<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0177</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Emenda tal-FEŻR, tal-Fond ta’ Koeżjoni u tal-Fond ta’ Tranżizzjoni Ġusta fir-rigward ta’ miżuri speċifiċi sabiex jiġu indirizzati sfidi strateġiċi fil-kuntest tar-rieżami ta’ nofs it-terminu</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0129/2025 - Rapporteur: Dragoş Benea)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Settembru 2025 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) 2021/1058 u (UE) 2021/1056 fir-rigward ta’ miżuri speċifiċi sabiex jiġu indirizzati sfidi strateġiċi fil-kuntest tar-rieżami ta’ nofs it-terminu (COM(2025)0123 – C10-0063/2025 – 2025/0084(COD))</STRING></TI><NOTE>(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)</NOTE><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2025)0123),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 175, 177, 178 u 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C10-0063/2025),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-valutazzjoni baġitarja maħruġa mill-Kumitat għall-Baġits,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-29 ta’ April 2025<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/3197, 2.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3197/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-15 ta’ Mejju 2025<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/3474, 16.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3474/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 75(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-23 ta' Lulju 2025, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 60 u 58 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sigurtà u d-Difiża,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ittri tal-Kumitat għall-Ambjent, il-Klima u s-Sikurezza tal-Ikel u tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A10-0129/2025),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni, li se tiġi ppubblikata fis-serje C ta’ <STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST><TXTLST><IDENT TCLINK="YES"><STRING BOLD="on">P10_TC1-COD(2025)0084</STRING></IDENT><OTTXT><TI><STRING BOLD="on">Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-10 ta' Settembru 2025 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2025/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) 2021/1058 u (UE) 2021/1056 fir-rigward ta’ miżuri speċifiċi sabiex jiġu indirizzati sfidi strateġiċi fil-kuntest tar-rieżami ta’ nofs it-terminu</STRING></TI><NOTE><STRING ITALIC="on">(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2025/1914.)</STRING></NOTE></OTTXT></TXTLST><TXTLST><ANNEX><TI>ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠISLATTIVA</TI><STI><STRING BOLD="on">Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-rispett għall-istat tad-dritt fl-okkażjoni tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2025/1914</STRING><FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2025/1914, 19.9.2025, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2025/1914/oj.</FIELD></FOOTNOTE></STI>
Il-Kummissjoni tenfasizza li r-rispett għall-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali huwa importanti ħafna għall-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni tifhem l-intenzjoni tal-koleġiżlaturi li jiżguraw il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni bl-emendi għall-proposta tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tibqa’ impenjata li tiżgura li l-Istat tad-Dritt jinżamm fl-implimentazzjoni tal-Fondi u se tivvaluta kwalunkwe talba għal emendi tal-programm f’konformità mar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (RDK), ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità marbuta mal-Istat tad-Dritt u d-dispożizzjonijiet tar-Regolament dwar ir-Rieżami ta’ Nofs it-Terminu.
</ANNEX></TXTLST></SDOCTA>