<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0189</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-futur tal-agrikoltura u l-politika agrikola komuni wara l-2027</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0143/2025 - Rapporteur: Carmen Crespo Díaz)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Settembru 2025 dwar il-futur tal-agrikoltura u l-politika agrikola komuni wara l-2027 (2025/2052(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 13, 38 u 39 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jistabbilixxu l-politika agrikola komuni (PAK) u l-objettivi tagħha,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 40 u 42 tat-TFUE, li jistabbilixxu organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli (OKS) u l-ambitu tal-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni għall-produzzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti agrikoli,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 349 tat-TFUE, li jiddefinixxi l-istatut tar-reġjuni ultraperiferiċi u jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tat-Trattati f’dawn ir-reġjuni,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Frar 2025 bit-titolu “Viżjoni għall-Agrikoltura u għall-Ikel – Insawru flimkien settur tal-biedja u tal-ikel attraenti għall-ġenerazzjonijiet futuri” (COM(2025)0075),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ewrobarometru tal-2024 bit-titolu “L-Ewropej, l-Agrikoltura u l-PAK”<FOOTNOTE><FIELD> L-Ewrobarometru tar-Rebbiegħa 2024 tal-Parlament Ewropew sar bejn is-7 ta’ Frar u t-3 ta’ Marzu 2024 fis-sebgħa u għoxrin Stat Membru tal-UE.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE tal-20 ta’ Lulju 1998 dwar il-ħarsien ta’ annimali miżmuma għal skopijiet ta’ biedja<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 221, 8.8.1998, p. 23, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1998/58/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Jannar 2025 bit-titolu “Boxxla għall-Kompetittività tal-UE” (COM(2025)0030),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Diċembru 2022 dwar it-titjib tal-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027: baġit tal-UE reżiljenti u adegwat għal sfidi ġodda<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 177, 17.5.2023, p. 115.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Mario Draghi tad-9 ta’ Settembru 2024 bit-titolu “Il-futur tal-kompetittività Ewropea”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Sauli Niinistö tat-30 ta’ Ottubru 2024 bit-titolu “Safer Together – Strengthening Europe’s Civilian and Military Preparedness and Readiness” (Aktar Sikuri Flimkien – Insaħħu t-Tħejjija u l-Prontezza Ċivili u Militari tal-Ewropa),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Enrico Letta ta’ April 2024 bit-titolu “Much more than a market – Speed, Security, Solidarity” (Ferm aktar minn suq – Veloċità, Sigurtà, Solidarjetà),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Marzu 2024 bit-titolu “Nibnu l-futur bin-natura: It-tisħiħ tal-Bijoteknoloġija u l-Bijomanifattura fl-UE” (COM(2024)0137),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/1468 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024 li jemenda r-Regolamenti (UE) 2021/2115 u (UE) 2021/2116 fir-rigward ta’ standards tajbin tal-kundizzjoni agrikola u ambjentali, skemi għall-klima, l-ambjent u l-benesseri tal-annimali, emendi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, rieżami tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u eżenzjonijiet mill-kontrolli u mill-penali<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1468, 24.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1468/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/2115/oj. Rettifika għall-att finali (32021R2115R(03)), ĠU L 227, 1.9.2022, p. 136. Rettifika għall-att finali (32021R2115R(02)), ĠU L 181, 7.7.2022, p. 35.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra Regolament (UE) 2021/2117 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli, (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, (UE) Nru 251/2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat u (UE) Nru 228/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 435, 6.12.2021, p. 262, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/2117/oj. Rettifika għall-att finali (32021R2117R(04)), ĠU L 192, 31.7.2023, p. 34.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006<FOOTNOTE><FIELD><STRING ITALIC="on"> ĠU L 78, 20.3.2013, p. 23, </STRING>ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/228/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 435, 6.12.2021, p. 187, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/2116/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 dwar indikazzjonijiet ġeografiċi għall-inbid, ix-xorb spirituż u l-prodotti agrikoli, kif ukoll l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti u t-termini tal-kwalità mhux obbligatorji għall-prodotti agrikoli, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) 2019/787 u (UE) 2019/1753 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1143, 23.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1143/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej “End the cage age” (Daqshekk annimali fil-gaġeġ) u r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Ġunju 2021 dwarha<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 67, 8.2.2022, p. 131.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Mejju 2023 dwar l-implimentazzjoni tal-iskema tal-frott, il-ħxejjex, il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib għall-iskejjel prevista mir-Regolament dwar Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/1063, 15.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1063/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni Ewropea u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tas-26 ta’ Marzu 2025 bit-titolu “L-Istrateġija Ewropea ta’ Unjoni tal-Preparatezza” (JOIN(2025)0130),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Novembru 2021 bit-titolu “Pjan ta’ kontinġenza biex jiġu żgurati l-provvista tal-ikel u s-sigurtà alimentari fi żminijiet ta’ kriżi” (COM(2021)0689),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Novembru 2021 li tistabbilixxi l-grupp ta’ esperti dwar il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Tħejjija u ta’ Rispons għal Kriżi tas-Sigurtà Alimentari<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 461 I, 15.11.2021, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Marzu 2022 bit-titolu “Is-salvagwardja tas-sigurtà tal-ikel u t-tisħiħ tar-reżiljenza tas-sistemi tal-ikel” (COM(2022)0133),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Novembru 2022 bit-titolu “L-iżgurar tad-disponibbiltà u l-affordabbiltà tal-fertilizzanti” (COM(2022)0590),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-2024 tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura bit-titolu “The State of Food and Agriculture 2024” (L-Istat tal-Ikel u tal-Agrikoltura 2024)<FOOTNOTE><FIELD> FAO, “The State of Food and Agriculture 2024 – value driving transformation of agrifood systems” (L-Istat tal-Ikel u l-Agrikoltura 2024 – Trasformazzjoni mmexxija mill-valur tas-sistemi agroalimentari), Ruma, 2024, https://doi.org/10.4060/cd2616en.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Ottubru 2023 dwar it-tiġdid ġenerazzjonali fil-farms tal-futur tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/2658, 29.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2658/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Diċembru 2022 dwar viżjoni fit-tul għaż-żoni rurali tal-UE – lejn żoni rurali aktar b’saħħithom, konnessi, reżiljenti u prosperi sal-2040<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 177, 17.5.2023, p. 35.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-3 ta’ Mejju 2022 bit-titolu “Inpoġġu lin-nies l-ewwel, niżguraw tkabbir sostenibbli u inklużiv, nilliberaw il-potenzjal taż-żoni ultraperiferiċi tal-UE” (COM(2022)0198),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni tad-19 ta’ Frar 2025 bit-titolu “Kif il-programmazzjoni tal-LEADER u tas-CLLD wara l-2027 tista’ tikkontribwixxi għal implimentazzjoni aħjar tal-viżjoni fit-tul għaż-żoni rurali tal-UE”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/1703, 26.3.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1703/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Frar 2023 dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-iżgurar tad-disponibbiltà u l-affordabbiltà tal-fertilizzanti<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 283, 11.8.2023, p. 51.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Ġunju 2023 dwar il-valutazzjoni tal-komunikazzjoni l-ġdida tal-Kummissjoni dwar ir-reġjuni ultraperiferiċi<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/480, 23.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/480/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Ġunju 2023 dwar l-iżgurar tas-sigurtà tal-ikel u r-reżiljenza fit-tul tal-agrikoltura tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/483, 23.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/483/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Frar 2017 dwar pestiċidi b’riskju baxx ta’ oriġini bijoloġika<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 252, 18.7.2018, p. 184.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-4 ta’ Settembru 2024 dwar id-Djalogu Strateġiku dwar il-Futur tal-Agrikoltura tal-UE, bit-titolu “A shared prospect for farming and food in Europe” (Prospettiva komuni għall-biedja u għall-ikel fl-Ewropa),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni tad-19 ta’ Ġunju 2024 bit-titolu “Il-Futur tal-Politika Agrikola Komuni”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/5363, 17.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5363/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta’ Jannar 2024 bit-titolu “Il-promozzjoni tal-produzzjoni awtonoma u sostenibbli tal-ikel: strateġiji għall-Politika Agrikola Komuni wara l-2027”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/2099, 26.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2099/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-sejbiet tal-istudju ta’ evalwazzjoni tal-2024 tal-Kummissjoni dwar l-iskemi ta’ appoġġ għall-evalwazzjoni tal-UE għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi (POSEI), li jikkonfermaw l-effikaċja u r-rilevanza ta’ dan il-programm għas-sigurtà tal-ikel, għall-koeżjoni territorjali, soċjali u ekonomika u ż-żamma tal-attività agrikola f’reġjuni insulari u ultraperiferiċi partikolarment vulnerabbli<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni Ewropea: Id-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, ECORYS, EEIG AGROSYNERGIE u METIS, “Evaluation support study of the EU support schemes for agriculture in the most regions (POSEI) and small Aegean Islands (SAI) – Final report” (Studju ta’ appoġġ għall-evalwazzjoni tal-iskemi ta’ appoġġ tal-UE għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi (POSEI) u l-gżejjer minuri tal-Eġew (SAI) – Rapport finali)”, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2024, https://data.europa.eu/doi/10.2762/926041.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni tas-7 ta’ Ottubru 2024 bit-titolu “L-Istat tar-Reġjuni u l-Bliet fl-Unjoni Ewropea”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni tal-Patt Rurali tat-18 ta’ Diċembru 2024 dwar il-futur taż-żoni rurali u l-politika ta’ żvilupp rurali fl-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-analiżi dwar iż-żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew ta’ Ġunju 2025, it-telf tal-valur reali u l-projezzjonijiet makroekonomiċi tal-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward tar-rati tal-inflazzjoni rreġistrati fiż-żona tal-euro<FOOTNOTE><FIELD> Il-Bank Ċentrali Ewropew, “June 2025 Eurosystem staff macroeconomic projections” (Projezzjonijiet makroekonomiċi tal-persunal tal-Eurosistema – Ġunju 2025), https://www.ecb.europa.eu/press/projections/html/ecb.projections202506_eurosystemstaff~16a68fbaf4.mt.html.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, il-Klima u s-Sikurezza tal-Ikel,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A10-0143/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-politika agrikola komuni (PAK) hija politika fundamentali u stabbilita sew tal-UE li għandha rwol strateġikament importanti fil-kuntest ġeopolitiku inċert attwali u li tifforma parti ewlenija mis-sigurtà tal-ikel, id-difiża u l-awtonomija strateġika tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-objettivi tal-PAK iridu jkomplu jkunu bbażati fuq l-iżgurar ta’ żieda fil-produzzjoni u l-produttività agrikola, jikkontribwixxu għal standard tal-għajxien ġust għall-komunità agrikola billi jżidu l-introjtu, jappoġġjaw l-istabbiltà, is-sostenibbiltà u l-kompetittività tas-setturi agrikoli u tal-forestrija tal-UE, u jikkontribwixxu għall-iżvilupp rurali; billi l-karatteristiċi speċjali tal-agrikoltura jridu jitqiesu, speċjalment fil-kuntest tal-isfidi, il-kriżijiet u x-xenarji ta’ kunflitt relatati mal-klima; billi l-PAK tikkontribwixxi għall-produzzjoni tal-ikel u ssaħħaħ ir-reżiljenza tagħha f’termini ta’ kwantità, kwalità u affordabbiltà għall-konsumaturi, kif ukoll il-produzzjoni ta’ materja prima għal diversi applikazzjonijiet relatati mal-bijoekonomija;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi, f’konformità mal-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għat-Tħejjija, hemm ħtieġa li l-agrikoltura titqiegħed fuq quddiem nett tal-aġenda ekonomika u politika u li jiġi rikonoxxut ir-rwol tagħha bħala komponent kritiku tal-politiki ta’ sigurtà u ta’ difiża tal-UE; billi l-art agrikola produttiva hija għalhekk ta’ importanza strateġika u, flimkien mal-kwalità tal-ħamrija, tal-ilma, tal-arja u tal-bijodiversità, hija fattur ewlieni fil-produzzjoni agrikola li trid tiġi protetta;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi, fl-14 ta’ Jannar 2025, aktar minn 150 rebbieħ tal-Premju Nobel u tal-Premju Dinji tal-Ikel ħarġu ittra miftuħa li fiha appellaw lill-mexxejja dinjija biex jagħtu prijorità b’mod urġenti lir-riċerka agrikola sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-ikel ta’ madwar 9,7 biljun ruħ sal-2050<FOOTNOTE><FIELD> Ciechanover, A., Yonath, A. E., Riess, A. G., Adesina, A. A., Heeger, A., Fert, A., Leggett, A. J., Zeilinger, A., Patapoutian, A., Warshel, A., McDonald, A. B., Hershko, A., Barish, B. C., Marshall, B. J., Kobilka, B. K., u oħrajn, “Laureate letter 2025: Hunger’s tipping point – An urgent call to transform food and nutrition security” (Ittra tar-Rebbieħa tan-Nobel 2025: Punt kritiku għall-ġuħ – Sejħa urġenti għat-trasformazzjoni tas-sigurtà tal-ikel u tan-nutrizzjoni), 2025.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-Unjoni Ewropea hija mistennija tnaqqas l-output agrikolu jekk il-qafas ta’ politika attwali jibqa’ l-istess<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni Ewropea: Id-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, “EU agricultural outlook 2024-2035” (Il-perspettiva agrikola tal-UE 2024-2035), l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2024, doi:10.2762/2329210.</FIELD></FOOTNOTE>, b’tali mod li jiżdiedu r-riskji ta’ nuqqas ta’ sigurtà tal-ikel u ta’ faqar tal-ikel fl-UE u jkompli jiggrava n-nuqqas ta’ ikel madwar id-dinja, filwaqt li jiġi injorat il-potenzjal agronomiku tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi s-settur tal-forestrija ma jaqax fil-kompetenza tal-Unjoni Ewropea, iżda tal-Istati Membri;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-PAK trid tissaħħaħ, tiġi ssimplifikata aktar, issir aktar flessibbli u modernizzata, filwaqt li tinżamm l-istruttura koerenti tagħha u tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-produzzjoni agrikola tal-UE fid-dimensjonijiet ambjentali, soċjali u ekonomiċi tagħha; billi huwa essenzjali li s-settur agrikolu tal-UE jkun jista’ jirrispondi aħjar kemm għall-ħtiġijiet tal-bdiewa attivi kif ukoll għall-aspettattivi tas-soċjetà Ewropea fir-rigward tas-sigurtà, is-sikurezza u l-kwalità tal-ikel, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, ir-reżiljenza tal-ilma, is-saħħa mentali, it-tiġdid ġenerazzjonali u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri; billi huwa kruċjali li jitnaqqsu l-piżijiet burokratiċi u li jiġi pprovdut finanzjament adegwat lill-bdiewa, lill-ħaddiema tal-azjendi agrikoli u lill-komunitajiet tagħhom sabiex ikun jista’ jkollhom standard tal-għajxien ġust u jadattaw aktar faċilment għal sfidi ġodda;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi hemm ħtieġa li tinżamm b’mod ċar l-istruttura b’żewġ pilastri tal-PAK; billi din l-istruttura għandha tiżgura bilanċ bejn l-appoġġ għall-introjtu taħt il-Pilastru I li jgħin lill-bdiewa jibqgħu, jew isiru, vijabbli u jipproduċu għas-suq, b’pagamenti diretti 100 % iffinanzjati mill-UE, u l-azzjonijiet agroambjentali u l-appoġġ għall-investiment bħala parti mill-politika ta’ żvilupp rurali ffinanzjata tajjeb taħt il-Pilastru II, appoġġjati minn miżuri kofinanzjati biex jiġu indirizzati aħjar sitwazzjonijiet speċifiċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-konverġenza tal-pagamenti diretti, kemm fi ħdan l-Istati Membri kif ukoll bejniethom, hija essenzjali biex jiġu ggarantiti kundizzjonijiet ta’ appoġġ ġusti għall-bdiewa u biex tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta fis-suq uniku; jenfasizza li l-pagamenti diretti jirrappreżentaw sehem stabbli u prevedibbli tal-introjtu annwali tal-azjendi agrikoli, u li d-distribuzzjoni ġusta tagħhom fl-Unjoni kollha hija indispensabbli biex jiġi evitat li l-art tiġi abbandunata, biex jingħata appoġġ speċifiku lill-bdiewa ġodda u żgħażagħ, u biex jiġu salvagwardjati l-vijabbiltà ekonomika tal-agrikoltura u l-koeżjoni reġjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi, fid-dawl tad-diskussjoni li għaddejja dwar il-futur tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP), huwa essenzjali li l-fondi tal-PAK jinżammu separati minn oħrajn u ma jingħaqdux f’fond nazzjonali wieħed sabiex jiġi preservat il-karattru komunitarju tal-PAK u jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi għall-bdiewa kollha madwar l-Istati Membri;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-PAK tirrifletti d-diversità tar-reġjuni, it-tradizzjonijiet u s-sistemi agrikoli tal-UE, inklużi firxa wiesgħa ta’ strutturi agrikoli, tipi ta’ biedja u prodotti;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi kwalunkwe bidla fil-PAK attwali jew fil-leġiżlazzjoni l-ġdida għandha tiġi introdotta b’tali mod li tiżgura l-istabbiltà tas-settur u aktar ċertezza legali għall-bdiewa u s-sidien tal-foresti, li jeżiġu PAK aktar sempliċi, li tipprovdi appoġġ għall-introjtu, twassal is-sostenibbiltà u tqis ir-restrizzjonijiet staġjonali u l-ħtiġijiet tal-ippjanar fit-tul tal-produzzjoni agrikola; billi tali miżuri għandhom jiġu żviluppati f’konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, jevitaw piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa, jippermettu perjodi tranżizzjonali raġonevoli, u jkunu appoġġjati minn baġits ta’ adattament adegwati;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-PAK, bħala pedament tal-kunsens Ewropew dwar l-iżvilupp, hija aktar rilevanti minn qatt qabel fid-dawl tal-isfidi attwali; billi l-PAK tappoġġja madwar 9,1 miljun azjenda agrikola madwar l-Ewropa, li jirrappreżentaw tnaqqis ta’ 37 % fl-għadd ta’ azjendi agrikoli meta mqabbel mal-14,4-il miljun irreġistrati fl-2005, u billi dan it-tnaqqis kien akkumpanjat minn tnaqqis fl-introjtu tal-bdiewa ta’ 12 % għal kull ettaru; billi 77 % taċ-ċittadini tal-UE jaqblu li, permezz tal-PAK, l-UE qed tissodisfa r-rwol tagħha li tiżgura provvista stabbli ta’ ikel ta’ kwalità għolja li jkun sikur, tajjeb għas-saħħa u sostenibbli bi prezzijiet affordabbli għal 450 miljun konsumatur; billi ż-żoni rurali jkopru 83 % tat-territorju tal-UE u jospitaw 30 % tal-popolazzjoni tal-UE; billi l-art agrikola tirrappreżenta 40 % tat-territorju tal-UE u s-settur agroalimentari jikkontribwixxi għal madwar 7 % tal-prodott domestiku gross (PDG) tal-UE, billi jimpjega 17-il miljun persuna;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi skont il-Eurostat<FOOTNOTE><FIELD> Eurostat, “Agriculture statistics – family farming in the EU” (Statistika dwar l-agrikoltura – il-biedja mill-familji fl-UE), https://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php?title=Agriculture_statistics_-_family_farming_in_the_EU.</FIELD></FOOTNOTE>, 93 % tal-azjendi agrikoli fl-UE huma mmexxija minn familji; billi dan il-mudell uniku Ewropew jeħtieġ li jiġi ppreservat peress li għandu rwol kruċjali fil-vitalità u l-vijabbiltà ekonomika taż-żoni rurali;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi l-biedja mhix sempliċement xogħol, iżda stil ta’ ħajja li għandu l-għeruq tiegħu fin-natura, fil-wirt storiku, kulturali u tradizzjonali u fil-komunità rurali li għandu impatt pożittiv fuq is-soċjetà u jixraqlu rikonoxximent aħjar; billi l-multifunzjonalità tal-agrikoltura fl-UE toffri firxa wiesgħa ta’ opportunitajiet għall-impjiegi u d-diversifikazzjoni tan-negozji fiż-żoni rurali, pereżempju permezz tas-servizzi tal-agrituriżmu, l-industriji agroalimentari u tal-bijoekonomija, il-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, it-turiżmu sostenibbli u l-bejgħ dirett; billi din il-multifunzjonalità tikkontribwixxi għat-tkabbir inklużiv, il-benesseri tal-komunità u l-forniment ta’ servizzi soċjali, edukattivi u relatati mas-saħħa fiż-żoni rurali;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi l-inflazzjoni tal-ikel laħqet kważi 25 % fl-Unjoni Ewropea bejn l-2022 u l-2023, u f’ċerti pajjiżi laħqet il-50 % li kellha konsegwenzi ekonomiċi u soċjali kbar u li fakkret li l-istabbilizzazzjoni tal-prezzijiet agrikoli hija indispensabbli għall-istabbiltà makroekonomika u s-sigurtà ekonomika;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-pagamenti diretti skont l-erja huma essenzjali għas-sostenibbiltà ekonomika tal-agrikoltura Ewropea, u għandhom rwol kruċjali fiż-żamma tal-produzzjoni sostenibbli u fl-iżgurar li l-bdiewa jirċievu introjtu ġust u adegwat, u b’hekk itejbu l-profittabbiltà, jipprovdu stabbiltà u jiggarantixxu livell minimu ta’ sigurtà; billi għandu jiġi żgurat appoġġ akbar għan-nisa, il-bdiewa ġodda, żgħażagħ u tal-familja, l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju – b’mod partikolari dawk li joperaw f’żoni żvantaġġati – kif ukoll għas-setturi appoġġjati għal raġunijiet soċjoekonomiċi jew ambjentali;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi huwa importanti li jiġi żgurat li l-pagamenti ta’ għajnuna tal-Pilastru I tal-PAK ikunu diretti lejn il-bdiewa attivi u professjonali kollha li jiksbu l-introjtu tagħhom parzjalment jew kompletament mill-produzzjoni agrikola, kemm jekk fuq bażi full-time jew part-time;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi dawn il-pagamenti diretti għandhom jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-kompetittività u t-titjib tas-sostenibbiltà u r-reżiljenza tas-settur agrikolu tal-UE, filwaqt li jirriflettu l-ħtiġijiet speċifiċi u d-diversità reġjonali; billi l-mutur ewlieni tal-profittabbiltà tal-bdiewa jrid ikompli jkun il-produzzjoni ta’ ikel tajjeb għas-saħħa, bil-possibbiltà li l-introjtu jiġi kkomplementat permezz ta’ attivitajiet bħall-ġenerazzjoni tal-enerġija, il-qbid tal-karbonju, jew it-turiżmu sostenibbli;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi skont il-QFP 2021-2027, l-allokazzjonijiet għall-PAK tnaqqsu kemm f’termini nominali kif ukoll f’termini reali meta mqabbla mal-QFP preċedenti; billi n-nefqa ġenerali tal-UE fuq il-PAK naqset b’mod konsiderevoli f’dawn l-aħħar snin minkejja żieda sinifikanti fl-ambizzjoni ambjentali tal-PAK; billi dan it-tnaqqis kellu impatt sinifikanti fuq l-introjtu tal-bdiewa;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi l-bdiewa qed jiffaċċjaw volatilità tal-prezzijiet li qed tiżdied minħabba l-fluttwazzjonijiet fis-swieq globali u fil-produzzjoni Ewropea, minħabba n-natura globalizzata tal-katina tal-provvista tal-ikel, kif muri mill-influss reċenti ta’ ċereali minn pajjiżi mhux tal-UE u ż-żieda fil-prezzijiet tal-fertilizzanti; billi jiltaqgħu wkoll ma’ inċertezza makroekonomika u ġeopolitika, kriżijiet tas-saħħa, tifqigħat ta’ mard tal-annimali, xejriet ta’ konċentrazzjoni tas-suq, eċċessi f’ċerti setturi Ewropej u l-imprevedibbiltà tar-rendimenti bħala riżultat ta’ avvenimenti estremi tat-temp u diżastri naturali aktar frekwenti relatati mal-klima;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi l-agrikoltura Ewropea trid tindirizza sfidi ġodda u li qed jiżdiedu u twettaq il-prijoritajiet tal-UE bħas-sigurtà tal-ikel u r-reżiljenza għall-klima; billi dan jeħtieġ żieda fil-baġit għall-PAK fil-QFP li jmiss bi prezzijiet kostanti, bħala waħda mill-prijoritajiet ta’ politika tal-UE sabiex jiġi evitat telf fil-valur tal-pagamenti f’terminu reali u jiġu indirizzati l-isfidi kemm attwali kif ukoll futuri fl-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>W.</NO.P>billi n-nuqqas ta’ aġġustament tal-QFP għall-inflazzjoni jista’ jirriżulta f’telf sa 54 % tal-PAK – ekwivalenti għal EUR 250 biljun sal-2034 – li jimmina serjament il-kapaċità tal-UE li żżomm l-awtosuffiċjenza tal-ikel u tirrispondi b’mod effettiv għad-domandi interni u globali;
</CONS><CONS>
<NO.P>X.</NO.P>billi l-introjtu agrikolu għadu taħt il-medja għall-bqija tal-ekonomija fi kważi l-Istati Membri kollha, b’47 % tal-pagi u s-salarji grossi medji fl-ekonomija tal-UE u billi l-persuni li jgħixu f’żoni urbani ġeneralment għandhom livell ogħla ta’ introjtu minn dawk li jgħixu f’żoni rurali, li jwassal għal inugwaljanzi u esklużjoni; billi l-bdiewa ta’ 40 sena jew anqas għandhom l-aktar introjtu baxx bħala medja fil-livell tal-UE; billi l-PAK futura trid tiżgura remunerazzjoni u protezzjoni ġusti għall-bdiewa u għall-ħaddiema tal-azjendi agrikoli, li jippermettulhom isostnu l-attivitajiet ta’ produzzjoni fl-Unjoni kollha, inkluż f’żoni li jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali, u li jissodisfaw l-istandards ta’ kwalità u r-rekwiżiti tas-sikurezza tal-ikel għall-benefiċċju taċ-ċittadini;
</CONS><CONS>
<NO.P>Y.</NO.P>billi l-bdiewa qed jiffaċċjaw livelli għolja ta’ stress relatat max-xogħol ikkawżat minn sigħat twal ta’ xogħol, iżolament soċjali, inċertezza finanzjarja, talbiet amministrattivi u regolatorji, avvenimenti tat-temp relatati mal-klima jew mard emerġenti tal-pjanti u tal-annimali; billi l-aċċess għas-servizzi tas-saħħa mentali għall-bdiewa jibqa’ limitat;
</CONS><CONS>
<NO.P>Z.</NO.P>billi huwa essenzjali li tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina tal-provvista agroalimentari, filwaqt li jiġi rikonoxxut kif xieraq ir-rwol tagħhom, u li jiġu żgurati kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta, produttività, reżiljenza u effiċjenza fis-suq uniku; billi huwa importanti li tiġi ggarantita konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni dwar il-prattiki kummerċjali inġusti<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2019/633 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet bejn in-negozji fil-katina tal-provvista agrikola u alimentari (ĠU L 111, 25.4.2019, p. 59, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2019/633/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, filwaqt li jiġi żgurat pagament ġust għall-prodotti agrikoli, flimkien ma’ trasparenza akbar fil-formazzjoni tal-prezzijiet u jiġu promossi għodod aħjar għall-ġestjoni tal-impatti tar-riskji u tal-kriżijiet; billi x-xokkijiet esterni u fatturi barra mill-kontroll tal-bdiewa, bħal kriżijiet fis-suq jew diżastri naturali, li jaffettwaw il-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-bdiewa matul il-katina tal-provvista, iridu jitqiesu u jiġu sorveljati kif xieraq;
</CONS><CONS>
<NO.P>AA.</NO.P>billi l-kooperattivi agrikoli, maħluqa u ġestiti mill-bdiewa nfushom, kif ukoll l-organizzazzjonijiet ta’ produtturi (OP), l-assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi (AOP), u l-gruppi ta’ azzjoni lokali jsaħħu l-pożizzjoni tal-produtturi primarji fil-katina tal-produzzjoni billi jgħaqqdu l-isforzi, jikkoordinaw l-investiment u jtaffu l-frammentazzjoni tas-settur; billi l-Viżjoni għall-Agrikoltura u l-Ikel tirrikonoxxi li negozjar kollettiv aktar b’saħħtu fl-agrikoltura huwa kruċjali biex is-settur isir aktar attraenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>AB.</NO.P>billi l-UE għadha qed tiffaċċja tnaqqis ġenerazzjonali fis-settur tal-biedja; billi fl-2020, il-maġġoranza (57,6 %) tal-bdiewa fl-UE, irrispettivament mill-ġeneru, kellhom aktar minn 55 sena, filwaqt li dawk taħt il-35 sena kienu jirrappreżentaw madwar 6 % – li minnhom 1,7 % biss kienu nisa – u f’ħafna Stati Membri, proporzjon għoli ħafna ta’ bdiewa għandhom 65 sena u aktar;
</CONS><CONS>
<NO.P>AC.</NO.P>billi t-tiġdid ġenerazzjonali huwa essenzjali għall-futur tal-agrikoltura Ewropea, is-sigurtà tal-ikel, il-prosperità taż-żoni rurali u l-preservazzjoni tal-istil ta’ ħajja rurali; billi l-prezz u d-disponibbiltà limitata tal-art, il-profittabbiltà ġeneralment baxxa tal-attivitajiet agrikoli, l-isfidi strutturali li jiffaċċjaw iż-żoni rurali fir-rigward tal-investimenti u r-riskji involuti, ir-rekwiżiti amministrattivi u l-immaġni perċepita tas-settur huma fost l-ostakli ewlenin biex persuna ssir bidwi; billi għandha tinġibed l-attenzjoni wkoll għal fatturi oħrajn, bħan-nuqqas ta’ kapital proprju, l-aċċess diffiċli għall-kreditu, speċjalment għall-bdiewa nisa u żgħażagħ, il-ħtieġa għas-servizzi tekniċi u ta’ akkumpanjament u għall-miżuri ta’ appoġġ, u l-effetti tat-tibdil fil-klima, l-input għoli u kostijiet ta’ produzzjoni oħrajn, u l-multiplikazzjoni ta’ mard li jinġarr minn vettur, li lkoll kemm huma jistgħu jikkostitwixxu ostakli importanti għall-parteċipazzjoni tal-bdiewa żgħażagħ u ġodda fis-settur agrikolu;
</CONS><CONS>
<NO.P>AD.</NO.P>billi ż-żgħażagħ, in-nisa u l-bdiewa ġodda għandhom il-potenzjal li jintroduċu ideat kummerċjali ġodda, jadottaw teknoloġiji ġodda u jimplimentaw metodi tal-biedja sostenibbli; billi għandhom jiġu promossi skemi li jikkombinaw is-sostenibbiltà, l-adozzjoni teknoloġika u s-sħubijiet interġenerazzjonali biex tiġi ffaċilitata s-suċċessjoni tal-azjendi agrikoli; billi sinerġiji aktar b’saħħithom bejn l-inizjattivi favur l-impjieg taż-żgħażagħ, il-PAK u l-politiki tal-iżvilupp rurali huma essenzjali biex jappoġġjaw it-tiġdid ġenerazzjonali u jiżguraw li ż-żgħażagħ jibqgħu fiż-żoni rurali;
</CONS><CONS>
<NO.P>AE.</NO.P>billi n-nisa għadhom qed jiffaċċjaw sfidi akbar biex jidħlu fis-settur tal-biedja u billi r-rati ta’ impjieg tan-nisa fiż-żoni rurali huma konsistentement aktar baxxi minn dawk tal-irġiel; billi l-għadd ta’ azjendi agrikoli ġestiti minn nisa jvarja b’mod sinifikanti madwar l-Istati Membri; billi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri hija prinċipju fundamentali tal-UE u t-trażżin tad-depopolazzjoni rurali jiddependi ħafna fuq l-iżgurar ta’ opportunitajiet indaqs għan-nisa u ż-żgħażagħ; billi, sabiex jiġu indirizzati l-isfidi speċifiċi li jiffaċċjaw in-nisa fl-agrikoltura, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ħtiġijiet partikolari tagħhom jiġu riflessi fil-pjanijiet strateġiċi nazzjonali tal-PAK permezz ta’ interventi mmirati;
</CONS><CONS>
<NO.P>AF.</NO.P>billi l-ktajjen tal-valur rurali ġodda fil-bijoekonomija joffru opportunitajiet ġodda ta’ negozju li jiddiversifikaw is-sorsi ta’ introjtu għas-settur agrikolu, li jrawmu l-ħolqien tal-impjiegi u l-intraprenditorija rurali, filwaqt li jippromwovu użu aħjar tal-prodotti sekondarji agrikoli; billi eżempji ta’ dawn tal-aħħar jinkludu l-produzzjoni tal-enerġija permezz tal-produzzjoni tal-bijogass fl-azjenda agrikola jew il-produzzjoni u l-ipproċessar tas-suf u fibri naturali oħra; billi, f’dan il-kuntest, huwa importanti wkoll li jiġu enfasizzati l-opportunitajiet ta’ introjtu addizzjonali disponibbli għall-bdiewa permezz tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli minn sorsi konformi mad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2023/2413 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ottubru 2023 li temenda d-Direttiva (UE) 2018/2001, ir-Regolament (UE) 2018/1999 u d-Direttiva 98/70/KE fir-rigward tal-promozzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/652 (ĠU L, 2023/2413, 31.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2023/2413/oj).</FIELD></FOOTNOTE> (RED), bħall-bijofjuwils, li jikkontribwixxu wkoll għat-tisħiħ tal-awtosuffiċjenza enerġetika tal-UE; billi l-kultivazzjoni karbonika għandha l-potenzjal li tappoġġja l-objettivi klimatiċi tal-UE billi tippromwovi s-sekwestru tal-karbonju fil-ħamrija u l-bijomassa; billi l-ikel u l-għalf għandhom, madankollu, jingħataw prijorità fuq l-użi l-oħra tal-prodotti agrikoli u tal-art;
</CONS><CONS>
<NO.P>AG.</NO.P>billi l-ktajjen qosra tal-produzzjoni – bil-produzzjoni, l-ipproċessar u l-ippakkjar fl-istess reġjun – jgħinu biex jinżamm il-valur miżjud lokalment u b’hekk jiġu żgurati aktar impjiegi fiż-żona; billi tali sistemi agroalimentari bbażati fuq il-post, inkorporati territorjalment, reżiljenti u sostenibbli jnaqqsu d-dipendenza fuq inputs esterni, isaħħu s-sigurtà tal-ikel tal-UE u jikkontribwixxu għar-rivitalizzazzjoni taż-żoni rurali;
</CONS><CONS>
<NO.P>AH.</NO.P>billi huwa essenzjali li jiġu evitati impatti negattivi fuq il-produzzjoni agrikola tal-UE billi jiġu promossi għodod flessibbli u effettivi biex jiġu appoġġjati l-aktar setturi vulnerabbli u strateġiċi meta jiġu ffaċċjati bi sfidi li jirriżultaw minn bidliet strutturali, diżastri naturali u meteoroloġiċi, speċjalment fil-kuntest tat-tibdil fil-klima, l-iżbilanċi tas-suq, l-adozzjoni ta’ ftehimiet kummerċjali, kif ukoll il-konsegwenzi potenzjali għas-settur agrikolu tal-UE assoċjati mal-implimentazzjoni ta’ politiki ġodda tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>AI.</NO.P>billi dawn l-isfidi jista’ jkollhom konsegwenzi diretti għas-sigurtà tal-ikel u l-ekonomiji u l-komunitajiet rurali, u għalhekk huwa vitali li jittejbu l-prevenzjoni, il-ġestjoni u l-adattament tar-riskju, inkluż permezz ta’ mekkaniżmi u infrastruttura msaħħa u adattati appoġġjati minn riżorsi finanzjarji barra mill-PAK;
</CONS><CONS>
<NO.P>AJ.</NO.P>billi l-PAK għandha tirrikonoxxi l-benefiċċji ambjentali sinifikanti pprovduti mill-agrikoltura u t-trobbija tal-bhejjem sostenibbli, li għalihom jikkontribwixxu wkoll prattiki u għelejjel bħall-forestrija, l-agroforestrija, it-trobbija tan-naħal, l-għelejjel li fihom il-proteini u l-injam, il-biedja organika, il-fibri tat-tessuti u s-setturi emerġenti bħall-bijoekonomija; billi l-istrateġiji settorjali għall-frott u l-ħxejjex, l-inbid, iż-żejt taż-żebbuġa, iż-żebbuġ tal-mejda, il-patata, il-pitravi taz-zokkor u t-trobbija tan-naħal għandhom jinżammu u jiġu protetti;
</CONS><CONS>
<NO.P>AK.</NO.P>billi skont l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, in-nixfiet ikkawżaw telf ekonomiku annwali li jilħaq id-EUR 9 biljun fl-UE u din iċ-ċifra tista’ tlaħħaq it-EUR 28,6 biljun sal-2100, li minbarra telf ikkawżat minn effetti oħra tat-tibdil fil-klima; billi l-bdiewa madwar l-UE jesperjenzaw it-tibdil fil-klima b’mod dirett, u jaraw żieda fid-deżertifikazzjoni u telf fil-produttività agrikola, bi sfidi partikolari għar-reġjuni tal-Mediterran; billi avvenimenti estremi tat-temp, bħal għargħar u nixfiet dejjem aktar severi, ipoġġu s-sigurtà tal-ikel tal-UE f’riskju;
</CONS><CONS>
<NO.P>AL.</NO.P>billi l-agrikoltura, l-ilma u l-ħamrija huma intrinsikament marbuta; billi d-disponibbiltà u l-ġestjoni sostenibbli ta’ dawn ir-riżorsi naturali huma vitali biex tiġi żgurata produzzjoni tal-ikel suffiċjenti u ta’ kwalità tajba;
</CONS><CONS>
<NO.P>AM.</NO.P>billi l-użu effiċjenti tan-nutrijenti huwa essenzjali biex titnaqqas id-dipendenza tal-UE mill-fertilizzanti kimiċi, jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u tittejjeb is-saħħa tal-ħamrija; billi d-Direttiva dwar in-Nitrati<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni ta’ l-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1991/676/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, fil-forma attwali tagħha, tirrestrinġi l-użu ta’ demel tal-annimali pproċessat, inklużi prodotti RENURE, minkejja evidenza xjentifika li tappoġġja l-applikazzjoni sikura tagħhom; billi ċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka kkonkluda li s-sostituzzjoni ta’ fertilizzanti minerali sintetiċi b’RENURE ma twassalx għal telf ta’ nitrati akbar fl-ilma; billi dan joħloq ostakli regolatorji bla bżonn għall-bdiewa li għandhom l-għan jagħlqu ċ-ċikli tan-nutrijenti u jnaqqsu l-impatti ambjentali;
</CONS><CONS>
<NO.P>AN.</NO.P>billi l-instabbiltà dejjem tikber fil-kummerċ dinji tagħmilha neċessarja li l-politika kummerċjali tal-UE u r-regoli kummerċjali internazzjonali jiġu adattati, b’mod partikolari fil-qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, biex jiġu ssalvagwardjati s-sistemi agroalimentari tal-Unjoni billi jiġu żgurati kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusti u sostenibbli, ibbażati fuq ir-reċiproċità u d-difiża kummerċjali effettiva;
</CONS><CONS>
<NO.P>AO.</NO.P>billi l-importazzjoni fl-UE ta’ prodotti agrikoli li huma prodotti bi standards baxxi u bi spejjeż tal-produzzjoni aktar baxxi minn dawk prodotti fl-UE – li huma kkaratterizzati mill-ogħla standards – tikkostitwixxi ostaklu għall-kapaċità tal-produtturi tagħna li jiksbu prezzijiet ġusti fis-suq u li jagħmlu profitt; billi dan joħloq riskji potenzjali għas-saħħa pubblika, tal-pjanti u tal-annimali, inkluż mit-tixrid ta’ pesti u mard; billi hemm ħtieġa li tiġi żgurata r-reċiproċità fil-ftehimiet kummerċjali internazzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>AP.</NO.P>billi huwa meħtieġ li tiġi mmodernizzata l-infrastruttura fiżika u diġitali li tirfed l-esportazzjoni effiċjenti tal-prodotti agroalimentari tal-UE biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-agrikoltura tal-UE billi jinħolqu swieq tal-esportazzjoni diversifikati;
</CONS><CONS>
<NO.P>AQ.</NO.P>billi l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa tirrakkomanda l-inklużjoni ta’ legumi, frott u ħaxix, kif ukoll konsum moderat ta’ proteini, inkluż li joriġinaw mill-annimali, bħala parti minn dieta varjata u bbilanċjata; billi l-laħam u prodotti oħra tal-annimali huma sors prezzjuż ta’ proteina ta’ valur bijoloġiku għoli u mikronutrijenti essenzjali; billi t-trobbija sostenibbli tal-bhejjem tagħti kontributi importanti għall-protezzjoni tal-bijodiversità, il-prevenzjoni tan-nirien fil-foresti, il-manutenzjoni tal-pajsaġġ, il-provvista tan-nutrijenti tal-ħamrija u s-sigurtà tal-ikel, kif ukoll għall-kulturi u l-wirt nazzjonali; billi l-Kummissjoni, fil-komunikazzjoni tagħha dwar il-viżjoni fit-tul għaż-żoni rurali tal-UE, irrikonoxxiet l-importanza li tiġi żviluppata strateġija fit-tul għas-settur tal-bhejjem u ħabbret it-tnedija ta’ fluss ta’ ħidma ddedikat dwar din il-kwistjoni; billi investimenti mmirati f’tekniki ta’ tnissil u soluzzjonijiet innovattivi oħra jistgħu jnaqqsu l-emissjonijiet mill-bhejjem filwaqt li jissalvagwardjaw il-produttività u l-benesseri tal-annimali;
</CONS><CONS>
<NO.P>AR.</NO.P>billi madwar 70 % tal-materja prima meħtieġa għall-manifattura tal-għalf rikk fil-proteini meħtieġa fl-UE trid tiġi importata minn pajjiżi mhux tal-UE minħabba li l-UE għandha defiċit sinifikanti fil-produzzjoni tal-proteini tal-pjanti; billi l-Parlament u l-Istati Membri talbu ripetutament għal strateġija sinifikanti tal-UE dwar il-proteini biex tiżdied il-produzzjoni tal-għelejjel li fihom il-proteini fl-UE sabiex jitnaqqas dan il-grad għoli ta’ dipendenza;
</CONS><CONS>
<NO.P>AS.</NO.P>billi huma meħtieġa sinerġiji msaħħa ma’ strumenti oħra tal-UE, bħal Orizzont Ewropa u l-politika ta’ koeżjoni, biex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni tar-riżultati tar-riċerka f’soluzzjonijiet agrikoli prattiċi u mfassla lokalment, biex tiġi promossa l-innovazzjoni u jitrawwem l-iżvilupp ekonomiku; billi konnettività msaħħa, ħiliet diġitali mtejba u l-użu ta’ teknoloġiji awtonomi fiż-żoni rurali huma essenzjali biex jissaħħu l-kompetittività u r-reżiljenza għall-klima tas-settur u biex iż-żoni rurali jsiru aktar attraenti għall-ġenerazzjonijiet żgħażagħ u għall-professjonisti kwalifikati;
</CONS><CONS>
<NO.P>AT.</NO.P>billi l-biċċa l-kbira tar-riċerka dwar il-bijoteknoloġija bħalissa titwettaq barra mill-UE; billi tali riċerka spiss tiffoka fuq kwistjonijiet agroekonomiċi li huma biss parzjalment rilevanti għall-kuntest tal-UE, li jirriżultaw f’telf potenzjali kemm fl-investiment kif ukoll fl-opportunitajiet għall-bdiewa tal-UE; billi l-UE għandha għalhekk tinvesti fl-iżvilupp tal-bijoteknoloġija adattata għall-ħtiġijiet agrikoli tagħha stess; billi l-irtirar tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, mingħajr alternattivi effettivi disponibbli, jesponi lill-bdiewa għal pesti u mard, inaqqas il-profittabbiltà u l-kompetittività tagħhom, iżid il-ħela tal-ikel u joħloq theddida għas-sigurtà tal-ikel;
</CONS><CONS>
<NO.P>AU.</NO.P>billi l-UE żviluppat sensiela ta’ programmi spazjali (EGNOS u Galileo) u programmi ta’ osservazzjoni tad-dinja (Copernicus), li għandhom potenzjal sinifikanti li jappoġġjaw il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-PAK sabiex il-bdiewa u l-forestiera jingħataw is-setgħa b’data preċiża dwar l-art li jimmaniġġjaw u, fejn xieraq, biex jissimplifikaw u jnaqqsu l-piżijiet amministrattivi;
</CONS><CONS>
<NO.P>AV.</NO.P>billi ż-żoni rurali tal-UE jkopru 83 % tat-territorju tal-UE u fihom joqogħdu 137 miljun ruħ; billi l-futur u l-prosperità taż-żoni rurali huma ta’ importanza addizzjonali għas-sigurtà tal-provvista tal-ikel, l-awtonomija u r-reżiljenza tal-Ewropa; billi s-sistemi agroalimentari ppermettew l-aċċess kontinwu għal ikel sikur u ta’ kwalità matul l-aħħar kriżijiet, minkejja li l-inflazzjoni ħolqot pressjoni fuq l-affordabbiltà tal-ikel; billi l-politiki jeħtieġ li jappoġġjaw kemm l-agrikoltura bħala attività ewlenija kif ukoll id-diversifikazzjoni ekonomika permezz tal-iżvilupp ta’ turiżmu rurali sostenibbli, negozji żgħar, snajja’ u servizzi lokali, sabiex ir-reġjuni rurali jkunu vijabbli u attraenti; billi l-produzzjoni tal-enerġija tista’ toħloq flussi ta’ dħul addizzjonali għall-bdiewa iżda ma għandu jkollha l-ebda impatt fuq il-produzzjoni tal-ikel; billi l-LEADER u l-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità (CLLD) urew li huma għodod siewja għall-iżvilupp sostenibbli u huma fil-qalba tal-politiki tal-UE; billi l-PAK waħedha ma tistax tipprovdi soluzzjonijiet għall-ħtiġijiet u l-isfidi li jiffaċċjaw iż-żoni rurali;
</CONS><CONS>
<NO.P>AW.</NO.P>billi l-PAK għandu jkollha rwol fl-iżvilupp armonjuż tal-UE, billi ssaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, u għaldaqstant trid tkompli tikkumpensa liż-żoni b’restrizzjonijiet naturali, bħar-reġjuni muntanjużi, nexfin, insulari, tal-fruntiera, kif ukoll ir-reġjuni ultraperiferiċi u żvantaġġati, għall-ispejjeż żejda assoċjati mar-restrizzjonijiet ġeografiċi jew demografiċi tagħhom, sabiex jiġi evitat l-abbandun tal-attività agrikola u d-depopolazzjoni konsegwenti f’żoni bħal dawn; billi huwa vitali li jiġi rikonoxxut ir-rwol importanti li għandhom il-bdiewa f’dawn it-territorji, filwaqt li jiġu żgurati servizzi ambjentali, ekonomiċi u soċjali;
</CONS><CONS>
<NO.P>AX.</NO.P>billi r-reġjuni ultraperiferiċi jiffaċċjaw sfidi speċifiċi minħabba s-sitwazzjoni ġeografika tagħhom; billi l-programm POSEI japplika l-interventi tal-Pilastru I tal-PAK, adattati għall-ispeċifiċitajiet tar-reġjuni ultraperiferiċi; billi l-programm POSEI hu ta’ importanza vitali biex tinżamm l-attività agrikola u biex jiġu żgurati l-provvista tal-ikel u l-prodotti agrikoli f’dawn ir-reġjuni; billi l-implimentazzjoni tal-programm POSEI hija importanti u rnexxiet, b’mod partikolari fir-rigward taż-żieda fil-produzzjoni maħsuba għall-konsum lokali, kif jidher fir-rapporti ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni ta’ bejn l-2006 u l-2014 u ta’ bejn l-2015 u l-2019; billi, madankollu, l-allokazzjonijiet baġitarji tal-POSEI ilhom ma jiġu riveduti mill-2007, u dan irriżulta f’deprezzament akkumulat ta’ mill-inqas 36 % minħabba l-inflazzjoni; billi dan illimita b’mod sinifikanti l-livell ta’ appoġġ tal-UE disponibbli għall-bdiewa fir-reġjuni ultraperiferiċi u billi hemm ħtieġa ċara li l-allokazzjonijiet finanzjarji tal-POSEI jiġu rikalibrati biex jikkumpensaw għal dan id-deprezzament;
</CONS><CONS>
<NO.P>AY.</NO.P>billi s-setturi tal-agrikoltura, tal-ikel u tal-forestija kompetittivi jistgħu jkomplu jaqdu rwoli qawwija biex jintlaħqu l-objettivi għas-sigurtà tal-provvista tal-ikel, is-saħħa pubblika u l-ħarsien ambjentali, f’konformità mal-politiki tal-Unjoni, biex jingħataw inċentivi u kumpens lill-bdiewa għall-kontribut tagħhom u jiġu megħjuna permezz ta’ tnaqqis fil-piżijiet regolatorji u amministrattivi bla bżonn fil-miżuri li jwettqu;
</CONS><CONS>
<NO.P>AZ.</NO.P>billi, permezz tal-PAK, il-bdiewa Ewropej għamlu sforzi sinifikattivi biex jintegraw objettivi ambjentali u klimatiċi kompatibbli mar-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni biex jadattaw is-settur agrikolu għall-isfidi u l-kriżijiet li qed jiżdiedu, ikkawżati mit-tibdil fil-klima; billi l-bdiewa diġà jinsabu fuq quddiem nett u għandhom rwol ewlieni fis-salvagwardja tal-ambjent u tal-ħamrija fid-dawl tat-tibdil fil-klima u, skont l-istimi, bejn l-2005 u l-2023, l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra agrikoli fl-UE segwew xejra ta’ tnaqqis ġenerali ta’ 7 %<FOOTNOTE><FIELD> L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, “Greenhouse gas emissions from agriculture in Europe” (Emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-agrikoltura fl-Ewropa), https://www.eea.europa.eu/en/analysis/indicators/greenhouse-gas-emissions-from-agriculture.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>BA.</NO.P>billi huwa essenzjali li jiġi żgurat li r-rekwiżiti ta’ kundizzjonalità tal-PAK u l-impenji ambjentali jqisu d-diversità tal-agrikoltura fl-UE u ma jimponux piżijiet amministrattivi sproporzjonati fuq il-bdiewa, speċjalment dawk l-aktar vulnerabbli; billi jeħtieġ li jintlaħaq bilanċ aħjar bejn in-natura obbligatorja ta’ ċerti miżuri u sistema bbażata fuq l-inċentivi li tippermetti lill-bdiewa li jadottaw b’mod volontarju prattiki tal-biedja aktar sostenibbli, mingħajr ma jwasslu għal tnaqqis fil-produzzjoni tal-ikel, u b’hekk jiżguraw il-kompetittività u l-profittabbiltà tagħhom u joffru biżżejjed flessibbiltà biex jippermettu soluzzjonijiet xierqa għal-lokal;
</CONS><CONS>
<NO.P>BB.</NO.P>billi huwa neċessarju li titwettaq evalwazzjoni kumulattiva tal-leġiżlazzjoni relatata mal-Patt Ekoloġiku biex jiġi vvalutat l-impatt ġenerali tagħha fuq is-settur agroalimentari, inkluż il-koerenza regolatorja, il-piż amministrattiv, il-kompetittività u l-kapaċità tas-settur li jiżgura s-sigurtà tal-ikel u r-reżiljenza strateġika;
</CONS><CONS>
<NO.P>BC.</NO.P>billi l-PAK għandha tqis ir-reġjuni fejn hemm kompetizzjoni qawwija bejn l-iżvilupp urban u l-agrikoltura meta timponi restrizzjonijiet addizzjonali fuq l-aċċess għall-art, sabiex tinżamm l-agrikoltura f’dawk iż-żoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>BD.</NO.P>billi s-suċċess tal-innovazzjoni fl-agrikoltura jiddependi mhux biss mill-avvanzi teknoloġiċi, iżda wkoll minn skambju ta’ għarfien effettiv u l-involviment attiv tal-bdiewa fil-proċessi tar-riċerka u l-innovazzjoni; billi għodod bħas-Sistemi tal-Għarfien u tal-Innovazzjoni Agrikoli (AKIS), il-Gruppi Operazzjonali fl-ambitu tal-EIP-AGRI u proġetti b’bosta atturi appoġġjati minn Orizzont Ewropa wrew il-valur tal-ħolqien konġunt, l-adattament lokali u r-rabtiet aktar sodi bejn il-bdiewa, ir-riċerkaturi u l-konsulenti;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">It-triq lejn agrikoltura kompetittiva u sostenibbli </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jinnota li fis-16 ta’ Lulju 2025, flimkien mal-proposta tagħha għal qafas finanzjarju pluriennali ġdid għall-perjodu 2028-2034, il-Kummissjoni ppreżentat proposti leġiżlattivi għar-riforma tal-PAK; jinsisti, madankollu, li l-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-futur tal-PAK u tal-biedja tal-UE għadha kif stabbilit f’din ir-riżoluzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jieħu nota tar-rapport tal-Kummissjoni bit-titolu “Viżjoni għall-agrikoltura u l-ikel” bħala pjan direzzjonali promettenti għall-PAK wara l-2027, b’kontributi importanti bbażati fuq it-tiġdid ġenerazzjonali, il-kompetittività, is-sostenibbiltà, ir-reżiljenza, is-simplifikazzjoni u reċiproċità akbar tal-istandards fil-kummerċ, u bl-enfasi fuq l-innovazzjoni biex tinkiseb sostenibbiltà ekonomika, soċjali u ambjentali, fuq il-prijoritizzazzjoni tal-inċentivi fuq ir-restrizzjonijiet u fuq immirar aktar ekwu tal-appoġġ tal-PAK; jirrikonoxxi, f’dan l-approċċ, enfasi mġedda fuq l-għanijiet ewlenin tradizzjonali tal-PAK kif minquxa fl-Artikolu 39 tat-TFUE; jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat baġit awtonomu tal-PAK sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jissottolinja li l-agrikoltura għandha rwol fundamentali fl-iżgurar tas-sigurtà tal-ikel għall-UE u lil hinn minnha, is-salvagwardja tas-saħħa tal-bniedem, iż-żamma tal-bijodiversità u tal-ħamrija u l-ilma f’saħħithom, u l-koeżjoni soċjali; jissottolinja li l-PAK futura għandha tissimplifika l-aċċess għall-miżuri ta’ adattament u mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u li l-bdiewa għandhom jiġu ppremjati għall-isforzi tagħhom f’dan ir-rigward; jisħaq fuq il-fatt li l-bdiewa għandhom rwol kritiku fl-iżgurar tas-sostenibbiltà tal-produzzjoni agrikola Ewropea fid-dimensjonijiet ambjentali, soċjali u ekonomiċi kollha tagħha, filwaqt li jikkontribwixxu wkoll għas-sigurtà tal-ikel u l-awtonomija strateġika u għalhekk għandhom jiġu appoġġjati; jappella li jsiru valutazzjonijiet tal-impatt li jqisu l-implikazzjonijiet fil-livell tal-azjendi agrikoli qabel ma jiġi propost xi regolament ġdid li jinvolvi rekwiżiti u piżijiet burokratiċi ġodda fuq il-bdiewa, u jappella li jsir rieżami tal-obbligi eżistenti kollha; jinsisti li l-agrikoltura tibqa’ politika tal-Unjoni u ma tiġix inkluża f’fond uniku, sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi fost l-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jappella għal baġit akbar u ddedikat għall-PAK, li jkun indiċjat għall-inflazzjoni permezz ta’ rievalwazzjonijiet ta’ kull sena, fil-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista tal-ikel indipendentement mill-instabbiltajiet kummerċjali li jirriżultaw mill-volatilità tal-ambjent ġeopolitiku; jenfasizza li mingħajr riżorsi adegwati, il-PAK ma tistax tibqax tkun mutur ewlieni biex tiżgura s-sostenibbiltà ekonomika, ambjentali u soċjali tal-agrikoltura Ewropea, filwaqt li fl-istess ħin tiżgura introjtu ġust u kundizzjonijiet ġusti għal min huwa involut fis-settur tal-biedja u suq uniku li jiffunzjona għalkollox; jappella li r-riżorsi finanzjarji allokati għall-PAK jibqgħu allokati fil-baġit għal dak l-għan, b’mod partikolari l-pagamenti diretti; jopponi bis-saħħa l-idea li l-Istati Membri għandhom jitħallew jużaw il-baġit tal-PAK bħala parti minn pakkett totali għal skopijiet oħra għajr l-agrikoltura; jenfasizza li baġit adegwat se jgħin biex jiżgura l-kontinwità ta’ politika komuni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-koleġiżlaturi jżommu l-appoġġ għall-introjtu fiss u delimitat bħala komponent ewlieni tal-PAK ta’ wara l-2027, filwaqt li jirrikonoxxu r-rwol vitali tiegħu fl-iżgurar tal-produzzjoni tal-ikel, bi standards għoljin ta’ kwalità u tas-saħħa għall-konsumaturi tal-UE, jipprovdu lill-bdiewa bi stabbiltà fid-dawl tal-volatilità tas-suq u l-avvenimenti ta’ temp estrem, jiżguraw standard tal-għajxien ġust għall-bdiewa, jiggarantixxu s-sigurtà tal-provvista u jibnu l-awtonomija tal-ikel u tal-għalf; iqis li s-sitwazzjoni attwali tar-reġjuni li jinsabu fil-fruntieri esterni tal-UE trid titqies ukoll;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jinnota t-tħassib tiegħu dwar ir-reviżjonijiet baġitarji potenzjali fil-baġit tal-UE ta’ wara l-2027, inkluża ċ-ċentralizzazzjoni possibbli tal-flussi ta’ finanzjament; iwissi li l-integrazzjoni tal-PAK ma’ oqsma ta’ finanzjament oħra bħall-koeżjoni, l-iżvilupp reġjonali u s-sajd tista’ ddgħajjef ir-rwol distint tal-politika agrikola;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li l-PAK iżżomm il-pożizzjoni legali u istituzzjonali tagħha fil-perjodu ta’ wara l-2027; jisħaq fuq l-importanza li l-baġit għall-politika agrikola komuni (PAK) jinżamm bħala baġit awtonomu, distint u ddedikat, imfassal apposta għall-ħtiġijiet speċifiċi tas-settur agrikolu Ewropew; jistieden lill-Kummissjoni tnaqqas il-piżijiet amministrattivi biex tiżgura li l-bdiewa jistgħu jaċċessaw l-appoġġ direttament mingħajr dipendenza eċċessiva fuq il-konsulenti esterni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jafferma mill-ġdid l-importanza li l-PAK tinżamm bħala politika separata u distinta, li sservi ta’ sħubija bejn l-agrikoltura u s-soċjetà, u bejn l-Ewropa u l-bdiewa tagħha, u tipprovdi appoġġ affidabbli lilhom bl-għan li tissaħħaħ is-sigurtà tal-ikel; jiċħad bis-sħiħ kwalunkwe proposta li l-baġit tal-PAK jiġi inkluż f’fond wieħed ma’ politiki jew fondi oħra, minħabba li approċċ bħal dan inaqqas l-effettività tal-interventi u jikkomprometti l-objettivi strateġiċi tal-Unjoni fir-rigward tas-sigurtà tal-ikel u l-iżvilupp rurali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jindika li, fil-kuntest ġeopolitiku attwali, l-aċċess sigur u kostanti għall-ikel sar kwistjoni ta’ sigurtà strateġika, u li d-dipendenza fuq l-importazzjonijiet tista’ tiġi sfruttata bħala mezz biex issir pressjoni; jissottolinja li, f’dan il-kuntest, għandha ssir aktar enfasi fuq l-għanijiet ewlenin tradizzjonali tal-PAK: l-appoġġ għar-reżiljenza u s-sigurtà tal-ikel, l-iżgurar ta’ introjtu ġust għall-bdiewa, u t-titjib tal-istabbiltà u l-kompetittività tas-suq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jenfasizza li l-produzzjoni alimentari u agrikola sostenibbli għandhom rwol strateġiku akbar, aċċentwat mill-kuntest ġeopolitiku l-ġdid, bħala parti essenzjali mis-sigurtà, mill-istabbilità, mis-sovranità u mill-awtonomija strateġika Ewropej, u li l-ammont u l-qafas tal-baġit tal-PAK iridu jirriflettu dan; isostni li l-biedja tal-UE għandha tiġi rikonoxxuta mhux biss bħala settur ekonomiku, iżda wkoll bħala pedament ġeopolitiku, għodda għall-istabbiltà soċjali u territorjali u komponent kritiku tal-politiki tas-sigurtà u tad-difiża tal-UE; jinnota li, fil-livell dinji, bl-eċċezzjoni tal-UE, il-pajjiżi li għandhom rwol ewlieni fis-settur agrikolu żiedu l-infiq u l-miżuri ta’ protezzjoni tagħhom għas-settur sa mill-kriżi tal-prezzijiet tal-ikel tal-2007 u l-2008; ifakkar li l-produttività u r-reżiljenza agrikoli jiddependu mill-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali biex tiġi ggarantita s-sostenibbiltà fit-tul tas-sistemi tal-ikel tagħna; jenfasizza l-ħtieġa li l-PAK ta’ wara l-2027 tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-preparatezza u r-reżiljenza ġenerali tal-Unjoni; jenfasizza li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinkludu l-ikel fil-pjanijiet tagħhom tas-sigurtà u tal-kompetittività; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkunsidraw il-possibbiltà li jistabbilixxu installazzjonijiet strateġiċi ta’ ħin fuq skala Ewropea u nazzjonali bil-għan li tiġi ggarantita s-sigurtà alimentari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jirrimarka li l-produzzjoni agrikola effiċjenti tagħti kontribut importanti għas-sostenibbiltà tas-settur, billi tottimizza r-rendimenti bl-anqas inputs possibbli; jenfasizza li l-PAK trid tinkludi strumenti u investimenti li jsaħħu l-kapaċità tal-azjendi agrikoli u taż-żoni rurali li jkunu ppreparati għax-xokkijiet, li jassorbuhom u jirkupraw minnhom; jinsisti li l-objettiv primarju tal-PAK għandu jkun l-issodisfar tal-ħtiġijiet alimentari tal-popolazzjoni Ewropea, u li dan ifisser li l-bdiewa jiġu appoġġjati b’mod aktar effettiv sabiex tingħata spinta s-sigurtà tal-ikel u l-awtonomija strateġika tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jissottolinja, f’dan ir-rigward, ir-rwol strateġiku tas-swieq bl-ingrossa, l-istrutturi akkreditati fl-interess pubbliku, li jistgħu jiżguraw il-konformità mal-prinċipji tas-sostenibbiltà, it-tnaqqis tal-iskart u t-trasparenza tal-prezzijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jirrimarka li l-kooperazzjoni, l-aggregazzjoni u d-djalogu, kif ukoll organizzazzjoni aħjar tal-bdiewa permezz ta’ kooperattivi, organizzazzjonijiet ta’ produtturi jew assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi fil-katina tal-valur agroalimentari, flimkien ma’ derogi mid-dritt tal-kompetizzjoni u appoġġ speċifiku, huma kruċjali biex itejbu l-pożizzjoni tal-bdiewa, jippromwovu distribuzzjoni aktar ġusta tal-marġnijiet u jżidu l-effiċjenza tal-atturi kollha; jinnota, f’dan ir-rigward, ir-riforma tal-OKS u tad-Direttiva dwar Prattiki Kummerċjali Inġusti<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiki kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Id-Direttiva dwar il-Prattiki Kummerċjali Inġusti), ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2005/29/2022-05-28.</FIELD></FOOTNOTE> tista’ sservi ta’ opportunità biex issaħħaħ il-pożizzjoni tal-bdiewa fi ktajjen tal-provvista agroalimentari nazzjonali u transnazzjonali, u tiżgura li l-produtturi jiksbu prezz ġust għall-prodotti tagħhom u għax-xogħol tagħhom, billi jissaħħu l-mekkaniżmi ta’ ġestjoni tal-kriżijiet u jittejjeb l-infurzar transfruntier kontra l-prattiki kummerċjali inġusti permezz tal-armonizzazzjoni fil-livell tal-UE, mingħajr ma jiġu kompromessi jew milquta b’mod negattiv l-aħjar strateġiji u prattiki nazzjonali eżistenti; jistieden lill-Kummissjoni teżamina l-possibbiltà li jiġu stabbiliti strumenti ġodda biex jiġi evitat li l-bdiewa jirċievu prezzijiet għall-prodotti tagħhom li jkunu taħt l-ispejjeż tal-produzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jissottolinja, b’mod partikolari, l-importanza tat-tisħiħ tal-kooperazzjoni transfruntiera bejn l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, l-iżgurar ta’ infurzar tar-regoli effettiv, koordinat u konsistenti fis-suq intern kollu, sabiex tiġi miġġielda l-imġiba abbużiva, tiġi żgurata l-ġustizzja matul il-katina tal-provvista u tiġi prevenuta l-kompetizzjoni inġusta; jenfasizza li s-sigurtà tal-ikel u s-sovranità tal-ikel huma komponenti vitali tal-awtonomija strateġika u li l-QFP li jmiss irid ikompli jappoġġja b’mod effettiv il-kompetittività u r-reżiljenza tas-settur tal-agrikoltura tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li jiġi ssalvagwardjat u msaħħaħ l-appoġġ għall-introjtu dirett biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-bdiewa attivi u professjonali kollha fl-ambitu tal-PAK, kemm full-time kif ukoll part-time, irrispettivament mid-daqs u t-tip ta’ produzzjoni tagħhom; jissottolinja l-importanza li jiġu inklużi l-bdiewa pluriattivi, peress li l-bdiewa kollha jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għan-nisġa soċjoekonomika taż-żoni rurali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jirrimarka li l-pagamenti diretti fil-forma attwali tagħhom jiġġeneraw valur miżjud ċar tal-UE u jfakkar fl-importanza ta’ mudell ibbażat fuq l-erja, filwaqt li jiżdied l-appoġġ għall-bdiewa l-aktar vulnerabbli, inklużi l-azjendi agrikoli mmexxija mill-familji, l-azjendi agrikoli żgħar u ta’ daqs medju, il-bdiewa żgħażagħ u nisa, l-azjendi agrikoli f’żoni b’restrizzjonijiet naturali u dawk li jadottaw prattiki aktar sostenibbli; jiffavorixxi mudell li jipprovdi l-istabbiltà u jikkontribwixxi b’mod effettiv għall-introjtu tal-bdiewa u li jżomm il-vijabbiltà ekonomika, il-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-produzzjoni tal-ikel fir-reġjuni u t-territorji kollha tal-UE; jemmen li huwa essenzjali li tiġi żgurata l-ġustizzja fid-distribuzzjoni tal-pagamenti diretti, kemm fost l-Istati Membri kif ukoll fi ħdan l-Istati Membri individwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jemmen li sabiex jittejjeb l-immirar tal-appoġġ tal-PAK lejn dawk involuti f’attività agrikola, huwa meħtieġ li tiġi rfinata aktar id-definizzjoni qafas ta’ bidwi fil-livell tal-UE u li, abbażi ta’ din id-definizzjoni, l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu liema bdiewa huma eliġibbli għall-appoġġ; jinsisti li din id-definizzjoni ma għandhiex tirriżulta f’li jkun prekluż l-appoġġ lill-bdiewa pluriattivi, li jkunu attivi fil-biedja filwaqt li jkunu impenjati wkoll f’attivitajiet mhux agrikoli barra mill-azjenda agrikola tagħhom, minħabba li l-attivitajiet multipli tagħhom spiss isaħħu n-nisġa soċjoekonomika taż-żoni rurali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jenfasizza l-importanza tat-trasparenza fl-allokazzjoni tal-fondi tal-PAK u jappella għall-identifikazzjoni sistematika tal-benefiċjarji finali u l-kumpaniji interkonnessi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintroduċu mekkaniżmi ta’ kontroll biex tiġi pprevenuta l-konċentrazzjoni tal-għajnuna permezz ta’ strutturi kumplessi ta’ sjieda jew frammentazzjoni artifiċjali tal-azjendi agrikoli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Iqis li, sakemm jiġu rispettati kundizzjonijiet ekwi fis-suq intern, il-pagamenti volontarji ta’ appoġġ akkoppjat għandhom jinżammu jew jiżdiedu, b’allokazzjoni baġitarja suffiċjenti u flessibbiltà akbar fl-użu tagħhom, bħala għodda sempliċi biex tinżamm il-produzzjoni f’setturi vulnerabbli u biex jiġu miġġielda diffikultajiet speċifiċi, b’mod partikolari dawk li jirriżultaw mill-iżvantaġġ kompetittiv strutturali ta’ żoni żvantaġġati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżommu n-natura volontarja tal-ekoskemi u jagħmluhom aktar sempliċi u aktar flessibbli fil-PAK ta’ wara l-2027; jistieden lill-Istati Membri jipprovdu lill-bdiewa tagħhom b’lista ċara u sempliċi ta’ għażliet ta’ ekoskemi effiċjenti u effettivi biex jagħżlu minnhom, akkumpanjata minn remunerazzjoni xierqa u attraenti biex jinċentivawhom, filwaqt li la jdgħajfu l-fondi allokati għall-pagamenti diretti u l-investimenti u lanqas iżidu l-burokrazija; jistieden lill-Istati Membri jinvestu fit-taħriġ biex jappoġġjaw lill-bdiewa fl-użu effettiv tal-ekoskemi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jirrikonoxxi l-progress li diġà sar permezz tal-kundizzjonalità soċjali; jappella għal evalwazzjoni tal-kundizzjonalità soċjali fil-PAK u implimentazzjoni proporzjonata, effettiva u definita b’mod ċar biex jiġu evitati d-duplikazzjoni tar-regolamenti fost l-Istati Membri u l-piżijiet amministrattivi sproporzjonati fuq il-bdiewa, u biex jiġu protetti d-drittijiet tal-ħaddiema;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jappella li jsir studju komprensiv biex jiġi vvalutat jekk l-introduzzjoni ta’ mekkaniżmi obbligatorji, bħal ridistribuzzjoni jew limitazzjoni tal-pagamenti diretti fl-ambitu tal-PAK permezz ta’ l-iffissar ta’ limiti massimi u digressività, tagħmilx is-sistema aktar ġusta; jenfasizza li dan għandu jiġi analizzat qabel il-preżentazzjoni ta’ proposti għal PAK ġdida sabiex jiġu żviluppati strumenti xierqa li jistgħu ġenwinament jappoġġjaw il-vijabbiltà tal-azjendi agrikoli fl-UE kollha, inklużi l-bdiewa żgħażagħ u nisa u l-azjendi agrikoli żgħar u ta’ daqs medju; jisħaq li dan l-istudju għandu janalizza wkoll in-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-limitu massimu għall-pagamenti speċifiċi, bħall-ekoskemi u l-pagamenti agroambjentali jew relatati mal-klima;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jappella li tiġi mfittxija distribuzzjoni ekwa tal-valur li jiġi prodott fis-settur agroalimentari, permezz ta’ liġijiet ta’ qafas u interventi bl-għan li jżidu l-profitti tal-intraprenditorija u l-profitti agrikoli, billi jiġu bbilanċjati mill-ġdid ir-relazzjonijiet fi ħdan il-katina tal-provvista fil-konfront tad-distributuri u l-produtturi; jappella, b’mod partikolari, għal inċentivi u investimenti għal mudelli ġodda ta’ negozji agroalimentari li jipprovdu sostenibbiltà finanzjarja fit-tul u għal ibbilanċjar mill-ġdid tar-relazzjoni kummerċjali bejn il-bdiewa, id-distributuri u l-produtturi lil hinn mill-approċċ attwali tal-UE ta’ prattiki pprojbiti, billi titfassal leġiżlazzjoni qafas ta’ referenza imnebbħa mil-liġi Franċiża “EGAlim”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jappella għal tieni pilastru tal-PAK indipendenti u b’saħħtu, separat mill-politiki tal-koeżjoni iżda kkoordinat mill-qrib magħhom, li jippromwovi l-koerenza tal-politiki biex jiffaċilita, fost l-oħrajn, l-integrazzjoni territorjali, u jiżgura sinerġiji u appoġġ effettiv għas-settur agrikolu f’qafas koerenti li jiggarantixxi l-użu effiċjenti tal-fondi u l-investimenti tal-UE fil-proġetti; jinsisti li dawn il-fondi jaslu għand il-benefiċjarji b’mod f’waqtu; jemmen li l-finanzjament tal-iżvilupp rurali għandu jiġi allokat primarjament għall-attivitajiet agrikoli, filwaqt li azzjonijiet oħra li jappoġġjaw territorji jew infrastruttura għandhom jiġu ffinanzjati mill-fondi ta’ koeżjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ programm tal-iżvilupp rurali ffinanzjat tajjeb fl-ambitu tat-tieni pilastru tal-PAK biex jiġu appoġġjati ż-żoni rurali, b’kontribuzzjoni finanzjarja qawwija tal-UE, ikkomplementata minn kofinanzjament nazzjonali biex jiġu żgurati l-effettività u s-sostenibbiltà fit-tul tal-programm; jenfasizza, f’dan is-sens, ir-rwol kruċjali tal-gvernijiet lokali u l-partijiet ikkonċernati, bħall-kooperattivi u l-gruppi ta’ azzjoni lokali, fis-simplifikazzjoni tal-isforzi fl-ambitu tal-Pilastru II tal-PAK; jinsisti li r-reġjuni jeħtiġilhom ikunu kapaċi jfasslu, jimplimentaw u jiġġestixxu l-miżuri tal-iżvilupp rurali b’mod awtonomu, filwaqt li jirrispettaw l-ispeċifiċitajiet kostituzzjonali ta’ kull Stat Membru;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jappella għal żieda fil-baġit allokat għall-programm LEADER, li jikkontribwixxi għall-indirizzar tal-isfidi soċjali u l-promozzjoni ta’ gruppi ta’ azzjoni lokali permezz tat-tisħiħ tal-approċċi tal-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità, li huma kruċjali fil-bini ta’ rabtiet rurali-urbani aktar b’saħħithom; jisħaq li l-programm LEADER għandu rwol ċentrali fil-promozzjoni ta’ żoni rurali attraenti, prosperi, reżiljenti u interkonnessi billi jappoġġja inizjattivi li jiġġeneraw valur miżjud lokali, jistimulaw l-intraprenditorija, irawmu l-innovazzjoni u jsaħħu n-nisġa ekonomika u soċjali tat-territorji, li kollha huma essenzjali għaż-żamma u l-attirar tal-kapital uman, speċjalment iż-żgħażagħ u n-nisa, u jikkontribwixxu għall-bilanċ demografiku u territorjali, u t-tiġdid ġenerazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-miżuri agroambjentali u klimatiċi volontarji, u l-miżuri dwar il-benesseri tal-annimali u s-saħħa tal-annimali u tal-pjanti fl-ambitu tal-Pilastru II, bl-użu ta’ approċċi simplifikati u bbażati kemm fuq l-inċentivi kif ukoll fuq il-konformità, huma strumenti ewlenin għas-salvagwardja tal-ambjent u l-promozzjoni ta’ prattiki sostenibbli, filwaqt li jikkontribwixxu għal introjtu deċenti għall-bdiewa li jimplimentawhom; iqis li dawn l-iskemi tal-Pilastru II huma aktar effettivi mill-ekoskemi, li, f’ħafna Stati Membri, ma kisbux ir-riżultati mixtieqa minħabba l-livell għoli ta’ kumplessità tagħhom għall-bdiewa, u għalhekk jemmen li dawn l-iskemi tal-Pilastru II għandhom jirċievu sehem akbar ta’ finanzjament fil-PAK futura; jissottolinja l-importanza li jiġi żgurat li l-miżuri agroambjentali u klimatiċi jikkontribwixxu għaż-żamma u t-tisħiħ tal-produzzjoni tal-ikel;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jappella li l-appoġġ finanzjarju tal-PAK isir aktar sempliċi u aktar aċċessibbli għal proġetti żgħar, li ħafna drabi huma l-muturi tal-inizjattivi l-aktar innovattivi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu u jestendu l-użu ta’ għażliet ta’ kostijiet issimplifikati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tadotta miżuri konkreti biex tiggarantixxi li l-importazzjonijiet ta’ prodotti agroalimentari minn pajjiżi mhux tal-UE ikollhom l-istess standards ambjentali, soċjali, tas-sikurezza tal-ikel u tal-benesseri tal-annimali bħal dawk mitluba mill-produtturi tal-UE, sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi u livell għoli ta’ sikurezza tal-ikel, traċċabbiltà u produzzjoni sostenibbli fl-UE; jinsisti li dan huwa essenzjali biex jiġi evitat li tiġi kompromessa l-kompetittività tal-produzzjoni agroalimentari tal-UE fir-rigward tal-prodotti importati; jinsisti li, sabiex tiġi evitata l-kompetizzjoni inġusta għall-bdiewa tal-UE, il-Kummissjoni trid tkun lesta li tattiva klawżoli ta’ salvagwardja fil-ftehimiet tagħha ma’ pajjiżi mhux tal-UE, fejn meħtieġ, biex tiżgura l-istabbiltà tas-suq intern;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, fl-isforzi tagħha biex tiftaħ swieq ġodda u tikkonsolida dawk eżistenti, twettaq valutazzjoni tal-impatt sistematika tad-dispożizzjonijiet relatati mas-settur agrikolu f’kull wieħed mill-ftehimiet kummerċjali tagħha, li għandha tqis il-partijiet interessati kollha sabiex tiddetermina l-impatt kumulattiv tagħhom, u tipprovdi strateġiji speċifiċi biex tiżgura kundizzjonijiet ekwi u reċiproċità fil-livelli kollha, b’mod partikolari fir-rigward tal-istandards tal-produzzjoni u tal-kwalità u dawk soċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jenfasizza li huwa meħtieġ li tinżamm konsistenza bejn il-politika kummerċjali u l-politika tas-sostenibbiltà tal-Unjoni, u li jissaħħu l-kontrolli kemm fis-sors kif ukoll fil-fruntieri mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri u permezz ta’ aġenzija ta’ kontroll tal-UE, peress li dan joffri garanziji akbar f’termini ta’ kompetizzjoni ġusta għall-produtturi Ewropej; jappella għal rieżami tal-politika kummerċjali tal-UE biex jiġi żgurat li tappoġġja b’mod effettiv il-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-agrikoltura Ewropea; jenfasizza li s-sostenibbiltà u l-kompetittività tas-settur agrikolu tal-UE m’għandhomx jiddgħajfu meta jiġu żgurati ftehimiet kummerċjali futuri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb is-sinerġiji, il-komplementarijiet u l-koordinazzjoni bejn l-istrumenti ta’ finanzjament tal-UE, bħall-Fond ta’ Koeżjoni, l-istrument għall-irkupru NextGenerationEU jew il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, kif ukoll mal-istrumenti nazzjonali, kif ukoll biex tiftaħ linji diretti ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet lokali fil-ġestjoni u fl-implimentazzjoni tal-fondi; jitlob, barra minn hekk, integrazzjoni msaħħa ma’ programmi rilevanti oħra, sabiex jiġi mmassimizzat l-impatt tal-objettivi tal-innovazzjoni, tad-diġitalizzazzjoni, tas-sostenibbiltà u tar-reżiljenza fl-agrikoltura u fiż-żoni rurali; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi proċedura interna, fil-bidu ta’ kull perjodu ta’ programmazzjoni finanzjarja, sabiex tiġi żgurata l-komplementarjetà u l-koerenza fil-livell tal-UE bejn l-istrumenti ta’ appoġġ differenti ppjanati għaż-żoni rurali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jenfasizza li l-aċċess għall-finanzjament għall-bdiewa u atturi oħra fis-settur agroalimentari huwa essenzjali biex jiġu implimentati l-investimenti, jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-art u tiġi żgurata l-kontinwità tal-attività agrikola fl-azjendi agrikoli; jenfasizza, barra minn hekk, li l-innovazzjoni u t-teknoloġija fis-settur agroalimentari għandhom ikomplu jibbenefikaw minn appoġġ għall-investiment immirat bħala prijorità, sabiex l-UE tkun tista’ ssir ċentru diġitali globali, tingħata spinta lin-negozji ġodda filwaqt li ż-żgħażagħ b’talent jiġu attirati u jinżammu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jinnota li l-Istati Membri jħabbtu wiċċhom ma’ riskji varjati u li kulma jmur qed jiżdiedu; jenfasizza, f’dan ir-rigward, li żieda xierqa fir-riżerva komuni għal kriżijiet agrikoli u riforma tagħha flimkien mal-ħolqien ta’ strumenti finanzjarji ġodda u speċifiċi, b’riżorsi barra mill-PAK, huma t-tnejn essenzjali biex jappoġġjaw lill-bdiewa, fost distorsjonijiet imprevedibbli tas-suq u tat-tibdil fil-klima bħan-nixfa u l-għargħar, il-maltempati, il-mard tal-pjanti u tal-annimali, kif ukoll il-bidliet fl-imġiba tal-konsumaturi u t-tensjonijiet ġeopolitiċi; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi l-istrateġija <STRING ITALIC="on">ex ante</STRING> tagħha ta’ ġestjoni ta’ kriżijiet fuq bażi ta’ prodott prodott, bl-għan li r-riżerva għal kriżijiet fis-settur tal-agrikoltura tintuża b’mod li jimmassimizza l-effiċjenza u l-valur miżjud komunitarju; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw reazzjonijiet rapidi, effettivi u proporzjonati għall-ħtiġijiet tal-bdiewa f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi, li jippermettulhom jiksbu malajr il-kapital li jeħtieġu biex jirrestawraw l-attivitajiet agrikoli tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jenfasizza r-rwol importanti tal-mekkaniżmi ta’ intervent pubbliku tal-PAK biex jagħmlu s-swieq agrikoli stabbli u jipproteġu lill-bdiewa mill-varjazzjonijiet fil-prezzijiet; ifakkar li ilha diversi snin ma ssir rivalutazzjoni tal-limiti ta’ referenza, u dawn għandhom jiġu rieżaminati malajr kemm jista’ jkun sabiex jitqiesu l-bidliet fil-prezzijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jappella għal koordinazzjoni aħjar u simplifikazzjoni bejn l-istrumenti kollha disponibbli, inkluż il-Fond ta’ Solidarjetà, sabiex il-bdiewa, il-komunitajiet rurali u l-awtoritajiet lokali milquta minn diżastri naturali u diżastri relatati mal-klima jkunu jistgħu jaċċessaw għajnuna aktar rapida u aktar immirata; jitlob, fid-dawl taż-żieda fil-ħsarat ikkawżati mid-diżastri naturali, li jinħoloq mekkaniżmu tal-grillu awtomatiku biex titħaffef il-wasla ta’ għodod speċifiċi għall-mitigazzjoni u l-ġestjoni tar-riskji, imsejsa fuq miżuri attivi u passivi li jkunu affordabbli għall-bdiewa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw l-implimentazzjoni f’waqtha u korretta tal-pjanijiet strateġiċi nazzjonali tagħhom, fiż-żewġ pilastri, biex b’hekk jiġi evitat ir-ritorn tal-fondi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jenfasizza li, filwaqt li l-agrikoltura tikkontribwixxi permezz tal-PAK għal politiki u strateġiji oħra, bħall-ambjent, l-enerġija, il-kummerċ, il-klima, il-bijodiversità, is-saħħa u l-benesseri tal-annimali, is-saħħa pubblika u l-iżvilupp reġjonali, huwa rilevanti u pożittiv li l-politiki l-oħra jkomplu jikkontribwixxu għas-sostenibbiltà tal-agrikoltura u għall-iżvilupp rurali u biex jiġu provduti servizzi lil hinn mill-produzzjoni tal-ikel u ta’ riżorsi bijoġeniċi; jisħaq, b’mod partikolari, fuq l-importanza tal-iżvilupp tal-bijoenerġija u tal-bijoekonomija biex tiġi appoġġjata r-reżiljenza tas-settur agrikolu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni timplimenta mekkaniżmu ta’ verifika rurali għall-UE kollha fl-oqsma kollha ta’ politika u tinkludi l-Komunità tal-Patt Rurali, kif ukoll il-Kumitat tar-Reġjuni, fl-attivitajiet kollha relatati mal-qafas tal-iżvilupp rurali; jiddispjaċih dwar il-fatt li għalkemm il-Kummissjoni inkludiet il-mekkaniżmu ta’ verifika rurali fil-viżjoni tagħha għaż-żoni rurali lejn l-2040, fil-prattika jidher li dan ġie implimentat biss b’mod limitat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jafferma mill-ġdid li l-UE għandha l-ogħla standards fid-dinja fir-rigward tas-sikurezza tal-ikel, il-benesseri tal-annimali u l-protezzjoni ambjentali u soċjali, li huma l-ġebel tax-xewka tal-kompetittività tal-prodotti agrikoli tal-UE b’livell għoli ta’ kwalità, u li jridu jiġu rispettati u mħarsa; jitlob, għalhekk, li kwalunkwe leġiżlazzjoni proposta f’dawn l-oqsma tkun ibbażata fuq ix-xjenza u preċeduta minn valutazzjoni tal-impatt rigoruża u komprensiva, u tkun imfassla biex issaħħaħ il-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-azjendi agrikoli tal-UE; jemmen li l-inċentivar u l-kumpens għall-bdiewa għal kwalunkwe kostijiet addizzjonali li jġarrbu huma essenzjali biex jintlaħaq dan l-għan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jenfasizza li t-titjib tal-benesseri tal-annimali mhuwiex biss imperattiv etiku, iżda wkoll perkors lejn sistemi ta’ trobbija tal-bhejjem aktar reżiljenti u profittabbli; jissottolinja li annimali aktar b’saħħithom b’livelli ta’ stress aktar baxxi ġeneralment jirrikjedu inqas intervent veterinarju, għandhom rati ta’ fertilità ogħla, u għandhom prestazzjoni aħjar, u dan iwassal għal effiċjenza ekonomika akbar; jappella li l-miżuri tal-PAK ikomplu jappoġġjaw l-investimenti u t-taħriġ fi standards ogħla tal-benesseri tal-annimali, allinjati mal-aspettattivi tas-suq u r-rakkomandazzjonijiet xjentifiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta, fil-proposti leġiżlattivi tagħha għall-PAK li jmiss, strateġija ambizzjuża u komprensiva dwar il-proteini, li għandha tinkludi miżuri u strumenti xierqa għall-promozzjoni tal-produzzjoni tal-għelejjel tal-proteini b’livell għoli ta’ kwalità, inklużi għelejjel leguminużi bħal, iżda mhux limitati għal, ċerti żrieragħ żejtnin, legumi u foraġġ aħdar, u għelejjel mhux leguminużi bħaż-żerriegħa tal-ġirasol u tal-kolza għal skopijiet ta’ ikel u għalf, bl-għan li jitnaqqas b’mod sinifikanti d-defiċit tal-proteini tal-UE u tiġi żgurata awtonomija strateġika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jenfasizza l-importanza strateġika tat-trobbija sostenibbli tal-bhejjem għall-iżvilupp rurali, il-konservazzjoni tal-bijodiversità, il-ġestjoni tal-pajsaġġ u s-sostenibbiltà ambjentali, b’mod partikolari f’żoni żvantaġġati u pajsaġġi ta’ valur naturali għoli, u jenfasizza l-ħtieġa li s-settur jingħata appoġġ finanzjarju adegwat biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tiegħu; jissottolinja li l-prodotti tal-annimali mhux biss għandhom valur nutrittiv, iżda li l-produzzjoni tagħhom għandha rwol kruċjali fil-preżervazzjoni tal-pajsaġġi kulturali tradizzjonali, il-fertilità tal-ħamrija u l-ħżin tal-karbonju; jistieden lill-Kummissjoni toħloq grupp ta’ livell għoli dwar it-trobbija tal-bhejjem li jinvolvi lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha biex jiġu żviluppati approċċi ġodda biex jiġi ssalvagwardjat il-futur tas-settur u jiġi indirizzat it-telf progressiv tal-bhejjem fl-UE, tingħata spinta lit-tiġdid ġenerazzjonali, jiġu promossi l-benesseri tal-annimali u l-ekonomija ċirkolari – inkluż l-użu tad-diġestat bħala bijofertilizzant ta’ valur li jikkontribwixxi għar-riċiklaġġ tan-nutrijenti u għas-saħħa tal-ħamrija – u jiġi massimizzat il-kontribut pożittiv tat-trobbija sostenibbli tal-bhejjem għall-konservazzjoni u r-restawr tan-natura, il-bijodiversità u s-saħħa u l-fertilità tal-ħamrija, u biex jiġu promossi l-investimenti biex titrawwem il-kompetittività tas-settur; iqis li l-introduzzjoni ta’ sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet (ETS) agrikoli ġdida toħloq kumplessità eċċessiva mingħajr ebda garanzija ta’ effettività;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jenfasizza t-tifqigħat reċenti ta’ mard tal-annimali f’diversi Stati Membri; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jissodaw il-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ eradikazzjoni u jżidu l-allokazzjonijiet ta’ finanzjament tal-PAK iddedikati għall-ġestjoni tar-riskju u investimenti mtejba fil-bijosigurtà fl-azjendi agrikoli; jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-miżuri tas-saħħa tal-annimali fis-settur agrikolu tal-UE billi tikkoordina r-riċerka, ix-xiri u l-provvista ta’ vaċċini veterinarji fil-livell tal-UE permezz ta’ mekkaniżmu ta’ preparatezza u ta’ detezzjoni bikrija, u billi trawwem l-iżvilupp ta’ dawn il-vaċċini fl-UE; jappella għal finanzjament adegwat għal dan il-mekkaniżmu barra mill-PAK; iħeġġeġ lill-Istati Membri jappoġġjaw u jaħdmu mar-reġjuni fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni ta’ pjanijiet ta’ prevenzjoni, tilqim u mitigazzjoni fir-rigward ta’ dan il-mard;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jiddispjaċih li l-finanzjament ta’ miżuri għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ ċertu mard tal-annimali permezz tal-Programm tas-Suq Uniku mhuwiex suffiċjenti biex jappoġġja lill-bdiewa u lill-Istati Membri b’rabta ma’ mard bħall-marda tal-ilsien u d-dwiefer; jenfasizza li fl-UE, kwalunkwe nuqqas ta’ prevenzjoni jew kontroll tal-mard tal-annimali fi Stat Membru wieħed jista’ jkollu riperkussjonijiet immedjati fuq l-oħrajn, u jirrikjedi rispons koordinat; jappella li jiġu introdotti standards tas-saħħa tal-annimali stretti u fil-livell tal-UE biex tiġi ssalvagwardjata t-trobbija tal-bhejjem, inklużi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tal-popolazzjonijiet ta’ annimali selvaġġi li joħolqu riskji ta’ infezzjoni u għat-tilqim immirat tal-annimali meta jkun meħtieġ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jenfasizza li r-reżistenza antimikrobika hija theddida kbira għas-saħħa tal-bniedem u li t-tnaqqis tal-użu tal-antibijotiċi fit-trobbija tal-annimali jrid ikun prijorità; jinnota l-finanzjament disponibbli għat-tnaqqis tas-suxxettibbiltà u t-trażmissjoni tal-mard tal-annimali diġà disponibbli fil-PAK;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Itenni l-ħtieġa li tiġi żviluppata strateġija komprensiva tal-UE dwar l-ikel ibbażata fuq il-metodu ta’ ttestjar xjentifiku, li tintegra l-agrikoltura u t-trobbija tal-bhejjem, filwaqt li tiżgura trattament ġust għas-setturi agrikoli kollha; jappoġġja valutazzjonijiet ambjentali bbażati fuq ix-xjenza li jqisu ċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-prodotti tal-ikel; jappoġġja n-nutrizzjoni bbażata fuq evalwazzjonijiet xjentifiċi li jikkonfermaw l-importanza tal-ikel li joriġina mill-annimali għas-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari għal popolazzjonijiet vulnerabbli bħat-tfal, l-anzjani u n-nisa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jippromwovu u jtejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol u soċjali u l-pagi għall-bdiewa jew għal kwalunkwe impjegat agrikolu u jiżguraw kopertura u sostituzzjoni xierqa tal-ħaddiema f’każ ta’ mard jew inċidenti li jikkawżaw assenza temporanja; jitlob ukoll l-għoti ta’ taħriġ u liv annwali u tal-familja għall-indukrar ta’ membri tal-familja, sabiex jiġu żgurati impjiegi ta’ kwalità u bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-bdiewa u l-ħaddiema agrikoli; jissottolinja r-rwol tal-agrikoltura bħala kontributur ewlieni għar-responsabbiltà soċjali u kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti fiż-żoni rurali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni taġġorna l-allokazzjonijiet finanzjarji tal-POSEI biex jirriflettu, bħala minimu, l-inflazzjoni akkumulata fil-QFP li jmiss, b’pakketti aġġustati kull sena, u jiddispjaċih li d-deflatur ta’ 2 % applikat għall-pagamenti diretti ma ġiex ikkunsidrat ukoll għall-POSEI fil-QFP attwali; jemmen, madankollu, li l-Kummissjoni jeħtiġilha tmur lil hinn u tipproponi żieda sinifikanti fil-baġit tal-POSEI fil-QFP li jmiss biex tipprovdi appoġġ komplementari għall-produzzjoni agrikola, u b’hekk tiżgura l-awtosuffiċjenza tal-ikel fir-reġjuni ultraperiferiċi; iqis li dan huwa essenzjali għall-kontinwità tal-attività agrikola fir-reġjuni ultraperiferiċi, għall-iżgurar tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-UE, f’konformità sħiħa mal-Artikolu 349 tat-TFUE, li jirrikonoxxi n-natura speċifika ta’ dawn ir-reġjuni u l-ħtieġa li jiġu adottati miżuri differenzjati biex jiġu indirizzati r-restrizzjonijiet permanenti tagħhom; jargumenta li ż-żieda fil-finanzjament tal-POSEI għandha tqis ukoll il-ħtiġijiet agrikoli reali u speċifiċi ta’ dawn ir-reġjuni, inklużi l-bidliet fil-kostijiet tal-produzzjoni, l-esponiment għal avvenimenti ta’ temp estrem, il-frammentazzjoni territorjali, il-volatilità tas-suq u l-ħtieġa li tiġi żgurata l-vijabbiltà ekonomika tal-azjendi agrikoli u l-introjtu ġust għall-bdiewa; jenfasizza, f’dan il-kuntest, l-importanza li jinħoloq mekkaniżmu speċifiku, jiġifieri programm POSEI tat-trasport, li jgħin biex jittaffew il-kostijiet addizzjonali tat-trasport tal-prodotti fi ħdan ir-reġjuni ultraperiferiċi u tal-prodotti ttrasportati barra mir-reġjuni ultraperiferiċi lejn is-suq uniku u l-fatturi tal-produzzjoni fir-reġjuni ultraperiferiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jindika li l-finanzjament tal-Pilastru II għat-trobbija tan-naħal għandu jkun aktar immirat u aktar effettiv, u li l-qafas leġiżlattiv il-ġdid għandu jipprevedi l-modernizzazzjoni u s-simplifikazzjoni tal-iskema ta’ appoġġ tal-Pilastru I għal min irabbi n-naħal b’tali mod li jitqiesu l-karatteristiċi u l-vulnerabbiltajiet speċifiċi tas-settur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jenfasizza l-importanza tal-aċċess għal infrastruttura fiżika u diġitali b’servizz tal-broadband affidabbli u ta’veloċità għolja u l-użu tat-teknoloġija satellitari għax-xogħol u l-kwalità tal-ħajja tal-bdiewa fiż-żoni rurali u biex jingħeleb l-iżolament soċjali; jinsisti, għalhekk, fuq l-importanza li tinkiseb diġitalizzazzjoni gradwali tal-agrikoltura, li tinvolvi aċċess kostanti għall-internet, għarfien diġitali, innovazzjoni, aċċess tal-bdiewa għad-data u għas-sjieda ta’ dik id-data, opportunitajiet ta’ edukazzjoni u taħriġ sabiex jiġu attirati u miżmuma n-nies f’dawn l-oqsma, speċjalment iż-żgħażagħ, li jagħtuhom il-possibbiltà li jibqgħu f’dawn l-oqsma jekk ikunu jixtiequ jagħmlu dan; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu t-taħriġ disponibbli għall-bdiewa u għall-forestieri biex jiksbu ħiliet diġitali li jistgħu jgħinuhom jagħmlu l-aħjar użu mill-vantaġġi tad-diġitalizzazzjoni u tal-biedja ta’ preċiżjoni u jaħdmu b’mod aktar effiċjenti u sostenibbli, filwaqt li jżommu f’moħħhom il-fatt li l-komunikazzjoni personali u verbali għadha essenzjali għal ħafna bdiewa fil-preżent; jirrikonoxxi r-rwol kruċjali tal-organizzazzjonijiet tal-bdiewa fit-tmexxija tat-trasformazzjoni diġitali tal-agrikoltura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw allinjament sħiħ bejn il-Programm Ewropa Diġitali, il-politiki dwar l-introduzzjoni tal-broadband u l-PAK ta’ wara l-2027; jafferma l-ħtieġa kemm li ż-żoni rurali jiġu mgħammra b’servizzi ta’ infrastruttura diġitali kif ukoll li tingħata spinta lill-ħiliet meħtieġa għax-xogħol mill-bogħod, il-biedja ta’ preċiżjoni u l-intraprenditorija diġitali; jissottolinja li s-servizzi tal-infrastruttura diġitali jridu jkunu affordabbli għaċ-ċittadini rurali; jenfasizza li investiment bħal dan huwa essenzjali għat-tnaqqis tad-depopolazzjoni rurali u t-tisħiħ tal-attraenza tal-agrikoltura u l-ħajja rurali għall-ġenerazzjonijiet żagħżugħa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jappella għal sensibilizzazzjoni akbar dwar l-importanza tas-saħħa mentali tal-bdiewa u tal-ħaddiema agrikoli, minħabba r-rata għolja ta’ suwiċidji f’dan is-settur; jenfasizza li dan huwa fenomenu allarmanti kkawżat, fost l-oħrajn, minn livelli għoljin ta’ stress, inċertezza, piżijiet amministrattivi onerużi, kif ukoll vulnerabbiltà, iżolament soċjali, nuqqas ta’ btajjel, dejn u tbatija ekonomika li jħabbtu wiċċhom magħhom il-bdiewa; jenfasizza, barra minn hekk, li l-proċeduri stressanti ta’ spezzjoni tal-azjendi agrikoli jpoġġu pressjoni addizzjonali fuq il-bdiewa fil-ġestjoni tal-azjendi tagħhom u jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw mekkaniżmi biex jindirizzaw dan; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jrawmu l-kollaborazzjoni biex jiżviluppaw strateġija komprensiva dwar is-saħħa mentali għall-bdiewa u jiżguraw li fil-PAK li jmiss jiġu inklużi miżuri ta’ appoġġ xierqa; jenfasizza l-valur ta’ approċċi mfassla apposta għaċ-ċirkostanzi lokali, bl-użu ta’ diversi tipi ta’ servizzi ta’ appoġġ, inklużi networks ta’ konsulenza għall-farms attwali u gruppi oħra ta’ appoġġ tal-komunità rurali; iqis li huwa meħtieġ li jiġu żviluppati programmi ta’ appoġġ psikoloġiku, kif ukoll miżuri li jippromwovu s-simplifikazzjoni amministrattiva u l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, u dawn kollha se jtejbu l-kwalità tal-ħajja tal-bdiewa u tal-ħaddiema tal-UE; itenni l-ħtieġa li l-bdiewa jirċievu prezzijiet ġusti għall-prodotti tagħhom, kemm dawk kif ukoll dawk mhux tas-suq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jenfasizza li aktar minn 70 % tal-konsumaturi fl-UE jibbażaw id-deċiżjonijiet tax-xiri tagħhom fuq l-informazzjoni fuq l-imballaġġ, u jiġbed l-attenzjoni għar-riskju reali li l-konsumaturi jiġu mqarrqa; jappella, għaldaqstant, għall-konsolidazzjoni ta’ tikkettar armonizzat tal-UE biex tiġi żgurata sistema ġusta u ekwa, li tipprovdi trasparenza dwar il-pajjiż ta’ oriġini, assikurazzjonijiet tal-kwalità u standards tal-produzzjoni, inkluż l-istandards tal-benesseri tal-annimali u l-istandards organiċi, tal-prodotti agroalimentari tal-UE; iqis li huwa meħtieġ li jiġu ggarantiti t-traċċabbiltà u l-kompetittività fis-suq uniku u globalment permezz ta’ regoli ċari biex jiġu evitati d-distorsjonijiet u l-prattiki qarrieqa sabiex tiġi protetta l-integrità tas-sistemi tal-ikel tal-UE, tittejjeb il-promozzjoni tagħhom u jissaħħu l-informazzjoni u s-sensibilizzazzjoni tal-konsumaturi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jirrakkomanda miżuri ta’ protezzjoni msaħħa għall-prodotti reġjonali, inkluż it-tisħiħ tar-reġimi tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti, tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti permezz ta’ proċeduri simplifikati li jipproteġu mill-użu ħażin u l-kontrafazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jitlob, barra minn hekk, lill-Kummissjoni, biex ittemm is-sistemi ta’ tikketti simplistiċi ta’ fuq quddiem tal-pakkett bħas-sistema “Nutriscore”, minħabba n-nuqqas ta’ kunsens xjentifiku wiesa’ u r-riskju li l-industrija tal-ikel tibdel il-parametri biex jaqdu l-interessi tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jappella għall-promozzjoni tal-edukazzjoni dwar in-nutrizzjoni fl-iskejjel u fil-canteens tal-iskejjel, bl-għan li t-tfal jiġu megħjuna jifhmu l-importanza ta’ dieta kompluta u bbilanċjata minn età bikrija, bl-għan li t-tfal jiġu megħjuna jifhmu l-oriġini tal-ikel; iħeġġeġ l-iżvilupp ta’ drawwiet tal-ikel tajbin għas-saħħa u menus fl-iskejjel li jinkludu varjetà ta’ vitamini, fibra u ikel rikk fin-nutrijenti biex jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-benesseri fiżiku u mentali tal-istudenti; jenfasizza, barra minn hekk, il-ħtieġa li l-gastronomija nazzjonali, lokali u staġjonali tiġi rispettata u promossa bħala wirt kulturali prezzjuż, rappreżentat tajjeb fil-mudell tad-Diet tal-Mediterran; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jingħataw riżorsi addizzjonali għal skemi mmirati lejn dawn l-attivitajiet u jenfasizza l-ħtieġa li l-akkwist pubbliku jkun iggwidat mill-kwalità, mhux mill-prezz, u li fejn ikun possibbli jiġi promoss il-konsum ta’ prodotti organiċi, lokali u staġjonali b’indikazzjonijiet ġeografiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jissottolinja l-importanza tal-iskema tal-UE għad-distribuzzjoni tal-ħalib, il-frott u l-ħaxix lit-tfal permezz ta’ programmi skolastiċi bħala għodda ewlenija għall-promozzjoni ta’ ikel tajjeb għas-saħħa, speċjalment għal tfal minn sfondi vulnerabbli li għalihom l-ikliet fl-iskejjel jistgħu jkunu wieħed mill-ftit sorsi ta’ nutrizzjoni bbilanċjata; jiddispjaċih li xi Stati Membri mhumiex qed jużaw il-fondi allokati għal dan il-programm, u dan qed iwassal biex il-baġit disponibbli ma jintużax biżżejjed; jiġbed l-attenzjoni dwar l-importanza tal-involviment tal-bdiewa u l-atturi tul il-katina tal-valur agroalimentari fit-twassil tal-edukazzjoni dwar l-ikel, u l-promozzjoni ta’ rabtiet diretti bejn il-produtturi u l-iskejjel;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jenfasizza l-importanza li jinżamm finanzjament xieraq għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda minħabba l-benefiċċji sinifikanti tagħhom għas-saħħa u n-nutrizzjoni għall-Ewropej kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jiddikjara li jinsab imħasseb ħafna dwar iż-żieda fil-proġetti ta’ produzzjoni ta’ “laħam imkabbar fil-laboratorju”; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi rieżaminat il-qafas leġiżlattiv tal-UE applikabbli għall-awtorizzazzjoni ta’ dawn il-prodotti sabiex iqis b’mod aktar komplut l-implikazzjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali ta’ dan it-tip ta’ innovazzjoni, kif ukoll il-kunsiderazzjonijiet etiċi marbuta miegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Iħeġġeġ lill-politiċi, l-iskejjel, il-media, il-bdiewa u l-assoċjazzjonijiet lokali jaħdmu flimkien biex jippromwovu immaġni pożittiva tal-biedja, iżidu l-attraenza tagħha għaż-żgħażagħ, u jikkomunikaw aħjar dwar ir-rwol tal-bidwi fil-produzzjoni tal-ikel u s-servizzi ambjentali sostenibbli; jappella għal rikonoxximent mifrux tal-ħidma essenzjali mwettqa mill-bdiewa u mill-ħaddiema tal-azjendi agrikoli fir-rigward tas-sikurezza tal-ikel u tal-impenn tagħhom għal prattiki sostenibbli permezz ta’ kampanji mmirati lejn is-sensibilizzazzjoni tal-konsumaturi dwar l-għażliet li jagħmlu meta jixtru u lejn it-tisħiħ tar-relazzjoni bejn il-konsumaturi u l-bdiewa tal-UE, filwaqt li tiġi promossa komprensjoni aħjar ta’ kif il-bdiewa jipproduċu l-prodotti agroalimentari li jixtru l-konsumaturi; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi miġġielda l-miżinformazzjoni u l-messaġġi qarrieqa, żbaljati u mhux ġustifikati sabiex tittejjeb l-immaġni negattiva tal-bdiewa li għandha parti mis-soċjetà; iħeġġeġ lill-Istati Membri jinkludu dan ir-rikonoxximent fil-pjanijiet edukattivi tagħhom sabiex jagħmlu l-agrikoltura attività ekonomika attraenti; jiddispjaċih ħafna dwar il-fatt li l-bdiewa u r-residenti rurali sofrew ħafna snin ta’ deprijoritizzazzjoni u nuqqas ta’ investiment;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Simplifikazzjoni tal-PAK wara l-2027: Lejn ġestjoni aktar effiċjenti</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jappoġġja, bil-ħsieb għall-futur, l-objettiv tal-Kummissjoni għall-perjodu 2024-2029 li tnaqqas il-piżijiet amministrattivi għall-bdiewa u li tissimplifika l-leġiżlazzjoni bħala prijorità strateġika trażversali, sabiex l-aċċess għall-appoġġ tal-PAK jiġi ffaċilitat u l-implimentazzjoni fuq il-post issir aktar effettiva; jinsisti li dan irid ikun wieħed mill-prinċipji gwida li jirfdu l-azzjonijiet kollha mmirati lejn il-kisba tas-sostenibbiltà soċjali, ambjentali u ekonomika tal-agrikoltura tal-UE, mingħajr ma jiddgħajfu l-ħames objettivi ewlenin tal-PAK kif stabbiliti fl-Artikolu 39 tat-TFUE; jenfasizza li s-simplifikazzjoni tal-PAK ma għandhiex tikkomprometti qafas regolatorju b’saħħtu fil-livell tal-UE, għax dan huwa essenzjali biex tiġi ppreżervata l-komunalità tal-PAK u biex jiġi żgurat l-appoġġ pubbliku għar-riżorsi finanzjarji meħtieġa; ’
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ aktar flessibbiltà u struttura ta’ finanzjament aktar sempliċi għall-PAK il-ġdida, li tkun ta’ benefiċċju għall-bidwi attiv; jirrimarka li l-kundizzjonijiet volatili, iż-żieda fir-regolamenti u ż-żieda fl-aspettattivi tas-soċjetà jikkawżaw frustrazzjoni fost il-bdiewa u jolqtu l-attraenza tal-professjoni, speċjalment fost il-bdiewa żgħażagħ u dawk l-aktar vulnerabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, meta tfassal l-arkitettura futura tal-PAK, tiffoka fuq li jiġu stabbiliti kriterji aktar ċari, proċeduri diġitalizzati, linji gwida standardizzati, il-komunikazzjoni f’waqtha tal-bidliet u appoġġ tekniku aċċessibbli; jenfasizza li l-gold-plating iżid il-kumplessità għall-bdiewa u għall-benefiċjarji, u b’hekk inaqqas l-effettività u l-adozzjoni ta’ miżuri importanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Jitlob koordinazzjoni aħjar bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali rigward tnaqqis fl-obbligi ta’ dokumentazzjoni u rappurtar; jenfasizza l-ħtieġa ta’ impenn proattiv bejn il-Kummissjoni, l-awtoritajiet tal-Istati Membri, il-bdiewa u l-organizzazzjonijiet tal-azjendi agrikoli qabel ma jitfasslu l-pjanijiet strateġiċi nazzjonali tal-PAK; jissottolinja l-ħtieġa ta’ flessibbiltà akbar għall-Istati Membri fi ħdan il-pjanijiet strateġiċi tal-PAK, li tippermettilhom jadattaw elementi speċifiċi mingħajr ma jirrikjedu approvazzjoni minn qabel mill-Kummissjoni, meta jkun meħtieġ; jappella għall-istabbiliment ta’ sistema ċentralizzata u elettronika ta’ rapportar, “punt uniku ta’ servizz tal-PAK”, fejn il-bdiewa jistgħu jippreżentaw l-applikazzjonijiet, ir-rapporti u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa f’post wieħed, filwaqt li jevitaw l-amministrazzjoni duplikata u bla bżonn;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Jappella għal sistema realistika u bbażata fuq l-inċentivi għall-bdiewa, li tirrifletti l-impenn tal-ħin muri mill-benefiċjarju, aktar milli sistema bbażata purament fuq obbligi biex jintlaħqu objettivi ambjentali u soċjali ambizzjużi, filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-ispeċifiċitajiet taż-żoni ġeografiċi; jemmen li l-approċċi bbażati fuq l-inċentivi jagħtu l-aħjar riżultati f’termini tat-tisħiħ tas-sostenibbiltà tal-agrikoltura fl-UE; jenfasizza li huwa essenzjali li meta tiġi kkalkulata r-remunerazzjoni dovuta għas-servizzi, il-metodoloġija tmur lil hinn mil-lenti dejqa tal-“kostijiet imġarrba u l-introjtu mitluf” mill-bidwi, peress li t-telf soċjoekonomiku għall-komunità usa’ jista’ jkun ħafna akbar bit-telf kemm tal-attività ekonomika upstream kif ukoll downstream fiż-żona lokali; jemmen li l-finanzjament għal dawn il-pagamenti għandu jiġi mill-PAK jew minn fondi nazzjonali sabiex il-finanzjament pubbliku jkun jista’ verament jinċentiva l-innovazzjoni ekoloġika u t-tranżizzjoni ekoloġika; jistieden lill-Kummissjoni tesplora sorsi ta’ finanzjament addizzjonali lil hinn mill-PAK biex tappoġġja lill-bdiewa fl-iżvilupp ta’ mudelli tan-negozju sostenibbli u adattati għall-kundizzjonijiet lokali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Jenfasizza li l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti għall-kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajba trid tqis l-użu attwali tal-art u l-prattiki agrikoli attwali; jenfasizza li l-bdiewa attivi jeħtiġilhom iżommu d-dritt li jkomplu l-attivitajiet agrikoli attwali tagħhom, inklużi l-operazzjonijiet ta’ manutenzjoni meħtieġa, mingħajr ma jiffaċċjaw restrizzjonijiet amministrattivi jew operazzjonali addizzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li jkomplu jiġu vvalutati r-rekwiżiti ta’ kundizzjonalità tal-PAK sabiex jittaffew il-piżijiet amministrattivi, l-ostakli jew l-ostakli ekonomiċi, jitnaqqsu l-ispejjeż u jiġu evitati rekwiżiti eċċessivi ta’ implimentazzjoni għall-bdiewa; jinsisti fuq il-ħtieġa tal-bdiewa għal flessibbiltà u sempliċità, filwaqt li jkomplu jippromwovu l-prattiki agrikoli responsabbli, permezz ta’ inċentivi, iż-żamma ta’ kundizzjonijiet ekwi u appoġġ pubbliku għall-politika, f’approċċ li jiġġenera valur miżjud akbar u aktar investiment fl-innovazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>69.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi lill-bdiewa jieħdu r-responsabbiltà billi tippermetti grad ta’ tolleranza u billi tiżgura li s-sanzjonijiet ikunu ġusti u proporzjonati, speċjalment fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ kundizzjonalità, kif ukoll ekoskemi volontarji u miżuri agroambjentali u klimatiċi; jisħaq fuq il-ħtieġa li r-rekwiżiti leġiżlattivi l-ġodda kollha fl-ambitu tal-PAK ta’ wara l-2027 ikunu akkumpanjati minn perjodi ta’ tranżizzjoni suffiċjenti u minn simplifikazzjonijiet amministrattivi biex tiġi żgurata ċ-ċertezza tad-dritt u tal-ippjanar għall-bdiewa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>70.</NO.P>Jenfasizza li r-Regolament dwar l-OKS<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007, <STRING ITALIC="on">ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671, </STRING>ELI: <STRING UNDERLINE="on">http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1308/oj</STRING>.</FIELD></FOOTNOTE> irid jiġi ssimplifikat, u b’hekk jitħaffu l-proċeduri għall-għoti ta’ għajnuna eċċezzjonali lill-bdiewa; jissottolinja l-importanza li jiġi promoss u msaħħaħ ir-rwol kruċjali tal-kooperattivi, l-organizzazzjonijiet ta’ produtturi, l-assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi, l-organizzazzjonijiet ta’ produtturi tal-frott u l-ħxejjex, l-organizzazzjonijiet interprofessjonali u entitajiet oħra li jikkontribwixxu għall-katina tal-valur agroalimentari, inkluż is-settur organiku, u li l-katina tal-valur agroalimentari ssir aktar ibbilanċjata, u b’hekk tiġi żgurata remunerazzjoni aħjar għall-bdiewa; iħeġġeġ lill-Kummissjoni teżamina kif il-kooperazzjoni tagħhom tista’ tiġi mħeġġa u appoġġjata aktar permezz tar-Regolament dwar l-OKS;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>71.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni twettaq rieżami komprensiv tal-għodod, inklużi l-osservatorji tas-suq, li għandhom l-għan li jtejbu r-reżiljenza kontra l-volatilità tas-suq u l-kollassi tal-prezzijiet tas-suq; jinsisti li meħtieġ jiġu aġġornati u msaħħa l-istrumenti attwali tal-ġestjoni tar-riskju u li tissaħħaħ il-kooperazzjoni fost il-kooperattivi, l-OP u l-AOP bl-għan li jissaħħaħ ir-rwol tagħhom fil-ġestjoni tal-għodod ekonomiċi u tal-ġestjoni tar-riskju; jinsisti fuq il-ħtieġa li tiġi ffaċilitata aktar l-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet mir-regoli tal-kompetizzjoni għall-bdiewa biex jindirizzaw u jegħlbu l-kriżijiet tas-suq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>72.</NO.P>Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tipprovdi xbieki ta’ sikurezza effiċjenti fir-Regolament dwar l-OKS, inkluż rieżami tal-prezzijiet attwali tal-intervent pubbliku u l-limiti ta’ referenza biex jirriflettu b’mod preċiż il-kundizzjonijiet u r-realtajiet ekonomiċi attwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>73.</NO.P>Jilqa’ l-pakkett il-ġdid tal-Kummissjoni għas-settur tal-inbid u jistieden lill-Kummissjoni talloka aktar riżorsi finanzjarji għall-implimentazzjoni tal-miżuri proposti u għal qawmien mill-ġdid sostenibbli fit-tul tas-settur tal-inbid;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>74.</NO.P>Ifakkar ukoll li r-Regolament dwar l-OKS għandu jindirizza d-domanda tal-produtturi u tal-konsumaturi rigward l-ismijiet tal-bejgħ ta’ ċerti prodotti agrikoli, bħal dawk relatati mal-laħam, li jridu jiġu protetti mir-riskju ta’ użu qarrieqi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>75.</NO.P>Jappella għal garanzija li kwalunkwe proposta leġiżlattiva li taffettwa l-agrikoltura tkun preċeduta, ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali, minn valutazzjoni tal-impatt kumulattiva dettaljata, komprensiva u bbażata fuq l-evidenza, b’enfasi partikolari fuq l-aspetti ekonomiċi, ambjentali u soċjali, bl-għan li tipprovdi ċertezza legali għall-bdiewa; huwa favur il-valutazzjoni tal-impatti ekonomiċi tal-miżuri ta’ politika proposti fil-livell tal-azjendi agrikoli u tal-mezzi finanzjarji meħtieġa għall-implimentazzjoni tagħhom, kif ukoll il-monitoraġġ kontinwu tal-miżuri; jisħaq li ż-żieda kontinwa fil-piżijiet regolatorji mqiegħda fuq is-settur ikkawżat frustrazzjoni fost il-bdiewa u rriżultat f’kostijiet żejda sinifikanti fil-livell tal-azjendi agrikoli, u hija waħda mill-fatturi li jaffettwaw l-attraenza tal-professjoni għall-entranti ġodda;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>76.</NO.P>jisħaq fuq l-importanza li tiġi rikonoxxuta d-diversità tal-agrikoltura Ewropea, inklużi l-ortikultura fis-serer u l-għelejjel permanenti meta jitfasslu miżuri ta’ appoġġ, rekwiżiti regolatorji u strateġiji ta’ innovazzjoni; jappella għall-introduzzjoni u l-adattament tar-regolamenti tal-UE żviluppati speċifikament biex jindirizzaw l-isfidi u l-opportunitajiet tal-biedja b’effett ta’ serra, urbana u vertikali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>77.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ tranżizzjoni lejn sistemi diġitali integrati u interoperabbli għall-monitoraġġ tal-PAK; jissottolinja, f’dan il-kuntest, l-importanza li jiġi promoss il-ġbir ta’ data u informazzjoni taħt qafas leġiżlattiv uniku li jiddependi, b’mod partikolari, fuq immaġni bis-satellita biex jiġu żviluppati sistemi integrati ta’ ġestjoni u kontroll; jenfasizza li tali sistemi għandu jkollhom l-għan li jnaqqsu l-ispezzjonijiet wiċċ imb wiċċ jew fiżiċi fuq il-post, fejn fattibbli, u jimminimizzaw il-piżijiet u l-kostijiet amministrattivi tal-bdiewa; jinsisti li l-protezzjoni u s-sjieda tad-data tal-bdiewa jridu jiġu ggarantiti bis-sħiħ; ifakkar, madankollu, li fid-dawl tal-limitazzjonijiet eżistenti fl-użu tat-teknoloġija satellitari, b’mod partikolari rigward il-pakketti żgħar u ristretti, jibqa’ neċessarju li sadanittant jinżammu sistemi oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>78.</NO.P>Jappella biex l-Istati Membri jimplimentaw l-approċċ ta’ awditu uniku biex jimminimizzaw iż-żmien mitluf mill-bdiewa għall-kontrolli ta’ akkumpanjament; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni timmodernizza s-sistema integrata ta’ġestjoni u kontroll tal-immaġni bis-satellita, bħal Copernicus u Galileo, sabiex tintegra t-teknoloġiji eżistenti u ġodda biex tipprovdi preċiżjoni, affidabbiltà u simplifikazzjoni akbar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>79.</NO.P>Jirrakkomanda li l-Istati Membri jingħataw flessibbiltà akbar biex jappoġġjaw l-investiment f’innovazzjonijiet u teknoloġiji ewlenin, bħall-użu ta’ satelliti, l-internet tal-oġġetti u teknoloġiji simili biex tinġabar data operazzjonali; jemmen li dan se jiżgura t-trasparenza u l-konformità mingħajr ma jimponi kostijiet addizzjonali fuq il-bdiewa, jiffaċilita t-tranżizzjoni lejn sistema bbażata fuq il-fiduċja fejn bdiewa affidabbli jistgħu jiċċertifikaw huma stess il-konformità tagħhom, ikkomplementata minn awditi mmirati u bbażati fuq ir-riskju aktar milli spezzjonijiet ġenerali ta’ rutina;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>80.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa li jitfasslu strateġiji ta’ innovazzjoni u tranżizzjonijiet diġitali b’mod li jkun parteċipattiv u aċċessibbli għall-azjendi agrikoli kollha, filwaqt li jiġi żgurat li l-progress teknoloġiku jikkontribwixxi għall-koeżjoni rurali, il-parteċipazzjoni demokratika u l-iżvilupp sostenibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>81.</NO.P>Iqis li huwa essenzjali li l-Istati Membri li jirrikonoxxu li r-reġjuni għandhom rwol statutorju fil-ġestjoni tal-PAK jingħataw l-opportunità li jirkupraw l-istrumenti tal-ġestjoni fil-livell reġjonali fil-kuntest tal-miżuri tal-iżvilupp rurali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-ilma u l-ekonomija ċirkolari bħala l-pedament tal-PAK ta’ wara l-2027</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>82.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tintegra approċċ strateġiku u olistiku għar-riżorsi tal-ilma fil-PAK ta’ wara l-2027 u żżid is-sinerġiji tagħha ma’ fondi oħra tal-UE, bħall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, issaħħaħ ir-rabta bejn l-ilma u l-ikel bħala element ewlieni fit-tisħiħ tas-sigurtà tal-ikel u fl-iżvilupp taż-żoni rurali; jitlob, barra minn hekk, aktar investiment fit-titjib tar-reżiljenza tal-ilma permezz tal-modernizzazzjoni u l-iżvilupp taż-żamma, id-distribuzzjoni, il-ħżin u l-infrastruttura regolatorja sostenibbli tal-ilma, kif ukoll soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura, li huma kruċjali biex jinkiseb settur agrikolu aktar effiċjenti u kompetittiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>83.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiggarantixxi l-aċċess għall-ilma għal irrigazzjoni sostenibbli; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi promoss l-investiment fil-purifikazzjoni u t-trattament tal-ilma mormi, kif ukoll l-użu ta’ sorsi tal-ilma mhux konvenzjonali, bħall-ilma reklamat u desalinat għas-settur agrikolu, irrispettivament mid-daqs tal-azjenda agrikola, bi prezzijiet kompetittivi, bl-interkonnessjonijiet tat-trasport tal-ilma jkunu ugwalment importanti biex jittrasportaw dan l-ilma; jistieden lill-Kummissjoni tqis kemm id-differenzi u l-isfidi sinifikanti fl-Istati Membri kif ukoll il-prattiki tajbin implimentati minn kull Stat Membru għas-salvagwardja tal-produzzjoni agrikola; jistieden lill-Kummissjoni tinvesti fi programmi ta’ taħriġ għall-bdiewa dwar l-effiċjenza fl-użu tal-ilma;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>84.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tipprijoritizza l-promozzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi u l-irrigazzjoni intelliġenti u d-diġitalizzazzjoni tal-infrastruttura biex jiġi ottimizzat l-użu tal-ilma u titnaqqas l-impronta fuq l-ilma, speċjalment fir-reġjuni affettwati min-nixfa u d-deżertifikazzjoni, filwaqt li tiġi żgurata produzzjoni stabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>85.</NO.P>Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li ħafna sistemi ta’ irrigazzjoni huma obsoleti u ineffiċjenti, u jikkawżaw telf sinifikanti ta’ ilma u għalhekk jeħtieġ jinbidlu jew jiġu modernizzati; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tinkludi inċentivi finanzjarji għal din il-modernizzazzjoni fost il-prijoritajiet tagħha u jappoġġja l-inklużjoni tagħhom bħala investimenti eliġibbli fil-pjanijiet strateġiċi tal-PAK u l-istrumenti ta’ koeżjoni rilevanti tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>86.</NO.P>Jenfasizza l-kumplessità tal-użu tal-fondi tal-PAK, b’mod partikolari dawk mill-Pilastru II, biex tiġi ffinanzjata l-infrastruttura tal-irrigazzjoni, u għalhekk jappella għal rieżami tal-mekkaniżmi ta’ tfassil u finanzjament għal tali infrastruttura biex jittejbu d-disponibbiltà u l-użu tar-riżorsi tal-ilma mill-bdiewa, li jirriflettu l-kostijiet reali u l-valur miżjud tas-servizzi ambjentali u tal-pajsaġġ li jipprovdu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>87.</NO.P>Jappella għal appoġġ immirat u effettiv għall-bdiewa u l-forestiera tal-UE biex jagħtu spinta lill-ekonomija ċirkolari u jintegraw fil-bijoekonomija emerġenti, permezz ta’ inċentivi għall-irkupru tal-bijomassa, l-iskart agrikolu u l-koprodotti, li jappoġġjaw ukoll l-awtonomija enerġetika tal-azjendi agrikoli u jnaqqsu d-dipendenza tagħhom fuq inputs esterni; jirrimarka l-ħtieġa li jiġi ottimizzat l-użu ta’ materja prima u prodotti sekondarji li jiġġeneraw prodotti sekondarji bħad-diġestat u sorsi ġodda ta’ enerġija, inklużi bijogass sostenibbli u bijofjuwils sostenibbli, filwaqt li jittieħed kont tal-ħtieġa li tingħata prijorità lill-produzzjoni tal-ikel; jissottolinja li dawn il-miżuri, li ma jridux iwasslu għal piżijiet amministrattivi akbar fil-livell tal-azjendi agrikoli, se jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-awtonomija enerġetika tal-UE, jagħtu spinta lil sorsi addizzjonali ta’ introjtu għall-bdiewa u joħolqu opportunitajiet ġodda ta’ impjieg; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, f’dan il-kuntest, tirrikonoxxi l-importanza ta’ dawn l-aspetti fl-Istrateġija dwar il-Bijoekonomija għall-2025 li jmiss;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>88.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ approċċ olistiku għad-dekarbonizzazzjoni tal-agrikoltura u jappella għal inkoraġġiment u inċentivi xierqa, inkluż għall-irkupru tal-bijomassa u l-ippremjar tas-sekwestru tal-karbonju fil-ħamrija, kif ukoll finanzjament suffiċjenti għall-bdiewa biex jadottaw soluzzjonijiet u prattiki li jnaqqsu l-impronta tal-karbonju tal-għelejjel filwaqt li jżommu l-kompetittività tagħhom, sabiex il-piż ta’ tali dekarbonizzazzjoni u l-ammont ta’ xogħol ma jaqax esklużivament fuqhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>89.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinkoraġġixxu u jsaħħu l-integrazzjoni tal-agrikoltura u l-enerġija rinnovabbli, filwaqt li jirrikonoxxu l-potenzjal ta’ din is-sinerġija biex jippromwovu prattiki tal-biedja sostenibbli, isaħħu r-reżiljenza lokali għat-tibdil fil-klima u jsaħħu l-ekonomija ċirkolari; jenfasizza l-potenzjal li l-agrikoltura jkollha rwol ewlieni fil-Patt għal Industrija Nadifa u t-tranżizzjoni tal-enerġija permezz tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli fis-settur; jistieden lill-Kummissjoni tiċċara d-dispożizzjonijiet tal-PAK biex tallinja aħjar u żżid il-kompatibbiltà tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli u sostenibbli, bħall-agrisolar u l-bijogass mal-attivitajiet agrikoli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>90.</NO.P>Jirrakkomanda rieżami tad-Direttiva dwar in-Nitrati biex tiġi allinjata mal-aħħar evidenza xjentifika u l-aħjar prattiki agrikoli, filwaqt li tkompli tipproteġi l-kwalità tal-ilma; jistieden, f’dan ir-rigward, lill-Kummissjoni taħdem mal-Istati Membri biex tadotta malajr proposta bbażata fuq ix-xjenza li tippermetti l-użu ta’ fertilizzanti RENURE taħt kundizzjonijiet definiti b’mod ċar sabiex il-bdiewa jkunu jistgħu jnaqqsu d-dipendenza tagħhom fuq fertilizzanti sintetiċi u jaċċelleraw it-tranżizzjoni lejn sistemi ta’ ġestjoni tan-nutrijenti aktar ċirkolari u sostenibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>91.</NO.P>Jappella biex jiġu ffaċilitati l-iskambju strutturat tal-għarfien u l-kooperazzjoni bejn sistemi tal-produzzjoni komparabbli fl-Istati Membri kollha, sabiex jiġi appoġġjat it-tagħlim reċiproku, jiġu indirizzati l-isfidi speċifiċi għar-reġjun – bħal dawk iffaċċjati minn żoni ta’ produzzjoni intensiva – u jiġu aċċellerati tranżizzjonijiet sostenibbli li huma mfassla apposta għar-realtajiet speċifiċi ta’ kull settur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>92.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-istrumenti ta’ ġestjoni tar-riskju fil-PAK wara l-2027 billi jżidu l-appoġġ għall-assigurazzjoni agrikola, il-fondi mutwi u l-għodda għall-istabbilizzazzjoni tal-introjtu; jinsisti fuq il-ħtieġa li l-assigurazzjoni ssir aktar aċċessibbli u finanzjarjament vijabbli għall-bdiewa; jindika l-ħtieġa li jiġi introdott mekkaniżmu fil-livell tal-UE biex jissaħħu l-iskemi nazzjonali ta’ assigurazzjoni agrikola li għandhom jiġu attivati awtomatikament biex ilaħħqu ma’ kriżijiet estremi u imprevedibbli tat-temp u sanitarji u tas-suq; jisħaq li dawn il-miżuri għandhom jiżdiedu mal-għodod attwali tal-ġestjoni tas-suq u ma għadhomx jimminaw l-iskemi nazzjonali attwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>93.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-miżuri ta’ ġestjoni tar-riskju, inklużi l-assigurazzjoni, l-iskemi ta’ riassigurazzjoni u fondi komplementari oħra li għandhom jintużaw f’każ ta’ limiti ogħla ta’ ħsara, kemm għal miżuri preventivi kif ukoll għal kumpens għall-bdiewa fir-rigward ta’ diżastri naturali, tifqigħat epiżootiċi u mard tal-pjanti; iqis li huwa meħtieġ, f’dan il-kuntest, li jiġi inkluż investiment fil-prevenzjoni, fis-sistemi ta’ twissija bikrija u fl-iżvilupp ta’ infrastruttura ġdida ta’ reżiljenza li tippermetti lis-settur jantiċipa u jirkupra minn riskji dejjem akbar relatati mal-klima; jissottolinja l-ħtieġa li l-Istati Membri jagħmlu użu akbar mill-għodod għall-ġestjoni tar-riskju li bħalissa mhumiex utilizzati biżżejjed;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>94.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi riformata u tiżdied il-kapaċità finanzjarja tar-riżerva agrikola sabiex jiġu indirizzati disturbi mhux previsti fis-suq u avvenimenti relatati mal-klima bħal nixfiet u għargħar; jissottolinja, madankollu, li r-riżerva agrikola ma tistax tkun l-uniku strument u jtenni l-importanza li tiġi żviluppata firxa aktar wiesgħa ta’ għodod ta’ ġestjoni tar-riskju u ta’ rispons rapidu, inklużi skemi ta’ assigurazzjoni agrikola aktar effettivi, fondi mutwi, fondi għall-emerġenzi klimatiċi u appoġġ straordinarju ta’ likwidità għas-settur tal-biedja tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>95.</NO.P>Jiġbed l-attenzjoni għan-nuqqas ta’ metodoloġiji konsistenti u faċli biex jintużaw biex jiġu kkalkolati l-emissjonijiet ta’ setturi agrikoli individwali; jopponi, għalhekk, bis-saħħa kwalunkwe tentattiv biex l-agrikoltura tiġi inkluża fl-ETS jew fi kwalunkwe skema ta’ tassazzjoni ekoloġika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>96.</NO.P>Jisħaq li r-reġjuni kollha tal-UE huma affettwati mill-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima; jirrimarka, madankollu, li r-reġjuni tan-Nofsinhar huma aktar vulnerabbli, u jbatu minn deżertifikazzjoni, nixfa, salinazzjoni tal-akwifer, nirien fil-foresti, kif ukoll xita u għargħar persistenti, li jikkawżaw pesti u mard ġodda, li kollha jheddu s-settur agrikolu; jissottolinja, għalhekk, li l-bdiewa madwar l-UE jeħtieġu miżuri u strumenti ta’ appoġġ speċifiċi biex jirduppjaw l-isforzi tagħhom ħalli jadattaw l-attivitajiet tagħhom għat-tibdil fil-klima u biex jipprevjenu u jimmitigaw l-effetti negattivi tiegħu; jiġbed l-attenzjoni għall-importanza li jingħata appoġġ komprensiv lill-komunitajiet rurali u lill-awtoritajiet lokali fil-kisba ta’ dawn l-għanijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>97.</NO.P>Jappella għal appoġġ kontinwu għat-tekniki tal-biedja innovattivi, inklużi dawk użati fil-biedja organika u prattiki agroekoloġiċi oħra, kemm fis-sistemi organiċi kif ukoll dejjem aktar f’dawk konvenzjonali, biex jitnaqqas b’mod sinifikanti l-użu tal-inputs u d-dipendenzi esterni fl-agrikoltura u jissaħħu l-awtonomija u s-sigurtà tal-ikel;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>98.</NO.P>Jinsisti li l-iżvilupp futur tas-settur organiku tal-UE jrid ikun orjentat lejn is-suq u jappella biex il-PAK il-ġdida tkompli tipprovdi inċentivi għall-bdiewa u għall-bdiewa ġodda biex jinvolvu ruħhom fil-biedja organika; jistieden lill-Kummissjoni teżamina modi ġodda kif jiġu indirizzati l-kriżijiet fis-suq organiku; ifakkar fil-ħtieġa li jiġi promoss il-konsum organiku anke permezz tal-akkwist pubbliku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>99.</NO.P>Jinkoraġġixxi l-minimizzazzjoni tal-ħela u t-telf tal-ikel tul il-katina agroalimentari kollha, inklużi l-produtturi primarji, biex jiġi żgurat l-użu effiċjenti, innovattiv u sostenibbli tar-riżorsi kollha; jistieden lill-Kummissjoni tieħu miżuri fil-livelli kollha biex tipprevjeni t-telf u tippromwovi l-konverżjoni tal-eċċessi fi prodotti b’valur miżjud; jinsisti fuq il-ħtieġa li jingħata valur akbar lill-ikel prodott mill-bdiewa u lill-isforz kbir li jsir biex dan jinkiseb; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni, f’dan ir-rigward, tippromwovi soluzzjonijiet, bħal rieżami tad-dati tal-aħjar qabel u l-użu ta’ preservattivi naturali b’bażi bijoloġika, biex tiġi estiża l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodotti tal-ikel;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>100.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa strateġija komprensiva għall-irkupru tan-nutrijenti tul il-katina agroalimentari, b’appoġġ immirat għall-innovazzjoni fis-separazzjoni, it-trattament u l-użu mill-ġdid tan-nutrijenti mill-flussi tal-iskart mill-ipproċessar, il-bejgħ bl-imnut u l-konsum tal-ikel;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Settur attraenti għall-ġenerazzjonijiet ġodda</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>101.</NO.P>Jenfasizza li l-iżgurar tat-tiġdid ġenerazzjonali u l-intraprenditorija tan-nisa huma t-tnejn essenzjali għall-preservazzjoni tal-futur tal-agrikoltura tal-UE u l-istruttura soċjoekonomika taż-żoni rurali; jirrikonoxxi l-isforzi permezz tal-miżuri tal-PAK biex jitrawwem it-tiġdid ġenerazzjonali, b’mod partikolari f’żoni rurali aktar periferali, u jisħaq fuq il-ħtieġa li jissaħħu; jirrimarka, madankollu, li l-PAK ma tistax tkun l-unika għodda biex iż-żgħażagħ u n-nisa jiddaħħlu fil-biedja, iżda trid tkun appoġġjata minn strateġiji nazzjonali, li jinvolvu sorsi privati ta’ finanzjament, inklużi banek, arranġamenti u sħubijiet tal-biedja kollaborattiva, u strumenti finanzjarji b’rekwiżiti ta’ kofinanzjament imnaqqsa jew l-ebda rekwiżit ta’ kofinanzjament; jinsisti li l-objettiv ta’ importanza kruċjali li jiġi żgurat tiġdid ġenerazzjonali fl-agrikoltura tal-UE jrid ikun akkumpanjat minn miżuri strutturali, b’mod partikolari fir-rigward tal-innovazzjoni, id-diġitalizzazzjoni, il-konnettività diġitali u l-aċċess għall-art; jistenna bil-ħerqa, f’dan ir-rigward, il-pubblikazzjoni tal-istrateġija tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid ġenerazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>102.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw strateġiji koerenti, sostenibbli u prevedibbli biex il-ħidma fl-agrikoltura ssir aktar attraenti, u tiġi żgurata l-kompatibbiltà mal-politiki tal-UE u dawk reġjonali, inklużi l-pjanijiet strateġiċi nazzjonali tagħhom; jinsisti fuq il-ħtieġa li jiżdiedu u jiġu mobilizzati r-riżorsi finanzjarji tal-PAK favur it-tiġdid ġenerazzjonali, li bħalissa jinkludu l-pagament addizzjonali tal-Pilastru I u l-appoġġ għall-għajnuna għall-investiment u għall-installazzjoni disponibbli taħt il-Pilastru II, kif ukoll il-ħolqien ta’ strumenti finanzjarji ġodda barra mill-PAK; jenfasizza li dawn l-istrumenti għandhom jinkludu aktar eżenzjonijiet u inċentivi tat-taxxa, self b’imgħax baxx, skemi ta’ garanzija tal-kreditu agrikolu, sussidji għal għodod tal-biedja ta’ preċiżjoni u servizzi ta’ taħriġ, inkluż dwar mudelli ta’ negozju sostenibbli, immirati biex itejbu l-profittabbiltà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>103.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li jiġu pprovduti servizzi ta’ konsulenza diversifikati, imfassla apposta u indipendenti biex jiġu appoġġjati l-bdiewa żgħażagħ u bdiewa ġodda, kemm qabel l-istabbiliment tagħhom kif ukoll fis-snin ta’ wara, b’mod partikolari fil-ħiliet personali, diġitali u ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta, fil-kontabbiltà, fl-aspetti legali, fid-diversifikazzjoni tan-negozju, fil-biedja sostenibbli u fil-komunikazzjoni; jappoġġja l-użu mifrux tal-inkubaturi tal-impriżi agrikoli li jippermettu lill-bdiewa propspettivi jibbenefikaw mill-għarfien tal-bdiewa li għandhom xi snin ta’ esperjenza f’ambjent strutturat qabel ma jieħdu f’idejhom azjenda agrikola indipendenti; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li jiġi previst l-istabbiliment ta’ ċentri nazzjonali għat-taħriġ tal-bdiewa żgħażagħ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>104.</NO.P>Jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta jekk l-estensjoni tal-eliġibbiltà għall-appoġġ għall-bdiewa żgħażagħ sal-età ta’ 45 sena tinkoraġġix aktar nies biex jistabbilixxu ruħhom fl-agrikoltura, inkluż permezz ta’ taħriġ mill-ġdid; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tivvaluta mill-ġdid elementi oħra tal-kriterji ta’ eliġibbiltà li jistgħu jkunu restrittivi wisq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>105.</NO.P>Jilqa’ l-ftehim ta’ kooperazzjoni mal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) bħala mudell promettenti li jista’ jrawwem il-ħolqien ta’ strumenti finanzjarji għal ħafna aspetti tal-PAK, inklużi l-appoġġ għall-bdiewa żgħażagħ u nisa, kif ukoll il-politiki dwar l-ilma, is-suq u r-reżiljenza għall-klima fl-Istati Membri kollha; jemmen li r-rwol tal-BEI għandu jiffoka primarjament fuq li jiġi provdut finanzjament b’kost baxx għall-finanzjament simetriku għal elementi kapitali u proġetti tal-infrastruttura li l-bdiewa jistgħu jkunu involuti fihom bħala parti minn programm ta’ modernizzazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>106.</NO.P>jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jfasslu mekkaniżmi li jiffaċilitaw it-tranżizzjoni lejn irtirar dinjituż u ppjanat; jappella, b’mod partikolari, għal skemi ta’ rtirar bikri għall-bdiewa, iffinanzjati minn fondi separati; jitlob espansjoni fis-servizzi li jikkollegaw lill-bdiewa li jirtiraw ma’ bdiewa żgħażagħ jew ġodda aspiranti, flimkien ma’, fost l-oħrajn, appoġġ loġistiku u pariri legali li jippermettu t-trasferiment ta’ benefiċċju reċiproku tal-azjendi agrikoli u jiżguraw il-kontinwità tal-għarfien u l-attività agrikola;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>107.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw, fl-istrateġiji ta’ tiġdid ġenerazzjonali tagħhom, l-ostakli speċifiċi li jiffaċċjaw in-nisa, b’mod partikolari n-nisa żgħażagħ, li jixtiequ jidħlu fis-settur agrikolu, inklużi kwistjonijiet mhux direttament relatati mal-agrikoltura, bħall-kura tas-saħħa adegwata u s-servizzi soċjali; jirrikonoxxi l-isforzi permezz ta’ miżuri tal-PAK biex jappoġġjaw lin-nisa fl-agrikoltura, iżda jisħaq li huwa meħtieġ appoġġ aktar b’saħħtu u aktar imfassal apposta, speċjalment f’żoni rurali periferali, inkluż l-aċċess għal self, taħriġ jew assistenza finanzjarja biex jiġu żgurati involviment reali u opportunitajiet indaqs; iħeġġeġ lill-Istati Membri jistabbilixxu kundizzjonijiet xierqa għall-parteċipazzjoni attiva tan-nisa f’organizzazzjonijiet agroalimentari rappreżentattivi u fil-korpi ta’ ġestjoni tal-intrapriżi agrikoli u l-assoċjazzjonijiet tan-nisa rurali; Jilqa’, f’dan ir-rigward, il-ħolqien prospettiv tal-pjattaforma tal-bdiewa nisa bħala spazju għal djalogu u skambju ta’ prattiki tajba biex jissaħħu l-parteċipazzjoni u l-opportunitajiet indaqs fis-settur agroalimentari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>108.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw b’mod urġenti l-problema tat-telf u l-konċentrazzjoni tal-art agrikola, inkluż in-nuqqas ta’ trasparenza f’dan is-suq; jisħaq li l-kiri tal-art taħt kundizzjonijiet ta’ ċertezza legali biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għat-triq hija alternattiva vijabbli fuq terminu qasir peress li jirrikjedi anqas riżorsi għall-installazzjoni u jiffavorixxi t-tiġdid ġenerazzjonali; jenfasizza l-importanza ta’ servizzi ta’ tqabbil tal-art appoġġjati pubblikament u ppjanar strutturat tas-suċċessjoni, b’mod partikolari għat-trażmissjoni tal-art li tippermetti l-irtirar bikri u l-kontinwità tal-ġestjoni tal-azjendi agrikoli; huwa favur li l-Istati Membri jadottaw politiki biex jippromwovu l-kiri stabbli u fit-tul tal-art, biex b’hekk jipprovdu sigurtà fir-rigward tal-pussess tal-art u ż-żmien għall-investiment, speċjalment għall-bdiewa żgħażagħ, nisa u ġodda, li jista’ jtejjeb ukoll is-saħħa tal-ħamrija, il-prestazzjoni ambjentali u r-reżiljenza għall-klima;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>109.</NO.P>Jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tniedi osservatorju tal-UE dwar l-art agrikola, li jkollu jtejjeb it-trasparenza fis-suq tal-art agrikola fl-UE u jiffaċilita l-armonizzazzjoni tad-data dwar l-art agrikola u l-aċċess għall-art, jippermetti l-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri, kif ukoll jipprovdi rakkomandazzjonijiet għal tfassil ta’ politika tal-UE aktar infurmat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>110.</NO.P>Jenfasizza l-fatt li l-preżervazzjoni tal-pajsaġġi kulturali diversi tal-UE mhijiex biss ta’ importanza ekoloġika u turistika, iżda wkoll aspett fundamentali tal-identità reġjonali u r-reżiljenza rurali fit-tul; jappella, għalhekk, għar-rikonoxximent espliċitu tagħhom u għall-integrazzjoni tal-preżervazzjoni tagħhom bħala objettiv strateġiku fl-istrateġija tal-PAK wara l-2027;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>111.</NO.P>Jinkoraġġixxi approċċi għar-restawr tan-natura li jaħdmu fi sħubija mal-bdiewa u mas-sidien tal-art, u li jiżguraw rispett sħiħ għad-drittijiet tal-proprjetà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>112.</NO.P>Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tesplora kif il-PAK tista’ tappoġġja mudelli tan-negozju ġodda għall-bdiewa fit-triq lejn agrikoltura saħansitra aktar sostenibbli u kompetittiva fl-Ewropa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>113.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi sħubijiet għall-iskambju tal-aħjar prattiki u ideat innovattivi bejn l-Istati Membri f’kollaborazzjoni mal-awtoritajiet lokali, l-universitajiet, iċ-ċentri ta’ riċerka u l-azjendi agrikoli; jenfasizza li tali kooperazzjoni għandha tiffoka fuq is-simplifikazzjoni, l-aċċessibbiltà, iż-żieda fis-sostenibbiltà u l-indirizzar tal-isfidi speċifiċi għal kull reġjun u settur u għandha tkun appoġġjata minn taħriġ xieraq, biex b’hekk jiġu evitati distorsjonijiet u approċċi diverġenti li jistgħu jkunu ta’ żvantaġġ għall-bdiewa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>114.</NO.P>Jinkoraġġixxi l-promozzjoni ta’ programmi ta’ appoġġ u viżibbiltà li jirriflettu l-istil ta’ ħajja arrikkit u sodisfaċenti li s-settur agrikolu jista’ joffri, filwaqt li jenfasizza l-valur u l-impenn tal-bdiewa fir-rigward tan-natura, is-sigurtà tal-ikel u l-kwalitajiet u l-valuri speċifiċi inerenti fil-ħidma tal-professjonisti tal-azjendi agrikoli; jiġbed l-attenzjoni għall-valur tal-konsistenza tal-politika tul iż-żmien bħala essenzjali biex ikunu permessi objettivi ċari u fit-tul għas-settur tal-biedja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>115.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza ta’ politika ta’ promozzjoni tal-UE b’saħħitha u ffinanzjata tajjeb, inklużi allokazzjonijiet akbar tal-baġit tal-PAK, biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar il-kwalitajiet tal-prodotti agrikoli u tal-ikel tal-UE kemm fl-UE kif ukoll globalment, u jenfasizza li dan jassumi sinifikat saħansitra akbar matul perjodi ta’ inċertezza ekonomika;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Innovazzjoni biex l-agrikoltura tkompli tiġi aġġornata</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>116.</NO.P>Jappella għal pakkett ta’ investiment ambizzjuż għall-innovazzjoni, it-teknoloġija u r-riċerka applikata adattat għall-ħtiġijiet tal-bdiewa, iffinanzjat permezz tal-PAK, Orizzont Ewropa, il-Programm Ewropa Diġitali u mekkaniżmi oħra ta’ appoġġ, li se jkollhom rwol ewlieni fit-trawwim ta’ settur agrikolu aktar sostenibbli u adattat; jisħaq li l-programm Orizzont Ewropa għandu jinkludi pilastru speċifiku ddedikat għall-agrikoltura, immirat lejn il-promozzjoni tar-riċerka, l-innovazzjoni u t-trasferiment tal-għarfien fis-settur agroalimentari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>117.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li s-soluzzjonijiet innovattivi u diġitali jkunu jistgħu jintużaw b’aċċess ekwu fit-tipi kollha ta’ azjendi agrikoli u territorji fl-UE u li dawn is-soluzzjonijiet jappoġġjaw l-agrikoltura sostenibbli, jgħinu fil-ġestjoni tad-diversità u l-kumplessità tal-agroekosistemi, jikkontribwixxu għall-istrateġiji ta’ mitigazzjoni u adattament għat-tibdil fil-klima, itejbu l-introjtu tal-bdiewa, inaqqsu l-ammont ta’ xogħol amministrattiv kemm għall-bdiewa kif ukoll għall-amministrazzjonijiet, jantiċipaw il-kundizzjonijiet tal-produzzjoni futuri u jkunu konformi mal-aspettattivi tal-konsumaturi u tas-soċjetà; jissottolinja li l-użu ta’ teknoloġiji ġodda għandu jiġi appoġġjat minn qafas legali xieraq sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tagħhom u jkunu soġġetti għal valutazzjonijiet tar-riskju robusti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>118.</NO.P>Jappella għal aktar finanzjament għar-riċerka applikata dwar alternattivi sostenibbli u effettivi għall-prodotti konvenzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti u jitlob reviżjoni tal-proċeduri ta’ approvazzjoni attwali; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi evitat kwalunkwe rtirar ulterjuri mis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jirrispettaw il-limiti ta’ sikurezza legali stabbiliti jekk għadhom mhumiex disponibbli alternattivi, sabiex jiġi żgurat li l-produzzjoni agrikola tkun tista’ tinżamm b’mod sikur u sostenibbli; jindika l-potenzjal tal-bijostimulanti fit-titjib tal-produttività tal-pjanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>119.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li jiġi rikonoxxut u msaħħaħ ir-rwol tal-mudell tal-AKIS bħala għodda strateġika u trażversali fil-PAK wara l-2027, li kapaċi tiżgura t-tixrid effettiv tal-għarfien u l-innovazzjoni lill-bdiewa; jemmen li AKIS effiċjenti u kkoordinata hija ċentrali biex jintlaħqu l-objettivi ewlenin tal-PAK f’termini ta’ kompetittività, produzzjoni sostenibbli tal-ikel, reżiljenza għall-klima u tranżizzjoni diġitali u trid tkun integrata bis-sħiħ mal-pjanijiet strateġiċi nazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>120.</NO.P>Jirrikonoxxi l-importanza tal-EIP-AGRI, li kkontribwiet għall-avvanz tal-innovazzjoni fis-settur agroalimentari u tal-forestrija permezz tal-ħolqien ta’ gruppi operazzjonali u l-implimentazzjoni ta’ proġetti innovattivi li għandhom l-għan li jiżviluppaw soluzzjonijiet mill-aktar avvanzati u juru l-aħjar prattika, li jtejbu s-sostenibbiltà, ir-reżiljenza u l-kompetittività tas-settur agroalimentari; jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-appoġġ għal din l-inizjattiva fil-qafas tal-PAK ta’ wara l-2027;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>121.</NO.P>Jindika l-ħtieġa li titfassal miżura speċifika fi ħdan il-qafas tal-iżvilupp rurali bbażata fuq il-prinċipji ta’ arikoltura sostenibbli integrata, biex isir użu akbar tal-ġestjoni integrata tal-pesti, inklużi l-bijokontroll, id-droni u l-endoterapija, biex tiġi ottimizzata l-applikazzjoni ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, filwaqt li dejjem jiġu rispettati l-limiti legali u ta’ sikurezza stabbiliti u jiġi pprovdut kumpens lill-bdiewa għal kwalunkwe telf finanzjarju mġarrab; jisħaq fuq l-importanza li tiġi stabbilita biedja integrata bħala sistema rikonoxxuta b’mod komuni fl-UE u li jsir aktar progress fl-istabbiliment u l-appoġġ ta’ prattiki tal-biedja sostenibbli u organika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>122.</NO.P>Jenfasizza l-importanza tal-ingranaġġ tal-finanzjament privat fil-PAK biex jiżdied l-investiment fl-agrikoltura u l-iżvilupp rurali billi jiġu mmobilizzati aktar riżorsi fit-tul għall-organizzazzjonijiet tal-bdiewa, speċjalment l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju kif ukoll negozji tal-familja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>123.</NO.P>Jinnota li, skont studju tas-Servizz ta’ Riċerka tal-Parlament Ewropew (EPRS) tal-2025<FOOTNOTE><FIELD> Studju bit-titolu “Animal welfare during transport: Update on the implementation of Council Regulation (EC) No 1/2005” (Il-benessri tal-annimali matul it-trasport: Aġġornament dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005), EPRS, Unità tal-Evalwazzjoni Ex Post, Marzu 2025, https://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/STUD/2025/765766/EPRS_STU(2025)765766_EN.pdf.</FIELD></FOOTNOTE>, għadd żgħir ta’ biċċeriji kbar huma kkonċentrati f’ċerti reġjuni; jenfasizza, għalhekk, il-ħtieġa li permezz ta’ fondi tal-PAK jiġu appoġġjati l-istabbiliment u l-iżvilupp ta’ biċċeriji biex tiġi stimulata l-ekonomija lokali, jinħolqu l-impjiegi u jissaħħu l-ktajjen tal-provvista qosra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>124.</NO.P>Jappella għall-approvazzjoni u l-implimentazzjoni rapidi ta’ teknoloġiji ġodda tat-tnissil, bħal CRISPER-Cas, f’kumpaniji żgħar kif ukoll kbar, biex jitrawwem l-iżvilupp tal-għelejjel li huma aktar reżiljenti, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u ambjentalment sostenibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>125.</NO.P>Jappella għal miżuri li jiżguraw li l-bdiewa jżommu sjieda sħiħa u kontroll sħiħ fuq id-data tagħhom, biex b’hekk jissalvagwardjaw id-drittijiet tagħhom u jippromwovu t-trasparenza fl-użu u l-kondiviżjoni tad-data agrikola fil-kuntest ta’ innovazzjonijiet diġitali u xprunati mill-IA li qed jevolvu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>126.</NO.P>Jirrikonoxxi l-benefiċċji potenzjali tal-qafas volontarju għall-UE kollha għaċ-ċertifikazzjoni tal-assorbiment tal-karbonju u jħeġġeġ lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-aċċess għal dawn l-opportunitajiet għas-settur tal-biedja; jisħaq li l-krediti tal-karbonju u tan-natura jistgħu jipprovdu inċentiv pożittiv u remunerazzjoni addizzjonali għall-bdiewa, b’mod partikolari għall-bdiewa żgħażagħ, billi jippremjaw b’mod ġust prattiki bħall-agroforestrija u l-ġestjoni riġenerattiva tal-ħamrija, li jikkontribwixxu għall-qbid tal-karbonju u t-tnaqqis tal-emissjonijiet fl-azjendi agrikoli; jissottolinja li tali qafas ta’ ċertifikazzjoni jrid ikun miftuħ u disponibbli għall-bdiewa kollha li jixtiequ jżommu jew iżidu l-kapaċità tal-ħżin tal-karbonju tal-ħamrija tagħhom u jħeġġeġ lill-Kummissjoni toħloq kundizzjonijiet biex tiżgura d-domanda tas-suq għal tali ċertifikati permezz ta’ inċentivi xierqa u prevedibbiltà tas-suq fit-tul għall-investituri tas-settur privat; jenfasizza li l-kultivazzjoni karbonika għandha tikkomplementa, u mhux tissostitwixxi, il-produzzjoni agrikola attiva u sostenibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>127.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi l-produzzjoni tal-enerġija solari fl-azjendi agrikoli b’mod li jiżgura li s-sjieda tal-installazzjonijiet u l-benefiċċji akkumulati jibqgħu f’idejn sid l-art u l-komunità lokali u li jkun kompatibbli mal-attività agrikola, bl-għan li tittejjeb il-kapaċità tal-bdiewa li jadattaw għat-tibdil fil-klima u jikkontribwixxu għall-istabbiltà u d-diversifikazzjoni tal-introjtu tal-bdiewa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>128.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni ssegwi r-rakkomandazzjonijiet tar-rapport Niinistö u tikkunsidra l-importanza ta’ stokkijiet tal-ikel strateġiċi; jappella biex b’mod mifrux jiġu stabbiliti stokkijiet strateġiċi tal-ikel, abbażi tal-esperjenza soda miksuba fil-Finlandja u biex il-kunċett ta’ “użu doppju skont id-disinn” jiġi inkorporat fil-politiki għall-iżvilupp tal-produzzjoni tal-bijofjuwils; iqis li ma jista’ jkun hemm l-ebda sovranità tal-ikel mingħajr stokkijiet strateġiċi tal-ikel;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>129.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li tiġi kkonfermata b’mod espliċitu l-legalità tal-kultivazzjoni, il-ħsad, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-pjanta tal-qanneb kollha għal skopijiet industrijali awtorizzati madwar l-UE sabiex tiġi pprovduta ċertezza legali għall-bdiewa, il-proċessuri, ir-regolaturi u l-konsumaturi; jinnota li l-kultivazzjoni tal-qanneb tirrikjedi relattivament ftit inputs, speċjalment fertilizzanti, prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u ilma; jenfasizza li tikkontribwixxi wkoll għas-saħħa tal-ħamrija u l-bijodiversità, toffri opportunitajiet ekonomiċi ġodda, introjtu addizzjonali u innovazzjoni għaż-żoni rurali permezz tal-provvista ta’ materja prima għal applikazzjonijiet industrijali bħall-fibra tat-tessuti, u użi oħra bħas-saħħa, l-ikel u l-għalf; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi limitu komuni għall-UE kollha ta’ 0,5% tetraidrokannabinol (THC) għall-klassifikazzjoni legali tal-qanneb industrijali, u tiżgura l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali f’konformità mad-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u d-dritt internazzjonali;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>130.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>