<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0191</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">It-tisħiħ tar-reżiljenza tal-Moldova kontra t-theddid ibridu u l-indħil malinn Russi</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0355, 0357, 0356, 0359 u 0361/2025)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Settembru 2025 dwar it-tisħiħ tar-reżiljenza tal-Moldova kontra t-theddid ibridu u l-indħil malinn Russi (2025/2811(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Moldova, b’mod partikolari r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Ġunju 2025 dwar ir-rapporti tal-Kummissjoni tal-2023 u tal-2024 dwar il-Moldova<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2025)0131.</FIELD></FOOTNOTE> u r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Ottubru 2024 dwar it-tisħiħ tar-reżiljenza tal-Moldova kontra l-indħil Russu qabel l-elezzjonijiet presidenzjali u r-referendum kostituzzjonali dwar l-integrazzjoni fl-UE li jmiss<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/204, 14.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/204/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 260, 30.8.2014, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2014/492/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, li jinkludi Żona ta’ Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew dwar il-Moldova tas-27 ta’ Ġunju 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra ż-żjara ta’ tliet Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern tal-UE (ta’ Franza, il-Ġermanja u l-Polonja) fil-Moldova fis-27 ta’ Awwissu 2025 u ż-żjara tal-President tar-Rumanija fil-Moldova fl-31 ta’ Awwissu 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra ż-żjara tal-President tar-Repubblika tal-Moldova lill-Parlament Ewropew fid-9 ta’ Settembru 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta wara l-ewwel summit bejn ir-Repubblika tal-Moldova u l-UE tal-4 ta’ Lulju 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra ż-żjara tal-Kummissarju għat-Tkabbir fil-Moldova fid-9 ta’ Mejju 2025 (Jum l-Ewropa),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 136(2) u (4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi fit-28 ta’ Settembru 2025 ir-Repubblika tal-Moldova se torganizza elezzjonijiet parlamentari li se jiddeterminaw il-konsolidazzjoni demokratika kontinwa tal-pajjiż u l-progress ulterjuri lejn l-adeżjoni mal-UE, kif ukoll il-futur tiegħu bħala demokrazija ħielsa u sovrana fl-UE; billi dawn l-elezzjonijiet parlamentari se jsiru f’kuntest imfixkel minn indħil u sforzi kontinwi mir-Russja biex tiddestabbilizza x-xenarju politiku tal-pajjiż u l-proċessi elettorali demokratiċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi fl-20 ta’ Ottubru 2024 fil-Moldova sar referendum, li l-eżitu tiegħu kkonferma li l-adeżjoni mal-UE se tkun minquxa fil-kostituzzjoni tal-Moldova, minkejja livell bla preċedent ta’ interferenza manipulattiv mir-Russja biex jiġi ddestabbilizzat il-pajjiż, fosthom il-finanzjament illeċitu ta’ atturi politiċi, il-kampanji ta’ diżinformazzjoni u l-attakki ċibernetiċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi hemm bosta rapporti ta’ tentattivi mġedda u intensifikati ta’ diżinformazzjoni, destabbilizzazzjoni u interferenza mir-Russja u mill-prokuri Russi bl-għan li jiżvijaw il-proċess tal-Moldova ta’ riforma demokratika u integrazzjoni Ewropea, jaffermaw mill-ġdid il-kontroll politiku fuqha u jirfinaw aktar it-tattiċi ibridi kontra l-Moldova, l-Ukrajna u pajjiżi Ewropej oħra, bħar-Rumanija dan l-aħħar;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi, wara l-laqgħa tat-30 ta’ Lulju 2025 tal-Kunsill Suprem tas-Sigurtà, il-President Maia Sandu ppreżentat sejbiet mill-istituzzjonijiet speċjalizzati tal-Moldova dwar metodi ta’ gwerra ibrida, li jidentifikaw 10 strumenti prinċipali ta’ interferenza barranija fil-proċessi politiċi u elettorali tal-Moldova;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi fil-15 ta’ Lulju 2025, l-UE imponiet sanzjonijiet kontra seba’ individwi u tliet entitajiet responsabbli għal azzjonijiet immirati biex jiddestabbilizzaw, idgħajfu jew jheddu s-sovranità u l-indipendenza tal-Moldova, kif ukoll id-demokrazija, l-istat tad-dritt, u l-istabbiltà fil-pajjiż; billi dawn is-sanzjonijiet huma mmirati lejn individwi li huma assoċjati mill-qrib ma’ Ilan Șor u mal-partit ipprojbit ȘOR, persuni li huma involuti b’mod attiv fi skemi ta’ xiri ta’ voti u tixħim ta’ politiċi korrotti;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi s-soċjetà ċivili u l-media indipendenti tal-Moldova għandhom rwol kruċjali fl-esponiment tad-diżinformazzjoni, fit-tisħiħ tar-reżiljenza u fid-difiża tal-valuri demokratiċi; billi r-Repubblika tal-Moldova rnexxielha tikkonsolida b’mod sinifikanti d-demokrazija tagħha, tkompli t-trajettorja ta’ riforma tagħha u tiżviluppa r-relazzjonijiet tagħha mal-UE; billi t-titjib fis-sistema demokratika tal-pajjiż ġie rifless fil-progress tiegħu f’diversi indiċijiet internazzjonali; billi l-Moldova għamlet progress notevoli fir-rigward tar-riformi ġudizzjarji, inkluż l-iskrutinju u r-ristrutturar tal-ġudikatura, it-tisħiħ tal-indipendenza tagħha u t-titjib tar-regolamenti kontra l-korruzzjoni; billi l-fiduċja pubblika fl-istituzzjonijiet demokratiċi hija essenzjali għall-istabbiltà u r-reżiljenza tal-Moldova kontra l-indħil malinn;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi investigazzjoni ġurnalistika reċenti, ibbażata fuq l-infiltrazzjoni tan-network tal-partit ȘOR minn reporter taħt kopertura li bdiet fl-2024, żvelat li mijiet ta’ kontijiet foloz, ġestiti minn attivisti mill-blokk politiku “Victory” taħt il-kontroll ta’ Ilan Șor minn Moska, kienu ġew stabbiliti biex ixerrdu propaganda Russa fuq TikTok u Facebook; billi dan il-kontenut anti-Ewropew, li huwa allinjat bis-sħiħ man-narrativi tal-Kremlin, ġie mmonitorjat u kkoordinat sistematikament permezz ta’ gruppi u kanali sigrieti fuq Telegram<FOOTNOTE><FIELD> https:/www.zdg.md/en/kremlins-digital-army-an-undercover-investigation-its-paid-let-me-tell-you-its-paid-directly-from-moscow/.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi huwa importanti li tintwera pubblikament solidarjetà soda mal-poplu tal-Moldova, li ġie affettwat serjament mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, kif ukoll minn theddid ibridu Russu kontinwu u mmirat li għandu l-għan li jiddestabbilizza politikament il-pajjiż, jimmina l-prosperità ekonomika u jdgħajjef il-koeżjoni soċjali;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi, skont l-istimi tal-Moldova, ir-Russja diġà investiet aktar minn EUR 200 miljun, ekwivalenti għal aktar minn 1 % tal-PDG tal-Moldova, f’operazzjonijiet ta’ propaganda u informazzjoni fir-Repubblika tal-Moldova;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-parteċipazzjoni ta’ delegazzjoni tal-Parlament Ewropew fil-Missjoni Internazzjonali ta’ Osservazzjoni Elettorali tal-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem (ODIHR) tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) għall-elezzjonijiet parlamentari tal-Moldova tat-28 ta’ Settembru 2025 turi l-impenn tal-Parlament li jappoġġja l-integrità tal-proċessi elettorali u jsaħħaħ l-istituzzjonijiet demokratiċi fil-Moldova;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju 2025 affermaw mill-ġdid l-appoġġ sħiħ għall-perkors tal-Moldova lejn l-UE u stiednu lill-Kunsill jieħu l-passi li jmiss fil-proċess ta’ adeżjoni; billi t-tkabbir tal-UE huwa bbażat fuq kundizzjonalità stretta u l-prinċipju li kull pajjiż kandidat jiġi vvalutat fuq il-merti tiegħu stess u fuq il-progress fir-riforma;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jesprimi solidarjetà mal-poplu tar-Repubblika tal-Moldova u jtenni l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-pajjiż, kif ukoll għall-isforzi tiegħu biex jiddefendi l-integrità tal-proċessi demokratiċi tiegħu, is-sovranità tad-deċiżjonijiet tiegħu dwar il-politika barranija u l-prospetti soċjoekonomiċi tal-poplu tiegħu; jistieden, għalhekk, lir-Russja tirrispetta l-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Moldova u twaqqaf it-tentattivi tagħha li timmina l-ordni kostituzzjonali u l-istituzzjonijiet demokratiċi tal-Moldova;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jikkundanna t-tentattivi ripetuti mill-Federazzjoni Russa, mill-oligarki favur ir-Russja u mill-prokuri lokali sponsorizzati mir-Russja biex jiddestabbilizzaw lill-Moldova, jiżirgħu l-firdiet fis-soċjetà tal-Moldova u jiżvijaw id-demokrazija u l-progress tal-pajjiż lejn l-adeżjoni mal-UE permezz tal-attakki ibridi, il-manipulazzjoni tal-provvisti tal-enerġija biex jinkisbu l-eżiti politiċi, il-finanzjament illeċitu ta’ atturi politiċi u l-kampanji ta’ diżinformazzjoni, manipulazzjoni u intimidazzjoni li għandhom fil-mira l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-media indipendenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jikkundanna l-operazzjonijiet ibridi Russi li qed jintensifikaw u t-tentattivi ta’ ndħil qabel l-elezzjonijiet parlamentari tat-28 ta’ Settembru 2025 li għandhom l-għan ċar li jiddestabbilizzaw il-pajjiż u jreġġgħu lura l-perkors demokratiku u d-deċiżjonijiet sovrani tiegħu, b’mod partikolari fir-rigward tas-sħubija futura fl-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Ifaħħar l-impenn eżemplari tal-Moldova u l-progress kostanti fir-riformi relatati mal-adeżjoni mal-UE – minkejja l-isfidi interni u esterni sinifikanti, inklużi l-gwerra ta’ aggressjoni fuq skala kbira tar-Russja kontra l-Ukrajna u t-theddid ibridu Russu mmirat kontra l-Moldova – li għamluha possibbli li jinfetħu n-negozjati ta’ adeżjoni f’Ġunju 2024, sitt xhur biss wara d-deċiżjoni rilevanti tal-Kunsill Ewropew fl-14 ta’ Diċembru 2023 u anqas minn sentejn wara l-applikazzjoni għall-adeżjoni mal-UE ppreżentata mill-Moldova fit-3 ta’ Marzu 2022; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jirrispettaw il-prinċipju bbażat fuq il-mertu billi jivvalutaw kull pajjiż kandidat individwalment, filwaqt li jiżguraw li l-progress fil-passi tal-adeżjoni, inkluż il-ftuħ tal-kapitoli tan-negozjati, jiġi ddeterminat mill-kisbiet u ċ-ċirkostanzi tiegħu stess; jafferma mill-ġdid l-appoġġ sod tiegħu għall-prospetti tal-Moldova għas-sħubija fl-UE; iħeġġeġ lill-Kunsill, barra minn hekk, u jiftaħ malajr in-negozjati tal-adeżjoni dwar ir-Raggruppament 1 (prinċipji fundamentali) b’rikonoxximent tal-progress sostanzjali tal-Moldova fl-avvanz tar-riformi kruċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jappella lill-UE biex tkompli tappoġġja lir-Repubblika tal-Moldova fl-iżgurar tat-twettiq ta’ elezzjonijiet ħielsa, ġusti u trasparenti; jissottolinja r-rwol ewlieni tal-osservaturi internazzjonali mhux biss fil-monitoraġġ tal-proċess elettorali, iżda wkoll fil-monitoraġġ u d-dokumentazzjoni ta’ interferenza barranija malizzjuża, inklużi d-diżinformazzjoni, il-finanzjament illeċitu u l-operazzjonijiet ċibernetiċi jew ta’ influwenza kkoordinati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jesprimi t-twemmin sod tiegħu li l-kapaċità tal-Moldova li tikkonsolida l-progress attwali tagħha f’dak li għandu x’jaqsam mar-riformi relatati mal-adeżjoni mal-UE u li żżomm ir-ritmu ambizzjuż tagħha lejn l-adeżjoni mal-UE se tirrikjedi l-appoġġ ġenwin tal-parlament tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon l-isforzi tal-UE biex tipprovdi appoġġ politiku lill-Moldova fl-ogħla livell, b’mod partikolari l-ewwel summit li qatt sar bejn l-UE u l-Moldova f’Chișinău fl-4 ta’ Lulju 2025, iż-żjara tal-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern tal-UE (ta’ Franza, il-Ġermanja u l-Polonja) fil-Moldova fis-27 ta’ Awwissu 2025, u ż-żjara tal-President tar-Rumanija fil-Moldova fl-31 ta’ Awwissu 2025, li kollha servew biex jenfasizzaw mill-ġdid il-prospett ċar li l-Moldova tingħaqad mal-UE abbażi tal-mertu u r-rispett għall-prinċipji demokratiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu lill-UE biex tkompli tikkomplementa l-appoġġ politiku tagħha, b’appoġġ finanzjarju u tekniku dejjem akbar għall-isforzi tal-Gvern tal-Moldova biex jiġġieled kontra l-indħil barrani fil-proċessi demokratiċi tal-pajjiż, inkluż permezz ta’ listi ta’ sanzjonijiet addizzjonali, bħal dawk tal-15 ta’ Lulju 2025, l-għoti ta’ appoġġ addizzjonali lill-Missjoni ta’ Sħubija tal-UE (EUPM) fil-Moldova, l-iskambju ta’ informazzjoni dwar flussi finanzjarji suspettużi, inklużi kriptovaluti, u dwar networks ta’ finanzjament mhux trasparenti jew illegali, il-kondiviżjoni ta’ għarfien espert f’dawk li huma manipulazzjoni tal-informazzjoni u ndħil minn barranin (FIMI), il-ġlieda kontra t-theddid ibridu u t-tisħiħ tar-reżiljenza; iġedded it-talba tiegħu lill-awtoritajiet tal-Moldova u lill-UE biex iżidu l-appoġġ tagħhom għall-media indipendenti u għas-soċjetà ċivili favur id-demokrazija, bil-għan li l-ġurnalisti, fil-livell nazzjonali u dak reġjonali, ikunu jistgħu jiġġieldu l-FIMI u jissaħħaħ il-litteriżmu diġitali; jilqa’ l-aħbar tal-Kummissjoni dwar ċentru reġjonali ġdid għall-Osservatorju Ewropew tal-Media Diġitali (EDMO) biex jappoġġja lill-Moldova u lill-Ukrajna fil-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni; iħeġġeġ lill-pjattaformi online ewlenin kollha, b’mod partikolari Meta, Google, Telegram, TikTok, Microsoft u Rakuten, jikkooperaw mill-qrib mal-awtoritajiet tal-Moldova, is-soċjetà ċivili u ċ-ċentru l-ġdid tal-EDMO; jistieden lill-Moldova tallinja l-leġiżlazzjoni tagħha mal-Att tal-UE dwar is-Swieq Diġitali<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2022/1925 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2022 dwar swieq kontestabbli u ġusti fis-settur diġitali u li jemenda d-Direttivi (UE) 2019/1937 u (UE) 2020/1828, (ĠU L 265, 12.10.2022, p. 1,ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/1925/oj).</FIELD></FOOTNOTE> u mal-Att dwar is-Servizzi Diġitali<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE, (ĠU L 277, 27.10.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2065/oj).</FIELD></FOOTNOTE> mingħajr dewmien; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi lill-Moldova appoġġ iddedikat f’dan ir-rigward;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Moldovani jagħmlu użu sħiħ mill-għarfien espert tal-EUPM biex jiġġieldu kontra kwalunkwe ndħil elettorali ripetut qabel l-elezzjonijiet parlamentari tat-28 ta’ Settembru 2025; jinkoraġġixxi lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Kummissjoni jużaw l-istrumenti tal-UE disponibbli kollha biex jappoġġjaw lill-Moldova fil-ġlieda kontra t-theddid ibridu, inkluż permezz tat-Tim ta’ Rispons Rapidu kontra Theddid Ibridu u tat-Tim ta’ Rispons Rapidu Ċibernetiku u r-Riżerva għaċ-Ċibersigurtà; jilqa’, u jitlob lill-UE żżid l-appoġġ tagħha għall-isforzi taċ-Ċentru għall-Komunikazzjoni Strateġika u l-Ġlieda kontra d-Diżinformazzjoni tal-Moldova biex jikkoordina l-ġlieda kontra l-indħil barrani fost id-diversi istituzzjonijiet tal-Moldova, u l-isforzi tal-Aġenzija Nazzjonali għaċ-Ċibersigurtà u l-Istitut Nazzjonali għall-Innovazzjonijiet fiċ-Ċibersigurtà; itenni l-importanza li jittejbu l-kondiviżjoni tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni fl-intelligence dwar it-theddid għas-sigurtà bejn il-Moldova u l-UE u l-Istati Membri tagħha; jitlob lill-UE tislet it-tagħlimiet mill-esperjenza miksuba fil-Moldova li jistgħu jiġu applikati biex jiġu protetti l-proċessi elettorali u l-istituzzjonijiet demokratiċi tal-UE stess;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jinnota l-allinjament konsistenti tal-Moldova mal-pożizzjonijiet tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni tal-UE u l-implimentazzjoni tas-Sħubija għas-Sigurtà u d-Difiża tagħha mal-UE mill-2024 u l-istrateġija nazzjonali l-ġdida tagħha għad-difiża 2024–2034; jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri jżidu l-finanzjament għall-Moldova permezz tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi, anke fid-dawl tal-ksur ripetut tal-ispazju tal-ajru tal-Moldova minn droni u missili Russi, u jinkludu lill-Moldova fl-akkwist konġunt tad-difiża fl-ambitu tal-Programm Ewropew għall-Industrija tad-Difiża; jisħaq fuq ir-rwol tal-Moldova fis-sigurtà u l-istabbiltà tal-fruntiera tal-Lvant tal-UE u tar-reġjun tal-Baħar l-Iswed, fost il-kriżijiet umanitarji u tal-enerġija kkawżati mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jistieden lill-Federazzjoni Russa tirtira l-forzi militari, it-tagħmir u l-munizzjon tagħha mir-reġjun Transnistrijan u tappoġġja riżoluzzjoni paċifika tal-kunflitt skont id-dritt internazzjonali u s-sovranità u l-integrità territorjali tal-Moldova;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Iħeġġeġ lill-awtoritajiet u lis-soċjetà ċivili tal-Moldova u lill-UE jsaħħu l-komunikazzjoni strateġika, filwaqt li jikxfu u jiġġieldu kontra n-narrattivi foloz promossi mir-Russja dwar l-UE u l-politiki tagħha u filwaqt li jenfasizzaw il-benefiċċji konkreti fuq terminu qasir u twil tal-adeżjoni mal-UE għall-persuni fil-Moldova kollha, b’enfasi speċjali fuq il-komunikazzjoni f’reġjuni bħal Gagauzia u f’komunitajiet soċjoekonomikament żvantaġġati fiż-żoni rurali; jesprimi l-prontezza tiegħu li jkompli jappoġġja lill-Parlament tal-Moldova permezz ta’ attivitajiet ta’ appoġġ għad-demokrazija miftiehma b’mod reċiproku; jirrakkomanda, għalhekk, li jsir użu sħiħ mill-Uffiċċju ta’ Kollegament tal-Parlament Ewropew f’Chișinău biex tixxerred l-informazzjoni, tiġi miġġielda d-diżinformazzjoni u jiġi appoġġjat l-involviment taċ-ċittadini, ħalli b’hekk jingħata kontribut għat-tisħiħ tar-reżiljenza demokratika tal-Moldova; jinsab imħasseb ħafna dwar il-kampanja estensiva tar-Russja li tisfrutta l-omofobija, inklużi l-intimidazzjoni u l-attakki fiżiċi u jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Moldova jinvestu wkoll fir-reżiljenza tas-soċjetà tal-Moldova billi u jippromwovu l-ugwaljanza għal kulħadd, irrispettivament mill-orjentazzjoni sesswali jew l-identità tal-ġeneru;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jinnota li l-Istrateġija ta’ Sigurtà Nazzjonali tar-Russja, approvata mill-President Putin fil-31 ta’ Diċembru 2015, li tibni fuq id-Duttrina Militari tal-25 ta’ Diċembru 2014, tiddefendi b’mod espliċitu l-hekk imsejħa valuri spiritwali u morali tradizzjonali Russi kontra l-influwenza perċepita tal-Punent, u b’hekk turi l-istrumentalizzazzjoni tar-Russja ta’ dawn il-valuri u l-istituzzjonijiet tagħhom għal skopijiet strateġiċi; jesprimi tħassib dwar l-istrumentalizzazzjoni tar-Russja tal-hekk imsejħa valuri tradizzjonali Russi u jisħaq li wieħed mill-kanali primarji għall-propaganda Russa fil-Moldova huwa l-Metropoli affiljat ma’ Moska ta’ Chișinău u l-Moldova Kollha taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Knisja Ortodossa Russa; jissottolinja li f’April 2024, l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa rrikonoxxiet il-Knisja Ortodossa Russa bħala strument ta’ propaganda tal-Kremlin, u f’Awwissu 2024 il-Patrijarka Ekumeniku ta’ Kostantinopli ddenunzjaha bħala militaristika, etnonazzjonalista u eretika; jikkundanna l-intimidazzjoni tal-kleru tal-Metropoli Ortodossi ta’ Bessarabia minn prokuri Russi;<FOOTNOTE><FIELD> https://pace.coe.int/en/files/33808/html, https://www.thetablet.co.uk/news/bartholomew-accuses-russian-church-of-ethno-nationalist-heresy/.</FIELD></FOOTNOTE>
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jirrikonoxxi l-Metropoli Ortodossa tal-Bessarabja bħala vittma tal-oppressjoni Sovjetika; jinnota li wara li ġiet abolita b’mod abbużiv mill-awtoritajiet Sovjetiċi, il-Metropoli Ortodossa tal-Bessarabja ma ġietx rikonoxxuta uffiċjalment sal-2002, wara deċiżjoni mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jinnota l-kontributi importanti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni u l-influwenza malinna tal-atturi politiċi kontra r-riforma u l-prokuri tar-Russja kif ukoll fid-difiża tad-drittijiet tal-bniedem, fil-promozzjoni tat-trasparenza u fil-monitoraġġ tal-governanza u l-progress tar-riformi demokratiċi u dawk relatati mal-adeżjoni mal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jissottolinja li r-riforma komprensiva tas-sistema ġudizzjarja u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni huma kruċjali, kemm għar-reżiljenza tal-Moldova kontra l-indħil barrani u t-theddid ibridu kif ukoll għas-suċċess tar-riformi demokratiċi u dawk relatati mal-adeżjoni mal-UE; jirrikonoxxi l-isforzi kostanti tal-Moldova biex tibni sistema ġudizzjarja indipendenti, imparzjali, responsabbli u professjonali u biex tlesti l-proċess ta’ skrutinju sa tmiem l-2026; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat koordinament imsaħħaħ fost l-istituzzjonijiet ewlenin kollha kontra l-korruzzjoni u l-ġustizzja sabiex jiġu implimentati bis-sħiħ ir-riformi komprensivi dwar l-istat tad-dritt, jinkisbu riżultati konvinċenti f’termini ta’ prosekuzzjoni effettiva f’każijiet ta’ korruzzjoni, filwaqt li jiġu rispettati l-proċess xieraq u d-dritt għal smigħ ġust, u tinżamm il-fiduċja pubblika fl-istituzzjonijiet demokratiċi u l-proċess ta’ riforma; jitlob, għalhekk, lill-gvern futur iżomm il-livell attwali ta’ ambizzjoni u jikkompleta r-riformi tal-istat tad-dritt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jissottolinja l-importanza kruċjali tal-konnettività u tal-indipendenza enerġetika għal reżiljenza akbar kontra t-theddid ibridu Russu fis-settur tal-enerġija u jitlob, għalhekk, li l-Pjan ta’ Tkabbir jiġi implimentat aktar malajr; jikkundanna l-istrumentalizzazzjoni kontinwa tal-provvisti tal-enerġija mir-Russja u jilqa’ l-progress tal-Moldova fid-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-enerġija tagħha, fl-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u ta’ sistemi ta’ ħżin tal-enerġija, fit-tnaqqis tad-dipendenza fuq il-gass Russu u fl-integrazzjoni mas-suq tal-enerġija tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Ifaħħar lir-Repubblika tal-Moldova għall-progress sinifikanti li għamlet fl-eliminazzjoni gradwali tas-sorsi tal-enerġija Russi, fl-aċċellerazzjoni tad-dekarbonizzazzjoni u tad-diġitalizzazzjoni tat-taħlita tal-enerġija tagħha, u fl-integrazzjoni fis-suq tal-enerġija tal-UE; itenni t-talba tiegħu lill-UE u lill-Istati Membri biex ikomplu jappoġġjaw is-sigurtà tal-enerġija tal-Moldova, jappoġġjaw il-kostruzzjoni u l-finanzjament ta’ interkonnessjonijiet ġodda tal-elettriku mal-pajjiżi ġirien, jippromwovu l-effiċjenza enerġetika u jużaw sistemi ta’ enerġija rinnovabbli u ta’ ħżin tal-enerġija f’konformità mal-miri stabbiliti fil-pjan nazzjonali tagħha dwar l-enerġija u l-klima;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jilqa’ l-adozzjoni bla xkiel tal-Pjan ta’ Tkabbir tal-Moldova ta’ EUR 1,9 biljun, li jirrappreżenta livell mingħajr preċedent ta’ appoġġ immirat lejn it-tisħiħ tal-ekonomija tal-Moldova u l-avvanz tal-perkors tal-pajjiż lejn is-sħubija fl-UE billi jiġu aċċellerati riformi ewlenin f’setturi bħall-enerġija, l-ambjent, is-settur diġitali, it-trasport u oħrajn; jilqa’ l-iżborż tas-segment ta’ prefinanzjament ta’ EUR 270 miljun mill-EUR 1,9 biljun tal-pjan ta’ tkabbir u jitlob ir-rilaxx rapidu tal-ewwel segment ordinarju biex jiġu appoġġjati riformi ewlenin fl-infrastruttura, fil-kapital uman, fl-iżvilupp tan-negozju u fit-tranżizzjonijiet diġitali u ekoloġiċi; iħeġġeġ lill-UE u lill-Moldova jaċċelleraw l-integrazzjoni gradwali tal-pajjiż fis-suq uniku tal-UE sabiex iwasslu benefiċċji soċjoekonomiċi tanġibbli anke qabel l-adeżjoni formali mal-UE; jilqa’ l-ftehim reċenti għar-rieżami u l-aġġornament tad-dispożizzjonijiet kummerċjali taż-Żona ta’ Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva tal-UE-Moldova, li se tipprovdi aċċess akbar għas-suq għall-esportazzjonijiet agrikoli tal-Moldova li għadhom ma ġewx liberalizzati; jappoġġja l-inklużjoni tal-Moldova fl-istrument ta’ qabel l-adeżjoni taħt il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss; jfaħħar id-deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ Lulju 2025 li l-Moldova tiġi integrata fiż-żona “roaming daqslikieku f’pajjiżek” mill-1 ta’ Jannar 2026, wara deċiżjoni simili għall-Ukrajna adottata fl-14 ta’ Lulju 2025;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kunsill tal-Ewropa, lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa u lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Moldova.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>