<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0185</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Investimenti u riformi għall-kompetittività Ewropea u l-ħolqien ta’ Unjoni tas-Swieq Kapitali</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0124/2025 - Rapporteur: Aurore Lalucq)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Settembru 2025 dwar il-faċilitazzjoni u l-finanzjament tal-investimenti u tar-riformi biex tingħata spinta lill-kompetittività Ewropea u l-ħolqien ta’ Unjoni tas-Swieq Kapitali (ir-Rapport Draghi) (2024/2116(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pubblikazzjoni tat-18 ta’ Lulju 2024 tal-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen intitolata “Europe’s choice: political guidelines for the next European Commission 2024-2029 (L-għażla quddiem l-Ewropa: linji gwida politiċi għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss 2024-2029).
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tad-9 ta’ Settembru 2024 ta’ Mario Draghi intitolat “The future of European competitiveness” (Il-futur tal-kompetittività Ewropea) (ir-rapport Draghi),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tas-17 ta’ April 2024 ta’ Enrico Letta intitolat “Much more than a market” (Ħafna aktar milli suq) (ir-rapport Letta),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-25 ta’ April 2024 ta’ Christian Noyer intitolat “Developing European capital markets to finance the future” (Niżviluppaw is-swieq kapitali Ewropej biex niffinanzjaw il-futur) (ir-rapport Noyer),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Jannar 2025 intitolata “Boxxla għall-Kompetittività tal-UE” (COM(2025)0030) u tas-26 ta’ Frar 2025 intitolata “Il-Patt għal Industrija Nadifa: Pjan direzzjonali konġunt għall-kompetittività u d-dekarbonizzazzjoni” (COM(2025)0085),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ittra tal-President von der Leyen dwar id-difiża lill-Kunsill Ewropew qabel il-laqgħa tiegħu tas-6 ta’ Marzu 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-6 ta’ Marzu 2025 dwar id-difiża Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Marzu 2025 intitolata “Unjoni tat-Tfaddil u tal-Investimenti: Strateġija biex Jissaħħu l-Ġid taċ-Ċittadini u l-Kompetittività Ekonomika fl-UE (COM(2025)0124),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Grupp tal-Euro f’format inklużiv dwar il-futur tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali (CMU) tal-11 ta’ Marzu 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pjan direzzjonali ta’ livell għoli ta’ Mejju 2024 għal segwitu għad-dikjarazzjoni tal-Grupp tal-Euro dwar il-futur tas-CMU f’format inklużiv tal-Grupp tal-Euro,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-17 u t-18 ta’ April 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni esploratorja ECO/665 tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew intitolata “Investimenti u r-riformi biex tingħata spinta lill-kompetittività Ewropea u l-ħolqien ta’ Unjoni tas-Swieq Kapitali”, adottata fit-30 ta’ April 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) tal-25 ta’ April 2024 intitolata “How European insurers and pension funds can contribute to further strengthen the Capital Markets Union” (Kif l-assiguraturi u l-fondi tal-pensjonijiet Ewropej jistgħu jikkontribwixxu biex ikomplu jsaħħu l-Unjoni tas-Swieq Kapitali), id-dokument ta’ ħidma tagħha tal-11 ta’ Settembru 2024 intitolat “A simple and long-term European savings product: the future Pan-European Pension Product” (Prodott sempliċi u fit-tul tat-tfaddil Ewropew: il-Prodott tal-Pensjoni Pan-Ewropew futur), il-kostijiet u r-rapport dwar il-prestazzjoni tal-passat tagħha tal-15 ta’ April 2025, u r-rapport tagħha tas-7 ta’ Novembru 2024 intitolat “Prudential Treatment of Sustainability Risks” (Trattament Prudenzjali tar-Riskji ta’ Sostenibbiltà),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dokument ta’ pożizzjoni tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) tat-22 ta’ Mejju 2024 intitolat “Building more effective and attrative capital markets in the EU” (Nibnu swieq kapitali aktar effettivi u attraenti fl-UE), ir-rapport tal-ESMA dwar is-suq tat-18 ta’ Diċembru 2023 intitolat “Costs and Performance of EU Retail Investment Products 2023” (Il-Kostijiet u l-Prestazzjoni tal-Prodotti ta’ Investiment fil-Livell tal-Konsumatur tal-UE 2023), u l-opinjoni tal-ESMA tal-24 ta’ Lulju 2024 intitolata “Sustainable investments: Facilitating the investor journey – A holistic vision for the long term” (Investimenti Sostenibbli: Niffaċilitaw il-vjaġġ tal-investitur – Viżjoni olistika għat-terminu t-twil),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-ESMA tal-21 ta’ Settembru 2023 intitolat “The EU securitisation market – an overview” (Is-suq tat-titolizzazzjoni tal-UE – ħarsa ġenerali),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta’ Marzu 2024 dwar l-avvanz tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Frar 2025 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 909/2014 fir-rigward ta’ ċiklu ta’ saldu iqsar fl-Unjoni (COM(2025)0038),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Inizjattiva taċ-Champions Ewropej tat-Teknoloġija, varata fi Frar 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi tiegħu tas-17 ta’ Ġunju 2025 dwar l-attivitajiet finanzjarji tal-Bank Ewropew tal-Investiment – rapport annwali 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Ottubru 2020 dwar żvilupp ulterjuri tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali (CMU): titjib tal-aċċess għall-finanzjament fis-swieq kapitali, b’mod partikolari mill-SMEs, u żieda ulterjuri fil-parteċipazzjoni tal-investituri fil-livell tal-konsumatur<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 395, 29.9.2021, p. 89.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Lulju 2015 dwar il-Bini ta’ Unjoni tas-Swieq Kapitali<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 265, 11.8.2017, p. 76.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A10-0124/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi r-rapport Draghi indika nuqqasijiet serji fir-rigward tal-kompetittività ġenerali tal-ekonomija Ewropea u nuqqas ta’ tkabbir fil-produttività, u ssuġġerixxa li s-soluzzjoni hija li jiġi attirat l-investiment, inkluż billi jiġi sfruttat il-kapital privat, bil-ħolqien tal-unjoni tat-tfaddil u tal-investimenti; billi skont l-istimi tar-rapport Draghi huma meħtieġa minimu ta’ EUR 750 sa 800 biljun f’investiment annwali addizzjonali biex jerġa’ jitqajjem it-tkabbir sostenibbli, tiġi rrestawrata l-produttività tal-UE, tiġi appoġġjata l-kompetittività, titrawwem l-innovazzjoni, tiġi appoġġjata t-tranżizzjoni tal-enerġija tal-UE, jissaħħaħ ir-rwol mexxej tagħha fit-teknoloġija diġitali, jintlaħqu l-objettivi ambjentali u soċjali tal-UE, jiżdiedu d-difiża u s-sigurtà u jitnaqqsu d-dipendenzi; billi dan l-ammont kien jikkorrispondi għal 4,4-4,7 % tal-PDG tal-UE fl-2023<FOOTNOTE><FIELD> Ir-rapport Draghi.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi r-rapport jinnota li l-ebda kumpanija fl-Unjoni b’kapitalizzazzjoni fis-suq ogħla minn EUR 100 biljun ma nħolqot bħala entità ġdida f’dawn l-aħħar 50 sena, filwaqt li fl-istess perjodu, fl-Istati Uniti nħolqu sitt kumpaniji b’valur ta’ aktar minn triljun dollaru;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-pjan ReArm Europe jikkonsisti f’ħames pilastri mmirati biex jiġu ffinanzjati s-sigurtà u d-difiża tal-Ewropa, u jkopri kemm l-investimenti pubbliċi kif ukoll l-unjoni tat-tfaddil u tal-investimenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-gwerer kummerċjali u t-tilwim dwar it-tariffi li għaddejjin qed jikkawżaw inċertezza sinifikanti fis-swieq globali, b’impatt negattiv fuq it-tkabbir, l-inflazzjoni u t-tbassir okkupazzjonali, u dan qed jaffettwa b’mod partikolari l-investimenti transfruntiera u qed ifixkel ktajjen tal-provvista stabbiliti; billi l-impożizzjoni ta’ tariffi u ostakli għall-kummerċ iddgħajjef il-benefiċċji tal-kummerċ u tas-swieq kompetittivi; billi tali tensjonijiet ġeopolitiċi joħolqu riskji addizzjonali għall-investituri, inaqqsu l-fiduċja u jfixklu l-fluss tal-kapital privat bejn il-fruntieri, li huwa kruċjali biex jiġu ffinanzjati l-innovazzjoni, il-kumpaniji start-up u l-kumpaniji li qed jikbru; billi l-instabbiltà kkawżata minn dawn il-kunflitti kummerċjali tissogra li tnaqqas ir-ritmu tal-iżvilupp tas-CMU billi tiskoraġġixxi l-investiment fis-suq Ewropew, b’mod partikolari f’setturi b’riskju għoli li jiddependu ħafna min-networks kummerċjali globali;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-inċertezzi ġeopolitiċi li għaddejjin bħalissa għandhom impatt fuq l-indikaturi makroekonomiċi, iżidu l-volatilità fis-swieq finanzjarji u jdgħajfu d-dollaru Amerikan; billi dan jista’ jsaħħaħ il-pożizzjoni tal-euro bħala munita globali aktar prominenti, filwaqt li jsaħħaħ ukoll is-sovranità ekonomika u r-reżiljenza tal-Ewropa;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi storikament fl-Ewropa s-settur privat ikkontribwixxa madwar 80 % tal-investiment produttiv, filwaqt li s-settur pubbliku kkontribwixxa l-bqija<FOOTNOTE><FIELD> Ir-rapport Draghi.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-livelli kumplessivi tal-investimenti produttivi fl-UE kienu konsiderevolment aktar baxxi minn dawk fl-Istati Uniti f’dawn l-aħħar għoxrin sena;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi 18 % biss taċ-ċittadini Ewropej għandhom livell għoli ta’ litteriżmu finanzjarju, kif enfasizzat mill-monitoraġġ tal-litteriżmu finanzjarju mħejji mill-Kummissjoni; billi l-maġġoranza taċ-ċittadini, 64 %, għandhom livell medju ta’ għarfien finanzjarju, u 18 % għandhom livell baxx ta’ litteriżmu finanzjarju, u dan joħloq diskrepanza sinifikanti fil-kapaċitajiet finanzjarji taċ-ċittadini Ewropej; billi erba’ Stati Membri biss għandhom livelli għoljin ta’ għarfien finanzjarju, u dawn huma n-Netherlands, id-Danimarka, l-Iżvezja u s-Slovenja; billi jekk jiżdied il-litteriżmu finanzjarju dan jista’ jagħti lok biex l-individwi jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar it-tfaddil, l-investimenti u l-ippjanar għal meta jirtiraw, u b’hekk ittejjeb il-benesseri finanzjarju fit-tul tagħhom; billi l-edukazzjoni finanzjarja madwar l-UE jeħtieġ li tissaħħaħ biex iċ-ċittadini jkunu mgħammra bil-ħiliet meħtieġa ħalli jsibu tarf is-swieq finanzjarji dejjem aktar kumplessi u jisfruttaw bis-sħiħ l-opportunitajiet ta’ investiment, u dan se jikkontribwixxi għat-tkabbir tal-ekonomija;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi skont ir-rapport Draghi, it-tfaddil tal-unitajiet domestiċi tal-UE fl-2022 kien jammonta għal EUR 1 390 biljun, meta mqabbel ma’ EUR 840 biljun fl-Istati Uniti;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi t-titoli finanzjarji (ishma kkwotati, bonds, fondi mutwi u derivattivi) miżmuma direttament mill-unitajiet domestiċi bħalissa jirrappreżentaw 43 % tal-ġid tal-unitajiet domestiċi tal-Istati Uniti, iżda 17 % biss tal-ġid tal-unitajiet domestiċi tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> Ir-rapport Draghi.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-unitajiet domestiċi tal-UE faddlu 14,79 % tal-introjtu disponibbli tagħhom (aktar minn tliet darbiet il-livell tal-Istati Uniti ta’ 4,7 %<FOOTNOTE><FIELD> Uffiċċju tal-Analiżi Ekonomika tal-Istati Uniti, “Personal Income and Its Disposition, Monthly” (Introjtu personali u d-disponiment tiegħu, ta’ kull xahar), 2025</FIELD></FOOTNOTE>) u ċ-ċittadini tal-UE żammew 31,01 % tat-tfaddil tagħhom (EUR 11,63 triljun) f’munita u depożiti (meta mqabbla ma’ 12,1 % fl-Istati Uniti), li joffru biss redditi limitati; billi kellhom 36 % (EUR 13,42 triljun) f’ekwità u ishma ta’ fondi ta’ investiment (49,1 % fl-Istati Uniti)u 27 % (EUR 10,06 triljun) f’assigurazzjonijiet, pensjonijiet u garanziji standardizzati<FOOTNOTE><FIELD> Eurostat, Financial flows and stocks, 2023. https://ec.europa.eu/eurostat/databrowser/view/NASA_10_F_BS__custom_13650774/default/table?lang=en.</FIELD></FOOTNOTE> (27,5 % fl-Istati Uniti);
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi sa EUR 8 triljun jistgħu jiġu ttrasferiti lejn strumenti ta’ investiment ibbażati fuq is-suq – jew fluss ta’ madwar EUR 350 biljun fis-sena<FOOTNOTE><FIELD> Il-Bank Ċentrali Ewropew, “Follow the money: channelling savings into investment and innovation in Europe” (Insegwu l-flus: nidderieġu t-tfaddil lejn l-investiment u l-innovazzjoni fl-Ewropa), diskors ta’ Christine Lagarde, President tal-Bank Ċentrali Ewropew, it-22 ta’ Novembru 2024</FIELD></FOOTNOTE> – jekk l-unitajiet domestiċi tal-UE jaġġustaw l-allokazzjoni tagħhom bejn id-depożiti u l-assi finanzjarji biex jirriflettu l-istruttura osservata fl-unitajiet domestiċi tal-Istati Uniti;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-unitajiet domestiċi Ewropej jinvestu madwar EUR 300 biljun<FOOTNOTE><FIELD> Ir-rapport Letta.</FIELD></FOOTNOTE> fis-sena barra mill-UE, primarjament fl-Istati Uniti; billi dan l-ammont huwa komparabbli mal-kapital addizzjonali li jista’ jiġi mobilizzat fl-UE taħt kundizzjonijiet aktar orjentati lejn is-suq;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi madwar 70 % tal-finanzjament korporattiv fl-UE huwa fil-forma ta’ self mill-banek, b’kuntrast mal-Istati Uniti, fejn madwar 77 % tal-finanzjament korporattiv huwa ffinanzjat permezz tas-swieq kapitali;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi skont ir-rapport Draghi, bejn l-2008 u l-2021, ġew stabbiliti 147 “unicorn” Ewropew – kumpaniji start-up li ġew ivvalutati li jiswew aktar minn USD 1 biljun – li minnhom 40 irrilokaw il-kwartieri ġenerali tagħhom barra mill-pajjiż, prinċipalment lejn l-Istati Uniti; billi l-piż amministrattiv tal-Unjoni huwa stmat għal madwar EUR 150 biljun (1,3 % tal-PDG annwali), l-ostakli interni huma, skont il-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI), ippreżentati bħala tariffa ta’ 100 % fis-suq intern u 4 biss mill-aqwa 50 kumpanija tat-teknoloġija fid-dinja huma Ewropej;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi fl-2023 l-infiq fuq ir-riċerka u l-iżvilupp ammonta għal 2,2 % tal-PDG fl-UE, iżda għal 3,4 % fl-Istati Uniti u 2,6 % fiċ-Ċina, filwaqt li l-istrateġija ta’ Liżbona tal-2000 stabbiliet objettiv ta’ nfiq fuq ir-riċerka u l-iżvilupp ta’ 3 %; billi min-nefqa kollha fuq ir-riċerka u l-iżvilupp fl-UE, is-settur privat kellu sehem ta’ 66 %, meta mqabbel ma’ 78 % fl-Istati Uniti u 77,7 % fiċ-Ċina;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi skont il-FMI, l-ostakli mhux tariffarji pendenti li jillimitaw il-kummerċ intra-UE huma stmati li huma f’livell tariffarju ta’ madwar 45 % għas-settur tipiku tal-manifattura (tliet darbiet il-livell stmat fost l-istati tal-Istati Uniti) u ta’ 110 % għas-settur tipiku tas-servizzi<FOOTNOTE><FIELD> Il-Fond Monetarju Internazzjonali, “Europe’ s Declining Productivity Growth: Diagnoses and Remedies – Regional Economic Outlook Notes – Europe” (It-tnaqqis fit-tkabbir tal-produttività tal-Ewropa: dijanjożi u rimedji – Noti ta’ prospettiva ekonomika reġjonali – L-Ewropa, Novembru 2024, https://www.elibrary.imf.org/supplemental/book/9798400287312/9798400287312.xml/REOEUREA2024002-S001_SOURCE_PDF.pdf.</FIELD></FOOTNOTE>; billi fost l-ostakli rrappurtati fis-suq uniku, l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) enfasizzaw il-VAT bi 17 %, l-aċċess għas-suq bi 12 %, il-finanzjament b’10 % u r-rekwiżiti tas-suq b’6%<FOOTNOTE><FIELD> Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Jannar 2025 intitolata “Ir-Rapport Annwali dwar is-Suq Uniku u l-Kompetittività għall-2025” (COM(2025)0026).</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi s-swieq kapitali Ewropej huma frammentati ħafna, b’għadd sinifikanti ta’ ċentri tan-negozjar li joperaw madwar il-kontinent u b’mod partikolari, f’Marzu 2023, kien hemm 295 ċentru tan-negozjar, 14-il Kontroparti Ċentrali (CCPs) u 32 Depożitarju Ċentrali tat-Titoli (CSDs) fl-UE; billi bejn 56 % u 68 % tan-negozjar fiċ-ċentri tan-negozjar fl-2023 seħħ fil-Boroż nazzjonali għall-ħames indiċijiet ewlenin tal-ekwità tal-Ewropa tal-Punent (AEX 25, CAC 40, DAX 40, IBEX 35 u MIB 40)<FOOTNOTE><FIELD> BĊE, Occasional Paper Series, Nru 369.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi l-integrazzjoni tas-swieq kapitali, filwaqt li hija meħtieġa, waħedha mhijiex biżżejjed biex tinkiseb iż-żieda mmirata fl-investiment; billi r-reġimi tat-taxxa u tal-insolvenza madwar l-Istati Membri għad għandhom diverġenzi sinifikanti;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi skont ir-rapport Letta, il-frammentazzjoni tat-taxxa għadha ostaklu ewlieni għan-negozji tal-UE, b’mod partikolari l-SMEs, u l-allinjament aħjar permezz ta’ qafas tat-taxxa armonizzat tal-UE huwa kruċjali biex jiġi ffaċilitat il-moviment liberu tal-ħaddiema, tal-oġġetti u tas-servizzi u biex jiġu appoġġjati t-tkabbir u l-investiment privat<FOOTNOTE><FIELD> Ir-rapport Letta p. 91 u 111.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi n-nuqqas ta’ opportunitajiet ta’ ħruġ għall-investituri jikkostitwixxi fattur ewlieni tas-sottożvilupp tal-fondi kapitali ta’ riskju u ta’ tkabbir fl-UE; billi l-UE tiddependi b’mod eċċessiv mill-finanzjament bankarju<FOOTNOTE><FIELD> Is-self bankarju ammonta għal 50,43 % tal-finanzjament tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji (l-ESTAT, il-BĊE u d-DĠ FISMA – kalkoli 2023); ara s-Sejħa għal evidenza tal-Kummissjoni fid-dawl tal-Komunikazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea tat-Tfaddil u tal-Investimenti.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi l-baġit tal-UE għandu jkollu l-kompetittività bħala wieħed mill-oqsma ta’ prijorità ċentrali, jippromwovi prijoritajiet strateġiċi maqbula komunement u jiffinanzja l-beni pubbliċi Ewropej, u b’hekk jikkontribwixxi għal produttività ogħla filwaqt li jiżgura koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali; billi hija meħtieġa koordinazzjoni aktar b’saħħitha bejn il-baġits tal-UE u dawk tal-Istati Membri biex tiġi evitata l-frammentazzjoni fis-suq uniku u biex tingħata spinta lill-impatt ġenerali tal-investimenti pubbliċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>W.</NO.P>billi emittenti Ewropej ħarġu assi sikuri fil-livell tal-UE, fosthom il-Bank Ewropew tal-Investiment, il-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja, il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà u, mill-1976, il-Komunità Ekonomika Ewropea u mbagħad l-UE nnifisha<FOOTNOTE><FIELD> Direttur Finanzjarju tal-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà, “Developing European safe assets” (Niżviluppaw assi sikuri Ewropej), Intereconomics, Diċembru 2023, https://www.esm.europa.eu/articles-and-op-eds/developing-european-safe-assets-article-intereconomics.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>X.</NO.P>billi l-finanzjament tal-ekwità għandu potenzjal sinifikanti mhux sfruttat biex jappoġġja t-tkabbir u l-innovazzjoni tal-kumpaniji tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>Y.</NO.P>billi l-akbar strument attwali għall-kondiviżjoni tar-riskji tal-Unjoni huwa l-programm InvestEU; billi l-biċċa l-kbira tas-sħab ta’ implimentazzjoni għadhom iffukati prinċipalment fuq l-ambitu tal-investiment b’riskju aktar baxx;
</CONS><CONS>
<NO.P>Z.</NO.P>billi r-reżistenza politika u l-interessi nazzjonali diverġenti ma ppermettewx li jintlaħaq kunsens dwar il-kisba ta’ CMU;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Nibnu viżjoni kondiviża għall-produttività tal-Ewropa u l-ħtieġa ta’ tkabbir sostenibbli</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jappella għal mobilizzazzjoni ġenerali tal-istrumenti disponibbli u tar-riżorsi legali, amministrattivi u finanzjarji kollha biex jissaħħu s-sigurtà u s-sovranità industrijali u teknoloġika tal-UE, inkluż biex jissaħħu r-reżiljenza u l-protezzjoni tal-infrastruttura kritika – bħas-sistemi tal-elettriku, tal-ilma u tal-komunikazzjoni – ħalli jiġu ssalvagwardjati ċ-ċittadini u n-negozji tal-UE u jittaffa l-impatt tal-qtugħ fil-provvista tal-elettriku u tfixkil kbir ieħor, filwaqt li jitħaffu t-tranżizzjonijiet u jsir investiment fihom, tissaħħaħ il-kompetittività, jiġi ġġenerat tkabbir ekonomiku sostnut, jinħolqu impjiegi ta’ kwalità, jiġu appoġġjati l-SMEs u jingħata kontribut għall-koeżjoni u l-konverġenza soċjali ’l fuq, f’kuntest ta’ instabbiltà ġeopolitika u tensjonijiet internazzjonali; jenfasizza li l-Ewropa qed taqa’ lura, u r-reġjun tagħna jaf jissogra li jsir irrilevanti jekk ma tittieħed l-ebda azzjoni ulterjuri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jilqa’ d-dibattitu mġedded dwar il-ħtieġa li jerġgħu jinkisbu l-kompetittività u l-produttività u t-tkabbir ekonomiku tal-UE, li ħa spinta mir-rapport Draghi u mir-rapport Letta; ifakkar li l-gwadanji fil-produttività jistgħu jinkisbu prinċipalment permezz ta’ investimenti f’attivitajiet innovattivi, inkluż fit-tranżizzjonijiet; jirrimarka li l-kompetizzjoni tista’ tistimula l-produttività, l-investiment u l-innovazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Iħaddan ir-rapporti ta’ Draghi u Letta bħala waħda mill-bosta twissijiet għal dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-livell Ewropew u dak nazzjonali, kif ukoll punt tat-tluq għal azzjoni biex jitrawmu kemm l-investimenti privati kif ukoll dawk pubbliċi, u b’mod partikolari għas-setturi tat-teknoloġija fi tranżizzjoni, is-settur awtomobilistiku fi tranżizzjoni u l-industriji peżanti bħall-industriji tal-azzar u tas-sustanzi kimiċi; jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni tirrikonoxxi r-rwol tal-finanzi pubbliċi biex jiġu mobilizzati l-finanzi privati u tiġi appoġġjata l-innovazzjoni fl-UE; jirrimarka li n-nuqqas ta’ progress fl-integrazzjoni tas-swieq finanzjarji tal-UE spiss kien dovut għal riżervi min-naħa tal-Istati Membri; jistieden lill-Istati Membri jagħmlu użu mill-momentum eżistenti u jaħdmu flimkien mal-Parlament biex verament javvanzaw l-integrazzjoni tas-swieq finanzjarji tal-UE; ifakkar li l-isforzi tal-Unjoni Ewropea biex tikkompleta s-CMU ma tawx riżultat definittiv mill-2015; jinkoraġġixxi lill-partijiet kollha jagħmlu sforzi biex jiksbu unjoni tat-tfaddil u tal-investimenti malajr kemm jista’ jkun;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jinnota bi tħassib ir-riskji ta’ xokkijiet negattivi għat-tkabbir ekonomiku<FOOTNOTE><FIELD> FMI, World Economic Outlook, April 2025.</FIELD></FOOTNOTE> u t-taqlib kontinwu fis-swieq finanzjarji u l-inċertezzi ġeopolitiċi li jistgħu jheddu b’mod partikolari l-prosperità taċ-ċittadini, tal-ħaddiema u tan-negozji Ewropej; jinnota li l-inċertezzi ġeopolitiċi diġà żiedu b’mod sinifikanti l-volatilità tas-suq finanzjarju u kkontribwew għad-dgħufija tad-dollaru Amerikan, u li s-sigurtà hija prekundizzjoni għat-tkabbir sostenibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-qafas regolatorju robust tal-UE kkontribwixxa għall-istabbiltà finanzjarja tagħha; iqis li tali stabbiltà u prevedibbiltà leġiżlattivi jistgħu jsiru vantaġġ komparattiv u kompetittiv ġenwin, peress li dawn il-fatturi huma essenzjali għall-fiduċja tal-investituri internazzjonali; jenfasizza r-rabta intrinsika bejn l-istat tad-dritt u t-tkabbir ekonomiku sostenibbli u kompetittiv; jenfasizza li r-robustezza tas-settur finanzjarju hija element ewlieni tal-kompetittività tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jirrikonoxxi l-ħidma li saret s’issa biex tinbena unjoni tas-swieq kapitali, li bdiet bil-“Pjan ta’ Azzjoni għall-Bini ta’ Unjoni tas-Swieq Kapitali” f’Settembru 2015; jiddispjaċih li l-progress fl-integrazzjoni tas-swieq kapitali tal-UE minn dak iż-żmien ’l hawn kien limitat u jappella biex dan il-proċess jiġi aċċellerat; jilqa’, f’dan ir-rigward, l-adozzjoni tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata “Unjoni tat-Tfaddil u tal-Investimenti – Strateġija biex Jissaħħu l-Ġid taċ-Ċittadini u l-Kompetittività Ekonomika fl-UE” li tiddeskrivi diversi inizjattivi ta’ politika u li għandha l-għan li tintegra s-swieq finanzjarji tal-UE u li tidderieġi b’mod effettiv it-tfaddil lejn investimenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jenfasizza l-importanza li tissaħħaħ il-fiduċja fis-sistema bankarja, u li l-iżgurar tal-istabbiltà finanzjarja u l-promozzjoni ta’ suq uniku effiċjenti huma objettivi fundamentali tal-UE; jirrikonoxxi li l-ikkompletar tal-Unjoni Bankarja trid tkun prijorità strateġika fl-approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja; jitlob lill-Kunsill iħaffef l-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni pendenti biex jiġi żgurat il-qafas ta’ stabbiltà finanzjarja u biex l-Unjoni Bankarja tiġi ffinalizzata;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jinsisti fuq l-urġenza li tittieħed azzjoni, li jitħaffef it-teħid tad-deċiżjonijiet, li jitnaqqas id-dewmien fl-implimentazzjoni u li jiġu aċċellerati d-deċiżjonijiet rigward l-istrumenti u l-mekkaniżmi ta’ appoġġ tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Iqis li l-Unjoni jeħtiġilha tavvanza bis-CMU tagħha biex tingrana l-investimenti tas-settur privat; jenfasizza li dan se jirrikjedi wkoll appoġġ mis-settur pubbliku biex jitwettaq l-investiment addizzjonali annwali minimu meħtieġ biex jerġa jinkiseb settur industrijali sostenibbli u innovattiv u tiġi ankrata l-prosperità tal-Unjoni; jenfasizza li żieda fil-produttività tiġġenera wkoll spazju fiskali akbar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jenfasizza li hemm wisq kapital li ma jintużax b’mod produttiv fl-UE; jenfasizza li n-negozji, speċjalment l-SMEs, ma jistgħux jieħdu vantaġġ sħiħ mis-swieq kapitali eżistenti fl-Ewropa għall-finanzjament u l-investiment;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jiddispjaċih mill-fatt li ħafna intraprendituri bbażati fl-UE jħossu l-ħtieġa li jirrilokaw biex jiksbu aċċess aktar faċli għall-finanzi u għar-riżorsi; jinnota bi tħassib li n-nuqqas ta’ fondi ta’ kapital ta’ riskju fuq skala kbira u possibbiltajiet ta’ ħruġ finanzjarjament vijabbli fl-UE jimbuttawhom biex jespandu b’investimenti barranin u fi swieq barranin; jinnota li dan huwa dovut għan-nuqqas ta’ CMU integrata fl-UE u għall-fatt li s-swieq tal-UE għadhom mhux kapaċi jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħhom; ifakkar li l-UE tiġġenera aktar kumpaniji start-up mill-Istati Uniti fis-sena u li r-redditu fuq l-investimenti ta’ kapital ta’ riskju huwa madwar 6 % ogħla fl-UE milli fl-Istati Uniti<FOOTNOTE><FIELD> Iċ-Ċentru għall-Istudji Politiċi Ewropej, “It’s finally time to leverage pension funds to foster EU productivity and benefit pensioners” (Fl-aħħar wasal iż-żmien li ningranaw il-fondi tal-pensjonijiet biex inrawmu l-produttività tal-UE u naraw li jkunu ta’ benefiċċju għall-pensjonanti), 10 ta’ Frar 2025, https://www.ceps.eu/its-finally-time-to-leverage-pension-funds-to-foster-eu-productivity-and-benefit-pensioners/.</FIELD></FOOTNOTE>, filwaqt li jissottolinja l-ħtieġa li l-istituzzjonijiet tal-UE jrawmu ambjent aktar attraenti u ta’ appoġġ għall-innovazzjoni u t-tkabbir; jaqbel mar-rapport Draghi u mar-rapport Letta li l-UE għandha tkompli tiżviluppa s-swieq ta’ kapital ta’ riskju tagħha, u konsegwentement jisħaq fuq l-importanza li tiġi żviluppata ekosistema b’saħħitha għall-kapital ta’ riskju u l-investiment fl-UE u jappella għall-formazzjoni ta’ kapital ta’ riskju għall-kumpaniji biex jiksbu investiment fis-swieq tagħna, bħal fondi Ewropej kbar biżżejjed għat-tkabbir u l-akkwiżizzjoni; jenfasizza li l-appoġġ pubbliku għas-swieq ta’ kapital ta’ riskju għandu jipprijoritizza proġetti allinjati mal-prijoritajiet tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jenfasizza li s-swieq finanzjarji Ewropej jeħtieġ li jkunu attraenti u faċli biex jiġu aċċessati kemm għall-emittenti kif ukoll għall-investituri; jissottolinja li dan japplika kemm għas-swieq primarji kif ukoll għal dawk sekondarji; jenfasizza li d-deċiżjoni dwar il-kwotazzjoni f’suq regolat spiss iġġib magħha rekwiżiti addizzjonali għall-kumpaniji, anki biex jiġu protetti l-investituri; jinnota li tali rekwiżiti jistgħu jitqiesu bħala żvantaġġ tal-kwotazzjoni fil-Borża; jistieden lill-Kummissjoni tnaqqas u timmonitorja kontinwament il-kostijiet amministrattivi u ta’ konformità għall-kumpaniji kkwotati, b’mod partikolari għall-kumpaniji żgħar u ta’ daqs medju; jilqa’ l-adozzjoni reċenti tal-Att dwar il-Kwotazzjoni bħala l-ewwel pass f’dan ir-rigward, li jagħmilha aktar faċli għall-kumpaniji ta’ kull daqs, inklużi l-SMEs, biex jiġu kkwotati fil-Boroż Ewropej; jappella għall-implimentazzjoni prammatika tal-Att dwar il-Kwotazzjoni u jistieden lill-Kummissjoni tkompli tibni fuq din l-inizjattiva, b’mod partikolari fir-rigward tar-riċerka dwar l-ekwità għall-SMEs u billi ssaħħaħ is-swieq tat-tkabbir tal-SMEs, peress li dan għen lill-kumpaniji iżgħar biex jiġu kkwotati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jisħaq li l-investiment pubbliku għandu rwol kruċjali fl-ikkomplementar tal-investiment privat; iħeġġeġ lill-Kummissjoni toħroġ proposti li jkollhom l-għan li jimmobilizzaw kapital addizzjonali biex jappoġġjaw ukoll l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE); jemmen li l-istrumenti finanzjarji u l-garanziji baġitarji jirrappreżentaw użu effiċjenti tar-riżorsi biex jiġu avvanzati l-objettivi ta’ politika ewlenin tal-UE; itenni li l-garanziji baġitarji u l-istrumenti finanzjarji mfassla tajjeb, meta jkunu bbażati fuq il-ħtiġijiet tas-suq, huma użu effiċjenti ħafna tar-riżorsi baġitarji limitati tal-UE biex jitnaqqas ir-riskju tal-investiment u jiġi mobilizzat il-kapital privat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jenfasizza li r-riżorsi pubbliċi għandhom ikunu ffukati biex jiżguraw il-kwalità, l-effiċjenza, is-sostenibbiltà u l-aċċessibbiltà tal-infrastruttura u s-servizzi pubbliċi, speċjalment dawk relatati ma’ servizzi ta’ interess ġenerali, filwaqt li jiġi kkatalizzat l-investiment privat f’teknoloġiji u industriji innovattivi u nodfa taħt kundizzjonijiet definiti sew;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jenfasizza li biex titnaqqas id-diskrepanza fl-investiment, mhux biżżejjed li jiġu mobilizzati volumi kbar ta’ finanzi, jeħtieġ ukoll li jiġi żgurat li l-UE tkun mgħammra biex tidderieġi l-fondi f’investimenti produttivi; jissottolinja li l-kapaċità istituzzjonali, iċ-ċarezza regolatorja u l-kwalità tal-proġetti huma essenzjali għall-użu effettiv tal-kapital pubbliku u dak privat; jinnota, f’dan ir-rigward, li, minħabba għadd ta’ fatturi, inklużi l-aċċess limitat għal portafoll usa’ tas-suq, il-kwalità tal-prodotti u t-tariffi, ħafna prodotti tal-UE ma joffrux redditi suffiċjenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Ifakkar li l-gwadanji fil-produttività jistgħu jinkisbu prinċipalment permezz ta’ investimenti f’attivitajiet innovattivi; ifakkar li l-mira ta’ investiment ta’ 3 % tal-PDG fir-riċerka u l-innovazzjoni għadha ’l bogħod milli tintlaħaq; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw għodod u finanzjament suffiċjenti biex tintlaħaq dik il-mira;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jiddispjaċih li l-livell baxx ta’ edukazzjoni finanzjarja f’ħafna Stati Membri jirrappreżenta sfida sinifikanti għall-awtonomija ekonomika taċ-ċittadini u għall-iżvilupp ta’ ekonomija b’saħħitha u kompetittiva; ifakkar li edukazzjoni finanzjarja ta’ livell baxx ixxekkel il-kapaċità tal-popolazzjoni li tieħu deċiżjonijiet infurmati dwar it-tfaddil, l-investiment u l-ippjanar tal-irtirar; jafferma li din id-diskrepanza fl-edukazzjoni finanzjarja xxekkel l-iżvilupp ta’ kultura ta’ investiment li hija kruċjali għat-tkabbir ekonomiku; jissottolinja l-importanza ta’ strateġija tal-UE ambizzjuża, determinata u li tista’ titkejjel biex tippromwovi l-litteriżmu finanzjarju fl-Ewropa, li tagħti s-setgħa liċ-ċittadini biex jipproteġu u jimmobilizzaw aħjar it-tfaddil tagħhom u li tagħmel is-suq kapitali aktar attraenti;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Nimmobilizzaw l-investiment privat u niffaċilitaw l-aċċess għall-finanzi billi niżviluppaw unjoni tat-tfaddil u tal-investimenti</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jilqa’ l-għan awtoimpost mill-Kummissjoni li tkun “Kummissjoni tal-investiment” u li tisfrutta l-finanzjament meħtieġ għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi, diġitali u soċjali, li timmassimizza s-sinerġiji bejn l-investiment pubbliku u dak privat, u li tingrana l-kapital privat u tnaqqas ir-riskji tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jemmen li l-attraenza tas-swieq kapitali tal-UE se tiżdied permezz tal-integrazzjoni ulterjuri tas-suq intern tal-UE b’mod li jrawwem il-kompetizzjoni fost il-kumpaniji tal-UE, il-ħolqien ta’ opportunitajiet ekonomiċi għall-investimenti privati u s-simplifikazzjoni, peress li dan jippermetti redditi ogħla għaċ-ċittadini u għall-kumpaniji; jissottolinja li, madankollu, ir-redditi huma mminati mill-kostijiet għoljin assoċjati mal-investimenti fis-swieq finanzjarji Ewropej; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw soluzzjonijiet, kemm leġiżlattivi kif ukoll mod ieħor, biex irawmu l-ħolqien ta’ suq kapitali integrat fl-UE kollha li jkollu daqs, likwidità, profondità u trasparenza suffiċjenti biex jattira kemm investituri bbażati fl-UE kif ukoll investituri internazzjonali filwaqt li jiżgura l-protezzjoni tal-konsumaturi u s-salvagwardja tal-istabbiltà finanzjarja; ifakkar li l-prospett ta’ redditu ogħla fuq l-investiment huwa inċentiv ewlieni għall-parteċipazzjoni tal-investituri fil-livell tal-konsumatur fis-swieq kapitali; jisħaq, f’dan ir-rigward, li s-CMU mhux se tkun possibbli mingħajr l-ikkompletar tal-Unjoni Bankarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jinnota li s-swieq kapitali Ewropej bħalissa għadhom frammentati ħafna, u li l-fondi ta’ investiment Ewropej għadhom kważi seba’ darbiet iżgħar mill-fondi tal-Istati Uniti<FOOTNOTE><FIELD> Ir-rapport Heitor, p. 62.</FIELD></FOOTNOTE>; iqis li dan jagħmel ħsara lill-kompetittività tas-settur tal-fondi ta’ investiment tal-UE fil-konfront ta’ kompetituri globali, peress li d-daqs tal-fond huwa fattur ewlieni li jinfluwenza l-kostijiet imposti fuq l-investituri finali; jemmen li suq transfruntier tal-fondi aktar integrat fl-UE maż-żmien jista’ jwassal għat-tkabbir fid-daqsijiet tal-fondi u għal gwadanji fl-effiċjenza li, jekk jiġu mgħoddija lill-investituri fil-livell tal-konsumatur jistgħu jgħinu biex jitnaqqsu l-kostijiet u jinkiseb valur aħjar għall-flus għall-investituri finali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jemmen li s-CMU se tkun ta’ benefiċċju għall-konsumaturi u għall-SMEs billi toffri opportunitajiet ta’ investiment b’rendiment għoli fl-ekonomija reali u eventwalment tagħti spinta lis-suq ta’ kapital ta’ riskju billi ttejjeb l-aċċess għal sorsi ta’ finanzjament diversifikati; jemmen li l-finanzjament tal-kumpaniji scale-up Ewropej b’kapital Ewropew għandu jkun prijorità, kif muri mill-Inizjattiva taċ-Champions Ewropej tat-Teknoloġija mnedija fi Frar 2023 biex jiġu ffinanzjati kumpaniji teknoloġiċi Ewropej promettenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Iqis li l-kapital ta’ riskju għandu jsir aċċessibbli b’mod aktar wiesa’ għall-kumpaniji bħala alternattiva għas-self bankarju tradizzjonali sabiex jiġu diversifikati s-sorsi ta’ finanzjament; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi miżuri biex ittejjeb dan it-tip ta’ finanzjament għall-kumpaniji tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jirrimarka li d-daqs, il-profondità u l-likwidità tas-swieq kapitali jvarjaw ħafna minn Stat Membru għal ieħor, u li xi Stati Membri irnexxielhom aktar minn oħrajn jipprovdu swieq primarji u sekondarji attraenti għan-negozji u jinċentivaw liċ-ċittadini jinvestu f’dawk is-swieq; jistieden lill-Kummissjoni tidentifika l-aħjar prattiki u tintegrahom fil-fluss ta’ ħidma tal-unjoni tat-tfaddil u tal-investimenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Iqis li l-kapital privat se jkun strumentali biex titnaqqas id-diskrepanza fl-investiment identifikata mir-rapport Draghi bl-aktar mod effiċjenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jappoġġja l-integrazzjoni tal-oqfsa istituzzjonali u l-istrutturi tas-suq; itenni t-talba tiegħu biex jitrawwem il-proċess ta’ konverġenza superviżorja mmexxi mill-ESMA, inkluż billi l-ESMA tingħata setgħat superviżorji diretti meta dan iġib valur miżjud Ewropew – pereżempju, fuq infrastrutturi tas-suq pan-Ewropej – sabiex tissaħħaħ il-kompetittività tas-swieq Ewropej tal-kwotazzjoni u jsir titjib fl-effiċjenza tax-xenarju superviżorju u fil-kollaborazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti (NCAs); ifakkar li l-ESMA diġà għandha setgħat superviżorji diretti fuq diversi entitajiet finanzjarji, bħall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet u l-Kontropartijiet Ċentrali tal-Grad 2 li jinsabu barra mill-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jirrikonoxxi wkoll li s-superviżjoni armonizzata mhux dejjem tirrikjedi superviżur uniku iżda tista’ tinkiseb ukoll permezz tal-konverġenza tal-prattiki superviżorji nazzjonali, meta dan ikun aktar xieraq; jappoġġja, għalhekk, l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tipproponi miżuri biex issaħħaħ l-għodod ta’ konverġenza superviżorja u tagħmilhom aktar effettivi, u li tikseb superviżjoni diretta aktar unifikata tas-swieq kapitali billi tittrasferixxi ċerti kompiti fil-livell tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jirrimarka li kwalunkwe żieda fis-setgħat tal-awtoritajiet superviżorji Ewropej (ASE) għandha timxi id f’id ma’ żieda proporzjonata fil-livell ta’ responsabbiltà tal-ASE; iqis li l-governanza tal-ESMA għandha tiġi riveduta biex tiggarantixxi l-effiċjenza u l-indipendenza tad-deċiżjonijiet tal-ESMA; jappoġġja l-proposta fir-rapport Draghi li l-ESMA tingħata struttura ta’ governanza aktar Ewropea u li tiġi stabbilita kooperazzjoni b’saħħitha mal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, abbażi tal-mudell tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku jew tal-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu (AMLA);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Iqis li l-ASE għandhom ikunu ffinanzjati b’mod adegwat sabiex ikunu jistgħu jwettqu dmirijiethom, inkluż billi jiġu involuti istituzzjonijiet finanzjarji u parteċipanti fis-swieq finanzjarji minn kumpaniji taħt superviżjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza ta’ rwol b’saħħtu għall-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) fis-sorveljanza tal-infrastrutturi tas-suq sistemikament importanti, f’konformità mar-responsabbiltajiet tiegħu skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u r-Regolament dwar sistemi ta’ ħlas sistemikament importanti (SIPS)<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament tal-Bank Ċentrali Ewropew (UE) Nru 795/2014 tat-3 ta’ Lulju 2014 dwar ir-rekwiżiti ta’ sorveljanza għal sistemi ta’ ħlas sistemikament importanti (ĠU L 217, 23.7.2014, p. 16, ELI: <STRING UNDERLINE="on">http://data.europa.eu/eli/reg/2014/795/oj</STRING>).</FIELD></FOOTNOTE>; jemmen li l-BĊE għandu jikkontribwixxi b’mod attiv għat-tisħiħ tal-interoperabbiltà, tar-reżiljenza u tal-integrazzjoni ta’ sistemi tan-negozjar u tal-postnegozjar fl-UE kollha, b’mod partikolari permezz tas-sorveljanza tiegħu tal-pjattaformi bħal TARGET2-Securities;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jisħaq li l-piż amministrattiv u l-kostijiet ta’ konformità li jseħħu f’kuntest transfruntier diġà jistgħu jiġu indirizzati permezz ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni aħjar fost l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, eż. fil-qasam tal-kondiviżjoni tad-data; jistieden lill-Kummissjoni u lill-ASE jimxu lejn reġim ta’ “irrapporta darba biss”; iqis li l-Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew huwa inizjattiva importanti f’dan ir-rigward u jappella għall-implimentazzjoni f’waqtha tiegħu; jissuġġerixxi li l-ESMA wkoll tista’ ssir pjattaforma ċentrali tad-data, li tiċċentralizza r-rapportar tal-entitajiet soġġetti għar-rekwiżiti ta’ rapportar skont il-MiFiR<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84, ELI: <STRING UNDERLINE="on">http://data.europa.eu/eli/reg/2014/600/oj</STRING>)<STRING ITALIC="on">.</STRING></FIELD></FOOTNOTE> u l-EMIR<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1, ELI: <STRING UNDERLINE="on">http://data.europa.eu/eli/reg/2012/648/oj</STRING>).</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżviluppa proposti biex tappoġġja r-rilokazzjoni tal-attivitajiet tal-ikklerjar lejn l-UE; jiddispjaċih dwar is-sitwazzjoni attwali, fejn il-biċċa l-kbira tan-negozju tal-ikklerjar tal-UE jitwettaq barra mill-UE; jistenna bil-ħerqa att delegat ambizzjuż dwar il-kontijiet attivi skont l-EMIR 3.0; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tivvaluta kontinwament l-iżvilupp tal-attivitajiet tal-ikklerjar u l-impatt tar-regolament, u tressaq proposti leġiżlattivi ulterjuri biex issaħħaħ l-ekosistema tal-ikklerjar tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jilqa’ t-tħabbira tal-Kummissjoni ta’ pakkett ambizzjuż ta’ proposti leġiżlattivi biex tissaħħaħ l-ekosistema kummerċjali u tal-postnegozjar fl-Unjoni Ewropea, jitneħħew l-ostakli għall-attività transfruntiera u l-qafas isir adattat għat-teknoloġiji l-ġodda; jistenna li tali proposta tista’ tgħin biex tiġi indirizzata l-frammentazzjoni tas-suq fl-UE; jisħaq, madankollu, li l-biċċa l-kbira tal-inizjattivi favur il-konsolidazzjoni tas-suq għandhom ikunu mmexxija mis-suq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jirrikonoxxi l-ħtieġa ta’ swieq kapitali effiċjenti u likwidi biex tingħata spinta lill-investimenti, inkluża infrastruttura kompetittiva tas-suq tal-postnegozjar; jilqa’ l-proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni biex tintroduċi emenda mmirata għar-Regolament dwar id-Depożitorji Ċentrali tat-Titoli<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 1, <STRING UNDERLINE="on">ELI: </STRING>http://data.europa.eu/eli/reg/2014/909/oj).</FIELD></FOOTNOTE> (CSDR) bl-għan li ċ-ċiklu tas-saldu fl-UE jitqassar minn jumejn (“T+2”) għal jum wieħed (“T+1”) għal tranżazzjonijiet f’titoli trasferibbli eżegwiti f’ċentri tan-negozjar; jirrimarka li din l-inizjattiva tippermetti lill-UE tlaħħaq ma’ ġuriżdizzjonijiet oħra li diġà kkompletaw it-tranżizzjoni lejn T+1 u tevita l-allinjament ħażin; jistenna li l-proposta żżid l-effiċjenza u r-reżiljenza tas-swieq kapitali tal-UE, inkluż permezz ta’ riskji aktar baxxi ta’ fallimenti tas-saldu, disponibbiltà aktar rapida ta’ titoli u fondi u rekwiżiti tal-marġini aktar baxxi; jinnota bi tħassib li ġurisdizzjonijiet oħra, bħall-Istati Uniti u l-Indja, qed jesploraw jew jittestjaw ċikli ta’ saldu T+0; jistieden lill-Kummissjoni tibda b’mod urġenti valutazzjoni teknika u regolatorja tal-fattibbiltà ta’ tranżizzjoni lejn saldu T+0, f’koordinazzjoni mill-qrib mal-infrastrutturi tas-suq, mal-banek ċentrali u mal-parteċipanti fis-suq; jenfasizza li t-tqassir ulterjuri taċ-ċiklu tas-saldu jnaqqas ir-riskju sistemiku, itejjeb l-effiċjenza tas-suq u jsaħħaħ l-attraenza tas-swieq kapitali tal-UE globalment;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jinnota li s-simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi tista’ ttejjeb l-attraenza tal-UE bħala destinazzjoni ta’ investiment; iqis li l-allinjament tal-oqfsa leġiżlattivi tal-Istati Membri, filwaqt li jiġu ppreservati l-istandards minimi u l-kompetenzi nazzjonali, għandu jkun parti mill-aġenda ta’ simplifikazzjoni biex jiġu ffaċilitati l-attivitajiet transfruntiera; ifakkar li d-dipendenza fuq regolamenti aktar milli fuq direttivi tnaqqas id-diverġenzi fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE, inkluża r-regolamentazzjoni żejda, u b’hekk dan jappoġġja l-eżerċizzju ta’ simplifikazzjoni li għaddej bħalissa; jistieden lill-Kummissjoni tapplika l-prinċipju ta’ Regolamentazzjoni Aħjar, filwaqt li tiggarantixxi l-armonizzazzjoni meta l-valutazzjonijiet tal-impatt jindikaw valur miżjud ċar u tindirizza l-frammentazzjoni; jissottolinja l-gwadanji possibbli mis-simplifikazzjoni tal-Qafas ta’ Finanzi Sostenibbli tal-UE, kif enfasizzat fir-rapport Draghi, b’mod partikolari permezz ta’ gwida, konsistenza u ċarezza msaħħa; jinnota, f’dan ir-rigward, il-Pakkett Omnibus tal-Kummissjoni dwar is-Sostenibbiltà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Iqis li l-ewwel pass lejn is-simplifikazzjoni jikkonsisti f’leġiżlazzjoni effiċjenti; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-involviment tal-ASE fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet għall-mandati tal-Livell 2 u tal-Livell 3 biex tiggarantixxi li dawn il-mandati jkunu bbażati fuq l-evidenza, proporzjonati u mfassla għall-ħtiġijiet tas-settur finanzjarju; jistieden lill-Kummissjoni u lill-ASE jevalwaw ukoll kif inaqqsu l-għadd u l-kumplessità tal-atti delegati, l-atti ta’ implimentazzjoni, il-mistoqsijiet u t-tweġibiet u l-linji gwida li ġejjin; jisħaq li l-ASE għandhom jaderixxu strettament mal-mandat mogħti mil-leġiżlatur Ewropew;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jilqa’ l-adozzjoni reċenti tal-Att dwar il-Kwotazzjoni, li se jagħmilha aktar faċli għall-kumpaniji ta’ kull daqs, inklużi l-SMEs, biex jiġu kkwotati fil-Boroż Ewropej; jissottolinja li d-dispożizzjonijiet tal-Livell 2 tal-Att dwar il-Kwotazzjoni għandhom jikkontribwixxu għal ambjent ta’ kwotazzjoni aktar aċċessibbli u kosteffettiv madwar l-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tindirizza l-frammentazzjoni tal-oqfsa nazzjonali ta’ insolvenza u tistabbilixxi mekkaniżmi effettivi għas-soluzzjoni ta’ tilwim transfruntier; jissottolinja li konverġenza legali u ċarezza proċedurali akbar huma essenzjali biex jitnaqqsu l-ostakli għall-investiment transfruntier u biex tiġi appoġġjata integrazzjoni aktar profonda tas-swieq kapitali tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jibqa’ impenjat li jikseb l-objettivi ġenerali tal-qafas ta’ finanzjament sostenibbli u li jimmobilizza l-investimenti pubbliċi u privati fit-tranżizzjonijiet; ifakkar li d-dħul mill-Iskema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet se jkun essenzjali biex jiġu appoġġjati l-investimenti għal skopijiet relatati mal-klima u mal-enerġija skont il-baġits tal-Istati Membri u tal-Unjoni; jieħu nota li l-Kummissjoni, fil-bidu tal-mandat attwali tagħha, affermat mill-ġdid l-ambizzjoni tagħha li tibqa’ l-mexxej globali fil-finanzjament sostenibbli; jinnota li l-Kummissjoni bħalissa qed tivvaluta b’mod kritiku l-elementi kollha tal-qafas ta’ finanzjament sostenibbli u tista’ tressaq proposti ta’ simplifikazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tadotta proposta għar-rieżami tar-Regolament dwar id-divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà finanzjarja<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà fis-settur tas-servizzi finanzjarji (ĠU L 317, 9.12.2019, p. 1, ELI: <STRING UNDERLINE="on">http://data.europa.eu/eli/reg/2019/2088/oj</STRING>).</FIELD></FOOTNOTE>, inkluż l-indirizzar tar-riskji ta’ greenwashing;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jisħaq li l-prezzijiet għoljin tal-enerġija għandhom impatt negattiv fuq il-kompetittività tal-UE; jilqa’, f’dan ir-rigward, il-proposta fir-rapport Draghi; jappella għall-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ “l-istess attività, l-istess regola” u għar-rieżami tal-eżenzjoni tal-attività anċillari li tippermetti lill-kumpaniji mhux finanzjarji jinnegozjaw fis-swieq tad-derivattivi tal-enerġija mingħajr ma jkunu soġġetti għall-istess skrutinju bħall-entitajiet finanzjarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jenfasizza l-fatt li l-kumpaniji li jaċċessaw is-swieq kapitali jesperjenzaw tkabbir sinifikanti, peress li dan jippermettilhom jiffinanzjaw il-proġetti ta’ espansjoni, innovazzjoni u żvilupp tagħhom; isostni li billi jiksbu riżorsi minn bażi usa’ ta’ investituri, dawn il-kumpaniji jistgħu jiddiversifikaw is-sorsi ta’ finanzjament tagħhom; jemmen li l-istimulazzjoni tal-offerti pubbliċi inizjali hija essenzjali għat-tkabbir tan-negozji Ewropej u għall-integrazzjoni ulterjuri tas-swieq kapitali tal-UE; jappella għall-implimentazzjoni ta’ miżuri li jnaqqsu l-ostakli regolatorji u jtejbu l-aċċess għall-kapital, filwaqt li jiżguraw li l-SMEs ikunu jistgħu jaċċessaw faċilment is-swieq kapitali mingħajr kumplessità jew kostijiet eċċessivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jibża’ li, mingħajr strateġija ċara u koordinata, l-għadd ta’ offerti pubbliċi inizjali fl-UE se jibqa’ limitat, u dan ixekkel il-potenzjal tat-tkabbir tal-kumpaniji Ewropej u jnaqqas l-attraenza tas-swieq tal-UE għall-investituri globali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Ifakkar li r-regolamenti tal-UE, bħar-Regolament dwar il-Prospett u l-MiFID II, ġabu magħhom progress fit-titjib tat-trasparenza u l-effiċjenza tas-suq, għalkemm jista’ jsir aktar biex jiġu razzjonalizzati l-proċessi għall-kumpaniji li jixtiequ jiġu kkwotati pubblikament; jenfasizza l-ħtieġa ta’ aktar armonizzazzjoni tal-prattiki tas-suq madwar l-Istati Membri biex jinħoloq suq uniku kapitali reali; jiddefendi l-applikazzjoni, fil-livell tal-UE, tal-aħjar prattiki;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jinnota li l-qafas tat-taxxa attwali tal-Unjoni, li għandu 27 sistema tat-taxxa korporattiva differenti, jista’ joħloq ostakli għan-negozji u għall-investiment transfruntier fis-suq intern<FOOTNOTE><FIELD> Il-proposta tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Settembru 2023 għal Direttiva tal-Kunsill dwar in-Negozju fl-Ewropa: Qafas għat-Tassazzjoni tal-Introjtu (BEFIT) (COM(2023)0532), memorandum ta’ spjegazzjoni, p. 8.</FIELD></FOOTNOTE>; jemmen li l-kumpaniji innovattivi jistgħu jibbenefikaw minn sett uniku ta’ regoli għall-UE kollha u, meta rilevanti, ta’ prattiki komuni; jinnota, f’dak ir-rigward, il-proposta “In-Negozju fl-Ewropa: Qafas għat-Tassazzjoni tal-Introjtu” li tistabbilixxi sett uniku ta’ regoli biex jiġu kkalkulati l-bażijiet għat-taxxa korporattiva tal-kumpaniji; ifakkar li diversi inizjattivi leġiżlattivi fil-qasam tat-tassazzjoni għadhom sospiżi u li huwa importanti li jiġu żgurati ċ-ċertezza, il-prevedibbiltà u l-istabbiltà; jieħu nota tal-kjarifikazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar liema inizjattivi għandhom jiġu rtirati fil-qasam tat-tassazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Ifakkar li l-biċċa l-kbira tal-kwistjonijiet tat-tassazzjoni jaqgħu fil-kompetenza nazzjonali tal-Istati Membri; jisħaq, madankollu, li qafas aktar koordinat għat-tassazzjoni korporattiva jista’ jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-kostijiet tal-konformità u tal-piż amministrattiv, u joħloq ukoll kundizzjonijiet ekwi għan-negozji li joperaw fis-suq intern kollu, jinkoraġġixxi l-espansjoni, isaħħaħ iċ-ċertezza legali, u jistimula l-investimenti u t-tkabbir fl-Unjoni; iħeġġeġ lill-Istati Membri jħaffu n-negozjati, b’mod partikolari, dwar ir-regoli tad-deprezzament; jistieden lill-Kummissjoni tesplora u tivvaluta l-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-għażla tat-28 reġim;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni timplimenta miżuri li jinċentivaw lill-investituri nazzjonali u dawk esterni biex jipparteċipaw fis-swieq kapitali Ewropej; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi appoġġ tekniku lill-Istati Membri fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politiki tat-taxxa li jinkoraġġixxu l-investiment;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jieħu nota tar-rakkomandazzjoni tar-rapport Draghi li jiġu pprovduti inċentivi fiskali b’appoġġ għall-iżvilupp ta’ setturi strateġiċi; iqis li l-inċentivi fiskali marbuta mal-prodotti ta’ investiment għandhom jipprijoritizzaw l-investimenti li jsiru fl-Ewropa biex tiġi appoġġjata l-kompetittività Ewropea;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jilqa’, bħala l-ewwel pass u biex jitnaqqsu l-kumplessità u l-frammentazzjoni tas-suq intern, linji gwida tal-Kummissjoni dwar it-tfassil ta’ inċentivi fiskali, filwaqt li jiġu rispettati l-kompetenzi nazzjonali tal-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tindirizza l-ostakli eżistenti għall-investimenti transfruntieri fil-livell tal-konsumatur, bħall-proċeduri kkumplikati żżejjed biex jiġu rkuprati t-taxxi f’ras il-għajn u n-nuqqas ta’ standards minimi madwar l-UE għal-laqgħat ġenerali tal-azzjonisti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jissottolinja li l-integrazzjoni tas-suq kapitali hija pilastru neċessarju tal-istrateġija ta’ investiment tal-Unjoni, li tista’, meta jkun effiċjenti, tiġi kkomplementata minn inċentivi mfassla bir-reqqa fuq il-prodotti fit-tul biex jiġi mmassimizzat l-impatt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa proposti li għandhom l-għan li jiffaċilitaw id-direzzjonar tat-tfaddil, permezz ta’ prodotti ta’ tfaddil fit-tul, lejn investimenti produttivi, filwaqt li jibnu fuq esperjenzi nazzjonali li wrew adozzjoni qawwija fil-livell tal-konsumatur; jitlob lill-Kummissjoni tesplora soluzzjonijiet u ideat ta’ studju bħall-ħolqien ta’ kont ta’ tfaddil ta’ investiment tal-UE li jkun aċċessibbli għaċ-ċittadini kollha tal-UE jew tikketta fil-livell tal-UE għal prodotti ta’ investiment adatti għall-investituri fil-livell tal-konsumatur abbażi ta’ kriterji jew karatteristiċi komuni bħal “prodotti mhux kumplessi”, kostijiet proporzjonati, enfasi fuq l-investiment ta’ terminu twil, allokazzjoni tal-assi u tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tintroduċi segment għall-pariri razzjonalizzati u simplifikati jew segment ta’ eżekuzzjoni ggwidat biss għal prodotti ttikkettati bħala bażiċi u sempliċi; jitlob, b’mod partikolari, lill-Kummissjoni tivvaluta l-valur miżjud u l-effettività ta’ tikketta għall-investimenti li joffru opportunitajiet ta’ premjazzjoni għall-investituri globalment jew li jkunu sostenibbli u li l-biċċa l-kbira tagħhom jinsabu fl-UE (tikketta Investi jew Magħmul fl-Ewropa) u kemm il-kumpaniji u ċ-ċittadini jixtiquha; jisħaq li tali inizjattiva għandu jkollha l-għan li tiġġenera tfaddil addizzjonali filwaqt li tissalvagwardja, u meta possibbli ssaħħaħ, id-diversità tal-prodotti, id-distributuri u l-istrutturi tas-suq madwar l-Unjoni; jinnota li xi Stati Membri qed jimxu ’l quddiem lejn “Ewropa ta’ dawk disposti”; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkunu ambizzjużi kemm jista’ jkun u jimxu ’l quddiem bħala blokk;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jieħu nota tat-tnedija tat-tikketta Ewropea għat-tfaddil fit-tul “Finance Europe”<FOOTNOTE><FIELD> Il-Ministeru Franċiż għall-Ekonomija, il-Finanzi u s-Sovranità Industrijali u Diġitali, <STRING ITALIC="on">Launch of the ‘Finance Europe’ Label:  creating investment opportunities for financing the European economy</STRING> (It-Tnedija tat-Tikketta “Finance Europe”: il-ħolqien ta’ opportunitajiet ta’ investiment għall-finanzjament tal-ekonomija Ewropea), stqarrija għall-istampa, is-6 ta’ Ġunju 2025, https://presse.economie.gouv.fr/lancement-du-label-europeen-finance-europe-pour-que-lepargne-des-europeens-contribue-au-financement-de-leconomie-europeenne/.</FIELD></FOOTNOTE> minn seba’ Stati Membri f’assoċjazzjoni mal-industriji finanzjarji nazzjonali tagħhom; jinnota li l-kriterji għal tali tikketta jinkludu allokazzjoni tal-portafoll li fiha mill-anqas 70 % tal-assi jiġu investiti f’kumpaniji Ewropej, durata minima għall-investiment ta’ ħames snin, parti sostanzjali investita fl-ekwità u possibbilment inċentivi tat-taxxa mfassla fil-livell nazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Ifakkar li, s’issa, il-prodotti pan-Ewropej eżistenti, bħall-fondi ta’ investiment Ewropej fuq terminu twil (ELTIFs) u l-prodotti tal-pensjoni personali pan-Ewropej (PEPPs), kellhom diffikultajiet biex jiksbu trazzjoni sinifikattiva fost l-investituri fil-livell tal-konsumatur; jirrikonoxxi r-riformi li għaddejjin li għandhom l-għan li jsaħħu l-attrazzjoni tagħhom, iżda jisħaq li l-esperjenza turi li t-tfassil regolatorju waħdu mhuwiex suffiċjenti biex jixpruna l-adozzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jisħaq li l-protezzjoni b’saħħitha tal-konsumatur hija essenzjali biex titrawwem il-fiduċja u tingħata spinta lill-parteċipazzjoni fil-prodotti ta’ investiment Ewropej; jissottolinja l-ħtieġa ta’ divulgazzjonijiet ċari, strutturi trasparenti u b’tariffi baxxi, aċċess għal servizzi finanzjarji bażiċi biex tiġi promossa l-inklużjoni finanzjarja, regolamentazzjoni robusta ta’ għodod diġitali bħall-intelliġenza artifiċjali (IA) użati mill-istituzzjonijiet finanzjarji meta jbigħu u jipprovdu pariri dwar il-prodotti finanzjarji Ewropej u regolamentazzjoni u standardizzazzjoni robusti tal-prodotti finanzjarji, ikkomplementati minn inizjattivi mmirati dwar l-edukazzjoni finanzjarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tappoġġja l-iżvilupp ta’ familja tal-indiċi tal-Unjoni Ewropea tas-Swieq Kapitali<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni Ewropea, <STRING ITALIC="on">Feasibility study for the creation of a CMU Equity Market Index Family</STRING> (Studju tal-fattibbiltà għall-ħolqien ta’ familja tal-indiċi tas-suq tal-ekwità tas-CMU), 2020 https://op.europa.eu/en/publication-detail/-/publication/1562efbd-cbc6-11ea-adf7-01aa75ed71a1/language-en/.</FIELD></FOOTNOTE> abbażi ta’ data li se tkun disponibbli fl-ambitu tat-tape konsolidat futur għall-UE kollha u li jagħti viżibbiltà akbar lis-swieq nazzjonali iżgħar u anqas likwidi fl-UE u jippermetti liċ-ċittadini Ewropej jinvestu faċilment f’ekwitajiet b’kapitalizzazzjoni medja u żgħira fl-Istati Membri kollha tal-UE; iqis li din il-familja tal-indiċi għandha tkopri l-istokkijiet kollha kkwotati pubblikament fl-UE u għandha tippermetti subindiċijiet għall-pajjiżi, ir-reġjuni u s-setturi individwali biex jissodisfaw il-ħtiġijiet diversi tal-investituri u tal-emittenti, u l-iskambji tagħhom; jisħaq li l-iżvilupp u l-ġestjoni tal-indiċijiet, kif ukoll l-użu tagħhom mill-parteċipanti fis-suq, għandhom ikunu kosteffiċjenti sabiex jimminimizzaw il-piż fuq il-parteċipanti fis-suq u jimmassimizzaw l-effetti pożittivi indiretti, bħal żieda fil-kwotazzjonijiet tal-istokkijiet u prodotti finanzjarji ġodda.
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jenfasizza l-importanza li jitjieb l-aċċess għall-informazzjoni aġġornata dwar l-ipprezzar u l-prodotti għall-investituri fil-livell tal-konsumatur kif ukoll għall-opportunitajiet għal offerti personalizzati; jappella għal miżuri biex tali informazzjoni ssir aktar faċilment aċċessibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Ifakkar li s-sistemi tal-pensjonijiet u l-mudelli ta’ finanzjament tagħhom jiddependu fil-biċċa l-kbira fuq l-ispeċifiċitajiet nazzjonali; jisħaq li l-pensjonijiet jgħinu jipproteġu lill-pensjonanti, jibnu s-swieq kapitali u jimmobilizzaw is-sistemi ta’ investiment, u jridu jipprijoritizzaw l-istabbiltà, is-solidarjetà u l-forniment ta’ introjtu adegwat u prevedibbli fl-irtirar; jenfasizza li għandhom jitqiesu salvagwardji b’saħħithom għall-protezzjoni ta’ dawk li jfaddlu fil-livell tal-konsumatur fl-iżvilupp tal-prodotti tal-pensjoni tal-pilastru 2 u l-pilastru 3;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jemmen li s-sistemi ta’ traċċar tal-pensjonijiet jistgħu jagħtu liċ-ċittadini Ewropej ħarsa ġenerali aktar ċara tal-jeddijiet tal-pensjoni li jistgħu jistennew meta jirtiraw; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li l-Istati Membri kollha jintroduċu sistemi sempliċi u trasparenti ta’ traċċar tal-pensjonijiet li jkunu aċċessibbli faċilment u mingħajr ħlas għaċ-ċittadini;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jirrimarka r-rwol ewlieni ta’ intermedjarji bħall-fondi tal-pensjonijiet u l-impriżi tal-assigurazzjoni biex it-tfaddil privat jiġi dirett lejn investimenti produttivi; jistenna li l-Kummissjoni se tadotta att delegat ambizzjuż dwar il-garanziji fit-tul u l-ekwitajiet fit-tul fl-ambitu ta’ Solvenza II li jirrifletti bis-sħiħ il-ftehim milħuq mill-koleġiżlatur dwar id-direttiva emendatorja ta’ Solvenza II u jqis ir-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-EIOPA;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jistenna li l-Kummissjoni tiżviluppa soluzzjonijiet li jippermettu lill-kumpaniji, inklużi l-kumpaniji start-up, il-mikrointrapriżi u l-SMEs li qed jikbru, jespandu u jiġu kkwotati fl-UE; jitlob, għalhekk, li l-Istrateġija futura tal-UE għall-kumpaniji start-up u scale-up tinkludi kapitolu dwar il-finanzjament, b’mod partikolari dwar il-kapital ta’ riskju, li jiddeskrivi l-inċentivi t-tajba għall-kumpaniji start-up u scale-up Ewropej biex ma jirrilokawx lejn pajjiżi barra mill-UE u li jkollu l-għan li joħloq ambjent ta’ investiment attraenti u miftuħ li jilqa’ kemm l-investituri tal-UE kif ukoll dawk globali li jixtiequ jinvestu fl-Unjoni; jenfasizza l-importanza li jiġi attirat it-talent lejn l-UE sabiex jiġu żgurati t-tkabbir ekonomiku, l-innovazzjoni u l-kompetittività globali fit-tul; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi approfondita l-integrazzjoni tas-swieq primarji tal-UE billi tiġi avvanzata l-konverġenza regolatorja u jiġu ffaċilitati l-kwotazzjonijiet transfruntieri; jirrikonoxxi li s-swieq tat-tkabbir tal-SMEs huma punt ta’ dħul vitali għall-SMEs fis-swieq kapitali u għandhom isiru aktar aċċessibbli permezz ta’ rekwiżiti razzjonalizzati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jappella għal appoġġ immirat fil-livell tal-UE biex jiġi żgurat li r-riżultati fir-riċerka jilħqu s-suq b’mod aktar effettiv, speċjalment fl-Istati Membri li għandhom ekosistemi tal-innovazzjoni aktar dgħajfa; jissottolinja l-importanza li l-istituzzjonijiet tar-riċerka jiġu konnessi mal-kumpaniji start-up u l-industrija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jappoġġja l-ħruġ tal-investituri minn kumpaniji privati billi jiġu promossi mekkaniżmi bħan-negozjar intermittenti multilaterali ta’ ishma miżmuma privatament, biex b’hekk jitjiebu l-likwidità u t-trasparenza, u l-investituri fi stadju bikri jkunu jistgħu jiksbu r-redditi; iqis li tali mekkaniżmi għandhom jitfasslu speċifikament biex jiffaċilitaw in-negozjar transfruntier madwar l-Istati Membri tal-UE filwaqt li jippreservaw id-drittijiet tal-azzjonisti, speċjalment fir-rigward tal-azzjonisti minoritarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tipprijoritizza aġenda ambizzjuża tal-unjoni tat-tfaddil u tal-investimenti li tinċentiva l-investiment privat, issostni l-istabbiltà finanzjarja u l-protezzjoni tal-konsumatur, tiffavorixxi l-aċċess għal kapital ta’ riskju u investiment ta’ ekwità biex l-SMEs ikunu jistgħu jibbenefikaw minn integrazzjoni akbar tas-suq, tiżgura aċċess għas-swieq għall-investituri fil-livell tal-konsumatur, tagħti spinta lil-litteriżmu finanzjarju, u tnaqqas id-dipendenza żejda fuq is-self bankarju u tikkomplementah, filwaqt li tipprovdi inċentivi għall-attivitajiet sostenibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Jemmen li ż-żieda fis-sensibilizzazzjoni u l-fiduċja finanzjarja hija essenzjali biex tinħoloq CMU ta’ suċċess u jiġu mobilizzati l-investimenti privati; jinnota bi tħassib li l-litteriżmu finanzjarju għadu baxx madwar l-Unjoni, fil-fatt 18 % biss taċ-ċittadini tal-UE juru livell għoli ta’ litteriżmu finanzjarju; jissottolinja li l-livelli ta’ għarfien ivarjaw b’mod sinifikanti bejn l-Istati Membri u l-gruppi demografiċi; jappella għal enfasi aktar ċara fuq il-litteriżmu finanzjarju, peress li hemm ħtieġa li l-livell ta’ fehim taċ-ċittadini tal-UE dwar il-prodotti ta’ investiment jitjieb;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Iqis li fl-UE għandhom jitrawmu aktar inizjattivi dwar l-edukazzjoni finanzjarja biex jiżdied il-fehim taċ-ċittadini dwar il-benefiċċji tal-parteċipazzjoni fis-suq kapitali u biex l-investituri individwali jiġu megħjuna jieħdu deċiżjonijiet ta’ investiment infurmati tajjeb; jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni għal strateġija ġdida u jappella biex din tkun ambizzjuża biżżejjed biex ittejjeb b’mod sinifikanti l-livelli tal-edukazzjoni madwar l-Ewropa, filwaqt li tiżgura bidla dejjiema; jenfasizza l-ħtieġa urġenti li jiġu adottati miżuri li jippromwovu edukazzjoni finanzjarja aktar aċċessibbli u ekwa fl-UE kollha, filwaqt li jiġu rispettati l-kompetenzi nazzjonali; jemmen li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiffinanzjaw inizjattivi minn organizzazzjonijiet tal-konsumatur, assoċjazzjonijiet ta’ investituri individwali u organizzazzjonijiet tal-azzjonisti li jippromwovu l-fehim u jrawmu l-parteċipazzjoni fil-livell tal-konsumatur fis-swieq kapitali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tappoġġja l-iżvilupp ta’ għodod diġitali indipendenti u faċli għall-utent li jistgħu jagħtu s-setgħa liċ-ċittadini biex iqabblu faċilment id-diversi proprjetajiet u karatteristiċi tal-prodotti ta’ investiment disponibbli fis-suq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Jenfasizza li l-inizjattivi dwar l-edukazzjoni finanzjarja ma jistgħux jissostitwixxu qafas b’saħħtu ta’ protezzjoni tal-investitur; jirrimarka li l-inizjattivi dwar il-litteriżmu finanzjarju jistgħu jkunu limitati fl-impatt tagħhom, minħabba l-limitazzjonijiet fl-imġiba u l-preġudizzji konjittivi inevitabbli li jaffettwaw lil investituri individwali, u l-ħeffa tal-innovazzjoni u l-kumplessità assoluta tas-swieq finanzjarji; jemmen li l-inizjattivi fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri biex jappoġġjaw l-istandardizzazzjoni u s-sempliċità tal-prodotti finanzjarji jistgħu jtejbu l-fehim taċ-ċittadini tal-UE dwar il-prodotti ta’ investiment u jtejbu l-komparabbiltà tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħtu aktar attenzjoni lid-diġitalizzazzjoni fis-settur tas-servizzi finanzjarji sabiex jisfruttaw l-opportunitajiet ġodda offruti mill-IA, il-kondiviżjoni tad-data u t-teknoloġija ġdida, u jibqgħu kompetittivi internazzjonalment;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita l-investimenti fl-ekwità fit-tul minn investituri istituzzjonali, inklużi l-banek, l-assiguraturi, il-fondi tal-pensjonijiet u l-fondi tal-investiment;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>69.</NO.P>Jappoġġja l-istabbiliment ta’ skema Ewropea ta’ assigurazzjoni tad-depożiti żviluppata kompletament; jirrikonoxxi li l-kondiviżjoni tar-riskji u t-tnaqqis tar-riskji huma interkonnessi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>70.</NO.P>Jinnota r-rieżami tal-qafas ta’ titolizzazzjoni ppreżentat mill-Kummissjoni fis-17 ta’ Ġunju 2025, li jista’ jikkontribwixxi għall-integrazzjoni finanzjarja billi jgħaqqad is-self bankarju u s-swieq kapitali; iqis li l-azzjoni mmirata lejn ir-rivitalizzazzjoni tat-titolizzazzjoni għandha tiffoka fuq ir-razzjonalizzazzjoni tar-rekwiżiti regolatorji għad-divulgazzjoni u fuq kriterji sempliċi, trasparenti u standardizzati mingħajr ma xxekkel l-istabbiltà finanzjarja;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Nagħmlu l-aħjar użu mir-riżorsi pubbliċi biex titnaqqas id-diskrepanza fil-produttività</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>71.</NO.P>Ifakkar fl-importanza ta’ buffers fiskali biex jappoġġjaw l-investiment pubbliku; jirrikonoxxi, b’mod partikolari, li skont il-qafas tar-regoli fiskali, l-Istati Membri għandhom iżommu, bħal minimu, il-livell ta’ investiment pubbliku ffinanzjat f’livell nazzjonali għad-durata tal-pjanijiet strutturali nazzjonali tagħhom fuq terminu medju, meta mqabbel mal-livell fuq terminu medju qabel il-bidu tal-pjan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>72.</NO.P>Jinnota li huwa improbabbli li s-settur privat ikun jista’ jiffinanzja l-parti l-kbira tal-investiment meħtieġ biex l-ekonomija tiġi diġitalizzata u dekarbonizzata mingħajr l-appoġġ tas-settur pubbliku; jemmen li l-urġenza tal-miżuri dwar il-kompetittività, id-difiża, l-enerġija u d-dekarbonizzazzjoni se tirrikjedi mobilizzazzjoni sostanzjali tal-investiment privat u pubbliku, inklużi sħubijiet pubbliċi-privati, meta rilevanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>73.</NO.P>Jirrimarka, madankollu, li l-livelli tad-dejn pubbliku madwar l-UE huma għoljin u l-ispazju fiskali huwa limitat; jisħaq, għalhekk, li kwalunkwe miżura ta’ appoġġ pubbliku bil-għan li timmobilizza l-investimenti privati trid tkun immirata sew; jirrimarka li l-inizjattivi ta’ tnaqqis tar-riskji, pereżempju permezz ta’ garanziji pubbliċi, urew li kienu ta’ suċċess biex dak l-għan jintlaħaq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>74.</NO.P>Jisħaq li ż-żieda fl-impatt u fil-frekwenza tad-diżastri naturali jinvolvu kostijiet massivi għall-finanzi pubbliċi; jinnota li dawn il-kostijiet futuri bħalissa ma jitqisux fl-analiżi tas-sostenibbiltà tad-dejn;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>75.</NO.P>Jistenna li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jieħdu passi ambizzjużi u konkreti biex jevitaw tnaqqis fl-investiment pubbliku wara l-2026, meta, minbarra l-prospett ta’ gwerra kummerċjali kbira li jista’ jkollha impatt fuq l-allokazzjoni tal-investimenti, mistennija wkoll jiskadu l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF) u l-Programm InvestEU; jieħu nota tad-dgħufijiet fundamentali tal-RRF, bħall-fatt li l-awtoritajiet lokali u reġjonali ma jkunux involuti mid-disinn sal-implimentazzjoni permezz ta’ approċċ ta’ governanza bbażat fuq il-post u b’diversi livelli; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu sostnuti l-investimenti pubbliċi kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak Ewropew biex jiġi sfruttat l-investiment privat u jiġu ffinanzjati servizzi u infrastrutturi pubbliċi ta’ kwalità għolja; jemmen li dan il-qafas, meta xieraq, għandu jissaħħaħ bi strumenti u b’għodod ta’ investiment fil-livell tal-UE mfassla biex jimminimizzaw il-kost għall-kontribwenti tal-UE u jimmassimizzaw l-effiċjenza fil-forniment ta’ beni pubbliċi Ewropej, u dan jista’ jirrappreżenta wkoll pass lejn assi sikur komuni; jilqa’, għalhekk, il-proposta dwar il-pakkett Omnibus għal InvestEU, li se jimmobilizza ammont sinifikanti ta’ investiment addizzjonali għall-bqija tal-qafas finanzjarju pluriennali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>76.</NO.P>Jirrimarka li hemm ħtieġa ta’ koordinazzjoni effettiva tal-politiki fiskali nazzjonali sabiex jinżammu livelli suffiċjenti ta’ investimenti pubbliċi fl-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>77.</NO.P>Jinnota li, sabiex jikkonformaw mal-qafas fiskali tal-UE, il-gvernijiet tal-UE huma mistennija jsegwu pożizzjoni fiskali restrittiva fl-2025, li tista’ tmur kontra l-ħtiġijiet ta’ investiment tal-UE; jenfasizza li, hekk kif il-gvernijiet tal-UE jitħabtu bil-piżijiet fiskali rispettivi tagħhom, huma meħtieġa strumenti ta’ investiment fl-UE kollha biex titnaqqas id-diskrepanza fl-investiment;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>78.</NO.P>Ifakkar li l-fond għall-irkupru NextGenerationEU huwa l-akbar pakkett ta’ stimolu li qatt ġie ffinanzjat mill-UE biex jappoġġja l-irkupru ekonomiku u t-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali; jirrimarka li l-kwistjonijiet fundamentali rigward il-finanzjament mill-ġdid tal-NextGenerationEU għadhom ma ġewx solvuti; jistieden lill-Kunsill jadotta riżorsi proprji ġodda bħala kwistjoni ta’ urġenza sabiex is-self fil-qafas tan-NextGenerationEU jkun jista’ jitħallas lura b’mod sostenibbli; iqis li l-istrumenti u l-għodod kollha għandhom jiġu esplorati sabiex l-Unjoni tiġi pprovduta bir-riżorsi meħtieġa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>79.</NO.P>Jinnota li l-ħruġ ta’ assi sikur komuni jista’ jistabbilixxi parametru referenzjarju li jiffaċilita l-kisba tas-CMU, itejjeb it-trażmissjoni tal-politika monetarja madwar l-euro, isaħħaħ ir-rwol internazzjonali tal-euro u jindirizza wħud mill-ħtiġijiet ta’ investiment identifikati fir-rapport Draghi; itenni, f’dan ir-rigward, li s-self konġunt permezz tal-ħruġ ta’ bonds tal-UE jippreżenta għażla vijabbli biex jiġi żgurat li l-Unjoni jkollha riżorsi suffiċjenti biex tirrispondi għal kriżijiet akuti fl-Unjoni kollha bħall-kriżi li għaddejja fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża; jistieden lill-Kummissjoni tavvanza d-diskussjonijiet dwar l-indirizzar tad-diskrepanza sinifikanti fl-investiment fl-UE identifikata mir-rapport Draghi, u tippreżenta proposti konkreti għal soluzzjonijiet ta’ finanzjament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>80.</NO.P>Jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li ssaħħaħ il-parteċipazzjoni tal-investituri fil-livell tal-konsumatur fi prodotti finanzjarji Ewropej b’kollaborazzjoni mal-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà u l-banek promozzjonali nazzjonali; jirrakkomanda li l-assi sikuri maħruġa fil-livell tal-UE jiġu inkorporati fi prodotti ta’ tfaddil għall-ħaddiema;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>81.</NO.P>Jemmen li ħtiġijiet ta’ difiża akbar minħabba tensjonijiet ġeopolitiċi jirrikjedu mobilizzazzjoni immedjata ta’ appoġġ finanzjarju, mingħajr preġudizzju għan-natura speċifika tal-politika ta’ sigurtà u difiża ta’ ċerti Stati Membri, speċjalment dawk li jaderixxu għal status ta’ newtralità; jilqa’ l-proposta li jmiss tal-Kummissjoni għal strument finanzjarju ġdid SAFE sa EUR 150 biljun biex tingħata spinta lill-kapaċitajiet ta’ difiża tal-UE bħala parti mill-pjan ReArm Europe; jiddispjaċih, madankollu, li l-Kummissjoni għażlet li tibbaża l-proposta leġiżlattiva tagħha fuq l-Artikolu 122 tat-TFUE u eskludiet il-konsultazzjoni mal-Parlament; ifakkar li l-iżvilupp effettiv ta’ kapaċitajiet ta’ difiża jiddependi minn investiment konġunt fil-livell tal-UE, li jiżgura l-interoperabbiltà u jiġġenera gwadanji fl-effiċjenza, pjuttost milli jiddependi primarjament minn infiq nazzjonali frammentat permezz tal-attivazzjoni koordinata ta’ klawżoli liberatorji nazzjonali biex ikunu jistgħu jsiru investimenti relatati mad-difiża;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>82.</NO.P>Jilqa’ l-inizjattiva konġunta tal-Kummissjoni u l-Grupp tal-BEI biex jinħoloq fond ta’ fondi msejjaħ il-“Faċilità tal-Ekwità tad-Difiża”, b’baġit ta’ EUR 175 miljun għall-perjodu 2024-2027, biex jiġi appoġġjat l-investiment privat fl-SMEs Ewropej li jiżviluppaw teknoloġiji innovattivi tad-difiża b’użu doppju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>83.</NO.P>Jilqa’ l-impenn tal-Grupp tal-BEI, deskritt fil-Pjan Direzzjonali Strateġiku 2024-2027 tiegħu, li jgħin biex javvanza s-CMU billi jimmobilizza l-kapital privat għal investimenti produttivi u jappoġġja l-gwadanji f’oqsma ta’ politika ewlenin tal-UE, l-innovazzjoni matul iċ-ċikli tal-ħajja tal-kumpaniji, il-finanzjament tal-kapital ta’ riskju u l-finanzjament tal-ekwità b’riskju ogħla għall-kumpaniji start-up u scale-up; ifakkar fid-dmir tal-bank pubbliku tal-UE li jappoġġja l-proġetti ta’ tranżizzjoni fit-tul li jkollhom diffikultà biex jiksbu finanzjament mis-settur privat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>84.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-proċessi u l-mandati tal-BEI jiġu simplifikati, razzjonalizzati, ottimizzati u kkonsolidati biex jitjiebu s-sinerġija, l-effettività u l-effiċjenza u biex jitnaqqsu l-piż amministrattiv, il-kostijiet ta’ rappurtar u l-kumplessità għall-kumpaniji u l-proġetti, li inkella jistgħu jaqtgħu qalbhom milli jfittxu finanzjament minħabba proċeduri kumplessi, kostijiet ta’ konformità għoljin u inċertezza regolatorja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>85.</NO.P>Jappoġġja ż-żieda fl-użu ta’ strumenti ta’ riskju ogħla bħall-finanzjament dirett u indirett mill-ekwità u l-kważi ekwità mill-BEI, inkluż permezz tal-Fond Ewropew tal-Investiment, biex jitrawwem l-investiment fil-kumpaniji u l-fondi, b’mod partikolari permezz tal-kapital ta’ riskju u tad-dejn ta’ riskju, filwaqt li jiġi ssottolinjat li l-istrumenti ta’ riskju ogħla jridu jintużaw b’oqfsa ċari ta’ riskju u b’indikaturi tal-prestazzjoni li jistgħu jitkejlu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>86.</NO.P>Jemmen li l-appoġġ pubbliku għall-investiment jestendi lil hinn mill-aċċess għall-finanzi u għandu jinkludi wkoll l-assistenza teknika, il-ġestjoni tal-proġetti, il-bini tal-kapaċità, il-kummerċjalizzazzjoni tar-riċerka, l-appoġġ għall-aċċess għall-finanzi privati u t-trawwim tal-kooperazzjoni bejn l-universitajiet u l-kapital ta’ riskju biex jixprunaw l-innovazzjoni u l-kompetittività;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>87.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi Għodda għall-Koordinazzjoni tal-Kompetittività li tappoġġja wkoll l-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet industrijali Ewropej, in-nuqqasijiet u l-opportunitajiet tas-suq, u tipproduċi rakkomandazzjonijiet rilevanti; jisħaq li din għandha tkun marbuta mal-Fond għall-Kompetittività li jmiss biex jiġu żgurati soluzzjonijiet effettivi għall-isfidi industrijali madwar l-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>88.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel enfasi akbar fuq il-prijoritajiet tal-unjoni tat-tfaddil u tal-investimenti fis-Semestru Ewropew, filwaqt li tiżgura li r-riformi strutturali u l-miżuri biex jiġu approfonditi u integrati s-swieq kapitali tal-UE jiġu mħeġġa, immonitorjati u evalwati b’mod konsistenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>89.</NO.P>Jitlob li l-Kummissjoni tinkorpora miżuri speċifiċi biex tippromwovi l-kapital ta’ riskju fil-Fond għall-Kompetittività futur, fil-Programm TechEU u fi kwalunkwe inizjattiva simili;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>90.</NO.P>Jirrikonoxxi r-rwol tal-politika tal-kompetizzjoni u tal-għajnuna mill-Istat fl-appoġġ għall-iżvilupp tal-industrija Ewropea; iqis, madankollu, li l-għajnuna mill-Istat tista’ twassal għal aktar frammentazzjoni tas-suq uniku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>91.</NO.P>Jinnota li l-Kummissjoni se tippubblika rieżami ta’ nofs it-terminu tal-unjoni tat-tfaddil u tal-investimenti sat-tieni trimestru tal-2027;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>92.</NO.P>Jisħaq li l-Parlament għandu jkun involut b’mod adegwat fl-implimentazzjoni tal-unjoni tat-tfaddil u tal-investimenti; jistieden lill-Kummissjoni tinvolvi ruħha f’diskussjonijiet bikrija fil-qasam tas-CMU u s-servizzi finanzjarji qabel ma tressaq proposti ġodda u twettaq kwalunkwe aġġustament għal dawk eżistenti;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>93.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>