<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0196</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Viżjoni ġdida għall-alleanzi tal-Universitajiet Ewropej</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0135/2025 - Rapporteur: Laurence Farreng)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Settembru 2025 dwar viżjoni ġdida għall-alleanzi tal-Universitajiet Ewropej (2025/2036(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikoli 13 u 14 tagħha dwar il-libertà tal-arti u x-xjenzi u d-dritt għall-edukazzjoni,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi Erasmus+: il-Programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni u taħriġ, żgħażagħ u sport u li jħassar ir-Regolament (UE) 1288/2013<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 189, 28.5.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/817/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istudju tal-11 ta’ Settembru 2023 li sar għall-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni tiegħu bit-titolu “EU funding programmes 2021-2027 in culture, media, education, youth and sports: first lessons, challenges and future perspectives – Erasmus+” (Programmi ta’ finanzjament tal-UE 2021–2027 fil-kultura, il-media, l-edukazzjoni, iż-żgħażagħ u l-isport: l-ewwel lezzjonijiet, l-isfidi u l-perspettivi futuri – Erasmus+),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istudju tal-20 ta’ Lulju 2023 li sar għall-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni tiegħu bit-titolu “Early implementation of four 2021-2027 EU programmes: Erasmus+, Creative Europe, European Solidarity Corps and Citizens, Equality, Rights and Values (Strand 3)” (Implimentazzjoni bikrija ta’ erba’ programmi tal-UE 2021–2027: Erasmus+, Ewropa Kreattiva, Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, u iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri (Fergħa 3)),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2021, dwar l-inizjattiva tal-Universitajiet Ewropej – Inqarrbu l-edukazzjoni għolja, ir-riċerka, l-innovazzjoni u s-soċjetà: Inwittu t-triq għal dimensjoni ġdida fl-edukazzjoni għolja Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-14 u l-15 ta’ Diċembru 2017,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-7 ta’ Ġunju 2018 dwar il-mixja lejn viżjoni għal Żona Ewropea tal-Edukazzjoni,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Novembru 2019 dwar l-iżvilupp ulterjuri taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni biex jiġu appoġġati sistemi ta’ edukazzjoni u taħriġ orjentati lejn il-futur<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 389, 18.11.2019, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tad-29 ta’ Novembru 2021 dwar aġenda Ewropea ġdida għat-tagħlim għall-adulti 2021–2030<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 504, 14.12.2021, p. 9.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Mejju 2024 bit-titolu ““Ewropa Attiva” – opportunitajiet ta’ mobbiltà tal-apprendiment għal kulħadd”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/3364, 14.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3364/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Frar 2025 għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-Aġenda ta’ Politika taż-Żona Ewropea tar-Riċerka 2025–2027 (COM(2025)0062),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/2122 tas-26 ta’ Novembru 2021 dwar Patt għar-Riċerka u l-Innovazzjoni fl-Ewropa<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 431, 2.12.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2021/2122/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Jannar 2022 dwar strateġija Ewropea għall-universitajiet (COM(2022)0016),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-“Report on Good Practices from European University Alliances Projects (Pilot II)” (Rapport dwar Prattiki Tajba mill-Proġetti tal-Universitajiet Ewropej (Pilota II)) tal-Kummissjoni tal-15 ta’ April 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar l-eżiti u l-potenzjal trasformattiv tal-inizjattiva tal-Universitajiet Ewropej<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni Ewropea: Id-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Kultura et al., Report on the outcomes and transformational potential of the European Universities initiative (Rapport dwar l-eżiti u l-potenzjal trasformattiv tal-inizjattiva tal-Universitajiet Ewropej), l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2025, https://data.europa.eu/doi/10.2766/32313.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Marzu 2024 bit-titolu “Pjan ta’ azzjoni għal lawrja Ewropea” (COM(2024)0144),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Marzu 2024 (SWD(2024)0074), li jakkumpanja l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2024)0144, il-proposta tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Marzu 2024 għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Sistema Ewropea ta’ Assigurazzjoni tal-Kwalità u ta’ Rikonoxximent fl-Edukazzjoni Għolja (COM(2024)0147) u l-proposta tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Marzu 2024 għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar karrieri attraenti u sostenibbli fl-edukazzjoni għolja (COM(2024)0145),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2024 bit-titolu “Report on the final outcomes of the Erasmus+ policy experimentation projects: European degree (label) and institutionalised EU cooperation instruments” (Rapport dwar l-eżiti finali tal-proġetti ta’ esperimentazzjoni tal-politika tal-Erasmus+: Lawrja Ewropea (tikketta) u strumenti ta’ kooperazzjoni istituzzjonalizzati tal-UE) (SWD(2024)0291),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Marzu 2025 intitolata “L-Unjoni tal-Ħiliet” (COM(2025)0090),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Marzu 2025 dwar Pjan Strateġiku għall-Edukazzjoni STEM: ħiliet għall-kompetittività u l-innovazzjoni (COM(2025)0089),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rieżami ta’ nofs it-terminu taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni tal-2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidrat il-Komunikat Ministerjali ta’ Ruma tad-19 ta’ Novembru 2020 fil-Konferenza Ministerjali taż-Żona Ewropea ta’ Edukazzjoni Għolja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Prinċipji, il-Linji Gwida u l-Indikaturi tad-Dimensjoni Soċjali tal-Edukazzjoni Għolja tad-9 ta’ Jannar 2024, ippubblikati mill-Grupp ta’ Segwitu ta’ Bolonja, il-Grupp ta’ Ħidma dwar id-Dimensjoni Soċjali 2021–2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport indipendenti ta’ livell għoli dwar il-futur tas-suq uniku ta’ Enrico Letta, bit-titolu “Much more than a market – Speed, Security, Solidarity: Empowering the Single Market to deliver a sustainable future and prosperity for all EU Citizens”, (Ħafna aktar minn suq – Ħeffa, Sigurtà, Solidarjetà: Nagħtu l-kapaċità lis-Suq Uniku biex iforni futur sostenibbli u prosperità għaċ-Ċittadini kollha tal-UE), ippubblikat f’April 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Mario Draghi dwar “the Future of European Competitiveness” (Il-Futur tal-Kompetittività Ewropea), ippubblikat f’Settembru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni minn grupp ta’ esperti indipendenti ppresedut minn Manuel Heitor, bit-titolu “Align, act, accelerate – Research, technology and innovation to boost European competitiveness” (Allinjament, azzjoni, aċċellerazzjoni – Riċerka, teknoloġija u innovazzjoni biex tingħata spinta lill-kompetittività Ewropea), ippubblikat f’Ottubru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Ġunju 2022 dwar l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ inklużjoni fil-qafas ta’ Erasmus+ 2014–2020<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 32, 27.1.2023, p. 58.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Settembru 2020 dwar miżuri effikaċi biex Erasmus+, Ewropa Kreattiva u l-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà jsiru aktar “ħodor”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 385, 22.9.2021, p. 2.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Mejju 2022 dwar l-istabbiliment taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni sal-2025 – mikrokredenzjali, kontijiet ta’ apprendiment individwali u apprendiment għal ambjent sostenibbli<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 479, 16.12.2022, p. 65.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A10-0135/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-edukazzjoni u t-taħriġ ta’ kwalità kif ukoll il-kooperazzjoni akkademika huma prerekwiżiti għall-kisba tal-awtonomija strateġika tal-Unjoni Ewropea, għall-promozzjoni tal-valuri tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> Kif minquxa fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.</FIELD></FOOTNOTE>, għall-ġlieda kontra n-nuqqas ta’ ħiliet billi jiġi attirat u jinżamm it-talent, u għat-trawwim tal-kompetittività ma’ universitajiet globali ewlenin abbażi tal-iżvilupp tal-kapital uman, ir-reżiljenza u l-benesseri;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-importanza tad-dinja akkademika u tal-universitajiet għal Unjoni Ewropa kompetittiva, reżiljenti u awtonoma hija sottolinjata fir-rapport ta’ Mario Draghi dwar il-futur tal-kompetittività Ewropea, fir-rapport ta’ Enrico Letta dwar il-futur tas-suq uniku u fir-rapport ta’ Manuel Heitor dwar l-evalwazzjoni interim ta’ Orizzont Ewropa;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-frammentazzjoni tal-edukazzjoni għolja u tar-riċerka tal-UE timmina l-kapaċità tal-UE li tissalvagwardja s-sovranità tagħha, tippromwovi l-valuri tagħha u tasserixxi influwenza globali; billi integrazzjoni akbar tista’ ssaħħaħ il-pożizzjoni strateġika tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-Kumpass tal-Kompetittività jenfasizza l-importanza ta’ edukazzjoni, taħriġ u tagħlim tul il-ħajja ta’ kwalità għolja biex jimtlew id-diskrepanzi fil-ħiliet u n-nuqqas ta’ ħaddiema;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi Erasmus+ huwa programm emblematiku tal-UE li jappoġġja l-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport fl-Ewropa u internazzjonalment, filwaqt li jrawwem il-mobbiltà u l-kooperazzjoni akkademika; billi interazzjoni aktar b’saħħitha bejn Erasmus+ u programmi eżistenti oħra tal-UE bħal Orizzont Ewropa tkun ta’ benefiċċju għal dawk l-objettivi filwaqt li trawwem approċċ aktar komprensiv għall-edukazzjoni għolja;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-alleanzi tal-Universitajiet Ewropej jaqdu skop multidimensjonali, peress li jibdew bil-ħolqien ta’ kurrikuli konġunti, jipprogressaw lejn il-ħolqien ta’ kampusijiet interuniversitarji b’dimensjoni Ewropea b’saħħitha li trawwem il-mobbiltà tal-istudenti, tal-istudenti tul il-ħajja u tar-riċerkaturi, kif ukoll tal-persunal akkademiku u tal-persunal mhux akkademiku, u jikkatalizzaw bidliet oħra jerġa’ aktar trasformattivi fil-pajsaġġi tal-edukazzjoni għolja fl-Istati Membri u fil-pajjiżi parteċipanti għal Żona Ewropea tal-Edukazzjoni verament kompetittiva;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-libertà akkademika hija prinċipju ċentrali tal-missjonijiet u l-attivitajiet tal-universitajiet kif minqux fl-Artikolu 13 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE u r-Rakkomandazzjoni tal-UNESCO tal-11 ta’ Novembru 1997 rigward l-Istatus tal-Persunal tat-Tagħlim fl-Edukazzjoni Għolja; billi tali libertà hija kruċjali għall-benesseri tas-soċjetajiet demokratiċi u għalhekk jeħtieġ li tkompli tiġi protetta u promossa aktar;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-alleanzi tal-Universitajiet Ewropej, bil-fatt li jipprovdu mobbiltà bla xkiel għall-istudenti, ir-riċerkaturi u l-persunal akkademiku u dak mhux akkademiku fl-UE u lil hinn minnha, għandhom rwol fit-tisħiħ tar-riċerka, l-innovazzjoni u l-edukazzjoni fis-suq uniku, u għalhekk huma ċentrali għat-twettiq tal-“ħames libertà” kif deskritt fir-rapport ta’ Letta;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja fl-Ewropa jiffaċċjaw sfidi fejn tidħol il-kollaborazzjoni transnazzjonali, speċjalment fir-rigward tal-finanzjament, id-diverġenzi sinifikanti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u reġjonali, l-istatus legali u l-istrutturi tal-governanza, u ostakli kuntrattwali għall-kondiviżjoni tal-għarfien;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-inizjattiva tal-Universitajiet Ewropej irnexxiet b’mod li jiżboq dak li kien mistenni f’dawk li huma parteċipazzjoni u involviment; billi l-għan li jinħolqu 20 alleanza spjegat fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-2017 inqabeż, peress li issa nħolqu 65 alleanza, li jinkludu aktar minn 570 università b’aktar minn 2 200 sieħeb estern, mingħajr l-ebda allokazzjoni baġitarja addizzjonali u mingħajr l-ebda garanzija ta’ kontinwità għall-proġetti ffinanzjati;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi dawn l-alleanzi attwali ntgħażlu permezz ta’ ħames sejħiet miftuħa kompetittivi li kienu jiffukaw fuq il-kwalità, l-eċċellenza, il-mertu akkademiku, l-inklużività u l-kopertura ġeografika ekwa;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-inizjattiva tal-Universitajiet Ewropej hija strument fundamentali għall-bini ta’ Żona Ewropea tal-Edukazzjoni integrata, kompetittiva u inklużiva li kapaċi tirrispondi għall-isfidi globali kif ukoll issaħħaħ l-identità, il-kultura u l-valuri tal-Ewropa;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-alleanzi taw prova tal-potenzjal trasformattiv tagħhom li jimmodernizzaw is-sistemi tal-edukazzjoni għolja tal-Istati Membri, peress li jaqdu rwol ewlieni fl-edukazzjoni ta’ ġenerazzjoni ġdida ta’ studenti Ewropej mobbli, u kkontribwew għal riċerka mill-aktar avvanzata; billi universitajiet minn diversi alleanzi huma promoturi fundamentali u xprunaturi ta’ bidliet leġiżlattivi fil-pajjiżi tagħhom stess;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi 23 Stat Membru bħalissa qed jikkofinanzjaw l-alleanzi mill-baġits nazzjonali tagħhom;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Is-sitwazzjoni attwali, l-isfidi u l-ostakli</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jirrikonoxxi l-merħba kbira u l-impenn mogħtija lill-inizjattiva tal-Universitajiet Ewropej mill-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja u r-rwol tal-inizjattiva fl-iffaċilitar tal-isforzi biex jitneħħew l-ostakli għall-kooperazzjoni reġjonali, transfruntiera u internazzjonali fl-edukazzjoni għolja, bħall-finanzjament ifframmentat, id-disparitajiet fis-sistemi tal-akkreditazzjoni u l-ostakli legali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jenfasizza l-fatt li l-proġetti ta’ mobbiltà, il-ħolqien ta’ kurrikuli komuni u l-kooperazzjoni bejn l-universitajiet fl-Ewropa huma strumentali fl-indirizzar tal-ħtiġijiet f’oqsma strateġiċi u fit-tisħiħ tas-sens ta’ appartenenza għall-Ewropa u tal-aderenza mal-valuri tal-UE, filwaqt li jiġu ppreservati d-diversità u r-rikkezza tal-Unjoni Ewropea;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota li l-alleanzi huma għodda b’saħħitha għall-implimentazzjoni u l-avvanz tal-Proċess ta’ Bolonja; jenfasizza l-effett ta’ lieva li l-alleanzi għandhom fuq il-proċessi ta’ trasformazzjoni fil-pajsaġġ tal-edukazzjoni għolja billi jaġixxu ta’ pijunieri u jagħtu spinta lil approċċi innovattivi kif ukoll metodi ġodda għall-kooperazzjoni, il-ħolqien ta’ opportunitajiet u l-aċċessibbiltà għall-istudenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jissottolinja d-diversità tal-alleanzi f’dawk li huma governanza, temi u suġġetti koperti, u d-daqs tal-universitajiet parteċipanti u l-post fejn jinsabu; jinnota l-parteċipazzjoni b’suċċess ta’ ħafna universitajiet minn bliet ta’ daqs medju, żoni rurali u reġjuni ultraperiferiċi, li jagħmluha inizjattiva aċċessibbli u inklużiva; jenfasizza l-fatt li approċċ ta’ “kulħadd f’keffa waħda” mhuwiex xieraq għall-alleanzi; jinnota li r-rappreżentanza ġeografika madwar l-Ewropa kollha tal-universitajiet fi ħdan l-alleanzi hija kruċjali biex jiġi indirizzat b’mod determinat l-eżodu tal-imħuħ u jiġi attirat talent internazzjonali, filwaqt li tagħti kontribut imprezzabbli għall-unità u l-integrazzjoni Ewropea;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jilqa’ l-integrazzjoni tal-istudenti fl-istrutturi tal-governanza tal-alleanzi, li tippermettu liż-żgħażagħ ikollhom impatt sostanzjali u reali fuq l-iżvilupp tagħhom, peress li l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-proċessi demokratiċi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tgħin biex l-alleanzi jorjentaw ruħhom aktar lejn il-ġejjieni u tindirizza l-isfidi prattiċi li l-istudenti jiffaċċjaw; jisħaq fuq l-importanza li l-involviment tal-istudenti jiġi allinjat mal-organizzazzjonijiet tal-istudenti biex jiġu żgurati t-trasparenza, l-ekwità u l-inklużività fl-involviment tal-partijiet ikkonċernati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jenfasizza l-fatt li l-alleanzi għandhom il-potenzjal u l-għarfien espert biex jgħinu lill-universitajiet jindirizzaw l-isfidi soċjoekonomiċi; jissottolinja l-importanza li l-impatt soċjetali jiġi inkorporat bħala element trasversali fl-attivitajiet tal-alleanzi; jappella għal strateġiji ċari biex jiġu żgurati u mmonitorjati l-aċċessibbiltà u l-inklużjoni tal-persuni b’inqas opportunitajiet<FOOTNOTE><FIELD> kif definit fir-Regolament (UE) 2021/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021.</FIELD></FOOTNOTE> fl-attivitajiet kollha tal-alleanzi, speċjalment permezz tat-tneħħija tal-ostakli għall-mobbiltà u permezz tal-prevenzjoni tal-forom kollha ta’ diskriminazzjoni, f’konformità mal-Karta Erasmus għall-Edukazzjoni Għolja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jilqa’ l-proġetti pilota mmirati lejn il-ħolqien ta’ lawrja Ewropea u/jew status legali; jenfasizza, madankollu, li l-alleanzi m’għandhomx iservu bħala l-uniku strument għall-innovazzjoni fl-edukazzjoni għolja; jinnota li l-alleanzi għandu jkollhom il-libertà li jispeċjalizzaw u jkunu flessibbli fl-impenji tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jilqa’ l-eżiti tas-sitt proġetti ta’ esperimentazzjoni tal-politika ta’ Erasmus+ dwar il-lawrja Ewropea u t-tikketta tal-lawrja Ewropea mwettqa minn 21 alleanza<FOOTNOTE><FIELD> Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni SWD(2024)0291.</FIELD></FOOTNOTE>; jirrikonoxxi l-valur miżjud ċar ta’ qafas komuni għal-lawrji Ewropej, ibbażat fuq kriterji Ewropej, bħala pass lejn ir-rikonoxximent tal-lawrji u d-diplomi fil-livell tal-UE; jirrikonoxxi li tali rikonoxximent fil-livell tal-UE jsaħħaħ il-mobbiltà u l-kwalità tal-edukazzjoni, isaħħaħ il-qafas għall-kooperazzjoni u jinkoraġġixxi involviment usa’ fi programmi akkademiċi transnazzjonali kif ukoll isaħħaħ il-viżibbiltà u l-kompetittività globali tal-edukazzjoni għolja Ewropea;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jinnota li t-tikketta tal-lawrja Ewropea għandha tkun aċċessibbli għall-programmi universitarji konġunti l-oħra kollha u tkun komplementari għall-oqfsa nazzjonali tal-kwalifiki, li għandhom jiġu adattati meta jkun meħtieġ mingħajr ma jinħoloq piż amministrattiv addizzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jemmen bis-sħiħ fil-potenzjal li l-alleanzi għandhom li jsaħħu ż-Żona Ewropea ta’ Edukazzjoni Għolja, u b’hekk iwittu t-triq għal żona unika ta’ akkreditazzjoni fil-livell tal-UE; jemmen li dan huwa pass meħtieġ għall-awtonomija Ewropea tagħna, peress li bosta istituzzjonijiet Ewropej tal-edukazzjoni għolja, bħal dawk li joħorġu l-lawrji tal-MBA, għadhom jiddependu minn aġenziji tal-akkreditazzjoni Amerikani;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jilqa’ ż-żieda sinifikanti fl-għadd ta’ proġetti ta’ mobbiltà li jinvolvu studenti, studenti tul il-ħajja u riċekaturi, kif ukoll persunal akkademiku u persunal mhux akkademiku fl-universitajiet li jipparteċipaw fl-alleanzi meta mqabbla ma’ proġetti oħra ta’ mobbiltà ta’ Erasmus+;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jinnota, madankollu, li l-objettiv inizjali li tinkiseb mobbiltà bla xkiel għal 50 % tal-istudenti fl-alleanzi parteċipanti għadu ma ntlaħaqx u se jibqa’ ta’ sfida mingħajr mekkaniżmi ta’ finanzjament xierqa; jinsab imħasseb, f’dan ir-rigward, dwar il-kompetizzjoni potenzjali bejn l-iskemi ta’ mobbiltà tal-alleanzi u l-mobbiltà ġenerali ta’ Erasmus+ tal-universitajiet, li jikkondividu l-istess dispożizzjonijiet limitati ta’ finanzjament, peress li l-miri tal-mobbiltà għall-alleanzi huma ogħla minn dawk għall-mobbiltà ġenerali ta’ Erasmus+; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, tivvaluta dawk ir-rekwiżiti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jinsab imħasseb bil-kbir dwar it-theddid attwali għal-libertà akkademika f’diversi partijiet tad-dinja, inkluż f’xi Stati Membri u pajjiżi mhux tal-UE li qed jipparteċipaw f’Erasmus+;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-alleanzi jiddefendu l-valuri tal-UE, ir-reżiljenza demokratika u l-awtonomija istituzzjonali, u jrawmu ċ-ċittadinanza attiva; jenfasizza r-rwol tagħhom bħala spazji ta’ tagħlim multilaterali u multikulturali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jilqa’ inizjattivi bbażati fuq il-valuri bħall-kooperazzjoni b’solidarjetà mal-Ukrajna, is-sensibilizzazzjoni globali min-naħa tal-alleanzi u r-rwol tal-alleanzi fit-tħejjijiet għall-adeżjoni tal-pajjiżi kandidati mill-viċinat tal-Lvant u mill-Balkani tal-Punent;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jilqa’ l-inizjattiva tal-Unjoni tal-Ħiliet, speċjalment il-proposta li se titressaq dalwaqt għal perkors futur tal-investiment u status legali ċar għall-alleanzi, peress li se tagħmilha aktar faċli għall-universitajiet li jvaraw u jmexxu proġetti Ewropej, jiġbru flimkien ir-riżorsi, isaħħu l-awtonomija tagħhom, inaqqsu l-piżijiet amministrattivi, jattiraw il-finanzjament u jwessgħu l-istruttura tal-governanza tagħhom, speċjalment fil-każ tal-universitajiet minn pajjiżi mhux tal-UE, kif ukoll jiffaċilitaw l-istituzzjonalizzazzjoni tal-kooperazzjoni transfruntiera;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jissottolinja r-rwol kruċjali li għandhom l-universitajiet, inklużi l-alleanzi, fil-protezzjoni u l-promozzjoni tax-xjenza bbażata fuq l-evidenza, fil-bini tal-fiduċja fid-diskors demokratiku, fit-trawwim tal-kooperazzjoni bbażata fuq il-valuri tal-UE u f’li jagħmlu lilhom infushom u lis-settur Ewropew tal-edukazzjoni għolja aktar attraenti għall-istudenti, il-persunal akkademiku u r-riċerkaturi mhux tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jilqa’ l-ħolqien ta’ FOREU4ALL, komunità ta’ prattika għall-alleanzi tal-Universitajiet Ewropej; jissottolinja r-rwol fundamentali tagħha fit-tixrid tal-innovazzjonijiet mill-alleanzi lill-komunità akkademika usa’, peress li l-universitajiet u l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja li mhumiex parti mill-alleanzi ma għandhomx jintesew; ifakkar li l-politiki u l-inizjattivi għandhom ikunu ta’ benefiċċju għas-sistema tal-edukazzjoni għolja kollha kemm hi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jirrikonoxxi r-rwol importanti ta’ networks oħra fi ħdan is-settur tal-edukazzjoni għolja li jlaqqgħu flimkien spettru usa’ ta’ universitajiet Ewropej, irrispettivament mill-parteċipazzjoni tagħhom f’alleanza; jissottolinja n-natura komplementari ta’ dawn in-networks mal-alleanzi u l-potenzjal tagħhom li jħejju t-triq għal tibdil leġiżlattiv fil-livell nazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jenfasizza li l-missjoni tal-universitajiet tinkludi kull wieħed mill-erba’ aspetti tal-kwadru tal-għarfien: l-edukazzjoni, ir-riċerka, l-innovazzjoni u s-servizz għas-soċjetà; jenfasizza li l-alleanzi jridu jkunu allinjati mill-qrib mas-suq tax-xogħol biex jindirizzaw in-nuqqas ta’ ħiliet u l-isfidi tal-kompetittività tal-Ewropa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jinsab partikolarment imħasseb dwar in-nuqqas ta’ pilastri tar-riċerka u l-innovazzjoni fi ħdan l-alleanzi minħabba l-qafas attwali, peress li dan idgħajjef il-potenzjal sħiħ ta’ kooperazzjoni bejn l-universitajiet fi ħdan l-alleanzi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Rakkomandazzjonijiet</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jinkoraġġixxi lill-alleanzi japprofondixxu r-rabta bejn l-edukazzjoni u r-riċerka; jenfasizza l-kapaċità sinifikanti li għandhom l-alleanzi li jibnu networks transfruntiera ta’ eċċellenza għar-riċerkaturi u li jikkondividu u jxerrdu l-għarfien fil-livell tal-UE u lil hinn minnha, speċjalment fis-suġġetti STEM (xjenza, teknoloġija, inġinerija u matematika), inkluż f’oqsma strateġiċi għall-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jissottolinja li l-viżjoni strateġika għall-alleanzi tal-universitajiet għandha tiġi riflessa fil-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss biex il-potenzjal u l-impatt tagħhom jiġu massimizzati; jitlob lill-Kummissjoni tevalwa kull alleanza sabiex tipprovdi appoġġ u soluzzjonijiet imfassla apposta fir-rigward tal-iżvilupp futur tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-alleanzi jaqilbu minn “loġika bbażata fuq il-proġetti” għall-kooperazzjoni trasformattiva fit-tul billi jintroduċu approċċ ta’ finanzjament li jippermetti din it-tranżizzjoni; jissottolinja kemm hu importanti li l-alleanzi jkunu jistgħu jespandu; jissottolinja l-ħtieġa li jiġu stabbiliti għanijiet kwalitattivi aktar milli kwantitattivi, li jenfasizzaw l-impatt trasformattiv għaż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ finanzjament ikkoordinat, sostenibbli u prevedibbli għall-alleanzi attwali; jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra li tirriżerva sejħiet futuri għall-kontinwazzjoni tal-alleanzi li jirnexxu, u hekk tippermettilhom japprofondixxu l-integrazzjoni u jibnu fuq il-kisbiet tagħhom; jitlob lill-Kummissjoni żżomm il-proċessi tal-applikazzjoni u tar-rappurtar sempliċi kemm jista’ jkun; jinkoraġġixxi proċessi ta’ tiġdid rapidu għal alleanzi li jirnexxu biex jiġi żgurat finanzjament kontinwat mingħajr piż amministrattiv eċċessiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jirrikonoxxi r-relevanza li l-inizjattiva tal-Universitajiet Ewropej tkompli tkun parti mill-programm Erasmus+, filwaqt li jitqies il-qafas attwali; fl-istess ħin, jistieden lill-Kummissjoni tistudja l-vijabbiltà tal-ħolqien ta’ soluzzjoni mfassla apposta għall-finanzjament tal-alleanzi tal-Universitajiet Ewropej fil-qafas finanzjarju pluriennali ta’ wara l-2027, bil-possibbiltà li jinħoloq programm separat bl-għan li l-alleanzi jkunu jistgħu jippjanaw b’mod strateġiku, jinvolvu ruħhom f’inizjattivi fit-tul u jistabbilixxu kooperazzjoni dejjiema;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jimpenjaw ruħhom għall-kofinanzjament tal-alleanzi permezz tal-baġits nazzjonali u jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta strateġija ta’ investiment komprensiva għall-alleanzi li tkun tippermettilhom iwettqu l-missjoni kwadrupla tagħhom; jinnota li din l-istrateġija għandha tinkorpora sinerġiji ma’ programmi tal-UE bħal Orizzont Ewropa, il-Fond Ewropew għall-Kompetittività, il-Fond Soċjali Ewropew Plus u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, sabiex jiġu ottimizzati r-riżorsi, tiġi evitata d-duplikazzjoni, jissaħħu l-interazzjoni u l-kollaborazzjoni u tinżamm in-natura kompetittiva tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jenfasizza l-fatt li, sabiex jinkiseb suċċess reali u sostenibbli li jinkludi l-kwalità, l-eċċellenza u l-inklużjoni, l-appoġġ għall-alleanzi ma jistax jiġi biss mill-baġit tal-UE iżda għandu jiġi wkoll minn kontribuzzjonijiet ikkoordinati minn sorsi nazzjonali, reġjonali, lokali u privati, dment li jkunu jistgħu jiggarantixxu l-awtonomija tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja u jissalvagwardjaw il-libertà akkademika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jenfasizza li l-integrazzjoni aktar mill-qrib tal-alleanzi mas-settur privat tista’ tkun ta’ benefiċċju reċiproku; jinkoraġġixxi s-sħubijiet u l-kooperazzjoni strutturata bejn l-universitajiet u n-negozji sabiex jinħolqu sistemi integrati li jrawmu l-innovazzjoni u t-taħriġ tekniku u professjonali ta’ livell għoli, u jiffaċilitaw it-tranżizzjoni tal-istudenti għas-suq tax-xogħol kif ukoll it-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet għall-persuni li jinsabu barra mill-edukazzjoni għolja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-internazzjonalizzazzjoni tal-alleanzi tissaħħaħ, f’konformità, fost oħrajn, mal-istrateġija Global Gateway u sħubijiet għat-talenti; jinnota li l-alleanzi jinsabu fil-livell it-tajjeb biex jistabbilixxu s-sħubijiet ma’ pajjiżi mhux tal-UE, b’mod partikolari l-pajjiżi kandidati, u jistgħu jsaħħu d-dimensjoni internazzjonali ta’ Erasmus+, permezz ta’, pereżempju, l-Erasmus Mundus; jitlob lill-Kummissjoni u lill-alleanzi jiżguraw li s-sħab kollha involuti jikkonformaw mal-valuri tal-UE u mal-prinċipju tal-libertà akkademika, u jaderixxu mal-Karta Erasmus għall-Edukazzjoni Għolja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jinnota li l-alleanzi qed jittestjaw modi innovattivi ta’ kif jingħata t-tagħlim u ta’ kif jiġi akkwistat l-għarfien, bħall-passaġġi Ewropej ta’ tagħlimm, il-mikrokredenzjali, il-mobbiltà għat-tagħlim imħallat u r-rikonoxximent awtomatiku tal-kwalifiki; jisħaq fuq il-ħtieġa li jsir investiment f’infrastruttura diġitali sigura u li jissaħħu l-inizjattivi eżistenti bħall-Kard Ewropea tal-Istudenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li l-interoperabbilità tas-sistemi tal-kompjuter tiġi kkonsolidata u li l-politiki Ewropej u nazzjonali jiġu allinjati biex jinħolqu interkampusijiet virtwali Ewropej ġenwini; jinkoraġġixxi aktar kollaborazzjoni bejn l-alleanzi biex ikunu jistgħu jsiru l-identifikazzjoni tal-istudenti, ir-reġistrazzjoni tal-korsijiet u l-iskambju tar-rekords akkademiċi b’mod sigur u interoperabbli kif ukoll investiment fl-integrazzjoni ta’ teknoloġiji edukattivi ġodda;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi estiż l-użu tal-mikrokredenzjali, abbażi tal-aħjar prattika, biex l-alleanzi jiġu integrati f’ambjent ta’ apprendiment usa’, filwaqt li l-ħidma tagħhom tiġi mlaqqgħa ma’ istituzzjonijiet oħra ta’ tagħlim mhux formali; jinnota li t-taħriġ u t-titjib tal-ħiliet rikonoxxuti permezz tal-mikrokredenzjali jistgħu jiffaċilitaw ir-reviżjoni, l-espansjoni u l-modernizzazzjoni flessibbli tal-lawrji universitarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra li żżid il-kriterji fis-sejħiet futuri possibbli, f’konformità mat-temi marbuta mal-awtonomija strateġika Ewropea u mal-kompetittività Ewropea, bħar-reżiljenza, l-enerġija, it-tibdil fil-klima, it-tranżizzjoni diġitali u l-ħiliet diġitali, u d-difiża, filwaqt li żżomm f’moħħha l-objettivi ewlenin ta’ aderenza mal-valuri tal-UE, l-eċċellenza fl-edukazzjoni u l-innovazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-alleanzi jkollhom l-istrutturi u l-kapaċitajiet xierqa biex jappoġġjaw it-trasferiment mid-dinja akkademika għan-negozju, biex jikkontribwixxu għall-ilħiq tal-ambizzjonijiet tal-UE ta’ awtonomija strateġika; jistieden lill-Kummissjoni tneħħi l-ostakli li jimpedixxu l-kondiviżjoni u l-akkomunament effettivi tar-riżorsi konġunti u l-għarfien, permezz ta’ azzjonijiet bħall-faċilitazzjoni tar-reklutaġġ konġunt ta’ persunal akkademiku u riċerkaturi, kif ukoll l-iżvilupp u l-użu ta’ faċilitajiet kondiviżi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa ta’ kampanji effettivi u aċċessibbli ta’ sensibilizzazzjoni u ta’ informazzjoni dwar l-alleanzi tal-Universitajiet Ewropej biex jitrawwem involviment akbar, speċjalment fil-livelli lokali u fost l-istudenti, peress li r-rikonoxximent tal-inizjattiva bħalissa huwa baxx ħafna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jistieden lill-Gvern Ungeriż jikkonforma mal-istat tad-dritt u l-valuri tal-UE u jistabbilixi r-riformi meħtieġa ħalli l-istudenti, l-għalliema u r-riċerkaturi Ungeriżi ta’ universitajiet iffinanzjati b’fondi fiduċjarji pubbliċi jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-programm Erasmus+ u jikkontribwixxu għall-għanijiet usa’ tal-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam tal-edukazzjoni u r-riċerka, inklużi alleanzi fl-ambitu tal-inizjattiva tal-Universitajiet Ewropej;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>