<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0186</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Ir-rwol tal-politika ta’ koeżjoni fl-appoġġ għat-tranżizzjoni ġusta</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0137/2025 - Rapporteur: Ciaran Mullooly)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Settembru 2025 dwar ir-rwol tal-politika ta’ koeżjoni fl-appoġġ għat-tranżizzjoni ġusta  (2024/2121(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 4, 9, 151, 153, 162, 174 sa 178 u 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/241/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/691 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 153, 3.5.2021, p. 48, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/691/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta<FOOTNOTE><FIELD><STRING ITALIC="on"> ĠU L 231, 30.6.2021, p. 1, ELI: </STRING>http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1056/oj<STRING ITALIC="on">. </STRING></FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1057 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1296/2013<FOOTNOTE><FIELD><STRING ITALIC="on"> ĠU L 231, 30.6.2021, p. 21, ELI:</STRING> http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1057/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1058 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni<FOOTNOTE><FIELD><STRING ITALIC="on"> ĠU L 231, 30.6.2021, p. 60, ELI: </STRING>http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1058/oj<STRING ITALIC="on">.</STRING></FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1060/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“Liġi Ewropea dwar il-Klima”)<FOOTNOTE><FIELD><STRING ITALIC="on"> ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1, ELI: </STRING>http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1119/oj<STRING ITALIC="on">. </STRING></FIELD></FOOTNOTE>, li jistabbilixxi l-mira tan-newtralità klimatika tal-ekonomija kollha sal-2050 u jistabbilixxi impenn vinkolanti tal-UE ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra ta’ mill-inqas 55 % sal-2030 meta mqabbel mal-livelli tal-1990,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/1735 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ miżuri għat-tisħiħ tal-ekosistema Ewropea tal-manifattura ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1724<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1735, 28.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1735/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Marzu 2021 dwar il-politika ta’ koeżjoni u l-istrateġiji ambjentali reġjonali fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 494, 8.12.2021, p. 26.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ Mejju 2021 dwar it-treġġigħ lura tax-xejriet demografiċi fir-reġjuni tal-UE bl-użu tal-istrumenti tal-politika ta’ koeżjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 15, 12.1.2022, p. 125.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Ġunju 2022 dwar il-gżejjer tal-UE u l-politika ta’ koeżjoni: is-sitwazzjoni attwali u l-isfidi futuri<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 493, 27.12.2022, p. 48.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Settembru 2022 dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fl-UE: it-8 Rapport dwar il-Koeżjoni<FOOTNOTE><FIELD><STRING ITALIC="on"> ĠU C 125, 5.4.2023, p. 100.</STRING></FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Novembru 2023 dwar il-ħolqien tal-impjiegi – it-tranżizzjoni ġusta u l-investimenti b’impatt<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/4224, 24.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4224/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Novembru 2023 dwar l-isfruttar tat-talent fir-reġjuni tal-Ewropa<FOOTNOTE><FIELD><STRING ITALIC="on"> ĠU C, C/2024/4225, 24.7.2024, ELI: </STRING>http://data.europa.eu/eli/C/2024/4225/oj<STRING ITALIC="on">. </STRING></FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Diċembru 2023 dwar it-tiswir mill-ġdid tal-qafas futur tal-fondi strutturali tal-UE biex jiġu appoġġati r-reġjuni affettwati b’mod partikolari mill-isfidi relatati mat-tranżizzjoni awtomobilistika, ekoloġika u diġitali<FOOTNOTE><FIELD><STRING ITALIC="on"> ĠU C, C/2024/4166, 2.8.2024, ELI: </STRING>http://data.europa.eu/eli/C/2024/4166/oj<STRING ITALIC="on">. </STRING></FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Marzu 2024 dwar il-politika ta’ koeżjoni 2014-2020 - implimentazzjoni u riżultati fl-Istati Membri<FOOTNOTE><FIELD><STRING ITALIC="on"> ĠU C, C/2024/6562, 12.11.2024, ELI: </STRING>http://data.europa.eu/eli/C/2024/6562/oj<STRING ITALIC="on">. </STRING></FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Pariġi adottat fil-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima (COP21) f’Pariġi fit-12 ta’ Diċembru 2015,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Aġenda Territorjali 2030 – Futur għall-postijiet kollha, adottata fil-laqgħa informali tal-Ministri responsabbli għall-ippjanar spazjali, l-iżvilupp territorjali u/jew il-koeżjoni territorjali fl-1 ta’ Diċembru 2020,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Marzu 2021 dwar il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (COM(2021)0102),
</VISA><VISA>
<NO.P>—</NO.P>wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Lulju 2021 intitolata “Lesti għall-Mira ta’ 55 %”: nilħqu l-Mira Klimatika tal-UE għall-2030 fi triqitna lejn in-newtralità klimatika” (COM(2021)0550),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni ta’ Frar 2024 intitolat “Forging a sustainable future together – Cohesion for a competitive and inclusive Europe” (Insawru Futur Sostenibbli Flimkien – Koeżjoni għal Ewropa kompetittiva u inklużiva: rapport ta’ Grupp ta’ Livell Għoli dwar il-Futur tal-Politika ta’ Koeżjoni),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Marzu 2024 dwar id-9a Rapport ta’ Koeżjoni (COM(2024)0149),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Frar 2025 intitolata “Il-Patt għal Industrija Nadifa: Pjan direzzjonali konġunt għall-kompetittività u d-dekarbonizzazzjoni” (COM(2025)0085),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Marzu 2025 intitolata “L-Unjoni tal-Ħiliet” (COM(2025)0090),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni tat-8 ta’ Ottubru 2024 intitolata “Tranżizzjoni ġusta għar-reġjuni kollha tal-UE”<FOOTNOTE><FIELD><STRING ITALIC="on"> ĠU C, C/2024/7058, 4.12.2024, ELI: </STRING>http://data.europa.eu/eli/C/2024/7058/oj<STRING ITALIC="on">. </STRING></FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni tal-21 ta’ Novembru 2024 intitolata “Politika ta’ Koeżjoni mġedda wara l-2027 li ma tħalli lil ħadd jibqa’ lura”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/285, 24.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/285/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Enrico Letta tas-17 ta’ April 2024 intitolat “Much more than a market - Speed, Security, Solidarity: Empowering the single market to deliver a sustainable future and prosperity for all EU citizens” (Ħafna aktar minn suq – Rapidità, Sigurtà, Solidarjetà: insaħħu s-Suq Uniku biex iforni futur sostenibbli u prosperità għaċ-Ċittadini kollha tal-UE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Mario Draghi tad-9 ta’ Settembru 2024 intitolat “Il-futur tal-kompetittività Ewropea”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A10-0137/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-għan ambizzjuż ta’ tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali f’termini ta’ emissjonijiet tal-karbonju mhux aktar tard mill-2050, għandu l-potenzjal li jiġġenera benefiċċji ekonomiċi, ambjentali u soċjali sostanzjali, inkluż il-ħolqien ta’ industriji ġodda, opportunitajiet ta’ impjieg u kwalità ta’ ħajja mtejba; billi, fl-istess ħin, din it-tranżizzjoni tista’ tkabbar ukoll id-disparitajiet eżistenti bejn ir-reġjuni, u taffettwa b’mod sproporzjonat lill-popolazzjonijiet vulnerabbli minħabba fatturi soċjoekonomiċi li jfixklu l-kapaċità tagħhom li jibbenefikaw mit-tranżizzjoni, u toħloq vulnerabbiltajiet ġodda, b’mod partikolari f’reġjuni li huma dipendenti ħafna fuq industriji intensivi fil-karbonju, inklużi r-reġjuni tal-faħam;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi r-reġjuni tal-UE jvarjaw b’mod konsiderevoli f’termini ta’ karatteristiċi soċjoekonomiċi, b’diversi livelli ta’ żvilupp, infrastruttura, xejriet demografiċi u kundizzjonijiet tas-suq tax-xogħol, u huwa evidenti li ma hemm l-ebda soluzzjoni universali li tista’ tindirizza b’mod adegwat il-ħtiġijiet differenti tagħhom; billi r-reġjuni inqas żviluppati għandhom it-tendenza li jbatu aktar minħabba t-tranżizzjoni, meta mqabbla ma’ reġjuni aktar żviluppati;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>	billi għad hemm disparitajiet fir-ritmu tat-tranżizzjoni diġitali u l-konnettività fl-Ewropa, b’mod partikolari fiż-żoni rurali u remoti; billi bosta reġjuni affettwati ma għandhomx infrastruttura bażika u servizzi essenzjali, u dan ixekkel il-ħila tagħhom li jattiraw investimenti produttivi li jiżguraw l-irkupru ekonomiku sostenibbli; billi huwa meħtieġ aktar investiment biex titħaffef il-bidla lejn mobbiltà sostenibbli u intelliġenti u biex jiġu mmodernizzati u diversifikati s-sistemi tal-infrastruttura sabiex tissaħħaħ l-aċċessibbiltà, tiġi promossa l-innovazzjoni u tiġi appoġġjata t-tranżizzjoni lejn ekonomija aktar ekoloġika; billi l-politika ta’ koeżjoni għandu jkollha rwol strateġiku fit-tnaqqis ta’ dawn il-lakuni, fil-promozzjoni tal-koeżjoni territorjali u fl-iżgurar li l-ebda reġjun ma jitħalla jibqa’ lura fit-tranżizzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>	billi ħafna mill-aktar reġjuni foqra u vulnerabbli jinsabu fil-parti tal-Lvant tal-UE; billi l-gwerra fl-Ukrajna għandha impatt addizzjonali u negattiv fuq dawn ir-reġjuni;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>	billi l-iskonnessjoni fiżika u l-iżolament tal-gżejjer mill-art kontinentali jikkostitwixxu żvantaġġ strutturali permanenti li jaffettwa ħafna aspetti tal-ħajja ekonomika u soċjali, inkluż l-aċċess għas-suq tax-xogħol, l-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa, il-mobbiltà u s-servizzi pubbliċi; billi t-territorju limitat tal-gżejjer jirrestrinġi b’mod sinifikanti l-opportunitajiet għal titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid professjonali, u b’hekk jillimita l-ħila tal-ħaddiema li jadattaw għal bidliet strutturali jew settorjali, bħal dawk xprunati mit-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali; billi, f’ħafna każijiet, dan in-nuqqas ta’ alternattivi jwassal biex il-ħaddiema jitilqu mir-reġjuni fejn jgħixu sabiex jaċċessaw opportunitajiet ta’ impjieg xi mkien ieħor, li effettivament jimmina “d-dritt li wieħed jibqa’ fit-territorju” li għandhom u jikkontribwixxi għad-depopolazzjoni u l-eżodu ta’ mħuħ f’territorji insulari;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta tal-UE (JTF) huwa, u għandu jibqa’ jkun għodda importanti biex jiġi żgurat li l-persuni li jgħixu f’territorji affettwati mill-bidla lejn in-newtralità klimatika ma jibqgħux lura u li jikkontribwixxi għall-objettiv li jippermetti lir-reġjuni u lin-nies jindirizzaw l-impatti soċjali, tal-impjieg, ekonomiċi u ambjentali tat-tranżizzjoni; billi r-rati ta’ assorbiment għadhom baxxi wisq f’dan l-istadju tal-perjodu ta’ programmazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi t-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju, il-kriżi klimatika globali u t-tniġġis ambjentali, bl-impatt tagħhom fuq l-ikel, l-edukazzjoni u s-saħħa, jikkontribwixxu wkoll għal kriżi fil-qasam tad-drittijiet tat-tfal f’ħafna reġjuni differenti tal-UE u għandhom jittieħdu miżuri effettivi u sinifikanti sabiex jiġi żgurat li t-tfal u l-ġenerazzjonijiet futuri jikbru fid-dinjità u jkunu lesti għas-suq futur ta’ forza tax-xogħol speċjalizzata;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi r-rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri għal strateġija ġenerali b’riżorsi adegwati biex jiġi miġġieled il-faqar u, b’mod partikolari, il-faqar tal-familja u fost it-tfal fl-UE, kif ukoll il-politiki u l-azzjoni għall-implimentazzjoni tagħha, jippromwovu approfondiment tas-suq intern u progress fil-kisba tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, u jappoġġjaw l-għan tal-Kummissjoni għal Ewropa kompetittiva u inklużiva ta’ diversi reġjuni;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-Ewropa bħalissa qed tesperjenza nuqqas ta’ ħaddiema u ħiliet, u dan qed ifixkel il-kompetittività tal-Unjoni, kif identifikat mir-rapporti Draghi u Letta; billi d-deċentralizzazzjoni strateġika tal-iżvilupp industrijali u teknoloġiku u tal-investiment għar-reġjuni affettwati mit-tranżizzjoni tista’ tgħin biex jiġu indirizzati tali nuqqasijiet iżda tirrikjedi investimenti suffiċjenti fis-servizzi pubbliċi u l-infrastruttura relatati bħall-akkomodazzjoni, l-edukazzjoni u t-trasport;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi bosta mill-industriji l-aktar milquta mid-dekarbonizzazzjoni ffaċċjaw kundizzjonijiet tax-xogħol sfavorevoli u dipendenza fuq ħaddiema staġjonali; billi t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali jridu jimxu id f’id mal-ġustizzja soċjali; billi tranżizzjoni ġusta għandha tgħin biex tiġi indirizzata d-diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol, jiġu żgurati kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti u ta’ kwalità, jitjiebu l-istandards tax-xogħol u jiġu żgurati xbieki ta’ sikurezza u mekkaniżmi ta’ protezzjoni effettivi għall-ħaddiema li l-impjiegi tagħhom huma affettwati;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi t-turiżmu huwa settur essenzjali tal-ekonomija tal-UE, li direttament u indirettament jikkontribwixxi għal aktar minn 10 % tal-PDG tal-UE u għandu rwol vitali fit-tisħiħ tal-kompetittività, il-benessri soċjali u l-ħolqien ta’ impjiegi sostenibbli, b’mod partikolari f’reġjuni li jiddependu ħafna mit-turiżmu; billi t-turiżmu għandu l-potenzjal li jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-koeżjoni territorjali, b’mod partikolari f’reġjuni remoti, kostali, ultraperiferiċi u insulari, u jista’ jappoġġja d-diversifikazzjoni ekonomika u t-tranżizzjoni ġusta f’żoni li jiffaċċjaw sfidi strutturali, tnaqqis fil-popolazzjoni jew dipendenza minn industriji b’intensità qawwija ta’ karbonju; billi l-industrija tat-turiżmu tal-UE, li fil-biċċa l-kbira hija magħmula minn 2,3 miljun intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SME), tħaddem madwar 12,3-il miljun persuna u tirrappreżenta attività ekonomika maġġuri b’effetti multiplikaturi b’saħħithom f’diversi setturi; billi l-politika ta’ koeżjoni għandha tappoġġja strateġiji ta’ turiżmu sostenibbli bħala parti mit-tranżizzjoni ġusta, trawwem ir-reżiljenza, l-innovazzjoni u t-trasformazzjoni ekoloġika u diġitali fis-settur tat-turiżmu, filwaqt li tippromwovi tkabbir inklużiv u tippreserva l-wirt kulturali u naturali;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-UE, b’differenza mill-kompetituri prinċipali tagħha, hija mexxejja dinjija fit-tnaqqis tal-emissjonijiet, u qed tiffaċċja bosta sfidi minħabba l-kuntest ġeopolitiku u ekonomiku dinji kumpless;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-proċess tat-tranżizzjoni enerġetika għandu jimxi id f’id mal-kompetittività ekonomika u billi huwa essenzjali li tiġi żgurata s-sigurtà tal-enerġija tar-reġjuni fi tranżizzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-enerġija nukleari hija inkluża fit-tassonomija ekoloġika u għalhekk tikkontribwixxi għall-proċess ta’ tranżizzjoni lejn ekonomija dekarbonizzata; billi investiment akbar f’din l-enerġija jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-objettivi tal-UE fir-rigward tal-awtonomija strateġika u t-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-karbonju; billi, barra minn hekk, dan is-sors ta’ enerġija jkun sostitut effettiv f’termini ta’ effiċjenza enerġetika, ħolqien tal-impjiegi u tkabbir ekonomiku fir-reġjuni li għaddejjin minn tranżizzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi l-kontinent Ewropew qed jisħon aktar malajr mill-bqija tad-dinja u r-riskji b’riżultat tat-tibdil fil-klima qed isiru aktar kumplessi u diffiċli biex jiġu indirizzati;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>	billi l-fokus u l-apoġġ jeħtieġ li jkunu mmirati lejn is-sitwazzjoni vulnerabbli tal-gżejjer u tar-reġjuni insulari u ultraperiferiċi, minħabba l-isfidi soċjoekonomiċi serji li jiffaċċjaw fit-tranżizzjoni lejn il-miri tal-enerġija tal-UE għall-2030 u l-għan ta’ ekonomija newtrali għall-klima sal-2050; billi l-iżvantaġġi koeżistenti tal-gżejjer, li jirriżultaw mill-insularità, flimkien mal-impatt sever tal-kriżi klimatika, iqiegħdu liċ-ċittadini tagħhom fi żvantaġġ ulterjuri li jaggrava d-disparitajiet soċjali u ekonomiċi eżistenti; billi ż-żieda fl-okkorrenza ta’ avvenimenti ta’ temp estrem u diżastri naturali, bħal nixfiet, għargħar u nirien selvaġġi, tkompli twessa’ l-lakuni fl-iżvilupp u xxekkel il-progress fl-iżvilupp sostenibbli tar-reġjuni insulari tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi mingħajr attenzjoni u appoġġ finanzjarju adegwati, ir-reġjuni li qabel kienu dipendenti fuq il-produzzjoni tal-enerġija, inklużi l-produzzjoni tal-pit, l-attivitajiet tal-minjieri u l-proċessi tar-raffineriji, kif ukoll reġjuni industrijalizzati ħafna oħra, jiffaċċjaw ir-riskju ta’ tnaqqis ekonomiku, u li dan inaqqas il-kompetittività tagħhom; billi dawn iż-żoni ħafna drabi jesperjenzaw sfidi demografiċi bħad-depopolazzjoni persistenti, b’mod partikolari fiż-żoni rurali, il-gżejjer u r-reġjuni ultraperiferiċi, kif ukoll it-tixjiħ u l-eżodu tal-mħuħ, flimkien ma’ aċċess limitat għall-investiment, infrastruttura inadegwata, konnettività insuffiċjenti u lakuna li qed tikber fil-produttività u fl-opportunitajiet ta’ impjieg meta mqabbla ma’ reġjuni aktar dinamiċi; billi dawn jeħtieġu appoġġ komprensiv u strateġiji speċifiċi ta’ rikonverżjoni biex dawn l-isfidi jinbidlu f’opportunitajiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi l-effettività ta’ strateġiji ta’ tranżizzjoni ġusta tiddependi mill-użu koerenti u strateġiku tal-istrumenti finanzjarji tal-UE; billi għalhekk huwa essenzjali li jinżamm approċċ territorjali u bbażat fuq il-post għall-Pjanijiet Territorjali għal Tranżizzjoni Ġusta, li jiżgura l-involviment tal-awtoritajiet reġjonali u lokali fit-tfassil ta’ strateġiji minn isfel għal fuq għat-territorji koperti mill-programm;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>	billi l-assistenza teknika għall-awtoritajiet pubbliċi fl-ambitu tal-JTF, InvestEU u l-Faċilità ta’ Self għas-Settur Pubbliku – it-tliet pilastri tal-mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta – għandha tissaħħaħ;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi l-proċess ta’ applikazzjoni għall-JTF irid jiġi ssimplifikat, imħaffef u jsir aktar flessibbli sabiex tiġi żgurata aċċessibbiltà usa’ u jkun jista’ jsir użu aktar mgħaġġel u aktar effettiv mir-riżorsi; billi s-simplifikazzjoni tal-proċeduri hija essenzjali biex jiġi massimizzat l-impatt tal-JTF, b’mod partikolari għar-reġjuni iżgħar u l-awtoritajiet lokali b’kapaċità amministrattiva limitata, u biex jiġi żgurat li l-appoġġ jilħaq lill-komunitajiet u lill-ħaddiema li huma l-aktar affettwati mit-tranżizzjoni ekoloġika fi żmien xieraq;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Nimmiraw l-oqsma ta’ telf ta’ impjiegi</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, fuq proposta mill-Istati Membri, bi sħab mar-reġjuni u l-awtoritajiet lokali, tiffaċilita l-istabbiliment ta’ żoni ekonomiċi speċjali tal-JTF għal żoni milquta mill-għeluq tas-siti, sakemm jasal żmien li fih il-maġġoranza tal-impjiegi li ntilfu lokalment jiġu sostitwiti fiż-żona lokali, b’aċċess prijoritarju għall-finanzjament mogħti inizjalment lil postijiet affettwati direttament fil-prossimità ġenerali taż-żona fejn intilfu l-impjiegi, kif ukoll lil żoni oħra, dment li huwa ġġustifikat kif xieraq li l-impatt dirett jew indirett ta’ dan it-telf jiġġustifika l-aċċess għall-JTF; jissottolinja l-importanza li jitqiesu wkoll kriterji soċjali bħar-rati tal-qgħad lokali, il-prekarjetà soċjoekonomika u r-riskji akbar tal-esklużjoni soċjali, filwaqt li jiġi żgurat li l-irkupru ekonomiku jkun sostenibbli u mmexxi mill-komunità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jitlob l-introduzzjoni ta’ deċiżjonijiet ta’ ppjanar aktar rapidi flimkien ma’ miżuri speċjali, strumenti finanzjarji u inċentivi f’dawn iż-żoni, inklużi inċentivi tat-taxxa temporanji u mmirati għan-negozji u l-investimenti, dment li ma jdgħajfux l-istabbiltà tas-suq uniku; jafferma mill-ġdid li tali miżuri jistgħu joħolqu l-impjiegi, jipprovdu opportunitajiet għan-nies li jgħixu f’dawn ir-reġjuni u jappoġġjaw lill-operaturi ekonomiċi, filwaqt li jagħtu prijorità lill-SMEs, lill-mikrointrapriżi u lil dawk li joperaw negozji tradizzjonali lokali u mmexxija mill-familji, u li jsaħħu l-iżvilupp reġjonali u l-kompetittività;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jisħaq li ż-żoni ekonomiċi speċjali għandhom il-potenzjali li jistimolaw l-investiment u t-tkabbir fir-reġjuni, bħaż-żoni ekonomiċi speċjali stabbiliti fl-Ajruport ta’ Shannon fil-Kontea ta’ Clare, l-Irlanda fl-1959, u f’Katowice, ir-reġjun ta’ Silesia, il-Polonja fl-1996; jinsisti madankollu li dawn il-mekkaniżmi jridu jiġu rregolati minn regoli strinġenti biex jiġi żgurat li l-benefiċċji ekonomiċi jilħqu b’mod effettiv lill-popolazzjonijiet lokali, tiġi pprevenuta kwalunkwe forma ta’ dumping soċjali jew fiskali, il-ħasil tal-flus u l-evażjoni tat-taxxa, u jkunu soġġetti għal kriterji stretti għal sostenibbiltà soċjali, ekonomika u ambjentali, u jagħtu prijorità lin-negozji lokali speċjalment lill-SMEs u lill-mikrointrapriżi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jitlob li r-reġjuni insulari jiġu inklużi bħala żoni eleġibbli għall-applikazzjoni ta’ rati tat-taxxa mnaqqsa fil-qafas taż-żoni ekonomiċi insulari tal-JTF, bil-għan li tiġi indirizzata l-ispiża għolja b’mod sproporzjonat tal-għajxien f’dawn it-territorji, li huwa aggravat aktar mill-impatti tat-tranżizzjoni ekoloġika u dik tal-enerġija; jisħaq li tali miżuri fiskali huma essenzjali biex tissaħħaħ il-vijabbiltà ekonomika tal-komunitajiet tal-gżejjer, jiġu appoġġjati n-negozji lokali u jiġi attirat investiment sostenibbli; jenfasizza li inċentivi tat-taxxa mmirati jistgħu jservu bħala għodda effettiva biex tiġi miġġielda x-xejra persistenti tad-depopolazzjoni tal-gżejjer, jiġi promoss il-ħolqien tal-impjiegi u jitrawmu ekonomiji lokali reżiljenti u awtosuffiċjenti, filwaqt li tiġi żgurata tranżizzjoni ġusta u inklużiva lejn in-newtralità klimatika;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-edukazzjoni, it-taħriġ tal-ħaddiema u l-apprendistati</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jirrimarka li l-fondi tal-UE (il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej u b’mod partikolari, il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RFF)) u l-JTF qed jintużaw biex jissupplimentaw l-investimenti fl-edukazzjoni bikrija tat-tfal ta’ diversi reġjuni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Itenni li ħafna reġjuni koperti mill-JTF għandhom storja sinifikanti  li għandhom għaliex ikunu kburin biha ta’ programmi ta’ taħriġ u ta’ apprendistati li huma essenzjali għat-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema u anki biex iwieġbu għad-domandi l-ġodda tas-suq tax-xogħol; jissottolinja li l-kontinwazzjoni tagħhom għandha tingħata prijorità; jitlob finanzjament fi ħdan il-JTF biex jiġi appoġġjat l-aċċess għal opportunitajiet ta’ taħriġ u apprendistati, speċjalment għan-nisa, iż-żgħażagħ u l-komunitajiet emarġinati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jisħaq, f’dan ir-rigward, fuq il-ħtieġa li tingħata prijorità lill-investiment fil-livelli kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ fiż-żoni affettwati, inkluż billi l-ħiliet diġitali u ekoloġiċi, il-litteriżmu u n-numeriżmu bażiku, kif ukoll il-ħiliet tax-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika (STEM) jiġu integrati fi programmi ta’ taħriġ, f’konformità mal-komunikazzjoni reċenti tal-Kummissjoni dwar l-Unjoni tal-Ħiliet, il-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Ħiliet Bażiċi u l-qafas strateġiku għall-edukazzjoni STEM; jinsisti fuq l-importanza ta’ finanzjament biex jissaħħu l-ħiliet diġitali u tekniċi bażiċi sabiex jittejbu l-impjegabbiltà u l-kompetittività; jenfasizza l-ħtieġa ta’ finanzjament adegwat tal-UE għat-tagħlim għat-tfal u l-istudenti li ġejjin miż-żoni affettwati, inkluż appoġġ finanzjarju għall-edukazzjoni ta’ livell sekondarju u ogħla;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jisħaq li n-nuqqas ta’ għalliema speċjalizzati jaggrava d-diskrepanzi fil-ħiliet f’setturi strateġiċi u jimmina l-kompetittività ekonomika tar-reġjuni anqas żviluppati; jappella għall-iżvilupp ta’ programmi mmirati biex tittejjeb l-attraenza tal-professjoni tat-tagħlim, b’mod partikolari fil-qasam ta’ STEM, permezz ta’ inċentivi ekonomiċi u mhux ekonomiċi, speċjalment fir-reġjuni affettwati mit-tranżizzjoni; jisħaq fuq l-importanza li jiġu allokati riżorsi speċifiċi għat-taħriġ innovattiv tal-għalliema u tal-ħarrieġa, kif ukoll l-iżvilupp ta’ ħiliet pedagoġiċi diġitali, li huma essenzjali biex il-ħaddiema jitħejjew għat-tranżizzjonijiet industrijali; jitlob miżuri biex jittejbu s-salarji u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-għalliema bil-għan li jiġu attirati u jinżammu edukaturi kwalifikati, b’mod partikolari f’oqsma li għaddejjin minn tranżizzjoni, filwaqt li jiġi rikonoxxut ir-rwol kruċjali tagħhom fit-tħejjija tal-forza tax-xogħol għall-ħtiġijiet industrijali futuri; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-impatt tal-investimenti fit-taħriġ tal-ħarrieġa u tal-għalliema biex jiġi żgurat użu aħjar tal-finanzjament u jiġu ottimizzati l-eżiti tal-ħiliet miksuba mill-istudenti u mill-ħaddiema f’reġjuni anqas żviluppati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Filwaqt li jirrikonoxxi l-investimenti li diġà saru fl-apprendistati, jitlob li parti sinifikanti tal-fondi għall-edukazzjoni fir-reġjuni milquta tintuża għall-apprendistati u t-taħriġ vokazzjonali li jallinja mal-ħtiġijiet tal-komunità lokali fejn jintilfu l-impjiegi, permezz ta’ programmi ta’ apprendistati ta’ kwalità għolja, filwaqt li jiġi żgurat li dawn il-programmi joffru remunerazzjoni adegwata, kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti, u taħriġ ta’ kwalità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jisħaq li l-politika ta’ koeżjoni hija t-tweġiba t-tajba għad-disparitajiet ekonomiċi, u li r-rwol tagħha issa huwa b’mod partikolari importanti minħabba t-theddida tad-deindustrijalizzazzjoni; jappella għal koordinazzjoni akbar bejn il-JTF, l-FSE+ u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali biex jiġi mmassimizzat l-impatt tagħhom fuq ir-riallokazzjoni u t-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema affettwati minn ristrutturar industrijali; jitlob ukoll li l-ġestjoni tal-finanzjament tal-FSE+ tkun aktar iffukata fuq ir-reġjuni, iggwidata minn approċċ ta’ bosta livelli, u li tkun tinvolvi lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, u li jkun hemm sinerġiji akbar u aqwa bejn l-FSE+ u l-JTF, b’mod partikolari fir-rigward tal-edukazzjoni u t-taħriġ; jirrikonoxxi wkoll ir-rwol essenzjali tal-Bank Ewropew tal-Investiment fl-appoġġ tat-tranżizzjoni ġusta u l-ħtieġa li tkompli tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-investiment pubbliku u privat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li l-politika ta’ koeżjoni, inkluż il-JTF, tiġi allinjata ma’ strateġiji ta’ innovazzjoni reġjonali u prijoritajiet ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti biex tissaħħaħ il-kompetittività reġjonali u tiġi appoġġjata direttament id-diversifikazzjoni ekonomika u r-reżiljenza taż-żoni li għaddejjin minn tranżizzjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħtu attenzjoni speċjali liż-żoni li għaddejjin minn tnaqqis demografiku u jagħtu prijorità liż-żoni milquta aktar milli lil dawk li mhumiex milquta mit-tranżizzjoni fil-kriterji tal-għażla għal proġetti eliġibbli għall-finanzjament tal-JTF, billi jżidu l-punteġġ tal-inizjattivi tan-negozju li jinsabu direttament fil-muniċipalitajiet affettwati mill-għeluq ta’ setturi b’intensità qawwija ta’ karbonju, u b’hekk jiżguraw li dan l-inċentiv isarraf f’riżultati konkreti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-fondi disponibbli bl-RRF jikkontribwixxu għall-appoġġ tal-proċess ta’ tranżizzjoni fit-territorji inkwistjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jirrikonoxxi r-rwol pivotali tal-industrija tal-karozzi fl-UE, inkluż fil-ġenerazzjoni tal-impjiegi f’diversi reġjuni; iqis li l-inklużjoni tas-settur tal-karozzi fl-ambitu tat-tranżizzjoni ġusta hija essenzjali, minħabba l-isfidi maħluqa mill-kompetizzjoni globali fil-bidla għall-elettromobbiltà u l-impatt ta’ ostakli kummerċjali mhux ġustifikati; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ politiki mmirati li jagħtu prijorità lit-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema u inizjattivi mmirati lejn id-diversifikazzjoni tal-mudell ekonomiku tar-reġjuni b’industrija tal-karozzi sinifikanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Huwa tal-opinjoni li t-taħriġ vokazzjonali huwa rispons meħtieġ għat-trasformazzjoni ekonomika tar-reġjuni; jisħaq fuq il-ħtieġa, li permezz tal-JTF, jiġu stabbiliti programmi ta’ taħriġ vokazzjonali u taħriġ mill-ġdid ambizzjużi u mmirati għall-persuni li qed ifittxu impjieg u l-ħaddiema affettwati direttament mit-tranżizzjonijiet ekonomiċi, sabiex tiġi pprevenuta l-emerġenza ta’ qgħad strutturali fit-tul; jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġi allokat finanzjament għal dawn il-programmi fil-pjanijiet territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni taħdem mal-Istati Membri, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, it-trade unions u n-negozji lokali biex tiżgura li tingħata attenzjoni partikolari għall-fatt li l-ħaddiema li tilfu l-impjieg tagħhom ikollhom il-possibbiltà li jipparteċipaw fi programmi ta’ impjieg u taħriġ appoġġjati mill-FSE+ jew programmi oħra ffinanzjati mill-UE fil-komunitajiet tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żviluppati programmi ta’ apprendistati u taħriġ għaż-żoni affettwati mit-tranżizzjoni, f’kollaborazzjoni man-negozji lokali, l-istituzzjonijiet edukattivi, iċ-ċentri għat-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja, is-sħab soċjali u l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-amministrazzjoni pubblika, biex l-istudenti u l-ħaddiema qiegħda jingħataw opportunitajiet u esperjenzi sinifikanti fi ħdan il-komunitajiet tagħhom u jissalvagwardjaw id-“dritt tagħhom li jibqgħu”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jissottolinja li l-programmi effettivi ta’ taħriġ mill-ġdid u ta’ titjib tal-ħiliet jirrikjedu ppjanar u tħejjija adegwati ferm qabel kwalunkwe eliminazzjoni gradwali jew bidla industrijali sinifikanti; jinnota li t-taħriġ u t-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema u ta’ dawk li qed ifittxu impjieg, it-titjib tal-ħiliet, it-taħriġ mill-ġdid u l-edukazzjoni tul il-ħajja jeħtieġ li jitwettqu b’mod li jiżgura li ħadd, irrispettivament mis-settur tax-xogħol, it-tip ta’ kuntratt, il-ġeneru jew il-pożizzjoni ġeografika, ma jintesa fit-triq lejn it-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali tal-UE; jitlob li jkun hemm miżuri li jiffaċilitaw l-antiċipazzjoni proattiva u l-ippjanar tal-ħtiġijiet tal-ħiliet u li jiżguraw dawn id-drittijiet għall-ħaddiema kollha affettwati; jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali jistabbilixxu “Kunsilli Lokali tal-Ħiliet” jew korpi simili bl-involviment ta’ ħafna partijiet ikkonċernati, li jkunu inkarigati biex jagħrfu l-lakuni fil-ħiliet lokali, jantiċipaw il-ħtiġijiet tal-ħiliet relatati mat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali, u jagħtu pariri dwar investimenti mmirati fl-ambitu tal-JTF u l-FSE+;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jipproponi l-ħolqien ta’ mekkaniżmu reġjonali għall-monitoraġġ u għall-evalwazzjoni tal-impatt tal-iskemi ta’ apprendistat, li jinvolvi l-partijiet ikkonċernati kollha – l-awtoritajiet lokali, l-impjegaturi, l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u taż-żgħażagħ; jemmen li dan jippermetti li l-istrateġiji għat-taħriġ jiġu aġġustati malajr għad-domandi tas-suq tax-xogħol u r-rispons dirett mill-parteċipanti, u b’hekk jiġu żgurati s-sostenibbiltà u l-effiċjenza tal-apprendistati fit-tul;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jirrimarka li r-reġjuni affettwati mit-tranżizzjoni ekoloġika qed jiffaċċjaw nuqqas ta’ ħiliet u ta’ ħaddiema, filwaqt li f’ħafna partijiet tal-Ewropa hemm kriżi tal-akkomodazzjoni u affollament eċċessiv fiż-żoni urbani; jipproponi l-ħolqien ta’ programm ta’ akkomodazzjoni affordabbli f’reġjuni bħal dawn u jinnota li dan il-programm għandu jattira liż-żgħażagħ, u b’hekk jikkontribwixxi għar-rivitalizzazzjoni ekonomika u soċjali ta’ dawn iż-żoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jintegraw il-garanziji tal-akkomodazzjoni, l-iskemi tal-konvivenza, u l-appoġġ għall-kiri għall-apprendisti u l-istudenti fi proġetti appoġġjati mill-JTF u mill-FSE+, b’mod partikolari f’reġjuni b’rati għolja ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ jew dawk li qed jesperjenzaw tnaqqis demografiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jitlob li porzjon mill-fondi ta’ koeżjoni jiġi allokat speċifikament għar-rinnovazzjoni tad-djar tal-unitajiet domestiċi bl-aktar introjtu baxx u tal-bini l-anqas effiċjenti fl-enerġija, għax altrimenti jitħallew lura fit-tranżizzjoni ekoloġika;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Pjan għal impjiegi ta’ kwalità</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Josserva li t-Tranżizzjoni Ġusta ma qisitx biżżejjed l-ispeċifiċitajiet tal-profili differenti tal-ħaddiema u l-komunitajiet affettwati; josserva, b’dispjaċir, li ma nħolqux alternattivi ta’ xogħol staġonali, kemm bħala sors ta’ introjtu addizzjonali għall-ħaddiema kif ukoll bħala opportunità ta’ introjtu għall-istudenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jiġbed l-attenzjoni għall-qgħad u l-qgħad fost iż-żgħażagħ, b’mod partikolari, f’ħafna reġjuni, żoni rurali u Stati Membri; jenfasizza, għalhekk, il-ħtieġa tal-aċċessibbiltà għal akkomodazzjoni, trasport u edukazzjoni affordabbli, u tal-inklużjoni tal-ġenerazzjonijiet żgħażagħ, b’mod partikolari dawk li ġejjin minn unitajiet domestiċi b’introjtu baxx;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi ssupplimentat il-finanzjament ta’ bordijiet tal-edukazzjoni għolja u tat-taħriġ sabiex jiġu żgurati l-ksib ta’ kwalifiki ġodda u t-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema li qed jikkunsidraw li jibdlu l-profil professjonali tagħhom jew li tilfu l-impjiegi tagħhom, b’mod partikolari n-nisa u dawk li għandhom aktar minn ħamsin sena; jipproponi li l-JTF joffri wkoll opportunitajiet ta’ ksib ta’ kwalifiki ġodda u taħriġ mill-ġdid lill-membri tal-familja diretti tal-ħaddiema affettwati ħdejn iż-żoni lokali tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Iwissi li xi wħud mill-industriji li għalqu, jew li jinsabu fil-proċess ta’ għeluq, joffru kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar mill-medja ekonomika, inklużi pagi ogħla, benefiċċji tar-riskju, u assigurazzjoni tas-saħħa għall-ħaddiema u l-familji tagħhom; jenfasizza, għalhekk, il-ħtieġa ta’ finanzjament temporanju fil-qafas tal-JTF biex jikkumpensa għad-differenza bejn il-benefiċċji tal-qgħad u s-salarji l-ġodda, li jippermetti tranżizzjoni aktar faċli u jiżgura li jiġu ssodisfati l-obbligi kuntrattwali kollha li kienu ssodisfati qabel;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jilqa’ l-impenn tal-Kummissjoni li tipproponi pjan direzzjonali għal impjiegi ta’ kwalità sa tmiem l-2025, żviluppat flimkien mas-sħab soċjali biex tiġi żgurata tranżizzjoni ġusta għal kulħadd; ifakkar li l-pjan direzzjonali għandu jappoġġja pagi ġusti, standards għoljin għas-saħħa u s-sikurezza, kundizzjonijiet tax-xogħol tajbin, taħriġ u tranżizzjonijiet ġusti tal-impjiegi għall-ħaddiema, inklużi dawk li jaħdmu għal rashom, b’mod partikolari billi tiżdied il-kopertura tan-negozjar kollettiv; jenfasizza li l-pjan direzzjonali għandu jagħmel il-ġestjoni tat-tranżizzjonijiet prijorità prinċipali u jinkludi proposti ta’ akkumpanjament li jappoġġjaw b’mod konkret lill-ħaddiema;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ “kuntratti soċjali” konklużi għas-setturi ekonomiċi li għaddejjin mill-proċess ta’ tranżizzjoni ġusta u nnotifikati lill-Kummissjoni biex tapprovahom mingħajr dewmien; jenfasizza li dawn il-kuntratti soċjali għandhom ikunu bbażati fuq dijanjożi u previżjonijiet ekonomiċi sodi, jappoġġjaw in-negozjar kollettiv u jirrispettaw id-drittijiet tal-ħaddiema, u jqisu l-ispeċifiċitajiet tar-reġjuni kkonċernati; jappoġġja l-ħolqien ta’ mekkaniżmi ta’ protezzjoni soċjali għall-ħaddiema affettwati direttament mit-tranżizzjonijiet industrijali u tal-enerġija, inkluż introjtu ta’ tranżizzjoni u estensjonijiet immirati tal-benefiċċji tal-qgħad; jappella għal direttiva dwar it-tranżizzjoni ġusta fid-dinja tax-xogħol li tistabbilixxi qafas leġiżlattiv biex jiġi żgurat il-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità fir-reġjuni affettwati mit-tranżizzjoni; iħeġġeġ il-ħolqien ta’ gruppi ta’ ħaddiema fl-industriji affettwati mit-tranżizzjoni, li jippermettu lill-eks impjegati jibbenefikaw direttament mit-tiġdid ekonomiku reġjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita l-istabbiliment ta’ programm ta’ taħriġ soċjali għall-ħaddiema qiegħda akbar fl-età, speċjalment in-nisa u l-persuni qiegħda fit-tul li ma jistgħux jitħarrġu mill-ġdid u jsibu impjiegi ġodda, u tiżgura li jiġu appoġġjati sal-irtirar tagħhom sabiex dawn jiġu ggarantiti livell ta’ għajxien deċenti; jisħaq fuq il-ħtieġa li jissaħħaħ ir-rwol tan-nisa u li tiġi promossa l-integrazzjoni tal-persuni b’diżabbiltà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jenfasizza li l-Istati Membri jeħtiġilhom jagħtu prijorità lill-aċċess għall-art tal-Istat u għandhom, fejn possibbli, jirkupraw, jirriabilitaw u jikkonvertu mill-ġdid bini u assi oħra, bħal faċilitajiet industrijali qodma u siti tal-estrazzjoni antiki, għal proġetti ġodda ffinanzjati fil-qafas tal-JTF, inklużi sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, rinnovazzjoni tal-effiċjenza enerġetika jew riindustrijalizzazzjoni ekoloġika; jenfasizza li l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jissorveljaw u jimmonitorjaw dan il-proċess;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Implimentazzjoni u governanza </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jenfasizza li t-tranżizzjoni tar-reġjuni eliġibbli għal appoġġ mill-JTF għadha mhijiex kompluta u li dawn ir-reġjuni se jkomplu jeħtieġu appoġġ speċifiku biex jindirizzaw l-isfidi differenti marbuta mat-tranżizzjoni enerġetika fil-futur; iqis li huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jiżguraw l-użu massimu ta’ dawn il-fondi, anki billi jiġu ssimplifikati l-proċeduri amministrattivi, billi jiġu stabbiliti mekkaniżmi ta’ appoġġ u ta’ konsulenza biex jgħinu lill-awtoritajiet lokali jaċċessaw u jużaw b’suċċess l-investimenti meħtieġa, u billi jiżdied il-prefinanzjament għall-awtoritajiet lokali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jiddispjaċih li xi reġjuni tal-UE qed jesperjenzaw ħruġ kontinwu ta’ ħaddiema żgħażagħ u tas-sengħa minħabba bidliet demografiċi u migrazzjoni, u li ż-żoni rurali u interni, il-gżejjer u r-reġjuni ultraperiferiċi qed jintlaqtu b’mod partikolari; ifakkar, f’dan il-kuntest, fl-importanza ta’ konnessjonijiet b’saħħithom bejn iż-żoni rurali u ż-żoni urbani kif ukoll ta’ appoġġ speċifiku għan-nisa f’żoni rurali; ifakkar li tali livelli ta’ migrazzjoni u depopolazzjoni jaffettwaw serjament il-kompetittività, it-tkabbir ekonomiku, is-sigurtà tal-ikel, il-produttività u s-sostenibbiltà tar-reġjuni milquta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Josserva, bi tħassib, it-tnaqqis kbir f’dawn l-aħħar snin tal-livelli adegwati ta’ finanzjament nazzjonali tal-Istati Membri għall-ifqar reġjuni tagħhom; ifakkar fl-importanza li tiġi rrispettata r-regola tal-UE dwar l-addizzjonalità; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-awtoritajiet nazzjonali jqisu kif xieraq il-koeżjoni interna meta jabbozzaw u jimplimentaw il-proġetti tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jaċċetta li l-implimentazzjoni tal-proċess tal-JTF hija kwistjoni għall-Istati Membri iżda jitlob li jingħata rwol aktar b’saħħtu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali u lil dawk involuti fil-proċess deċiżjonali, billi jiġi żgurat li l-istrateġiji ta’ finanzjament ikunu allinjati mal-ħtiġijiet speċifiċi tal-komunitajiet affettwati mit-tranżizzjoni u jkunu koerenti ma’ investimenti taħt fondi strateġiċi oħra marbuta mat-tranżizzjoni ġusta; jenfasizza li huwa kruċjali li jiġi ssimplifikat l-aċċess għall-applikazzjonijiet u jitwessa’ l-ambitu tal-fond sabiex reġjuni u setturi oħra affettwati b’mod ugwali jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-JTF; jissottolinja l-ħtieġa li l-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, tippreżenta linji gwida ċari dwar kwistjonijiet ta’ implimentazzjoni sabiex jitħaffu l-allokazzjoni tal-fondi u l-implimentazzjoni effiċjenti tal-inizjattivi tal-JTF;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jemmen li l-Kummissjoni kellha tistabbilixxi parametri ċari għal kull Stat Membru biex isegwihom f’oqsma bħall-investiment fl-edukazzjoni u t-taħriġ, it-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema għal impjieg alternattiv, u biex jagħmilha possibbli għall-investituri terzi jippreservaw il-kultura u t-tradizzjonijiet ta’ dawk li qabel kienu reġjuni tal-faħam u tal-pit kif ukoll biex jgħin jitnaddfu ż-żoni mniġġsa madwar is-siti tal-estrazzjoni; iħeġġeġ l-iskambju tal-għarfien espert u tal-aħjar prattiki bejn ir-reġjuni li għaddejjin minn tranżizzjoni; jappella, barra minn hekk, għal sinerġiji ma’ inizjattivi, bħall-Bauhaus Ewropea l-Ġdida, fuq proġetti li jikkonvertu faċilitajiet industrijali qodma f’postijiet soċjali u kulturali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jirrikonoxxi li hemm nuqqas ta’ finanzjament għal proġetti ta’ skala kbira minn isfel għal fuq; jirrakkomanda li l-JTF ikompli jimla dawn il-lakuni meta tiġi identifikata ħtieġa; jisħaq fuq l-importanza li jingħata appoġġ tekniku speċifiku mill-JTF lir-reġjuni, l-awtoritajiet lokali u l-gruppi komunitarji sa mill-aktar stadji bikrija, sabiex tissaħħaħ il-kapaċità tagħhom għal ippjanar minn isfel għal fuq u sabiex il-benefiċjarji potenzjali jiġu megħjuna fl-ippjanar ta’ proġetti ta’ kwalità għolja u li jħallu impatt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jirrikonoxxi n-nuqqas ta’ finanzjament korrispondenti għal gruppi fis-settur volontarju li japplikaw għall-JTF u jappella għal mekkaniżmu ta’ finanzjament simplifikat; jisħaq fuq l-importanza tal-għoti ta’ prefinanzjament suffiċjenti ta’ aktar minn nofs il-kost tal-kapital jew parti sostantiva tal-proġett għall-gruppi li jitqiesu li huma ta’ riskju baxx, biex b’hekk jiġi żgurat li dawn il-gruppi jevitaw rati tal-imgħax u tariffi għoljin għat-tqabbil u t-tqarrib tal-finanzjament, u b’hekk l-organizzazzjonijiet volontarji u l-komunità lokali jingħataw is-setgħat biex iwettqu b’mod effettiv proġetti relatati mat-tranżizzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jappella għal sinerġiji akbar bejn is-settur pubbliku u dak privat bl-għan li jindirizzaw flimkien il-proċess ta’ tranżizzjoni u b’hekk jiffaċilitaw il-konverżjoni produttiva tat-territorji inkwistjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jenfasizza l-impatt negattiv tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat fuq gruppi volontarji u dawk mingħajr skop ta’ qligħ; jissottolinja, f’dan il-kuntest, ir-rwol essenzjali tal-entitajiet tal-ekonomija soċjali biex jipprovdu rispons konkret u bbażat fil-komunità għall-ħtiġijiet soċjali taċ-ċittadini tal-UE u biex jappoġġjaw soluzzjonijiet inklużivi u ffukati fuq in-nies għal tranżizzjoni ġusta; iqis li r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat jistgħu jiġu ssimplifikati, f’kundizzjonijiet ġustifikati, għall-gruppi volontarji u mingħajr skop ta’ qligħ, li jitqies li huma ta’ riskju baxx; jistieden lill-Kummissjoni, f’dan il-kuntest, taħdem mal-Istati Membri sabiex ikun hemm aktar konsistenza u ċarezza fl-interpretazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat sa fejn dawn japplikaw għall-gruppi komunitarji u dawk mingħajr skop ta’ qligħ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żviluppat mudell imsaħħaħ ta’ benefiċċju komunitarju, adattat għal kull reġjun ta’ tranżizzjoni ġusta; jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet ta’ ġestjoni, għal dan l-għan, biex jallokaw parti mir-riżorsi tal-JTF biex jappoġġjaw l-istabbiliment ta’ skemi komunitarji ekoloġiċi, l-innovazzjoni soċjali u l-ekonomija soċjali, b’mod partikolari billi jiffinanzjaw kooperattivi tal-enerġija taċ-ċittadini, proġetti parteċipattivi ta’ produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli lokali u inizjattivi li jippromwovu ekonomija ċirkolari lokali; josserva li l-eks ħaddiema u l-familji tagħhom għandhom jitħallew jinvestu jew jipparteċipaw f’dawn il-proġetti, u b’hekk tissaħħaħ ir-rabta bejn it-tranżizzjoni ekoloġika u l-inklużjoni soċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Itenni li proġetti kooperattivi jew immexxija mill-komunità relatati mal-akkomodazzjoni għandhom jibbenefikaw minn aċċess simplifikat għall-finanzjament tal-JTF, anki permezz ta’ limiti ta’ kofinanzjament aktar baxxi u pagamenti bil-quddiem; jitlob li l-Istati Membri jiġu provduti bi gwida biex l-atturi fis-settur tal-akkomodazzjoni jkunu jistgħu jaċċessaw il-fondi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jappella għal tnaqqis fil-piż amministrattiv tal-JTF fuq il-komunitajiet, permezz tal-ħolqien ta’ maniġers speċjalizzati “prattiċi” u l-iżvilupp ta’ punt uniku ta’ servizz u pjattaformi diġitali adegwati biex jipprovdu appoġġ u assistenza fit-trattament tal-applikazzjonijiet u l-ġestjoni tal-proġetti ladarba jintgħażlu, filwaqt li jiġi żgurat li dawn il-komunitajiet ikollhom ukoll aċċess ugwali għall-finanzjament, u b’hekk dan jgħin fl-indirizzar tad-disparitajiet reġjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jitlob li l-JTF jappoġġja, jenfasizza u jippreserva l-wirt kulturali u industrijali tal-komunitajiet affettwati billi jippromwovi l-iżvilupp tat-turiżmu sostenibbli; iħeġġeġ l-istabbiliment ta’ programmi ta’ taħriġ speċifiċi għall-gwidi tal-wirt sabiex jitrawmu l-impjiegi lokali u l-kontinwità kulturali u jiġi appoġġjat il-ħolqien ta’ ċentri għall-viżitaturi u spazji interpretattivi li juru l-istorja lokali, it-tradizzjonijiet u l-vjaġġ ta’ trasformazzjoni ta’ dawn ir-reġjuni, u b’hekk jinħolqu impjiegi lokali u tiġi ppreservata l-identità kulturali filwaqt li jiġi attirat it-turiżmu kulturali u edukattiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jissottolinja l-importanza strateġika tad- “dritt li wieħed jibqa’ fit-territorju” tan-nies fir-reġjuni jew fiż-żoni lokali tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni toħroġ linji gwida speċifiċi dwar kif għandu jiġi implimentat u infurzat dan il-prinċipju fl-UE kollha u r-reġjuni tagħha; jitlob li jkun hemm integrazzjoni aktar b’saħħitha ta’ dan il-prinċipju trażversali fil-politiki kollha tal-UE, sabiex dawn jappoġġjaw l-objettivi tal-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali, kif previst fit-Trattati;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ġustizzja soċjali qabel it-tranżizzjoni għall-ekonomija kollha</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jissottolinja r-rwol ewlieni li għandha l-politika ta’ koeżjoni biex twettaq il-prijoritajiet ta’ politika tal-UE u ssaħħaħ l-ekonomija tal-UE billi tikkontribwixxi għal tranżizzjoni u żvilupp ġusti, inklużivi u sostenibbli, tippromwovi l-konverġenza ekonomika u soċjali bejn il-pajjiżi u r-reġjuni, u trawwem l-innovazzjoni u l-impjieg; jiddispjaċih għall-fatt li, minħabba l-flessibbiltà limitata tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) attwali, il-Kummissjoni rrikorriet għall-orjentazzjoni mill-ġdid tal-politika ta’ koeżjoni, li mhijiex għodda ta’ rispons għall-kriżijiet iżda li ntużat ripetutament biex tagħmel tajjeb għan-nuqqasijiet fil-flessibbiltà baġitarja jew fil-mekkaniżmi ta’ rispons għall-kriżijiet fil-QFP għad-detriment tal-objettivi tal-politika fit-tul tagħha; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaċċelleraw l-implimentazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jemmen li l-bidliet fix-xenarju ġeopolitiku, flimkien ma’ fatturi oħra, qed jirriżultaw f’bidliet enormi fil-funzjonament tal-ekonomija tal-UE; jissottolinja li l-JTF għandu jżomm rwol deċiżiv fil-proċess ta’ dekarbonizzazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jeżaminaw l-iskadenzi ta’ għeluq tal-atturi ewlenin fis-settur tal-enerġija fl-UE, u jtaffu l-impatt ta’ dan l-għeluq, filwaqt li jiżguraw “ġustizzja soċjali fi tranżizzjoni” għall-ħaddiema;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jitlob li tingħata kunsiderazzjoni speċjali lill-ħtieġa li jiġu promossi l-konnessjonijiet tal-elettriku, li tiżdied il-kapaċità tal-hosting tal-grilja u li jissaħħu s-sistemi tal-ħżin tal-enerġija, bħala komponenti meħtieġa għal tranżizzjoni tal-enerġija effettiva; jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2019/944<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE (riformulazzjoni), (ĠU L 158, 14.6.2019, p. 125, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2019/944/oj).</FIELD></FOOTNOTE> dwar il-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadini, billi jipprovdu miżuri speċifiċi ħalli jipproteġu lill-unitajiet domestiċi vulnerabbli mill-faqar enerġetiku fir-reġjuni tal-JTF; jemmen, f’dan il-kuntest, li għandu jingħata appoġġ lill-proġetti lokali ta’ infrastruttura ekoloġika u tal-enerġija rinnovabbli mmexxija mill-komunità, bħall-installazzjonijiet solari, eoliċi u idroelettriċi, kif ukoll it-trasport sostenibbli, li jistimulaw l-ekonomiji lokali, filwaqt li joffru potenzjal kbir għall-ħolqien ta’ impjiegi lokali fil-kostruzzjoni, fl-inġinerija, fil-manutenzjoni u fl-industriji relatati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jenfasizza l-importanza tal-Istati Membri għall-promozzjoni tad-djalogu soċjali settorjali u tan-negozjar kollettiv, speċjalment fl-industriji ekoloġiċi emerġenti reċentement, u wkoll għall-iżgurar tal-inklużjoni tan-negozji żgħar u ta’ daqs medju, inklużi l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali; jenfasizza li d-Direttiva dwar il-Paga Minima<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2022/2041 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar pagi minimi adegwati fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 275, 25.10.2022, p. 33, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2022/2041/oj).</FIELD></FOOTNOTE> tirrappreżenta opportunità kbira biex jissaħħu n-negozjar kollettiv dwar l-iffissar tal-pagi u l-preżenza tas-sħab soċjali fis-setturi emerġenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jisħaq fuq ir-rwol kruċjali tal-investimenti f’servizzi pubbliċi ta’ kwalità għolja għall-bini tar-reżiljenza soċjali u għall-indirizzar tal-kriżijiet ekonomiċi, b’mod partikolari fir-reġjuni li jaffrontaw sfidi naturali u demografiċi permanenti serji; jenfasizza l-ħtieġa li tingħata prijorità speċifika lill-investimenti fl-infrastruttura bażika, is-servizzi soċjali u t-turiżmu sostenibbli, kif ukoll fin-networks loġistiċi u l-konnettività, inklużi modi ta’ trasport sostenibbli, bl-għan li jitrawmu r-reżiljenza u l-innovazzjoni, filwaqt li jiġi promoss it-tkabbir inklużiv, jinħolqu impjiegi ġodda u tiġi faċilitata l-vijabbiltà ta’ proġetti imprenditorjali ġodda fit-territorji affettwati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiffoka, b’mod partikolari, fuq il-gżejjer u r-reġjuni ultraperiferiċi biex tappoġġjahom fl-indirizzar tal-isfidi soċjoekonomiċi serji tagħhom li jirriżultaw mill-proċess ta’ tranżizzjoni lejn il-miri tal-UE għall-2030 għall-enerġija u l-klima u ekonomija newtrali għall-klima fl-UE sal-2050, u taħdem mal-Istati Membri biex talloka ammonti speċifiċi mill-allokazzjonijiet nazzjonali tagħhom fil-qafas tal-pjanijiet territorjali tagħhom għal tranżizzjoni ġusta; jappella għal miżuri ta’ kumpens konkreti li jikkumpensaw għall-konsegwenzi negattivi għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-gżejjer fil-proċess ta’ tranżizzjoni lejn ekonomija u soċjetà aktar nodfa, li jistgħu jirriżultaw mid-dipendenza tagħhom fuq is-settur tal-avjazzjoni u fuq dak marittimu; jitlob, għalhekk, li l-gżejjer isiru prijorità fl-iżvilupp tal-infrastruttura mmirata lejn id-dekarbonizzazzjoni tat-trasport bl-ajru u dak marittimu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma pproponietx Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (JTF) awtonomu fil-proposti reċenti tagħha dwar il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) futur; jitlob għalhekk għall-kontinwazzjoni tal-JRF permezz ta’ JTF “II”, għall-perjodu ta’ programmazzjoni ta’ wara l-2027 biex tipprovdi appoġġ dirett lill-unitajiet domestiċi u lill-komunitajiet fi tranżizzjoni, u biex tippermetti kapaċità ta’ intervent proporzjonata mal-iskala tal-impatti soċjoekonomiċi, demografiċi, ambjentali u fuq l-impjiegi tat-tranżizzjoni lejn il-miri tal-enerġija tal-UE għall-2030; jenfasizza li dan il-fond għandu jopera skont il-prinċipji ta’ ġestjoni kondiviża u ta’ sħubija, fil-qafas tal-politika ta’ koeżjoni, u jenfasizza li għandu jkollu l-allokazzjoni baġitarja prevedibbli tiegħu stess, li tiżgura l-awtonomija tiegħu minn strumenti straordinarji ta’ rispons għall-kriżijiet, bħal NextGenerationEU;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tissimplifika u tallinja l-istrumenti finanzjarji fl-ambitu tal-QFP ta’ wara l-2027, billi tiżgura approċċ koerenti u koordinat biex tappoġġja l-istrateġiji għal tranżizzjoni ġusta permezz tal-JTF “II”; jenfasizza li l-ambitu tal-JTF “II” jista’ jiġi estiż, f’konformità mal-proposti mill-Istati Membri, b’miżuri li għandhom jiġu stabbiliti sakemm l-impjiegi mitlufa lokalment jiġu sostitwiti fiż-żona lokali, u għandu jkun iffukat fuq ir-rikonċiljazzjoni tal-iżvilupp sostenibbli mal-kompetittività, filwaqt li jiġi żgurat li r-reġjuni fi tranżizzjoni jkunu jistgħu jirnexxu ekonomikament mingħajr ma jiġu kompromessi l-għanijiet ambjentali u soċjali tagħhom; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ pjanijiet għal żoni ta’ tranżizzjoni ġusta li jadottaw approċċ proattiv li jantiċipa wkoll il-proċessi futuri potenzjali ta’ trasformazzjoni u li jinkludu impenn ċar għall-iżvilupp tar-riġenerazzjoni strateġika u inizjattivi ta’ żvilupp, b’enfasi partikolari fuq l-iżvilupp tal-intrapriżi u l-ħolqien tal-impjiegi fiż-żoni l-aktar affettwati mill-għeluq tal-faċilitajiet ta’ produzzjoni tal-fjuwils fossili; jenfasizza li l-Istati Membri għandhom ċerta flessibbiltà fil-perkors tagħhom lejn id-dekarbonizzazzjoni, f’konformità mal-miri maqbula tal-UE, hekk kif titqies il-perspettiva teknoloġika u ekonomika, u skont il-ħtiġijiet lokali u reġjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm fis-seħħ kriterji ta’ allokazzjoni aktar preċiżi u delimitazzjoni tal-ambitu territorjali tal-fondi, biex issir enfasi speċifika fuq l-awtoritajiet lokali u reġjonali, fil-livell amministrattiv NUTS 3<FOOTNOTE><FIELD> In-nomenklatura tal-unitajiet territorjali għall-istatistika – livell 3</FIELD></FOOTNOTE>; jissottolinja l-importanza li l-fondi jilħqu r-reġjuni partikolarment affettwati mit-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima minħabba l-karattru settorjali tal-ekonomija tagħhom, jew l-għeluq ta’ installazzjonijiet intensivi fil-karbonju, u li l-investimenti ma jkunux ikkonċentrati biss fiċ-ċentri urbani l-kbar taż-żona NUTS 3; jisħaq fuq l-urġenza li jiġu integrati wkoll indikaturi territorjali u demografiċi fl-allokazzjoni tal-fondi tal-JTF, bħat-tixjiħ tal-popolazzjoni, il-migrazzjoni barra miż-żona taż-żgħażagħ, it-tnaqqis sostnut fil-popolazzjoni u d-depopolazzjoni u l-impatt tal-impjiegi temporanji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jemmen li l-qafas ta’ governanza tajba huwa kruċjali fl-implimentazzjoni tat-tranżizzjoni ġusta; jissottolinja li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom rwol pivotali fl-iżgurar tat-tfassil, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ effettivi tal-programmi tal-UE, minħabba l-prossimità tagħhom maċ-ċittadini u minħabba li għandhom fehim tajjeb ħafna tal-ħtiġijiet territorjali; jenfasizza l-importanza li jiġu rispettati l-prinċipju tas-sħubija u l-kodiċi ta’ kondotta Ewropew dwar is-sħubija, u li jiġi enfasizzat l-approċċ ibbażat fuq il-post, biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni sħiħa tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, is-sħab soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-governanza, l-għażla u l-monitoraġġ tal-proġetti ffinanzjati, f’konformità mal-prinċipju tal-governanza f’diversi livelli stabbilit fir-Regolament (UE) 2021/1060;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u lill-parlamenti nazzjonali u reġjonali tal-Istati Membri.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>