-kampanji elettorali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar it-tentattiv fallut mill-awtoritajiet tal-Ukrajna biex tiġi mminata l-indipendenza tal-istituzzjonijiet kontra l-korruzzjoni; jilqa’ l-oppożizzjoni qawwija mis-soċjetà ċivili għal dawk it-tentattivi inaċċettabbli, li ġiegħlu lill-awtoritajiet jieħdu pass lura; iqis din l-inizjattiva tal-awtoritajiet bħala tentattiv perikoluż biex jiġu mminati l-kisbiet ta’ ġlieda ġenwina kontra l-korruzzjoni; jissottolinja li, li kieku rnexxiet, din l-inizjattiva kienet sempliċiment jaġevola lill-għedewwa tal-Ukrajna; jisħaq li dan kollu għandu jservi ta’ tfakkira ċara għal dawk kollha fl-Ukrajna li, minħabba interessi f’terminu qasir, lesti jpoġġu l-futur tal-pajjiż f’riskju; itenni li l-ġlieda kontra l-korruzzjoni tirrikjedi impenn fit-tul u sforzi komprensivi biex tiġi stabbilita governanza tajba b’kontrokontrolli li jiffunzjonaw tajjeb; jappoġġja l-pożizzjoni tal-Kummissjoni li dawn l-istituzzjonijiet huma kruċjali għall-aġenda ta’ riforma tal-Ukrajna u jeħtiġilhom joperaw b’mod indipendenti biex jiġġieldu l-korruzzjoni u jżommu l-fiduċja taċ-ċittadini;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jilqa’ l-adozzjoni tal-Liġi dwar il-Lobbying bħala parti mill-aġenda ta’ deoligarkizzazzjoni tal-Ukrajna; jisħaq fuq il-bżonn ta’ strateġija mġedda u komprensiva biex tiġġieled l-influwenza oligarkika, u li tiżgura l-involviment tal-partijiet ikkonċernati nazzjonali, tal-esperti internazzjonali u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet Ukreni jkomplu jaħdmu fuq ir-riforma tal-governanza tal-impriżi ta’ proprjetà tal-Istat bi qbil mal-linji gwida tal-OECD, bil-għan li jnaqqsu sal-minimu l-potenzjal għall-patrunaġġ u jipprevjenu l-korruzzjoni, anki billi jippubblikaw id-data kollha relatata mas-sjieda benefiċjarja tal-impriżi ta’ proprjetà tal-Istat u jiżguraw li l-impriżi ta’ proprjetà tal-Istat ewlenin kollha jkollhom bordijiet indipendenti u bbilanċjati f’termini ta’ ġeneri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza ta’ riforma ulterjuri tal-kontroll finanzjarju, inkluż it-titjib tal-prestazzjonijiet ta’ monitoraġġ min-naħa tas-Servizz ta’ Awditjar Statali u l-implimentazzjoni korretta tar-riforma tal-Kamra tal-Kontijiet biex jiġi ssalvagwardjat l-infiq nazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jirrikonoxxi l-konklużjonijiet tal-addendum mat-tieni Rapport ta’ Konformità, adottat mill-Grupp ta’ Stati tal-Kunsill tal-Ewropa kontra l-Korruzzjoni fit-22 ta’ Novembru 2024, skont liema l-Ukrajna implimentat b’mod sodisfaċenti jew ittrattat b’mod sodisfaċenti 18-il rakkomandazzjoni mill-31 li jinsabu fir-rapport; jinkoraġġixxi lill-Ukrajna timplimenta bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet li fadal, b’mod partikolari billi tintroduċi sistema ta’ assenjazzjoni każwali tal-każijiet lill-prosekuturi, tiċċara d-definizzjonijiet tal-infrazzjonijiet dixxiplinari u twessa’ l-firxa tas-sanzjonijiet dixxiplinari disponibbli biex jiġu żgurati proporzjonalità u effikaċja, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Ukrajna tagħti prijorità lit-tisħiħ tal-istat tad-dritt, lir-riforma tas-sistema ġudizzjarja u lill-ġlieda kontra l-korruzzjoni u jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jintensifikaw l-appoġġ għal dawn l-isforzi, inkwantu l-progress f’dawn l-oqsma huwa fundamentali mhux biss għall-adeżjoni mal-UE iżda wkoll għar-rikostruzzjoni b’suċċess u għall-fiduċja ekonomika; jirrakkomanda l-adozzjoni ta’ liġi soda li tipproteġi lill-informaturi ta’ irregolaritajiet, bi qbil mal-acquis tal-UE; josserva li l-qafas attwali tal-politika kontra l-korruzzjoni tal-Ukrajna tiskadi fl-2025 u jenfasizza l-bżonn ta’ Programm Statali kontra l-Korruzzjoni li jirrifletti l-kontribut tas-soċjetà ċivili u jiffissa għanijiet ambizzjużi, kriterji li jkunu jistgħu jitkejlu u kalendarji ċari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi lill-Ukrajna fis-sett ta’ għodod għall-istat tad-dritt tal-UE biex l-implimentazzjoni tar-riforma demokratika tissaħħaħ qabel l-adeżjoni; jinkoraġġixxi kapaċità msaħħa għall-infurzar tal-liġi għall-investigazzjonijiet finanzjarji billi tiġi żviluppata gwida metodoloġika u jiġu ċċarati r-responsabbiltajiet, inklużi risposti aħjar għall-pjanijiet kriminali bħall-użu ta’ kurriera ta’ flus miksuba illegalment (money mules);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Josserva li l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja tqiegħed lis-sistema ġudizzjarja tal-Ukrajna taħt pressjoni enormi, anki bħala konsegwenza tal-volum għoli ta’ każijiet ta’ “kollaborazzjoni”; jitlob, f’dan ir-rigward, applikazzjoni attenta tal-leġiżlazzjoni dwar il-“kollaborazzjonijiet”, u jitħarsu d-drittijiet fundamentali u l-ekwità ġudizzjarja, u jinkoraġġixxi approċċ unifikat ta’ prosekuzzjoni bbażat fuq iċ-ċarezza tad-dritt u r-rigorożità fattwali, kruċjali għall-integrazzjoni mill-ġdid tat-territorji liberati; jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet Ukreni, f’dan ir-rigward, jagħtu prijorità lill-prosekuzzjonijiet abbażi tal-gravità tagħhom u tar-rilevanza tagħhom mas-sigurtà statali, bi qbil mar-Raba’ Konvenzjoni ta’ Ġinevra; jitlob li jitjiebu t-trasparenza u l-aċċess pubbliku għad-data dwar tali prosekuzzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Ukrajna tirregola l-assi virtwali billi tadotta leġiżlazzjoni komprensiva, tiddeżinja awtorità superviżorja, tagħmel valutazzjoni tar-riskji u tappoġġja l-identifikazzjoni ta’ reati finanzjarji li jinvolvu l-assi virtwali; jilqa’, f’dan ir-rigward, l-adozzjoni reċenti min-naħa tal-Verkhovna Rada tal-abbozz ta’ liġi nru 11290 u jħeġġeġ l-adozzjoni tal-abbozz ta’ liġi nru 12207, li jintroduċi, fost l-oħrajn, skemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà u jimmira li jallinja l-leġiżlazzjoni Ukrena mal-istandards tal-UE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Libertajiet fundamentali u drittijiet tal-bniedem</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Ifaħħar l-impenn tal-Ukrajna biex tiddefendi d-drittijiet fundamentali fil-kuntest tal-gwerra ta’ aggressjoni Russa li għaddejja u minkejja tali gwerra; jissottolinja r-rwol essenzjali li taqdi s-soċjetà ċivili fir-riformi u fil-proċess ta’ adeżjoni mal-UE; jisħaq fuq il-bżonn li jinżamm kuntest sigur, favorevoli u parteċipattiv għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inklużi l-attivisti u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; jitlob l-aġġornament urġenti tal-Istateġija Nazzjonali fil-qasam tad-Drittijiet tal-Bniedem u pjan ta’ implimentazzjoni komprensiv; jinkoraġġixxi djalogu ċivili sinifikattiv fl-oqsma kollha tal-ħajja pubblika u politika u jħeġġeġ li jkun hemm għaqda politika kontinwa rigward il-perkors Ewropew tal-Ukrajna; jinkoraġġixxi l-allinjament tal-leġiżlazzjoni li tiddefinixxi l-mandat tal-Ombudsman tal-Ukrajna mal-acquis tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jirrikonoxxi l-isfidi biex tinżamm media pluralistika f’kundizzjonijiet ta’ gwerra, fosthom il-kollass tas-suq, ir-restrizzjonijiet ta’ sigurtà u l-iskarsezzi ta’ riżorsi umani; jemmen li l-ispazju tal-informazzjoni ħaj u l-libertà tal-media tal-Ukrajna huma fost l-aktar karatteristiċi ewlenin b’saħħithom tal-pajjiż biex jirreżisti l-invażjoni Russa u l-propaganda tagħha; jitlob li l-fornituri tal-media jitħallew ixandru bla xkiel mal-pajjiż kollu bħala kwistjoni ta’ politika, u b’hekk jirrifjuta bil-qawwa li jkun hemm ċensura politika ulterjuri waqt li jiġu applikati xi restrizzjonijiet b’rabta mal-gwerra, kif meħtieġ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Ifaħħar ix-xogħol kuraġġuż tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u tal-ġurnalisti li jiddokumentaw il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fir-reġjuni okkupati temporanjament; jirrikonoxxi l-pożizzjoni strateġika tal-Ukrajna fuq quddiem nett tal-gwerra ta’ informazzjoni u jilqa’ l-impenn tagħha fl-inizjattivi Ewropej bħat-tarka għad-demokrazija u l-impenji konġunti fil-qasam tas-sigurtà biex tiġġieled kontra l-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-indħil minn barranin (FIMI); jirrikonoxxi li l-Ukrajna hija sieħeb kruċjali tal-UE fil-ġlieda kontra l-FIMI u jħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jintensifikaw il-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni u t-theddid ibridu min-naħa tar-Russja; jitlob li jiġi promoss il-litteriżmu diġitali, jiġi infurzat l-Att dwar is-Servizzi Diġitali fuq il-pjattaformi tal-media soċjali u jissaħħu l-komunikazzjonijiet strateġiċi tal-UE ħalli jiġġieldu kontra l-indħil Russu u jiġi pubbliċizzat b’mod ċar l-appoġġ sostanzjali tal-UE favur l-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jilqa’ l-inizjattivi leġiżlattivi maħsuba biex jippromwovu l-ugwaljanza għall-persuni LGBTQI+ u għall-gruppi emarġinati l-oħra, b’mod partikolari l-abbozzi ta’ liġi 5488 (reati ta’ mibegħda), 12252 (unjonijiet ċivili), and 9103 (konvivenzi reġistrati); iħeġġeġ li dawn il-liġijiet jiġu adottati fil-pront biex tiġi żgurata l-konformità mal-istandards tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem; jitlob l-adozzjoni tal-Liġi l-Ġdida kontra d-Diskriminazzjoni rigward l-orjentament sesswali, l-identità tal-ġeneru d-diżabbiltà u t-tisħiħ ulterjuri tal-qafas ġuridiku tal-Ukrajna fil-qasam tal-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jilqa’ l-emendi ta’ Lulju 2024 tal-Liġi dwar il-Minoranzi Nazzjonali li jintroduċu perkorsi ta’ edukazzjoni bilingwi, u jinkoraġġixxi li dawn ir-riformi jiġu implimentati malajr permezz ta’ finanzjamenti adegwati u taħriġ għall-għalliema; jilqa’ l-ħolqien tal-Kunsill tal-Minoranzi Nazzjonali u l-adozzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Minoranzi Nazzjonali sal-2027, immirat li jallinja l-leġiżlazzjoni Ukrena mal-istandards Ewropej; jitlob li jkun hemm djalogu strutturat u sostanzjali mal-komunitajiet minoritarji u implimentazzjoni sħiħa tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta’ Venezja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Ifaħħar il-kapaċità tal-Ukrajna li tiżgura l-kontinwità u r-riforma tal-edukazzjoni, b’mod partikolari permezz ta’ strumenti diġitali, programmi appoġġjati mill-UE u żvilupp reżiljenti tal-infrastrutturi pubbliċi; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni twessa’ l-appoġġ lill-istudenti u lill-istituzzjonijiet Ukreni fl-ambitu ta’ Erasmus+, Orizzont Ewropa tal-programmi EU4Youth;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jilqa’ r-ratifika min-naħa tal-Ukrajna tal-Konvenzjoni ta’ Istanbul u l-ħolqien ta’ ċentri ta’ sostenn għas-superstiti; jinkoraġġixxi lill-Ukrajna tagħti finanzjament kostanti għall-prevenzjoni tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru u għas-sostenn tal-vittmi, speċjalment fid-dawl tar-riskji akbar matul il-gwerra; jinkoraġġixxi lill-Ukrajna ttejjeb il-Liġi dwar il-Prinċipji tal-Prevenzjoni tad-Diskriminazzjoni u tal-Ġlieda kontriha fl-Ukrajna u l-Kodiċi Kriminali tal-Ukrajna dwar ir-reati ta’ mibegħda konformement mal-istandards internazzjonali, kif ukoll tintroduċi l-modifiki leġiżlattivi neċessarji biex timplimenta l-Konvenzjoni ta’ Istanbul;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jirrikonoxxi riskju dejjem akbar ta’ traffikar ta’ bnedmin, b’mod partikolari nisa u tfal, f’kuntesti ta’ kunflitt u ta’ wara kunflitt; jistieden lill-awtoritajiet Ukreni, bl-aġġoġġ tal-UE, isaħħu l-mekkaniżmi ta’ identifikazzjoni u jikkollaboraw mas-soċjetà ċivili biex jiżguraw il-protezzjoni u r-riabilitazzjoni tal-vittmi bi qbil mad-Direttiva kontra t-Traffikar tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2024/1712 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 li temenda d-Direttiva 2011/36/UE dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu (ĠU L, 2024/1712, 24.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1712/oj).</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Isostni assistenza akbar tal-UE favur l-Ukrajna fis-settur tar-riabilitazzjoni fiżika u tal-assistenza prostetika, b’mod partikolari għas-suldati feruti, għall-vittmi ta’ mini u għall-amputati; jisħaq fuq l-importanza li tiġi żviluppata sistema nazzjonali ta’ proteżijiet u riabilitazzjoni bl-appoġġ tal-UE u tal-Istati Membri; jinkoraġġixxi sħubijiet mal-istituzzjonijiet mediċi Ewropej biex jitjiebu l-kapaċitajiet, it-taħriġ u l-aċċess għat-tagħmir modern;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jieħu nota tal-adozzjoni tal-liġi li se tippermetti lill-parroċċi Ortodossi Ukreni ma jibqgħux affiljati mal-ġuriżdizzjoni tal-Patrijarkat ta’ Moska u jiddeċiedu liberament dwar l-affiljazzjoni ġerarkika l-ġdida tagħhom; jikkundanna l-approprjazzjoni u t-tneħħija illegali ta’ beni tal-patrimonju kulturali tat-territorji Ukreni okkupati temporanjament mill-forzi Russi; iħeġġeġ ir-rispett tal-patrimonju reliġjuż u kulturali fiż-żoni okkupati temporanjament, fosthom 485 sit, post ta’ qima u sit sagru li diġà nqerdu; jissottolinja r-responsabbiltà tal-partijiet kollha biex jipproteġu l-patrimonju kulturali bi qbil mal-konvenzjonijiet internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jistieden lill-Ukrajna tkompli bl-approssimazzjoni tal-istandards dwar ix-xogħol, b’mod partikolari fir-rigward tal-libertà ta’ għaqda u d-djalogu soċjali u jinkoraġġixxi lill-Ukrajna tkompli tallinja l-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħha fil-qasam soċjali u tax-xogħol mal-istandards tal-UE, b’mod partikolari fis-setturi tal-impjiegi, tal-politika soċjali u tal-opportunitajiet indaqs; jistieden lill-Kummissjoni tagħti appoġġ addizzjonali biex dan il-progress jimxi ’l quddiem; jenfasizza l-bżonn ta’ konsultazzjonijiet wesgħin mat-trade unions u mas-soċjetà ċivili u jirrakkomanda li jitqies l-għarfien espert tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol fil-kwistjoni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kooperazzjoni reġjonali u relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jilqa’ l-parteċipazzjoni attiva tal-Ukrajna fl-inizjattivi reġjonali, bħat-tmexxija tagħha fil-Forum tas-Soċjetà Ċivili tas-Sħubija tal-Lvant u l-koordinament tal-proġetti transfruntieri mal-Istati Membri tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jilqa’ l-komunikazzjoni konġunta reċenti tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà bit-titolu “L-approċċ strateġiku tal-Unjoni Ewropea għar-reġjun tal-Baħar l-Iswed”<FOOTNOTE><FIELD> Il-komunikazzjoni konġunta reċenti tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tat-28 ta’ Mejju 2025 bit-titolu “L-approċċ strateġiku tal-Unjoni Ewropea għar-reġjun tal-Baħar l-Iswed” (JOIN(2025)0135).</FIELD></FOOTNOTE> u b’mod partikolari l-opportunitajiet għall-Ukrajna biex tikkontribwixxi b’mod sinifikattiv f’dan il-qafas; jinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni attiva kontinwa tal-Ukrajna fis-Sħubija tal-Lvant u fl-Assemblea Parlamentari Euronest bħala “mexxej tal-integrazzjoni” li jsostni l-valuri Ewropej u r-riformi fir-reġjun kollu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jilqa’ u jinkoraġġixxi kwalunkwe sforz min-naħa tal-Ukrajna u tal-Istati Membri tal-UE biex jindirizzaw l-aspetti mhux solvuti tar-relazzjonijiet storiċi bilaterali u reġjonali, pereżempju l-massakru tal-Volhynia, fl-ispirtu ta’ rikonċiljazzjoni vera u sinċiera u fir-rispett tal-valuri tal-UE tad-dinjità tal-bniedem, tar-relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat kif ukoll tal-valutazzjoni kritika tal-ġrajjiet storiċi; jemmen li bir-rieda tajba tal-partijiet ikkonċernati kollha, proċess ta’ rikonċiljazzjoni paċenzjuż se jsir b’mod kostruttiv biex ikun hemm fehim reċiproku; jilqa’, f’dan il-kuntest, it-taħditiet li għaddejjin bejn l-awtoritajiet Pollakki u Ukreni, li wasslu għall-issuktar tat-tħaffir tal-oqbra ta’ ċittadini Pollakki fit-territorju Ukren f’April 2025; jittama li l-proċess jitkompla bil-għan ċar li lill-vittmi tingħatalhom difna dinjituża u li dawn jibqgħu jitfakkru;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jinsab imħasseb ferm bl-iskoperta reċenti ta’ attivitajiet ta’ ġbir ta’ intelligence li wettqu l-aġenziji tas-sigurtà Ungeriżi fir-reġjun tal-Lbiċ tat-Transkarpazja (Zakarpattia) fl-Ukrajna; jesprimi dispjaċir għall-politiki sistematiċi tal-Gvern Ungeriż immirati li jimminaw l-isforzi ta’ awtodifiża tal-Ukrajna u jisfruttaw għal finijiet politiċi l-kwistjonijiet relatati mal-minoranza Ungeriża fl-Ukrajna, u b’hekk jostakolaw il-progress tal-Ukrajna lejn l-integrazzjoni fl-UE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Riformi soċjoekonomiċi</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jilqa’ l-implimentazzjoni min-naħa tal-Ukrajna tal-Pjan ta’ Azzjoni Prijoritarju għall-perjodu 2023–2024 u l-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni neċessarja biex jiġi riformat l-Uffiċċju għas-Sigurtà Ekonomika tal-Ukrajna, biex dan ikun jista’ jiġġieled b’mod aktar effikaċi kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-kriminalità ekonomika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Ifakkar fl-adozzjoni tal-Liġi dwar is-Servizz Pubbliku Lokali fl-2023 u jinkoraġġixxi lill-Gvern Ukren jadotta approċċ sistemiku għar-riformi li jmiss tal-amministrazzjoni pubblika, billi jistabbilixxi viżjoni ċara u strateġija ta’ implimentazzjoni strutturata; jenfasizza l-bżonn li tiġi żviluppata l-kapaċità istituzzjonali u amministrattiva meħtieġa biex jiġu żgurati s-suċċess u l-impatt fit-tul tar-riformi relatati mal-adeżjoni, mhux biss fil-leġiżlazzjoni iżda wkoll fil-prattika; jilqa’ l-fatt li l-Verkhovna Rada dan l-aħħar adottat l-abbozz ta’ liġi nru 8222, li jistandardizza s-sistema ta’ rimunerazzjoni tal-impjegati tas-servizz pubbliku, bil-għan li titjieb l-effiċjenza tal-governanza filwaqt li tiġi allinjata mal-istandards Ewropej għall-ġestjoni tas-servizz pubbliku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jinkoraġġixxi lill-Ukrajna tagħmel progress fl-approvazzjoni tal-emendi tal-liġi dwar l-amministrazzjoni statali lokali, inkluż l-abbozz ta’ liġi nru 4298 bil-għan li r-riformi tal-governanza lokali jiġu allinjati mal-istandards tal-UE; jitlob qafas ġuridiku bbilanċjat għas-superviżjoni amministrattiva li jirrispetta l-prinċipju ta’ proporzjonalità u l-Karta Ewropea dwar l-Awtonomija Lokali, u li jissalvagwardja l-kompetenzi, il-prerogattivi u l-funzjonijiet ta’ awtonomija tal-awtoritajiet lokali; itenni l-appell tiegħu biex tiġi introdotta formalment personalità ġuridika għall-awtoritajiet pubbliċi lokali u reġjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jitlob li jsir progress kontinwu fir-riforma tad-deċentralizzazzjoni u t-tisħiħ tal-awtonomija fil-livell lokali; jilqa’ t-tnedija tal-Fażi III tal-U-LEAD appoġġjat mill-UE u mill-Istati Membri li hi ċċentrata fuq it-tisħiħ tal-awtonomija lokali u l-promozzjoni ta’ rkupru reżiljenti fil-livell lokali u reġjonali; jisħaq fuq l-importanza li jiġi żgurat li kwalunkwe riforma kostituzzjonali jew istituzzjonali futura, inklużi r-riformi elettorali u ta’ deċentralizzazzjoni, issir b’mod trasparenti, inklużiv u bi qbil mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta’ Venezja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-Ukrajna laħqet it-tragwardi fundamentali u jistieden lill-Ukrajna tkompli tagħmel progress fl-implimentazzjoni tal-Pjan għall-Ukrajna, f’konformità mar-Regolament (UE) 2024/792, filwaqt li tiddefendi l-valuri u l-istandards li fuqhom hija msejsa; jenfasizza l-bżonn li l-Kummissjoni żżomm il-kundizzjonalità, b’mod partikolari fir-rigward tal-pilastru III tal-Faċilità, bil-għan li jiġu żgurati s-sostenibbiltà u r-responsabbiltà fil-proċess ta’ riforma; jissottolinja l-impuls qawwi fl-implimentazzjoni tar-riformi xprunat mill-kunsens soċjetali wiesgħa u mill-kundizzjonalità tal-Faċilità għall-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jilqa’ l-appoġġ kostanti lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili permezz tal-pakkett għas-soċjetà ċivili tal-Faċilità għall-Ukrajna u jinkoraġġixxi lill-Ukrajna tiżgura li r-rekwiżiti ta’ rapportar finanzjarju ma jillimitawx bla bżonn l-attivitajiet tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; jisħaq fuq l-importanza tad-djalogu sinifikattiv mas-soċjetà ċivili u mal-awtoritajiet lokali biex jiġu żgurati l-implimentazzjoni effettiva u r-riformi ta’ kwalità fl-ambitu tal-pjan għall-Ukrajna; jinkoraġġixxi lill-awtoriajiet ġudizzjarji tal-Ukrajna jsaħħu l-mekkaniżmi eżistenti, anki permezz ta’ azzjonijiet ġudizzjarji, biex jiġu protetti l-attivisti tas-soċjetà ċivili; iħeġġeġ lill-Ukrajna tiżgura li r-rekwiżiti ta’ rapportar finanzjarju u r-regolamentazzjoni tas-sjieda benefiċjarja tal-entitajiet ġuridiċi ma jolqtux b’mod indebitu l-funzjonament u l-indipendenza tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; jilqa’ l-appoġġ kostanti favur l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili permezz tal-pakkett għas-soċjetà ċivili tal-Faċilità għall-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jissottolinja li r-rikostruzzjoni tal-Ukrajna trid tkun marbuta mill-qrib mar-riformi tagħha relatati mal-adeżjoni mal-UE u ggwidata mill-prinċipji tal-ekwità soċjali, tas-sostenibbiltà, tat-trasparenza u tas-sjieda lokali; jenfasizza, barra minn hekk, li r-rikostruzzjoni tal-Ukrajna trid tkun ankrata fi stat tad-dritt sod, f’governanza trasparenti u f’inklużjoni demokratika; jenfasizza li r-riforma ġudizzjarja, l-isforzi fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u t-titjib fl-amministrazzjoni pubblika mhumiex biss kundizzjonijiet għall-adeżjoni mal-UE iżda huma wkoll fundamentali biex jiġu attirati l-investimenti u terġa’ tinġieb il-fiduċja fost is-sħab u ċ-ċittadini tal-Ukrajna; jitlob l-integrazzjoni ta’ approċċi sensittivi għal kwistjonijiet ta’ ġeneru fl-isforzi ta’ rikostruzzjoni kollha, inkluża ż-żieda fir-rappreżentanza tan-nisa u tal-minoranzi fil-proċessi deċiżjonali; jistieden lill-Gvern Ukren jiżgura t-trasparenza fl-implimentazzjoni tal-faċilità “RebuildUkraine”, u fir-rigward tal-konsultazzjoni u tal-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili u tal-gruppi f’riskju fis-soċjetà, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mar-rispett tad-drittijiet fundamentali u tal-istat tad-dritt, kif ukoll id-distribuzzjoni u l-użu mhux diskriminatorju tal-fondi tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jenfasizza r-rwol essenzjali li jiżvolġu l-Faċilità għall-Ukrajna tal-UE u l-programm ta’ self għall-aċċelerazzjoni ta’ dħul straordinarju, li flimkien jipprovdu aktar minn EUR 30 biljun fl-2025 bħala appoġġ lis-servizzi pubbliċi, lill-istabbiltà makrofinanzjarja u lill-aġenda ta’ riformi tal-Ukrajna; jitlob appoġġ finanzjarju kontinwu u msaħħaħ għall-Ukrajna fl-2026 u fl-2027, anki permezz ta’ pakkett ġdid ta’ assistenza makrofinanzjarja biex jagħmel tajjeb għan-nuqqas mistenni ta’ baġit tal-Ukrajna li jammonta għal EUR 39 biljun; josserva, barra minn hekk, li r-reżiljenza finanzjarja u ekonomika tal-Ukrajna tibqa’ prerekwiżit fundamentali biex jiġu appoġġjati l-kapaċitajiet difensivi u l-proċess ta’ riforma tagħha; jitlob għaldaqstant li jiġu kkunsidrati soluzzjonijiet biex itaffu l-piż tad-dejn barrani tal-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Jieħu nota tas-sħubija ekonomika bejn l-Istati Uniti u l-Ukrajna dwar il-minerali kritiċi u jirrikonoxxi l-affermazzjoni tal-Ftehim tal-appoġġ fit-tul tal-Istati Uniti għas-sigurtà u għar-rikostruzzjoni tal-Ukrajna; jieħu nota tal-intenzjoni, espressa fil-ftehim, li jiġi salvagwardjat il-proċess ta’ adeżjoni tal-Ukrajna mal-UE u l-obbligi relatati, kif ukoll tiġi żgurata l-kompatibbiltà mal-impenji tal-Ukrajna mal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali jew ma’ kredituri uffiċjali oħra; jitlob lill-Kummissjoni tistieden liż-żewġ partijiet jiċċaraw aktar il-mod kif id-dispożizzjonijiet maħsuba biex jissalvagwardjaw il-perkors tal-Ukrajna lejn l-UE se jiġu implimentati, u jirrapportaw regolament dwar il-kompatibbiltà tagħhom mad-dritt tal-UE; iqis li huwa essenzjali li l-isfruttament tal-minerali fl-ambitu ta’ dan il-ftehim jirrispetta bis-sħiħ l-istandards soċjali u ekoloġiċi u li tiġi żgurata l-konformità permezz ta’ mekkaniżmi ta’ kontroll sodi; jistenna, barra minn hekk, li l-Ukrajna tinkorpora totalment il-leġiżlazzjoni ambjentali rilevanti tal-UE, fosthom id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2000/60/oj).</FIELD></FOOTNOTE> u d-Direttiva dwar l-immaniġġar ta’ skart mill-industriji ta’ estrazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-immaniġġar ta’ skart mill-industriji ta’ estrazzjoni u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 15, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2006/21/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, fil-qafas ġuridiku nazzjonali tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Ifakkar li t-tkabbir tal-UE jrid jiżgura li l-adeżjoni la twassal għall-isfruttament tar-riżorsi naturali tal-pajjiżi kandidati u lanqas tikkontribwixxi għall-inugwaljanza soċjali u għad-degradazzjoni ambjentali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Jilqa’ l-progress tal-Ukrajna fl-adozzjoni parzjali tal-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-benesseri tal-annimali, anki jekk b’dewmien notevoli meta mqabbel mal-impenji meħuda fl-ambitu taż-żona ta’ kummerċ ħieles approfondita u komprensiva (DCFTA); jinkoraġġixxi lill-Ukrajna tagħmel aktar progress fl-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97 (ĠU L 3, 5.1.2005, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/1/oj).</FIELD></FOOTNOTE> dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport, filwaqt li tqis ir-reviżjoni li qed issir għal din il-leġiżlazzjoni fi ħdan l-UE, li hija kruċjali biex jiġu rispettati l-istandards ta’ produzzjoni tal-UE u tiġi aġevolata ż-żieda fl-esportazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali lejn l-UE; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha tagħti lill-Ukrajna l-assistenza finanzjarja u teknika f’dan ir-rigward;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Jenfasizza r-reżiljenza u l-importanza tas-settur agrikolu (19 % tal-PDG, 53 % tal-esportazzjonijiet ta’ prodotti), iżda jissottolinja l-bżonn li jiġu ddiversifikati l-ktajjeb tal-valur u l-vantaġġ li jiġu adottati malajr l-istandards fitosanitarji tal-UE; jisħaq fuq l-importanza tas-salvagwardji ambjentali biex ikun żgurat l-irkurpu ekoloġiku tal-Ukrajna; jistieden lill-Kummissjoni ssostni aktar lill-Ukrajna fl-implimentazzjoni tal-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-impatt ambjentali, b’mod partikolari fis-settur forestali u f’dak agrikolu, u tal-proċeduri ta’ valutazzjoni ambjentali strateġika; jistieden barra minn hekk lill-Kummissjoni tkompli tappoġġja lill-Ukrajna biex tibni kapaċità amministrattiva għall-implimentazzjoni sħiħa tal-acquis ambjentali tal-UE, inkluża l-parteċipazzjoni pubblika fil-proċess deċiżjonali, u biex tallinja l-leġiżlazzjoni tagħha mad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2023/2413 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ottubru 2023 li temenda d-Direttiva (UE) 2018/2001, ir-Regolament (UE) 2018/1999 u d-Direttiva 98/70/KE fir-rigward tal-promozzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/652 (ĠU L, 2023/2413, 31.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2023/2413/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, b’mod partikolari l-kriterji ta’ sostenibbiltà għall-bijoenerġija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Jistieden lill-Verkhovna Rada u lill-Gvern Ukren jemendaw il-Liġi nru 12089, li tippermetti l-legalizzazzjoni tal-proprjetà tal-art irtirata illegalment mill-Istat, inklużi l-foresti u l-korpi tal-ilma, favur il-persuni privati, u dan mhuwiex konformi mal-acquis tal-UE peress li l-liġi kif inhi bħalissa fiha inċertezzi ġuridiċi li jagħmlu impossibbli li tali art tinradd lill-Istat;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Enerġija, ambjent, żvilupp sostenibbli u konnettività</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>69.</NO.P>Jilqa’ l-progress sostanzjali li sar f’dak li għandu x’jaqsam mar-riformi tas-settur tal-enerġija u mal-allinjament tal-Ukrajna mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u jinkoraġġixxi lill-Ukrajna ma tagħmilx passi lura f’dan ir-rigward; jissottolinja l-bżonn li tissaħħaħ aktar is-sigurtà tal-enerġija tal-Ukrajna billi titqawwa l-integrazzjoni tagħha fis-suq tal-enerġija tal-UE, anki permezz tas-sinkronizzazzjoni tal-grilja tal-elettriku tal-Ukrajna mal-Ewropa kontinentali u kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħżin u tal-provvista ta’ gass, kif ukoll billi jitħaffef l-użu tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli u tal-miżuri tal-effiċjenza enerġetika; jisħaq fuq il-fatt li t-tisħiħ tar-reżiljenza tal-infrastruttura kritika tal-enerġija jibqa’ fundamentali għall-istabbiltà ekonomika u għall-awtonomija strateġika tal-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>70.</NO.P>Jissottolinja l-potenzjal notevoli tal-Ukrajna bħala fornitur ta’ enerġija u prodotti b’intensità enerġetika għolja għall-bqija tal-Ewropa; jinkoraġġixxi, għalhekk, lill-Ukrajna tkompli tiżviluppa interkonnessjonijiet enerġetiċi mal-Istati Membri ġirien u mas-sħab reġjonali bħar-Repubblika tal-Moldova, bil-għan li ssir integrazzjoni ulterjuri fis-suq tal-enerġija tal-UE; jirrikonoxxi li l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja mmirat lejn in-networks u l-impjanti rilevanti u qerdithom; iħeġġeġ, għaldaqstant, lill-Ukrajna tuża r-rikostruzzjoni biex tibni mill-ġdid aħjar, bl-użu tat-teknoloġiji u tal-proċessi li l-aktar ma jagħmlux ħsara lill-klima kull fejn hu possibbli, b’investimenti fis-sorsi tal-enerġija rinnovabbli u fl-effiċjenza enerġetika u bit-tnaqqis sal-minimu tal-impatt fuq l-ambjent tul il-katina ta’ produzzjoni kollha; jilqa’ l-impenn kontinwu tal-Kummissjoni f’dan il-qasam bħala appoġġ għar-riforma tas-settur tal-enerġija tal-Ukrajna, inklużi r-rikostruzzjoni u t-tranżizzjoni ekoloġika; jitlob li timxi ’l quddiem l-implimentazzjoni tal-impenji eżistenti fl-ambitu tal-Pjan għall-Ukrajna u tal-pakketti tal-Komunità tal-Enerġija, inkluża s-separazzjoni tal-kumpaniji reġjonali tad-distribuzzjoni tal-enerġija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>71.</NO.P>Jinkoraġġixxi lill-Ukrajna teżamina s-soluzzjonijiet l-aktar effikaċi f’termini ta’ kostijiet u affidabbli għas-settur tal-enerġija tagħha, wara l-attakki tar-Russja għall-infrastrutturi tal-enerġija tagħha, pereżempju billi tissostitwixxi, kemm ikun possibbli fid-dawl tal-gwerra li għaddejja, l-impjanti tal-enerġija bi fjuwils fossili tagħha b’teknoloġiji enerġetiċi deċentralizzati u sostenibbli; jistieden lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet Ukreni jużaw strateġikament il-fondi fl-ambitu tal-Faċilità għall-Ukrajna biex jagħtu prijorità lill-investimenti fis-sorsi tal-enerġija rinnovabbli, li huma fundamentali biex jiġu żgurati s-sigurtà enerġetika fit-tul, is-sostenibblità ambjentali u r-reżiljenza ekonomika kemm fl-Ukrajna kif ukoll fil-bqija tal-kontinent;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>72.</NO.P>Jesprimi tħassib gravi għall-influwenza negattiva tar-Russja fi ħdan l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA), minkejja l-ksur ripetut tagħha tal-prinċipji fundamentali tal-IAEA fil-qasam tas-sikurezza nukleari u tan-noninħdil; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jsostnu skrutinju akbar tar-rwol tar-Russja fi ħdan l-IAEA u janalizzaw ir-riformi maħsuba biex jiżguraw li l-Istati aggressuri ma jkunux jistgħu jikkompromettu n-newtralità u l-kredibbiltà tas-superviżjoni nukleari internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>73.</NO.P>Jissottolinja li l-gwerra ta’ aggressjoni Russa hija ekwivalenti għal ekoċidju li kkawża ħsara gravi u dejjiema għall-ambjent tal-Ukrajna, inklużi l-qerda tal-ekosistemi, il-kontaminazzjoni tal-ilma u tal-ħamrija u l-immirar lejn l-infrastrutturi industrijali u enerġetiċi; iqis ir-rikonoxximent internazzjonali tagħhom bħala delitti tal-gwerra fundamentali biex tiġi żgurata r-responsabblità ġuridika sħiħa tar-Russja u r-riżarċiment konsegwenti għall-Ukrajna u jitlob li l-UE tappoġġja strateġija komprensiva ta’ rkupru ambjentali fil-qafas tar-rikostruzzjoni tal-Ukrajna; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jagħtu appoġġ sħiħ lill-inizjattivi kollha li jiddokumentaw il-qerda ambjentali kkawżata mill-gwerra tar-Russja u jsostnu l-isforzi biex tiġi aċċertata r-responsabbiltà u biex jiġi stabbilit riżarċiment fil-ġuriżdizzjonijiet barranin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>74.</NO.P>Ifaħħar lill-Ukrajna talli adottat il-pjan nazzjonali għall-enerġija u l-klima tagħha u kkoordinat u ppjanat il-politiki enerġetiċi u klimatiċi sal-2030 b’objettivi speċifiċi li jinkludu tnaqqis sinifikanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u sehem akbar tal-enerġija rinnovabbli; isostni l-isforzi li għaddejjin tal-Fond għall-Effiċjenza Enerġetika u tal-Fond għad-Dekarbonizzazzjoni li ġie stabbilit dan l-aħħar; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jiżguraw is-sostenibbiltà finanzjarja ta’ dawn l-istrumenti, b’mod partikolari fil-kuntest tar-rikostruzzjoni u tal-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fl-abitazzjonijiet; jinkoraġġixxi lill-Ukrajna tintegra l-prinċipju tat-tranżizzjoni ġusta fir-riformi tal-enerġija biex ittaffi l-impatt soċjali u tappoġġja lill-gruppi vulnerabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>75.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinkludu s-sikurezza nukleari bħala omponent ċentrali tal-istrateġija tal-Ukrajna għall-irkupru u l-integrazzjoni fl-UE, u b’hekk jiżguraw l-allinjament mal-acquis tal-UE fil-qasam tal-enerġija nukleari u tar-radjuprotezzjoni fl-ambitu tal-qafas tal-Euratom; isostni t-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ reazzjoni għall-emerġenzi radjoloġiċi u tas-sikurezza nukleari tal-Ukrajna bħala komponent ċentrali tal-istrateġija tal-Ukrajna għall-irkupru u għall-integrazzjoni fl-UE, anki permezz tal-assistenza teknika u finanzjarja tal-UE u tas-sħab internazzjonali; jitlob li tinħoloq inizjattiva mmexxija mill-UE biex issaħħaħ is-sikurezza nukleari, tissalvagwardja l-infrastruttura kritika u tipprevjeni l-inċidenti radjoloġiċi li jirriżultaw mill-aggressjoni Russa; jesprimi tħassib gravi għat-tentattivi min-naħa tal-Federazzjoni Russa li tannetta <STRING ITALIC="on">de facto</STRING> lill-infrastruttura kritika tal-Ukrajna inklużi rapporti pubbliċi kredibbli skont liema biħsiebha tissepara l-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Zaporizhzhia mill-grilja tal-elettriku tal-Ukrajna u tintegraha bil-forza fis-sistema enerġetika Russa, u dan ikun jikser is-sovranità tal-Ukrajna u d-dritt internazzjonali u jirrappreżenta riskju sinifikanti għas-sikurezza nukleari; iħeġġeġ l-irtirar immedjat u inkundizzjonat tal-persunal u tat-tagħmir militari kollu tar-Russja mill-istabbilimenti tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Zaporizhzhia u mis-siti nukleari l-oħra kollha fl-Ukrajna u jistieden lill-IAEA topponi pubblikament u inekwivokabbilment kwalunkwe pjan bħal dan; jenfasizza li l-integrità u r-reżiljenza tal-infrastrutturi nukleari Ukreni mhumiex biss kwistjoni nazzjonali, iżda responsabbiltà Ewropea kondiviża; jitlob li jkun hemm ippjanar ta’ emerġenza kkoordinat u aktar kooperazzjoni transfruntiera bejn l-Istati Membri tal-UE biex tingħata risposta lit-theddid nukleari potenzjali li jirriżulta mill-azzjonijiet Russi fl-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>76.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Ukrajna tiġġieled b’mod effikaċi kontra l-qtugħ illegali tas-siġar għall-injam f’konformità mal-istandards ta’ ġestjoni forestali sostenibbli u tal-ħarsien tal-ambjent, bħall-qtugħ illegali tas-siġar għall-injam fil-foresti verġni tal-Karpazji; jistieden lill-UE tikkontribwixxi għall-prevenzjoni tal-qtugħ illegali tas-siġar għall-injam b’rabta mal-proġett illegali taċ-ċentru tal-iskijjar ta’ Svydovets; jinkoraġġixxi lill-Ukrajna tinvesti fl-infrastrutturi turistiċi sostenibbli u sikuri mil-lat ekoloġiku u ambjentali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>77.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tassisti lill-Ukrajna biex iżżomm il-progress ta’ din tal-aħħar lejn grad għoli ta’ suffiċjenza tan-Network Emerald tagħha f’dak li jikkonċerna iż-Żoni ta’ Interess ta’ Konservazzjoni Speċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>78.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-esportazzjonijiet orjentati lejn l-UE rrappreżentaw 63 % tal-esportazzjonijiet totali fl-2024, meta mqabbla ma’ 42 % tal-2021, u dan jirrifletti s-suċċess tal-orjentament mill-ġdid tal-kummerċ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>79.</NO.P>Josserva l-importanza strateġika tal-iżvilupp u tal-espansjoni tal-kurituri ferrovjarji li jgħaqqdu lill-Ukrajna mal-UE permezz tan-Network trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T), li jaqdu finijiet loġistiċi kemm ċivili kif ukoll militari fl-ambitu tal-istrateġija usa’ fil-qasam tal-infrastrutturi b’użu doppju; jinkoraġġixxi t-tkomplija tal-isforzi ta’ allinjament tal-istandards diġitali u fil-qasam tat-trasport tal-Ukrajna ma’ dak tal-UE, biex b’hekk jiġu ffaċilitati l-kummerċ, il-mobbiltà u l-komunikazzjoni sigura; jisħaq fuq il-fatt li t-titjib fil-konnettività se jsostni l-irkupru ekonomiku u l-integrazzjoni tal-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>80.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jallokaw l-fondi kollha neċessarji biex itejbu l-konnettività u r-reżiljenza tat-trasport maħsuba għall-Ukrajna sal-2050, inkluż l-aġġornament ulterjuri tal-mapep TEN-T; jilqa’ s-suċċess tal-iżvilupp u tal-implimentazzjoni tal-korsiji ta’ solidarjetà, li ppermettew lill-Ukrajna tevita l-imblokk tar-Russja fil-Baħar l-Iswed u tesporta varjetà ta’ merkanzija lejn is-swieq globali permezz tal-Istati Membri tal-UE ġirien u tal-Moldova; ifaħħar il-fatt li, minkejja l-atroċitajiet tal-gwerra mġarrba u t-tnaqqis sinifikanti tal-produzzjoni tagħha ta’ ċereali, l-Ukrajna żvolġiet rwol fundamentali biex tevita kriżi tal-ikel globali, peress li permezz tal-programm tal-ikel umanitarju “Grain from Ukraine”, mibdi mill-President Zelenskyy fl-2022, ġew fornuti aktar minn 170 000 tunnellata qamħ lill-pajjiżi li għaddejjin mill-agħar kriżijiet tal-ikel, partikolarment fl-Afrika; josserva li l-maġġoranza l-kbira tal-esportazzjonijiet ta’ ċereali tal-Ukrajna hija ddestinata għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>81.</NO.P>Jirrikonoxxi l-progress tal-integrazzjoni tal-Ukrajna fl-inizjattivi tal-UE fil-qasam tat-trasport u tal-konnettività diġitali u jisħaq fuq l-importanza tal-allinjament mal-acquis tal-UE f’dawn l-oqsma; jilqa’ b’mod partikolari l-miżuri meħuda biex l-Ukrajna tiġi inkluża fl-ispazju tar-roaming bla ħlas tal-UE, billi jiġu eliminati t-tariffi tar-roaming mobbli bejn l-Ukrajna u l-UE għaċ-ċittadini u għall-impriżi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>82.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li jissaħħu l-konnettività, l-interoperabbiltà u l-kapaċità tas-sistemi diġitali u informatiċi bejn l-UE u l-Ukrajna, bi qbil mal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni; jitlob li jitkomplew l-isforzi biex jarmonizzaw il-politiki diġitali, jespandu l-kooperazzjoni fil-qasam taċ-ċibersigurtà u biex jiżguraw infrastrutturi diġitali reżiljenti u siguri; jilqa’, f’dan ir-rigward, il-konklużjoni ta’ arranġament ta’ xogħol f’Diċembru 2023 bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà u l-awtoritajiet Ukreni kompetenti għaċ-ċibersigurtà;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Dwar in-negozjati ta’ adeżjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>83.</NO.P>Jilqa’ d-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tal-14–15 ta’ Diċembru 2023 biex jinfetħu n-negozjati ta’ adeżjoni mal-Ukrajna, li timmarka pass storiku fil-perkors tal-Ukrajna lejn l-adeżjoni mal-UE; ifaħħar il-konvokazzjoni rapida tal-ewwel Konferenza Intergovernattiva dwar l-Adeżjoni UE-Ukrajna fil-25 ta’ Ġunju 2024, li ta uffiċjalment bidu lill-proċess tan-negozjati u jilqa’ l-valutazzjoni tal-Kummissarju Kos skont liema l-eżamijiet analitiċi (screening) kollha jaf ikunu lesti sal-ħarifa 2025;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>84.</NO.P>Jirrikonoxxi r-riformi u l-impenn sinifikanti tal-Ukrajna u għalhekk jirrakkomanda lill-Kummissjoni tiftaħ mill-aktar fis ġabriet ta’ kapitoli ta’ negozjar mal-Ukrajna biex tmexxi ’l quddiem kemm jista’ jkun malajr it-talba tal-pajjiż għall-adeżjoni mal-UE, bil-kundizzjoni li l-Ukrajna tkompli l-implimentazzjoni tal-acquis tal-UE u li tlesti r-riformi li bdiet; jissottolinja li n-negozjati ta’ adeżjoni għandhom isegwu perkors ċar u trasparenti, iggwidat minn kriterji oġġettivi u li jistgħu jitkejlu; jisħaq li dawn iridu jinkludu riformi approfonditi fl-oqsma fundamentali kollha u l-funzjonament ta’ istituzzjonijiet stabbli li jiddefendu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u, partikolarment, ir-rispett u l-protezzjoni tal-minoranzi; jissottolinja r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni għas-sena li ġejja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>85.</NO.P>Jistieden lill-Gvern Ungeriż u lill-Istati Membri jaġixxu <STRING ITALIC="on">bona fide</STRING> meta jirriżolvu xi kwistjoni simili għal dawk relatati mal-Liġi Ukrena dwar il-Minoranzi Nazzjonali, u jastjenu milli jużaw tali kwistjonijiet bħala raġuni biex jimblukkaw l-adeżjoni tal-Ukrajna  mal-UE; jistieden għaldaqstant lill-Gvern Ungeriż ma jibqax jimblokka l-bidu tal-ġabriet ta’ kapitoli ta’ negozjar u jippermetti lill-Ukrajna u lill-Moldova, ġara tagħha, ikomplu jagħmlu progress flimkien fil-perkors tagħhom lejn l-adeżjoni mal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>86.</NO.P>Ifakkar li l-proċess ta’ tkabbir ma jridx jiġi strumentalizzat bl-iskop li jiġi solvut tilwim bilaterali jew li jiddewwem approċċ meritokratiku, u li tali kwistjonijiet għandhom jiġu solvuti indipendentement mill-perkors ta’ adeżjoni u permezz ta’ djalogu kostruttiv u kooperazzjoni ta’ vera; ifakkar li d-dewmien eċċessiv fil-perkors lejn l-adeżjoni sħiħa mal-UE jirriskja li jikkomprometti kemm l-appoġġ pubbliku kif ukoll id-determinazzjoni politika fi ħdan il-pajjiż kandidat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>87.</NO.P>Jistieden lill-UE, bħala tħejjija għan-negozjati, tkompli tagħti appoġġ, b’mod partikolari fil-forma ta’ assistenza ta’ esperti biex jiġu kkumpensati n-nuqqasijiet amministrattivi li jista’ jkun hemm u li jirriżultaw mill-aggressjoni li għaddejja kontra l-Ukrajna; iħeġġeġ barra minn hekk lill-UE tagħti assistenza teknika biex tgħin lill-Ukrajna tissodisfa r-rekwiżiti kollha marbuta mal-adeżjoni b’mod effiċjenti; jiddispjaċih bid-deċiżjoni tal-Gvern tal-Istati Uniti li jirtira l-finanzjamenti mill-Aġenzija tal-Istati Uniti għall-Iżvilupp Internazzjonali (USAID), u dan diġà kellu riperkussjonijiet diretti fuq l-appoġġ fl-Ukrajna għall-proċessi ta’ riforma kritiċi, fosthom dawk relatati mal-istat tad-dritt, mal-ġlieda kontra l-korruzzjoni, mal-ġestjoni finanzjarja pubblika, mal-iżvilupp ekonomiku, mas-sigurtà tal-enerġija u mal-forniment tal-assistenza umanitarja; jilqa’ l-isforzi tal-Kummissjoni u tas-sħab internazzjonali biex jindirizzaw il-lakuni l-aktar urġenti li ħalla warajh dan l-irtirar ta’ finanzjamenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>88.</NO.P>Jenfasizza, qabel l-adeżjoni tal-Ukrajna mal-UE, il-bżonn ta’ aktar appoġġ min-naħa tal-UE biex iħaffef l-integrazzjoni tal-Ukrajna permezz ta’ programmi mmirati ta’ assistenza finanzjarja u teknika u jissottolinja li kemm l-Ukrajna kif ukoll l-UE jkunu jisiltu vantaġġ mill-integrazzjoni progressiva tal-pajjiż fil-politiki u fil-programmi tal-UE, parallelament man-negozjati formali ta’ adeżjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>89.</NO.P>Josserva li l-kumplessità tal-integrazzjoni tal-Ukrajna fl-UE, minħabba d-daqs tagħha u l-gwerra, tippreżenta sfidi f’oqsma ewlenin bħall-agrikoltura, u teħtieġ riformi istituzzjonali u finanzjarji fi ħdan l-UE biex jiġi żgurat li jkollha l-kapaċità li tassorbi l-Ukrajna; jistieden għaldaqstant lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jindirizzaw b’mod proattiv dawn l-isfidi, jikkomunikaw biċ-ċar il-vantaġġi tal-integrazzjoni tal-Ukrajna liċ-ċittadini tal-UE, isibu soluzzjonijiet sostenibbli u ekwi għas-setturi sensittivi u jsegwu r-riformi interni neċessarji parallelament man-negozjati ta’ adeżjoni li jkunu għaddejjin; jistieden lill-Kummissjoni ssostni s-setturi l-aktar esposti għall-effetti tal-liberalizzazzjoni tal-kummerċ fil-kuntest tal-adeżjoni tal-Ukrajna; josserva li, fl-istess ħin, wara l-esperjenza taċ-ċikli preċedenti tat-tkabbir, jaf ikun hemm bżonn ta’ perjodi ta’ tranżizzjoni f’ċerti setturi speċifiċi li fihom l-acquis sħiħ għadu ma japplikax, bil-għan li l-Istati Membri attwali jitħallew jadattaw ruħhom; itenni l-appell tiegħu lill-Istati Membri biex juru impenn politiku ċar u inekwivoku lejn il-proċess ta’ tkabbir, u ma jużawhx ħażin biex isolvu tilwim bilaterali, li għandu jiġi solvut indipendentement mill-perkors ta’ adeżjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>90.</NO.P>Itenni l-appell tiegħu biex tissaħħaħ il-kapaċità ta’ azzjoni tal-UE permezz ta’ riforma tal-proċess deċiżjonali tagħha, anki bis-saħħa tal-introduzzjoni tal-votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill għall-fażijiet intermedji tal-proċess ta’ adeżjoni, b’mod partikolari għall-bidu tan-negozjati u għall-ftuħ u għall-għeluq tal-ġabriet u tal-kapitoli ta’ negozjar individwali;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>91.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Ukrajna, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>