<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0188</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Possibbiltajiet għas-simplifikazzjoni tal-fondi ta’ koeżjoni</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0138/2025 - Rapporteur: Vladimir Prebilič)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Settembru 2025 dwar il-possibbiltajiet għas-simplifikazzjoni tal-fondi ta’ koeżjoni (2024/2106(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 4, 162, 174 sa 178 u 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1060/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni – RDK),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1058 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 231, 30.6.2021, p. 60, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1058/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 231, 30.6.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1056/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1059 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) appoġġata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-istrumenti ta’ finanzjament estern<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 231, 30.6.2021, p. 94, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1059/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1057 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1296/2013<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 231, 30.6.2021, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1057/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2020/460 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Marzu 2020 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 508/2014 fir-rigward ta’ miżuri speċifiċi biex jiġu mmobilizzati investimenti fis-sistemi tal-kura tas-saħħa tal-Istati Membri u f’setturi oħra tal-ekonomiji tagħhom b’reazzjoni għat-tifqigħa COVID-19 (Inizjattiva ta’ Investiment b’Reazzjoni għall-Coronavirus)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 99, 31.3.2020, p. 5, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/460/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2025/925 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Mejju 2025 dwar strument għall-iżvilupp u t-tkabbir tar-Reġjuni tal-Fruntiera (BRIDGEforEU)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2025/925, 19.5.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/925/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1305/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 240/2014 tas-7 ta’ Jannar 2014 dwar il-kodiċi tal-kondotta Ewropea dwar sħubija fil-qafas tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 74, 14.3.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2014/240/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (il-Kodiċi tal-Kondotta Ewropea dwar Sħubija ),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Jannar 2024 dwar l-implimentazzjoni tal-iżvilupp territorjali (CPR, Titolu III, Kapitolu II) u l-applikazzjoni tiegħu fl-Aġenda Territorjali Ewropea 2030<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/5704, 17.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5704/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-24 ta’ Jannar 2025 bit-titolu ‘‘Il-baġit tal-UE u l-politiki bbażati fuq il-post: proposti għal mekkaniżmi ġodda ta’ tfassil u twettiq fil-QFP wara l-2027”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-27 ta’ Frar 2025 bit-titolu “It-tisħiħ tal-orjentazzjoni lejn ir-riżultati tal-politika ta’ koeżjoni wara l-2027 – sfidi, riskji u opportunitajiet”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/2018, 30.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2018/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Frar 2025 bit-titolu “Il-perkors lejn il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss” (COM(2025)0046),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-5 ta’ Diċembru 2024 bit-titolu “Reviżjoni tal-Aġenda Territorjali tal-UE 2030 – Lejn approċċ aktar integrat u ċiviku b’rabtiet aktar b’saħħithom mal-politika ta’ koeżjoni”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/773, 11.2.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/773/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapporti annwali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri rigward is-sena finanzjarja 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri tat-8 ta’ Lulju 2024 bit-titolu “Rapport Analitiku 03/2024: Ħarsa ġenerali lejn il-qafas ta’ aċċertament u l-fatturi ewlenin li jikkontribwixxu għal żbalji fl-infiq fil-qasam tal-koeżjoni 2014-2020”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali 22/2024 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri tal-21 ta’ Ottubru 2024 bit-titolu ‘‘Finanzjament doppju mingħand il‑baġit tal‑UE – Is‑sistemi ta’ kontroll ma għandhomx elementi essenzjali biex jimmitigaw ir‑riskju akbar li jirriżulta mill‑fatt li l‑mudell ta’ finanzjament tal‑RRF mhuwiex marbut mal‑kostijiet’’,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali 13/2024 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri bit-titolu ‘‘Assorbiment ta’ fondi mingħand il‑Faċilità għall‑Irkupru u r‑Reżiljenza – Qed isir progress b’xi dewmien u għad hemm riskji fir-rigward tat-twettiq tal-miżuri u, għalhekk, l-ilħuq tal-objettivi tal-RRF’’,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni fil-forma ta’ ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A10-0138/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-politika ta’ koeżjoni hija l-aktar għodda ta’ investiment importanti tal-UE biex jitnaqqsu d-disparitajiet ekonomiċi, soċjali u territorjali, u l-karattru fit-tul tagħha ma jridx jiġi pperikolat minn miżuri ta’ emerġenza jew emendi li jkollhom l-għan li jallokaw mill-ġdid il-fondi ta’ koeżjoni għal prijoritajiet oħra; billi l-fondi tal-politika ta’ koeżjoni jridu jibqgħu riżervati għall-objettivi primarji tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-kooperazzjoni reġjonali tista’ taġixxi bħala katalist għall-innovazzjoni u għar-reżiljenza, u l-istrumenti tal-politika ta’ koeżjoni għandhom jippermettu li tali kooperazzjoni tiffjorixxi bejn il-fruntieri territorjali u amministrattivi;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-politika ta’ koeżjoni għandha rwol ċentrali biex twettaq il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, il-pjan ta’ azzjoni tiegħu u l-miri ewlenin li għandhom l-għan li jindirizzaw il-faqar, iżidu l-impjiegi u jħeġġu l-apprendiment tul il-ħajja; billi kundizzjonalità relatata mal-istat tad-dritt, kif ukoll mal-istandards soċjali u tad-drittijiet tal-bniedem, hija indispensabbli u ma tridx tiġi ostakolata mill-isforzi ta’ simplifikazzjoni; billi l-aċċess għall-finanzjament tal-politika ta’ koeżjoni jrid jiżgura l-protezzjoni u l-inklużjoni tan-nies kollha fir-reġjuni tagħhom, irrispettivament mill-ġeneru, l-età, iċ-ċittadinanza, l-istatus tas-saħħa, il-klassi soċjali, l-etniċità, l-orjentazzjoni sesswali jew l-identità tal-ġeneru;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-finanzjament tal-politika ta’ koeżjoni jirrappreżenta madwar 30 % tal-baġit totali tal-UE u jservi ta’ pilastru ewlieni li jappoġġa r-reġjuni Ewropej, u għandu jibqa’ distint u ma jinġabarx ma’ fondi oħra fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) futur sabiex tiġi żgurata l-effettività tiegħu biex inaqqas id-disparitajiet territorjali u jrawwem il-konverġenza ekonomika;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi politika ta’ koeżjoni simplifikata hija essenzjali biex jiġu żgurati r-reżiljenza Ewropea, tranżizzjoni ekoloġika u diġitali ġusta u sostenibbli, dritt li wieħed jibqa’ fit-territorju għaċ-ċittadini kollha tal-UE u biex tiġi promossa l-kompetittività tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma mgħammra l-aħjar biex jidentifikaw sfidi u opportunitajiet lokali, u huma sħab ewlenin biex iwettqu l-aġenda politika tal-UE u l-politika ta’ koeżjoni minħabba li huma responsabbli għal 54 % sa 58 % tal-volum totali ta’ investimenti pubbliċi mwettqa mill-gvernijiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-iżvilupp ta’ oqfsa strateġiċi ewlenin bħall-ftehimiet ta’ sħubija, il-pjanijiet ta’ tranżizzjoni ġusta u l-programmi nazzjonali ta’ riforma spiss ma jkollux approċċ ikkoordinat, u jonqos milli jinvolvi b’mod sinifikattiv lill-awtoritajiet lokali u reġjonali kompetenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-perjodu ta’ programmazzjoni attwali 2021-2027, li jibni fuq inizjattivi preċedenti b’espansjonijiet ulterjuri ta’ għażliet ta’ kostijiet issimplifikati, għandu lista mnaqqsa ta’ objettivi ta’ politika, u loġika ta’ intervent aktar ċara permezz ta’ indikaturi, rekwiżiti ta’ rappurtar eħfef u arranġament ta’ awditu uniku;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-politika ta’ koeżjoni tibqa’ waħda mill-aktar simboli viżibbli u tanġibbli tas-solidarjetà Ewropea, u billi l-prinċipju “la tagħmilx ħsara lill-koeżjoni” għandu jiġi applikat għall-futur, biex jiġi żgurat li l-politika ta’ koeżjoni tibqa’ ffukata fuq il-missjoni ewlenija tagħha – li tnaqqas id-disparitajiet reġjonali u trawwem il-konverġenza ekonomika u soċjali fl-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi, madankollu, l-awtoritajiet ta’ ġestjoni, il-korpi intermedjarji, il-benefiċjarji u ċ-ċittadini għadhom jiffaċċjaw piżijiet u sfidi amministrattivi sinifikanti li mhux talli jaffettwaw ir-rata ta’ implimentazzjoni tal-proġetti, iżda jdgħajfu wkoll l-effettività, il-kredibbiltà, l-impatt, il-viżibbiltà u l-perċezzjoni tal-politika ta’ koeżjoni kollha kemm hi;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-piż amministrattiv fuq il-benefiċjarji biex japplikaw għal proġetti appoġġati mill-fondi ta’ koeżjoni, u jimplimentawhom, żdied ma’ kull perjodu ta’ finanzjament, u ħoloq effett deterrenti dejjem akbar, u billi l-kumplessità u n-natura li tieħu ħafna ħin tal-proċess ta’ applikazzjoni spiss iwasslu għal kalkolu tal-kostijiet u l-benefiċċji li jiskoraġġixxi lill-benefiċjarji milli japplikaw, u b’hekk jillimita l-effettività u l-aċċessibbiltà ġenerali tal-politika ta’ koeżjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi s-simplifikazzjoni tal-fondi tal-politika ta’ koeżjoni għandha tkun komplementari għal strumenti oħra biex tiġi żgurata aktar armonizzazzjoni u integrazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi r-regoli dwar l-akkwist pubbliku u l-għajnuna mill-Istat huma wieħed mis-sorsi ewlenin ta’ kostijiet u piżijiet amministrattivi, li jirriżultaw kemm mill-prattiki tal-gold-plating fl-Istati Membri kollha, jiġifieri rekwiżiti żejda imposti fuq il-benefiċjarji mill-awtoritajiet nazzjonali u sottonazzjonali lil hinn minn dawk li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-UE, kif ukoll mill-interpretazzjoni u l-applikazzjoni diffiċli tar-Regolament Ġenerali ta’ Eżenzjoni ta’ Kategorija<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/651/oj).</FIELD></FOOTNOTE> f’kuntesti territorjali differenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-perjodi ta’ finanzjament preċedenti għall-politika ta’ koeżjoni bdew kemm-il darba tard wisq, speċjalment il-perjodu ta’ finanzjament 2021-2027 attwali, u dan iwassal għal pressjoni ta’ arretrati enormi u fluss ta’ ħruġ bil-mod tal-fondi ta’ koeżjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi għadd ta’ fatturi, li jinkludu dewmien fil-finalizzazzjoni tal-pakkett leġiżlattiv u l-ftehimiet u l-programmi ta’ sħubija, l-implimentazzjoni simultanja tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF) u l-ambjent regolatorju kumpless u li qed jevolvi, kellhom rwol deċiżiv fir-rata baxxa attwali ta’ implimentazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni fl-Istati Membri kollha;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi l-ambjent regolatorju kumpless u li qed jevolvi xekkel serjament l-implimentazzjoni f’waqtha, effiċjenti u effettiva tal-politika ta’ koeżjoni, u billi din il-kumplessità għamlet l-aċċess għall-finanzjament tal-politika ta’ koeżjoni partikolarment diffiċli għal awtoritajiet lokali iżgħar, intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-miżuri ta’ simplifikazzjoni għandhom jilħqu bilanċ bejn il-ħtieġa, minn naħa waħda, li jiġu aċċessati b’mod aktar faċli u aħjar il-fondi sabiex jinkisbu riżultati sostenibbli, u min-naħa l-oħra, li jiġi protett il-baġit tal-UE, filwaqt li jitqiesu kif xieraq it-tħassib u l-kontribuzzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati istituzzjonali u mhux istituzzjonali, u ma għandhomx jiġu mminati ladarba jiġu stabbiliti bl-introduzzjoni mill-ġdid tal-kumplessità taħt ir-rekwiżiti nazzjonali tal-awditjar;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi r-Regolament Finanzjarju<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj).</FIELD></FOOTNOTE> jirrikjedi li l-Kummissjoni tieħu miżuri korrettivi, bħas-simplifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet applikabbli, it-titjib tas-sistemi ta’ kontroll u t-tfassil mill-ġdid tal-programm jew tas-sistemi ta’ twassil, jekk, matul l-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE, il-livell ta’ żball ikun persistentement għoli;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi l-koeffiċjent tal-allokazzjoni rivedut imsejjaħ il-“formula ta’ Berlin”, fil-formulazzjoni attwali tiegħu fl-Anness XXVI tar-RDK, li żżid elementi interessanti oħra mal-PDG, għadu ma jirriflettix b’mod adegwat id-diverġenzi fil-prattika;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi kwalunkwe tentattiv biex tiġi ssimplifikata l-politika ta’ koeżjoni min-naħa tal-Kummissjoni jrid iqis li l-bidliet fil-prattiki ta’ implimentazzjoni eżistenti jistgħu fil-bidu jkunu piż addizzjonali għall-awtoritajiet amministrattivi u l-benefiċjarji;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi l-ġestjoni kondiviża, il-prinċipju tas-sħubija, il-governanza f’diversi livelli, is-sussidjarjetà u approċċ ibbażat fuq il-post għandhom jibqgħu l-pedament ta’ kwalunkwe riforma u simplifikazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni; billi l-mudell ta’ ġestjoni kondiviża wera li huwa pilastru fundamentali tal-politika ta’ koeżjoni, li jiżgura li l-fondi tal-UE huma mfassla għall-ħtiġijiet speċifiċi tar-reġjuni u ż-żoni lokali filwaqt li jrawwem is-sjieda u l-obbligu ta’ rendikont fil-livelli kollha ta’ governanza; billi l-qafas ta’ governanza f’diversi livelli jsaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-UE, l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, u jiżgura li l-politiki jitfasslu u jiġu implimentati b’mod effettiv u b’mod li jirrifletti d-diversità territorjali u jimmassimizza l-impatt fil-prattika;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi l-prinċipju tas-sussidjarjetà jista’ jiġi applikat aħjar fil-finanzjament ta’ koeżjoni billi, pereżempju, jiġu introdotti valuri ta’ limitu li taħthom jistgħu jitneħħew ċerti obbligi u rekwiżiti, kif inhu l-każ għal fondi oħra tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>W.</NO.P>billi s-simplifikazzjonijiet tekniċi fl-għodod tal-iżvilupp territorjali (bħall-Investiment Territorjali Integrat (ITI) u l-Iżvilupp Lokali Mmexxi mill-Komunità (CLLD)) diġà ġew integrati fil-qafas tal-politika ta’ koeżjoni għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027, iżda l-proġetti ż-żgħar għad għandhom piżijiet amministrattivi (għall-benefiċjarji) u spejjeż amministrattivi (għall-awtoritajiet tal-programm) proporzjonalment ogħla minn proġetti akbar; billi t-tħassib imqajjem mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar is-CLLD irid jiġi indirizzat – b’mod partikolari l-kostijiet amministrattivi sproporzjonati meta mqabbla mal-baġits tal-gruppi ta’ azzjoni lokali;
</CONS><CONS>
<NO.P>X.</NO.P>billi, fid-dawl tal-isfidi ġeopolitiċi attwali, il-politika ta’ koeżjoni jista’ jkollha rwol fl-iżvilupp ta’ infrastruttura ewlenija b’użu doppju li taqdi l-ħtiġijiet ċivili fi żminijiet ta’ paċi, filwaqt li ttejjeb ukoll ir-reżiljenza territorjali u r-rispons għall-kriżijiet, u billi prijoritajiet ġodda ma jistgħux jitwettqu għad-detriment ta’ tnaqqis fl-investiment fit-tul fil-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-UE, u lanqas iwasslu għalih;
</CONS><CONS>
<NO.P>Y.</NO.P>billi l-politika ta’ koeżjoni wriet b’mod konsistenti l-kapaċità tagħha li tassorbi u tinvesti b’mod effettiv il-biċċa l-kbira tal-fondi kollha tal-UE allokati lilha; billi ż-żieda gradwali fil-pagamenti għall-aħħar parti tal-perjodu ta’ ppjanar hija karatteristika inerenti tal-programmi pluriennali – u għalhekk, eżitu pożittiv simili jista’ realistikament ikun mistenni sa tmiem il-perjodu ta’ programmazzjoni attwali;
</CONS><CONS>
<NO.P>Z.</NO.P>billi l-prinċipju ta’ awditu uniku għandu jinżamm u jissaħħaħ flimkien ma’ awditi regolari tal-Kummissjoni, u għandhom jiġu implimentati miżuri li jnaqqsu l-kontrolli u l-awditi duplikati li jikkoinċidu mas-sorveljanza nazzjonali fil-livelli reġjonali, nazzjonali, u tal-UE għall-istess proġett u benefiċjarju, ukoll billi jiżgura interpretazzjoni konsistenti tar-regolamenti u jnaqqas il-piżijiet amministrattivi fuq il-benefiċjarji u l-awtoritajiet ta’ ġestjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>AA.</NO.P>billi l-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba jirrikjedi proċeduri ta’ awditjar indipendenti biex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli tal-UE; billi dipendenza fuq is-sorveljanza nazzjonali biss tista’ twassal għal diskrepanzi fl-infurzar u fil-monitoraġġ, u b’hekk iddgħajjef l-applikazzjoni uniformi tal-kontrolli finanzjarji fl-Istati Membri kollha u finalment tipperikola l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>AB.</NO.P>billi huwa essenzjali li jiġu żgurati mekkaniżmi ta’ awditu robusti biex jinżammu l-obbligu ta’ rendikont, it-traċċabbiltà u l-effettività fl-użu tal-fondi tal-UE, u dan jgħin biex jiġu evitati l-frodi, il-ġestjoni ħażina u l-inkonsistenzi fis-sistemi ta’ sorveljanza nazzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>AC.</NO.P>billi l-politika ta’ koeżjoni trid tibqa’ reżiljenti għall-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe tentattiv biex il-finanzjament tagħha jiġi ddevjat lil hinn mill-missjoni oriġinali tagħha u l-prijoritajiet tal-programm miftiehma favur investimenti li jaqdu interessi politiċi partikolari f’termini personali jew tal-partiti; billi, għal dan l-għan, il-kundizzjonalitajiet u l-mekkaniżmi inkorporati biex jipprevjenu, jidentifikaw u jikkorreġu l-irregolaritajiet – inkluża l-frodi – iridu jissaħħu; billi l-applikazzjoni xierqa tal-prinċipju tas-sħubija, ir-rekwiżiti tat-trasparenza u l-politiki kontra l-frodi hija essenzjali;
</CONS><CONS>
<NO.P>AD.</NO.P>billi l-prijoritajiet li jikkoinċidu tal-RRF u l-politika ta’ koeżjoni jesponu l-frammentazzjoni fil-finanzjament tal-UE u jissottolinjaw il-ħtieġa ta’ approċċ issimplifikat u konsistenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>AE.</NO.P>billi l-Artikolu 20 tar-RDK diġà jippermetti li jiġu attivati miżuri temporanji minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali jew mhux tas-soltu;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jenfasizza r-rwol kruċjali li kellha l-politika ta’ koeżjoni biex tindirizza emerġenzi multidimensjonali u sfidi soċjoekonomiċi matul dawn l-aħħar ħames snin b’mod li jkun flessibbli u li jsaħħaħ is-solidarjetà fost l-Istati Membri tagħha; iqis, madankollu, li bidliet kostanti fil-qafas regolatorju naqqsu l-enfasi strateġika tagħha; jisħaq fuq il-ħtieġa li jinżammu ambizzjonijiet għoljin rigward l-investiment fit-tul u r-raġunament u l-prijoritajiet ibbażati fuq il-post tagħha, b’konformità mal-prinċipju “la tagħmilx ħsara lill-koeżjoni” u b’enfasi fuq it-tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi u s-servizzi soċjali, sabiex jiġu ffaċċjati l-isfidi marbuta mal-iżbilanċi fost ir-reġjuni tal-UE, it-titjib tal-kwalità tal-ħajja, it-tranżizzjonijiet ġusti, ekoloġiċi u diġitali, il-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità, il-qerda tal-faqar, b’enfasi fuq il-faqar fost it-tfal, u l-kriżi tal-akkomodazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Iwissi kontra d-devjazzjoni sistematika tal-fondi ta’ koeżjoni bħala rispons għall-kriżijiet, peress li din iddgħajjef l-objettiv primarju tagħhom li jsaħħu l-koeżjoni ekonomika, territorjali u soċjali tal-UE, inaqqsu d-disparitajiet reġjonali u jrawmu l-iżvilupp sostenibbli, peress li l-finanzjament huwa limitat għal dak il-fini; jitlob minflok li jiġi żviluppat strument ta’ emerġenza permanenti, imsaħħaħ u ddedikat fil-baġit tal-UE, li jiżgura rispons rapidu u kkoordinat għal kriżijiet futuri mingħajr ma jikkomprometti l-integrità strutturali tal-politika ta’ koeżjoni sabiex jiġi żgurat li l-fondi tagħha jkunu jistgħu jintużaw għall-objettivi primarji tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinsisti li kwalunkwe riforma futura trid tirrispetta l-ġestjoni kondiviża, il-governanza f’diversi livelli u approċċ ibbażat fuq il-post biex tiġi żgurata l-effettività; jappella, barra minn hekk, għal politika ta’ koeżjoni moderna, deċentralizzata u msaħħa billi n-nies jitqiegħdu fiċ-ċentru tagħha, u tkun appoġġata minn sħubijiet b’saħħithom fil-livelli kollha, peress li hija essenzjali biex iżżomm u trawwem l-unità tal-UE qalb sfidi ġeopolitiċi li qed jikbru; jinsisti fuq l-applikazzjoni vinkolanti tal-prinċipju tas-sħubija kif deskritt fl-Artikolu 8 tar-RDK, u l-verifika stretta tiegħu mill-Kummissjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jirrikonoxxi l-miżuri importanti ta’ simplifikazzjoni diġà introdotti fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027, u b’mod partikolari l-għodod diġitali mtejba għall-koeżjoni elettronika, armonizzazzjoni usa’ tar-regoli f’diversi fondi, żieda fil-flessibbiltà fil-ġestjoni tal-programmi, u simplifikazzjoni tar-regoli tal-eliġibbiltà; jenfasizza l-ħtieġa li ssir tranżizzjoni minn amministrazzjoni ibrida u bbażata fuq il-karta għal proċessi kompletament diġitalizzati, u b’hekk tittejjeb l-effiċjenza u tiġi ffaċilitata l-komunikazzjoni elettronika bejn il-benefiċjarji u l-awtoritajiet ta’ ġestjoni; iqis li dawn l-isforzi ta’ simplifikazzjoni ddgħajfu minħabba diversi fatturi, inklużi ammonti ta’ xogħol li jirriżultaw minn dewmien biex jiġi pprogrammat il-perjodu ta’ finanzjament 2021-2027, il-bidliet frekwenti fir-regolamenti matul dan il-perjodu, regolamenti kumplessi b’diversi livelli dwar l-awditjar u l-kontrolli, kif ukoll il-gold-plating, fejn piżijiet li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti tal-UE jiġu imposti fuq il-benefiċjarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jisħaq li d-diġitalizzazzjoni tal-ġestjoni, tar-rappurtar, tal-monitoraġġ u tal-awditjar tal-fondi tal-UE hija essenzjali biex ittejjeb l-aċċess għall-benefiċjarji potenzjali u biex il-ġestjoni tal-fondi ssir aktar effiċjenti u trasparenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jissottolinja li s-simplifikazzjoni għandha tkun prinċipju gwida fil-politika ta’ koeżjoni; jisħaq li l-isforzi ta’ simplifikazzjoni jridu, fuq kollox, jiffukaw fuq il-fatt li jnaqqsu l-piż fuq il-benefiċjarji, jiffaċilitaw l-aċċess tagħhom għall-fondi u jnaqqsu x-xogħol amministrattiv, filwaqt li jeliminaw id-duplikazzjoni mhux meħtieġa tal-proċessi; f’dan ir-rigward, jistieden lill-Istati Membri jevitaw il-gold-plating – iż-żieda ta’ regoli nazzjonali mhux meħtieġa mar-rekwiżiti tal-UE – li jintroduċi piżijiet addizzjonali għall-benefiċjarji; jinnota li l-implimentazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat fl-Istati Membri tista’, f’xi każijiet, iżżid saff ta’ kumplessità, u jisħaq li fatturi oħra li jikkontribwixxu għad-dewmien kienu s-sovrapożizzjoni bejn il-perjodi ta’ programmazzjoni 2014-2020 u 2021-2027, kif ukoll l-istabbiliment tal-RRF;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jisħaq li regolament simplifikat tal-politika ta’ koeżjoni huwa essenzjali biex tiġi żgurata implimentazzjoni mtejba; jemmen li l-adozzjoni tardiva tal-leġiżlazzjoni settorjali u l-proċess twil biex jiġu adottati dokumenti ta’ programmazzjoni wasslu għal dewmien fl-implimentazzjoni matul il-perjodi ta’ programmazzjoni preċedenti, u għalhekk jistieden lill-Kummissjoni tagħmel proposti f’waqthom għall-perjodu ta’ finanzjament 2028-2034, sabiex il-programmi reġjonali jkunu jistgħu jiġu approvati minnufih wara l-bidu tal-QFP li jmiss; jirrakkomanda li jiġi eżaminat jekk ċerti regolamenti u rekwiżiti tekniċi jistgħux jitneħħew mir-RDK u jiġu inkorporati f’sett ta’ linji gwida jew manwal, sabiex tinħoloq ċertezza u rutina min-naħa tal-awtoritajiet ta’ ġestjoni u l-benefiċjarji; ifakkar li n-nuqqas ta’ ċertezza rigward l-implimentazzjoni ta’ strumenti ta’ finanzjament spiss iwassal lill-awtoritajiet amministrattivi, f’konformità mal-prinċipju tal-prudenza, li jxaqilbu lejn interpretazzjoni aktar restrittiva ta’ dispożizzjonijiet mhux ċari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jesprimi tħassib kemm dwar in-nuqqas ta’ komplementarjetajiet fil-finanzjament tal-UE, b’aktar minn 50 programm pluriennali fl-2021-2027, kif ukoll dwar is-sehem dejjem jikber – attwalment 40 % – ġestit ċentralment fl-ambitu tal-QFP attwali, u jqis li l-baġit totali ddedikat għall-politika ta’ koeżjoni għandu jinżamm jew saħansitra jiżdied biex il-politika ta’ koeżjoni tissodisfa b’mod xieraq il-ħtiġijiet futuri ta’ investiment; jenfasizza l-ħtieġa ta’ koordinazzjoni effettiva tal-finanzjament tal-UE u dak nazzjonali, u jisħaq li kwalunkwe qafas regolatorju futur irid jinkludi valutazzjoni bir-reqqa tal-impatt amministrattiv tiegħu; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi l-aħjar prattiki, tivvaluta s-sistemi nazzjonali tal-Istati Membri, u tieħu azzjoni biex telimina prattiki li joħolqu kumplessità mhux meħtieġa; jafferma mill-ġdid ir-rwol essenzjali tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej biex inaqqsu d-disparitajiet reġjonali u jtejbu l-aċċessibbiltà u l-konnettività territorjali, b’mod partikolari f’żoni żvantaġġati bħar-reġjuni rurali, insulari, muntanjużi, ultraperiferiċi u mal-fruntieri tal-Lvant;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi u twettaq approċċ minn isfel għal fuq u deċentralizzat fil-proposti li ġejjin biex jiġi ssimplifikat it-tfassil tal-politika ta’ koeżjoni l-ġdida, u tiżgura l-konsultazzjoni u l-involviment obbligatorji tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u s-sħab, kif definit fl-Artikoli 3 u 4 tal-Kodiċi ta’ Kondotta Ewropew dwar is-Sħubija, inklużi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-SMEs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Iqis li koordinazzjoni aħjar bejn il-fondi, ġestita b’qafas aktar ċar, aktar koerenti, ikkoordinat u armonizzat għad-diversi fondi ta’ koeżjoni, tista’ twitti t-triq għal politika ta’ koeżjoni aktar effiċjenti u flessibbli, inkluż sett uniku ta’ regoli u rekord tal-awditjar wieħed għall-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-kontroll; jemmen li interfaċċa tal-IT unifikata u integrata f’kull Stat Membru għall-benefiċjarji, li tkopri l-istadji kollha taċ-ċiklu tal-programm, u tippermetti skambji elettroniċi sempliċi ta’ data u dokumenti, appoġġati minn għodda ta’ rappurtar awtomatizzata, u soġġetta għal valutazzjoni tal-impatt bir-reqqa, tista’ tipprovdi valur miżjud f’dan ir-rigward u ttejjeb it-trasparenza billi tipprovdi aġġornamenti regolari u faċilment aċċessibbli dwar ir-riżultati tal-proġetti tal-politika ta’ koeżjoni; iqis li l-ħolqien ta’ fondi separati żgħar u ġodda għandu jiġi evitat sabiex ma jħeġġiġx aktar frammentazzjoni tal-għodod ta’ finanzjament u jiġu stabbiliti strutturi paralleli; iqis li l-fondi, deframmentati fil-kamp ta’ applikazzjoni u fl-iskala, jistgħu f’xi każijiet ikunu aktar effettivi biex jimplimentaw soluzzjonijiet għall-isfidi strateġiċi tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jirrikonoxxi l-potenzjal li, fir-reviżjoni li jmiss wara l-2027, tinħoloq pjattaforma Ewropea unika, integrata mal-pjattaformi nazzjonali, li tippermetti lill-benefiċjarji, b’mod partikolari l-benefiċjarji ż-żgħar, ikollhom aċċess rapidu għal diversi fondi Ewropej; jemmen li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-benefiċjarji bl-informazzjoni kollha meħtieġa biex jaċċessaw il-fondi tal-UE permezz ta’ din il-pjattaforma, filwaqt li jiżguraw ukoll skambju ta’ data f’ħin reali dwar ir-riċevituri finali tal-fondi, inkluż ġbir aħjar tad-data u l-istabbiliment ta’ dashboards komuni ta’ monitoraġġ fil-programmi tal-politika ta’ koeżjoni; iqis li dan jista’ jkun meħtieġ biex jittejbu l-aċċettazzjoni u s-sensibilizzazzjoni fost il-benefiċjarji, u dan jista’ jkollu l-potenzjal li jtejjeb it-trasparenza, jipprevjeni l-finanzjament doppju u jsaħħaħ il-kontroll finanzjarju, inkluża l-identifikazzjoni tal-frodi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jinsisti li s-sistemi tal-IT kollha ġodda jew pjattaformi diġitali oħra introdotti fl-ambitu tal-perjodu ta’ programmazzjoni ta’ wara l-2027 għandhom jgħinu fis-simplifikazzjoni tat-talbiet għall-ġbir tad-data, u ma jimponux talbiet addizzjonali jew ripetittivi għad-data fuq l-applikanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jenfasizza, madankollu, li ż-żieda fil-flessibbiltà ma għandhiex isseħħ għad-detriment tal-ippjanar strateġiku fit-tul u l-istabbiltà tal-investimenti ta’ koeżjoni, u ma għandhiex twassal għal inċertezza finanzjarja u kumplessità akbar għall-benefiċjarji aħħarin; jitlob li jiġi żgurat li kwalunkwe aġġustament għall-prijoritajiet ta’ finanzjament matul il-perjodu ta’ programmazzjoni ta’ wara l-2027 jibqa’ allinjat mal-objettivi tal-iżvilupp reġjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Itenni l-appoġġ tiegħu għar-Regolament BRIDGEforEU u jissottolinja l-ħtieġa ta’ aktar simplifikazzjoni, b’mod partikolari fil-programmi transfruntiera, b’soluzzjonijiet imfassla apposta li jindirizzaw l-isfidi ekonomiċi, soċjali u ġeopolitiċi uniċi tar-reġjuni transfruntiera; jenfasizza li l-politika ta’ koeżjoni trid tkompli tippromwovi u tissimplifika l-kooperazzjoni transfruntiera, tranżnazzjonali u interreġjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Iqis li l-integrazzjoni tad-dimensjoni tal-ġeneri u l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri għandhom jiġu promossi tul l-istadji kollha tat-tfassil u tal-implimentazzjoni tal-programmi fil-qafas tal-politika ta’ koeżjoni li jmiss; jappella għal użu aktar konsistenti tal-għodda ta’ monitoraġġ tal-ibbaġitjar skont il-ġeneru mill-Istati Membri kollha, u jisħaq li l-miżuri ta’ simplifikazzjoni ma jridux jikkompromettu l-isforzi favur l-integrazzjoni tad-dimensjoni tal-ġeneri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Iqis li d-definizzjoni attwali ta’ “impriża f’diffikultà” toħloq piż mhux raġonevoli fuq l-organizzazzjonijiet u tippreżenta kumplessità bla bżonn għall-innovazzjoni, għall-kompetittività u għall-benefiċjarji aħħarin potenzjali tal-fondi ta’ koeżjoni, u għalhekk għandha tiġi riveduta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jirrimarka li l-involviment attiv u obbligatorju tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-tħejjija, il-programmazzjoni, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-proġetti fiż-żoni li jamministraw huwa prekundizzjoni fundamentali għal simplifikazzjoni ta’ suċċess u mfassla apposta; jenfasizza li, fin-nuqqas ta’ sħubija b’saħħitha mal-livelli lokali u reġjonali u mingħajr it-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva tagħhom, hemm ir-riskju li l-politika ta’ koeżjoni ssir proċess ċentralizzat iżżejjed b’impatt żgħir wisq fuq l-iżvilupp ibbilanċjat tar-reġjuni Ewropej;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tesplora l-inklużjoni ta’ valutazzjoni tal-impatt fuq it-territorji u l-governanza fis-Semestru Ewropew; jisħaq li s-Semestru Ewropew għandu jikkonforma mal-objettivi tal-politika ta’ koeżjoni skont l-Artikoli 174 u 175 tat-TFUE u jappella għall-parteċipazzjoni tar-reġjuni fl-ilħuq ta’ dawn l-objettivi, u għal approċċ territorjali aktar b’saħħtu; jisħaq li l-PDG reġjonali <STRING ITALIC="on">per capita</STRING> jrid jibqa’ l-kriterju ewlieni għad-determinazzjoni tal-allokazzjonijiet tal-Istati Membri fl-ambitu tal-politika ta’ koeżjoni u jqis li l-PDG reġjonali <STRING ITALIC="on">per capita</STRING> jista’ possibbilment jiġi kkomplementat b’indikaturi soċjoekonomiċi reġjonali oħra (eż. soċjali, demografiċi, eċċ.) li jgħinu biex tiġi riflessa b’mod aktar preċiż is-sitwazzjoni soċjoekonomika tar-reġjuni, bl-għan li jkomplu jitnaqqsu d-disparitajiet soċjali u territorjali – inkluż fir-reġjuni – u li jsiru possibbli investimenti mmirati b’mod aktar effettiv fejn l-aktar ikunu meħtieġa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jemmen li l-punti ta’ kuntatt nazzjonali (NCPs) mill-programmi ta’ ġestjoni diretta għandhom jiġu integrati fil-programmazzjoni nazzjonali u reġjonali tal-fondi ta’ koeżjoni u ta’ żvilupp rurali biex jitrawmu s-sinerġiji u jissaħħaħ il-bini tal-kapaċitajiet fil-programmi kollha ġestiti b’mod ċentrali u konġunt li joperaw fl-istess territorji u oqsma ta’ politika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jinkoraġġixxi l-użu ta’ għodod integrati għall-iżvilupp reġjonali bħall-ITI u s-CLLD, u jissuġġerixxi li jiġu esplorati għażliet immirati lejn iż-żieda tal-allokazzjoni tas-sehem tal-baġit tal-politika ta’ koeżjoni għall-ITI, is-CLLD jew strumenti territorjali oħra għar-reġjuni kollha – filwaqt li jitqiesu wkoll il-ħtiġijiet speċifiċi taż-żoni rurali u remoti, u tar-reġjuni tal-fruntiera tal-Lvant tal-UE, b’enfasi fuq proġetti li jkunu kapaċi jindirizzaw b’mod effettiv il-ħtiġijiet territorjali reali; jirrakkomanda li jiġu esplorati proposti għas-soluzzjoni tal-problemi u assistenza teknika għall-implimentazzjoni ta’ strateġiji u l-maturazzjoni tal-istudji; jemmen li l-għadd dejjem jikber ta’ inizjattivi ta’ żvilupp territorjali integrati – fil-politika ta’ koeżjoni u ta’ żvilupp rurali u lil hinn minnha – spiss ikollhom nuqqas ta’ rabtiet konkreti mal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej, u dan jista’ jillimita l-impatt dejjiemi tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jopponi kwalunkwe forma ta’ riforma ta’ ċentralizzazzjoni jew rinazzjonalizzazzjoni minn fuq għal isfel tal-programmazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni u jtenni li l-governanza f’diversi livelli, is-sussidjarjetà, il-ġestjoni kondiviża u approċċ ibbażat fuq il-post iridu jibqgħu l-prinċipji gwida fundamentali tagħha; iqis li filwaqt li l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza kienet imfassla biex tipprovdi rispons malajr għall-isfidi ekonomiċi, l-implimentazzjoni tagħha ffaċċjat diffikultajiet sinifikanti, inklużi rati ta’ assorbiment baxxi, dewmien fl-iżborż tal-fondi, u nuqqas ta’ trasparenza fil-proċess tal-allokazzjoni; jirrikonoxxi, madankollu, ċerti żviluppi pożittivi fil-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, b’mod partikolari l-istabbiliment ta’ standards ta’ investiment ekoloġiku u tal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti”; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, fil-programmi taħt ġestjoni diretta, l-iżborż ta’ fondi lill-Istati Membri ma jirriflettix neċessarjament il-kwantità u l-importanza tal-istadji importanti u tal-miri stabbiliti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jisħaq li l-mudell ċentralizzat żvela diversi dgħufijiet, b’mod partikolari fir-rigward tat-traċċabbiltà, l-obbligu ta’ rendikont, l-effiċjenza u l-impatt fit-tul tal-finanzjament tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 114, 29.3.2023, p. 5; ĠU C, C/2024/5471, 10.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5471/oj, (il-paragrafi 53-56).</FIELD></FOOTNOTE>; jenfasizza li dawn jinkludu involviment insuffiċjenti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u tas-soċjetà ċivili, kif ukoll dewmien, trasparenza limitata u riskji ta’ nuqqas ta’ tlestija tal-miżuri; iwissi li n-nuqqas ta’ mekkaniżmi ta’ monitoraġġ robusti u ta’ rekwiżiti ta’awditjar ċari jirriskja li jikkomprometti l-kredibbiltà u l-impatt fit-tul tal-istrumenti finanzjarji tal-UE; jappella għal sorveljanza aktar b’saħħitha tal-iżborżi u tar-riżultati vverifikati, u allinjament akbar bejniethom, biex jiġi żgurat li l-fondi tal-UE jirriżultaw f’benefiċċji tanġibbli għaċ-ċittadini, u għall-atturi soċjali u ekonomiċi; jenfasizza li l-governanza f’diversi livelli tippermetti l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet imfassla apposta għar-reġjuni kollha, u jissottlinja l-importanza ta’ proċessi inklużivi ta’ kodisinn li jinvolvu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jopponi l-idea ta’ programm nazzjonali uniku, peress li ma jinvolvix kif xieraq lill-awtoritajiet lokali u reġjonali u huwa mbiegħed ħafna mir-realtajiet fil-prattika, u peress li jipperikola, jew saħansitra jelimina, il-kapaċità tal-politika ta’ koeżjoni li tqis il-ħtiġijiet differenti tal-politiki settorjali, kif ukoll l-objettivi u l-ispeċifiċitajiet tal-istrumenti makroreġjonali, nazzjonali, reġjonali jew lokali; jinsisti li l-użu ta’ programmi bbażati fuq il-post ġestiti mil-livell reġjonali NUTS 2<FOOTNOTE><FIELD> NUTS (nomenklatura ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika) hija s-sistema ta’ klassifikazzjoni tal-UE biex issir referenza għar-reġjuni tal-pajjiżi għal finijiet ta’ statistika. “NUTS 2” tirreferi għal reġjuni bażiċi (għall-politiki reġjonali).</FIELD></FOOTNOTE> kien essenzjali biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet reali fil-prattika u t-tnaqqis effettiv tad-differenzi soċjoekonomiċi reġjonali fil-passat, u għalhekk irid ikompli jkun is-sinsla tal-politika ta’ koeżjoni fil-futur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza tal-kollaborazzjoni, l-iskambju tal-għarfien u l-bini tal-kapaċitajiet għall-awtoritajiet lokali u reġjonali, inkluż l-investiment fil-kapaċitajiet tekniċi u amministrattivi tagħhom; iwissi li mingħajr sħubija b’saħħitha mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, il-politika ta’ koeżjoni tirriskja li ssir ċentralizzata żżejjed u anqas effettiva fil-promozzjoni ta’ żvilupp reġjonali bbilanċjat; jenfasizza li l-isforzi ta’ simplifikazzjoni għandhom jippromovu r-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, li huma kruċjali għall-implimentazzjoni b’suċċess tal-proġetti ffinanzjati mill-UE, b’mod partikolari fl-ambitu tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), tal-Fond ta’ Koeżjoni, u tal-programmi Interreg; jenfasizza li t-tisħiħ tal-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, inkluż fil-fażi ta’ programmazzjoni, huwa kruċjali biex jiġu żgurati l-effettività, ir-rilevanza territorjali u r-reżiljenza tal-politika ta’ koeżjoni; jappella għal approċċ ibbilanċjat li jissimplifika l-proċeduri, filwaqt li jippreserva l-governanza f’diversi livelli u l-valur miżjud territorjali tal-involviment lokali u reġjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-mekkaniżmi bbażati fuq il-prestazzjoni jistgħu jkunu strumentali biex il-politika ta’ koeżjoni ssir aktar effiċjenti u orjentata lejn ir-riżultati; iwissi, madankollu, kontra impożizzjoni riġida jew waħda tajba għal kulħadd ta’ dan il-mudell fil-kuntest tal-perjodu ta’ programmazzjoni 2028-2034; jenfasizza li filwaqt li tali mekkaniżmi jistgħu jixprunaw l-effettività, dawn iridu jqisu l-ispeċifiċitajiet tas-setturi ta’ nfiq differenti u l-eteroġeneità tal-benefiċjarji finali – b’mod partikolari f’oqsma bħar-riċerka, il-politiki soċjali u l-infrastruttura lokali, fejn eżiti fuq perjodu ta’ żmien qasir u li jistgħu jitkejlu jafu ma jaqbdux bis-sħiħ l-impatt fit-tul;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Iwissi li mudelli attwali bbażati fuq il-prestazzjoni spiss jiddependu fuq strutturi ta’ ġestjoni ċentralizzati, li jistgħu jxekklu l-kapaċità tal-awtoritajiet reġjonali u lokali li jindirizzaw il-ħtiġijiet territorjali speċifiċi b’mod effettiv; jisħaq li kwalunkwe applikazzjoni futura ta’ implimentazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni ma għandhiex isseħħ għad-detriment tal-prinċipji ewlenin tal-politika ta’ koeżjoni, bħall-governanza f’diversi livelli, is-sussidjarjetà u approċċ ibbażat fuq il-post, u trid tkun akkumpanjata minn salvagwardji ferm aktar b’saħħithom biex tiġi żgurata l-ġestjoni tajba tal-fondi tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tadotta qafas ta’ finanzjament flessibbli u bbilanċjat li jikkombina l-finanzjament ibbażat fuq ir-riżultati u dak tradizzjonali bbażat fuq il-kostijiet, filwaqt li jippermetti soluzzjonijiet imfassla apposta adattati għall-kuntesti lokali; jappoġġja ż-żieda fl-użu ta’ ħlasijiet ta’ ammont f’daqqa bbażati fuq stadji importanti, kif ipprattikati fil-programm Ewropa Kreattiva, filwaqt li jiġi żgurat li l-awtoritajiet reġjonali u lokali jżommu l-awtonomija meħtieġa biex jimplimentaw il-politika ta’ koeżjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jirrikonoxxi speċifikament li l-awtoritajiet, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-SMEs ma għandhomx ibatu minħabba l-introduzzjoni ta’ mudelli bbażati fuq il-prestazzjoni, speċjalment meta jitqiesu l-limitazzjonijiet tar-riżorsi finanzjarji medji tagħhom għal prefinanzjament tal-miżuri jew biex ikunu protetti minn telf potenzjali f’każ li ma jirnexxilhomx jilħqu l-miri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-problemi ta’ likwidità jiskoraġġixxu lill-benefiċjarji potenzjali, inklużi l-awtoritajiet lokali, li f’xi Stati Membri jbatu minn nuqqas ta’ awtonomija fiskali u baġitarja, milli japplikaw għal proġetti ffinanzjati mill-politika ta’ koeżjoni; jitlob, għalhekk, żieda sinifikanti u mfassla apposta fil-prefinanzjament f’tali każijiet kif ukoll f’żoni rurali, transfruntiera u insulari biex jiġi appoġġjat l-iżborż rapidu tal-fondi tal-politika ta’ koeżjoni, flimkien ma’ simplifikazzjoni tar-regoli ta’ kofinanzjament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni, fir-rieżami ta’ nofs it-terminu tagħha tal-politika ta’ koeżjoni 2021-2027, li programmi fl-ambitu tal-għan ta’ “Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir”, imwettqa fir-reġjuni NUTS 2 li għandhom fruntieri mar-Russja, mal-Belarussja jew mal-Ukrajna, għandhom jibbenefikaw mill-possibbiltà ta’ prefinanzjament ta’ darba ta’ 9,5 % tal-allokazzjoni tal-programm u finanzjament tal-UE ta’ 100 %. iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipproponi miżuri addizzjonali biex tindirizza l-ħtiġijiet tar-reġjuni tal-fruntiera tal-Lvant tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar ir-rapporti regolari mill-partijiet ikkonċernati dwar in-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-prinċipji orizzontali mill-Istati Membri fit-tħejjija tal-ftehimiet ta’ sħubija; jissuġġerixxi li Kodiċi ta’ Kondotta Ewropew rivedut dwar is-Sħubija għandu jiġi integrat direttament fir-RDK, biex tiġi żgurata n-natura vinkolanti tiegħu u jiġu koperti programmi ta’ ġestjoni diretta b’impatt territorjali; jistieden lill-Kummissjoni tinforza b’mod strett l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ sħubija, u tesplora miżuri biex ittejjeb is-setgħat ta’ sorveljanza u monitoraġġ tal-Parlament fuq il-ftehimiet u l-programmi ta’ sħubija; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-Istati Membri jwettqu sorveljanza regolari, inkluż tas-sħab matul il-monitoraġġ u l-għażla tal-esperti biex jiggarantixxu l-kompetenza u jipprevjenu l-frodi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Ifakkar fl-importanza ta’ applikazzjoni stretta tar-regoli finanzjarji tal-UE fil-programmi kollha u fuq il-benefiċjarji kollha, sabiex jiġu evitati l-forom kollha ta’ frodi, kunflitti ta’ interess, korruzzjoni, finanzjament doppju u ħasil tal-flus; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipproponu miżuri addizzjonali biex jipprevjenu u jevitaw il-finanzjament doppju, iżidu l-opportunitajiet għal proġetti integrati, jiżguraw l-interoperabbiltà tal-għodod ta’ estrazzjoni ta’ data u jimminimizzaw l-obbligi taż-żamma ta’ data għall-awtoritajiet ta’ ġestjoni; itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni biex tagħmel l-użu tal-għodod tal-IT, bħas-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni (EDES) u ARACHNE, obbligatorju għall-fondi kollha tal-UE, inklużi dawk taħt ġestjoni kondiviża, u biex tiżgura użu aħjar ta’ teknoloġija ġdida sabiex jiżdiedu l-kontrolli u l-baġit tal-UE jiġi protett aħjar kontra l-frodi u l-użu ħażin tal-fondi; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat bilanċ bejn is-simplifikazzjoni u l-protezzjoni tal-baġit tal-UE; ifakkar li l-isforzi ta’ simplifikazzjoni għandhom jikkonformaw mal-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba, akkwist pubbliku u kontroll, li kollha huma essenzjali biex jitħarsu l-kundizzjonalitajiet soċjali u ambjentali, u l-istat tad-dritt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni twettaq studji dwar is-sinerġija bejn il-fondi ta’ koeżjoni u l-programmi settorjali, bħalma għamlet għall-programm Orizzont Ewropa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jappella għal aċċess aktar dirett għall-finanzjament tal-UE għall-awtoritajiet reġjonali u lokali, kif ukoll għall-bliet u l-awtoritajiet urbani, billi, fost affarijiet oħra, jitwessa’ l-użu tal-ITI u tinżamm enfasi fuq proġetti mmirati lejn is-sħab soċjali u ekonomiċi; jistieden lill-Kummissjoni tesplora modi addizzjonali biex tiżgura li l-awtoritajiet lokali u reġjonali, is-soċjetà ċivili u benefiċjarji oħra jkunu jistgħu jkomplu jibbenefikaw mill-finanzjament tal-UE f’każijiet fejn il-gvernijiet nazzjonali jiksru l-istat tad-dritt, mingħajr ma tiddgħajjef l-applikazzjoni tar-Regolament dwar il-Kundizzjonalità tal-Istat tad-Dritt<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni (ĠU L 433I, 22.12.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/2092/oj).</FIELD></FOOTNOTE>; jissottolinja li l-finanzjament ma jridx jiġi riallokat għal programmi oħra, sabiex l-integrità tad-deċiżjoni ta’ sospensjoni tiġi ppreservata, sakemm jintlaħqu l-objettivi tagħha u jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha ta’ aċċess għall-finanzjament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Iħeġġeġ, barra minn hekk, l-istabbiliment ta’ network konsultattiv permanenti, li jikkoordina l-ħidma tiegħu ma’ programmi jew strutturi diġà eżistenti biex jgħin lill-muniċipalitajiet jinnavigaw il-kumplessitajiet tal-implimentazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jilqa’ bi pjaċir għodod bħas-Sett ta’ Għodod tal-UE għaż-Żoni Rurali li għandhom l-għan li jiggwidaw lill-benefiċjarji fir-rigward tal-programmi disponibbli; jisħaq, madankollu, li l-ħtieġa ta’ tali punti uniċi ta’servizz tenfasizza l-kumplessità eċċessiva tal-istrutturi attwali, li għadhom inaċċessibbli għal ħafna benefiċjarji, speċjalment l-awtoritajiet pubbliċi żgħar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti li jiżdied l-investiment fil-bini ta’ kapaċitajiet amministrattivi effettivi u adegwati, b’riżorsi finanzjarji u assistenza teknika ddedikati, b’mod partikolari għall-awtoritajiet lokali u reġjonali – inklużi dawk f’żoni insulari u remoti, u b’enfasi speċifika fuq dawk ir-reġjuni b’rata storikament baxxa ta’ assorbiment – sabiex jiġu appoġġjati l-ġestjoni u l-implimentazzjoni deċentralizzati u effiċjenti tal-fondi tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jappella għat-tisħiħ tal-istrumenti ta’ assistenza teknika fil-qafas tal-politika ta’ koeżjoni, bħal dawk żviluppati f’kooperazzjoni bejn il-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Kummissjoni, biex jiġu appoġġjati l-kapaċitajiet ta’ ppjanar strateġiku għall-investimenti territorjali, kif ukoll appoġġ konsultattiv immirat għall-identifikazzjoni, għall-ippjanar u għat-tħejjija tal-proġetti; jirrikonoxxi r-rwol kruċjali tal-istrumenti finanzjarji biex tiġi promossa l-kompetittività fir-reġjuni kollha tal-UE u jiġu ingranati kemm il-fondi privati kif ukoll dawk pubbliċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jenfasizza li s-suċċess tal-politika ta’ koeżjoni jiddependi minn strateġiji li jħarsu ’l quddiem u inklużivi, l-involviment xieraq tal-partijiet ikkonċernati u tas-soċjetà ċivili, u governanza tajba; jirrikonoxxi l-ħtieġa li jiġu promossi approċċi ta’ ġestjoni bbażati fuq ir-riżultati, inkluż l-użu ta’ indikaturi li jistgħu jitkejlu u mudelli tat-teorija tal-bidla għall-evalwazzjoni tal-programmi; jenfasizza l-importanza li jiġu allokati riżorsi speċifiċi għall-bini tal-kapaċitajiet tas-sħab soċjali, u sabiex l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jsaħħu r-rwol tagħhom fil-governanza tajba u fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jitlob lill-Kummissjoni tipproponi, fil-qafas il-ġdid tal-għajnuna mill-Istat, simplifikazzjoni ulterjuri tal-applikazzjoni tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat fil-każ ta’ finanzjament transsettorjali relatat mal-koeżjoni li jikkombina fondi tal-UE ma’ dawk nazzjonali (pereżempju fil-finanzjament multiplu fl-ambitu tal-Fond Soċjali Ewropew Plus u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali), bil-għan li jitnaqqsu l-iżbalji u l-piż amministrattiv fil-livell nazzjonali u reġjonali, filwaqt li tittejjeb l-effettività tal-investimenti tal-politika ta’ koeżjoni fil-prattika u jiġu evitati distorsjonijiet tas-suq; jistieden lill-Kummissjoni tesplora jekk il-programmi ta’ ġestjoni kondiviża jistgħux f’xi każijiet jibbenefikaw minn eżenzjonijiet simili mir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat bħal dawk taħt ġestjoni diretta, bħal Orizzont Ewropa jew il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, fil-kuntest tar-reviżjoni li jmiss tad-Direttiva Ewropea dwar l-Akkwist Pubbliku<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/24/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, tippromwovi aktar l-użu tal-klawżola soċjali u tan-negozjar kollettiv; jissottolinja li l-awtoritajiet kontraenti jeħtiġilhom jeskludu, mill-offerti pubbliċi, lill-operaturi ekonomiċi li kienu involuti f’attivitajiet kriminali; jitlob li r-regoli li jirregolaw il-politika ta’ koeżjoni jippermettu li l-fondi pubbliċi jiġu allokati biss lil dawk l-impriżi li jirrispettaw id-drittijiet tal-ħaddiema u r-regoli applikabbli dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Iqis li l-prinċipju ta’ awditu uniku għandu jissaħħaħ u jfakkar li, fil-prattika, l-applikazzjoni tal-approċċ ta’ awditu uniku tiddependi mix-xogħol tal-awditu robust u affidabbli mwettaq mill-korpi tal-awditjar fl-Istati Membri; jisħaq li għandu jiġi introdott approċċ rivedut, imsaħħaħ u unifikat għall-awditi u għall-kontrolli fil-politika ta’ koeżjoni li jmiss, u li dan l-approċċ għandu jkollu l-għan li jnaqqas kemm ir-rati ta’ żball kif ukoll ta’ frodi billi jsaħħaħ il-kontrolli preventivi (<STRING ITALIC="on">ex ante</STRING>) fil-bidu tal-perjodu baġitarju, biex jitnaqqsu d-dgħufijiet u r-riskji tal-kontrolli; jisħaq fuq l-importanza li dan l-approċċ jiġi allinjat mar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, b’mod partikolari fit-tisħiħ tal-ġestjoni finanzjarja, it-titjib tal-effiċjenza tan-nefqa, u l-iżgurar li l-iżbalji identifikati fil-perjodi ta’ programmazzjoni preċedenti ma jiġux ripetuti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jitlob interpretazzjoni aktar konsistenti tar-regolamenti mill-korpi tal-awditjar fl-UE kollha u għall-fondi kollha, u jirrakkomanda strateġija tal-awditjar li tkun aktar ibbażata fuq ir-riskji biex tiġi evitata duplikazzjoni bla bżonn filwaqt li jiġu żgurati sorveljanza finanzjarja effettiva u prevenzjoni tal-frodi; jisħaq li l-programmi mmexxija mill-Istati Membri li jaqgħu fl-ambitu tal-Mekkaniżmu tal-Kundizzjonalità tal-Istat tad-Dritt, jew il-proċedura tal-Artikolu 7, jew li ma jipparteċipawx fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, iridu jitqiegħdu taħt skrutinju aktar strett;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi l-istandardizzazzjoni u l-użu usa’ ta’ għażliet ta’ kostijiet simplifikati u finanzjament mhux marbut mal-kostijiet, u jisħaq fuq ir-rwol ewlieni tagħhom fit-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi, fit-tnaqqis tar-rati ta’ żball, u fit-titjib tar-riżultati; jirrakkomanda l-estensjoni ta’ dawn il-mekkaniżmi, b’mod partikolari billi jiġu ssimplifikati r-rekwiżiti b’rabta mal-akkwist pubbliku, il-verifika u l-livelli limitu tal-awditjar; jenfasizza l-utilità tagħhom f’kuntesti fejn l-objettivi huma verifikabbli b’mod ċar, speċjalment għal benefiċjarji iżgħar bħall-awtoritajiet lokali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-gruppi ta’ azzjoni lokali, jew fi proġetti li jinvolvu mikrointrapriżi u atturi tal-ekonomija soċjali, biex titnaqqas il-burokrazija u tiġi aċċelerata l-implimentazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tesplora għażliet immirati lejn l-introduzzjoni ta’ proċeduri simplifikati ta’ rappurtar u awditjar għall-awtoritajiet lokali b’anqas minn 100 000 abitant, u għall-benefiċjarji li jinsabu f’żoni rurali, gżejjer u reġjuni ultraperiferiċi tal-UE, bl-għan li jinstab bilanċ bejn is-simplifikazzjoni u l-ġestjoni finanzjarja tajba;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Iqis li bidla fl-approċċ għall-awditi u għall-kontrolli hija meħtieġa billi jiġi abbandunat l-użu tal-estrapolazzjoni statistika għall-korrezzjonijiet finanzjarji biex issir distinzjoni ċara bejn żbalji mhux intenzjonati u frodi, sabiex jiġi żgurat li tali korrezzjonijiet jimmiraw biss każijiet ta’ irregolaritajiet sistemiċi u atti ta’ frodi intenzjonati, u biex jiġi evitat piż ta’ xogħol eċċessiv jew pressjoni finanzjarja fuq il-benefiċjarji u l-awtoritajiet ta’ ġestjoni; jenfasizza li l-piż amministrattiv u finanzjarju relatat mal-kontroll finanzjarju u x-xogħol tal-awditjar, kif ukoll is-segwitu tagħhom, għandhom dejjem ikunu proporzjonati għall-volum tal-fondi u r-riskji involuti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tesplora għażliet differenti għat-titjib tal-komplementaritajiet bejn il-fondi tal-UE, inkluż billi tintegra mill-ġdid l-interventi tal-FAEŻR ibbażati fuq il-komunità u l-iżvilupp lokali fir-RDK;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-parlamenti nazzjonali u reġjonali tal-Istati Membri.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>