<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0197</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-implimentazzjoni u r-razzjonalizzazzjoni tar-regoli tas-suq intern tal-UE biex jissaħħaħ is-suq uniku</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0151/2025 - Rapporteur: Anna-Maja Henriksson)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Settembru 2025 dwar l-implimentazzjoni u r-razzjonalizzazzjoni tar-regoli tas-suq intern tal-UE biex jissaħħaħ is-suq uniku (2025/2009(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Frar 2025 bit-titolu “Programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni għall-2025 – Nimxu ’l quddiem flimkien: Unjoni aktar kuraġġuża, sempliċi u rapida” (COM(2025)0045),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Linji Gwida Politiċi għall-mandat tal-Kummissjoni 2024-2029, ippreżentati mill-President elett tal-Kummissjoni fit-18 ta’ Lulju 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Frar 2025 bit-titolu “Ewropa aktar sempliċi u rapida: Komunikazzjoni dwar l-implimentazzjoni u s-simplifikazzjoni” (COM(2025)0047),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Jannar 2025 bit-titolu “Boxxla għall-Kompetittività tal-UE” (COM(2025)0030),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Jannar 2025 bit-titolu “Ir-Rapport Annwali dwar is-Suq Uniku u l-Kompetittività għall-2025” (COM(2025)0026),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Mario Draghi tad-9 ta’ Settembru 2024 bit-titolu “Il-futur tal-kompetittività Ewropea”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Enrico Letta tal-10 ta’ April 2024 bit-titlu “Much more than a market” (Ħafna aktar minn suq),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Sauli Niinistö tat-30 ta’ Ottubru 2024 bit-titolu “Safer Together – Strengthening Europe’s Civilian and Military Preparedness and Readiness” (Aktar Sikuri Flimkien – Insaħħu t-Tħejjija u l-Prontezza Ċivili u Militari tal-Ewropa),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Jannar 2023 dwar it-30 anniversarju tas-suq uniku: niċċelebraw il-kisbiet u nħarsu lejn żviluppi futuri<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 214, 16.6.2023, p. 8.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A10-0151/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-UE hija waħda mill-akbar blokok ekonomiċi fid-dinja, b’popolazzjoni ta’ madwar 450 miljun persuna; billi l-iżgurar ta’ ambjent regolatorju kompetittiv, adatt għall-iskop u simplifikat huwa essenzjali għat-tisħiħ tal-pożizzjoni globali tal-UE, it-trawwim tat-tkabbir fit-tul, il-fiduċja u l-protezzjoni tal-konsumatur, l-innovazzjoni u t-twettiq komplut taż-żewġ tranżizzjonijiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Kummissjoni stabbiliet miri biex tnaqqas l-ispejjeż amministrattivi b’25 % għall-kumpaniji kollha u b’35 % għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) sal-2029; billi l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata “Ewropa aktar sempliċi u rapida” tissottolinja l-ħtieġa li jitwassal titjib malajr u viżibbli permezz ta’ regolamentazzjoni aktar intelliġenti, implimentazzjoni aktar effettiva u impenn aħjar min-naħa tal-partijiet ikkonċernati; billi tali sforzi għandhom jitfasslu biex ikunu ta’ benefiċċju għan-negozji, għall-konsumaturi u għas-soċjetà inġenerali billi jissaħħaħ l-aċċess għas-suq, jitnaqqsu l-piżijiet bla bżonn u jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi, filwaqt li jiġu rispettati wkoll l-objettivi tal-politika ewlenin tal-UE u standards soċjali u ambjentali għoljin;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi r-rapport ta’ Draghi u dak ta’ Letta identifikaw il-frammentazzjoni tas-suq intern, il-kumplessitajiet regolatorji u l-implimentazzjoni inkonsistenti tar-regoli tal-UE bħala ostakli ewlenin għall-kompetittività tas-suq uniku tal-UE; billi skont ir-rapport ta’ Draghi, it-trawwim ta’ ambjent regolatorju aktar stabbli u prevedibbli, b’enfasi fuq azzjoni leġiżlattiva meħtieġa u proporzjonata, jista’ jgħin biex tissaħħaħ il-kompetittività tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-osservazzjonijiet tar-rapport ta’ Niinistö dwar is-simplifikazzjoni u t-tisħiħ tal-industrija tad-difiża tal-UE jenfasizzaw il-ħtieġa strateġika li jiġu razzjonalizzati r-regolamenti fis-setturi ewlenin biex titnaqqas il-frammentazzjoni, jitħaffef l-akkwist pubbliku u jittejjeb il-forniment biex jiġu appoġġjati l-industriji tad-difiża u biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jilħqu l-miri essenzjali tal-infiq fuq id-difiża u jrawmu s-sigurtà u l-kompetittività tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi r-Rapport Annwali dwar is-Suq Uniku u l-Kompetittività għall-2025 u t-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Uniku u l-Kompetittività jipprovdu informazzjoni kritika dwar l-istat attwali tas-suq uniku, is-sentiment tan-negozji u l-kompetittività settorjali; billi s-settur tas-servizzi għadu inqas integrat mis-settur tal-oġġetti; billi n-nuqqas ta’ armonizzazzjoni jkompli jxekkel il-forniment ta’ servizzi transfruntiera, b’mod speċjali mill-SMEs; billi statistika reċenti tindika li ż-żmien għall-għoti ta’ permessi għall-ftuħ u għall-operat ta’ negozju fl-UE għadhom itwal b’mod sinifikanti minn dawk fir-reġjuni f’kompetizzjoni, u dan joħloq ostakli għall-investiment u l-innovazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> https://single-market-economy.ec.europa.eu/publications/2025-annual-single-market-and-competitiveness-report_en; 	https://documents1.worldbank.org/curated/en/600621587713071010/pdf/Doing-Business-in-the-European-Union-2020-Greece-Ireland-and-Italy.pdf; 	https://www.weforum.org/stories/2024/09/wind-energy-permitting-processes-europe/.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-frammentazzjoni regolatorja, il-kumplessità, is-sovrapożizzjoni u l-implimentazzjoni inkonsistenti tar-regoli tas-suq intern tal-UE joħolqu ostakli mhux ġustifikati u piżijiet amministrattivi bla bżonn li jħallu impatt sproporzjonat fuq l-SMEs, il-kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja u n-negozji ġodda, li jirrappreżentaw 99 % tan-negozji tal-UE, u jillimitaw il-kapaċità tagħhom li jinnovaw, jinvestu, jespandu, jikkompetu b’mod effettiv u jinvolvu ruħhom f’attivitajiet transfruntiera fis-suq uniku u fis-swieq globali; billi t-test tal-SMEs u implimentazzjoni u simplifikazzjoni aħjar, fejn meħtieġ u ġustifikat, tar-regoli tal-UE huma essenzjali biex tiġi żgurata l-proporzjonalità fil-qafas legali; billi, kif enfasizzat fir-rapport ta’ Draghi, id-distakk fil-kompetittività tal-UE huwa xprunat ukoll mis-sottoprestazzjoni tad-ditti l-kbar u billi l-kumpaniji ta’ suċċess fis-suq intern, li jisiltu wkoll il-valur mis-swieq globali, huma vitali għall-ħolqien tal-prosperità għall-UE u ċ-ċittadini tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi infurzar sod tar-regoli tas-suq uniku, inkluż permezz ta’ proċedimenti ta’ ksur aktar bil-ħeffa u effettivi, għandhom jiġu meqjusa essenzjali biex tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta u l-fiduċja tan-negozji, u biex il-konsumaturi jiġu protetti mill-konsegwenzi tal-frammentazzjoni tas-suq u t-tnaqqis fl-għażla; billi l-isforzi biex jittejjeb, jiġi razzjonalizzat u ssimplifikat il-qafas leġiżlattiv tal-UE għandhom jiffukaw ukoll fuq it-tisħiħ tal-kwalità, taċ-ċarezza u tal-koerenza, fuq it-tnaqqis tal-frammentazzjoni fl-implimentazzjoni tar-regoli tal-UE, kif ukoll fuq l-iżgurar li l-leġiżlazzjoni tista’ tinftiehem faċilment mill-awtoritajiet u mill-partijiet ikkonċernati kollha;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-Boxxla għall-Kompetittività u l-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni għall-2025 jistabbilixxu objettivi ta’ politika ambizzjużi mmirati lejn it-tisħiħ tar-reżiljenza tas-suq uniku, it-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi u l-allinjament tal-qafas regolatorju mal-aħjar prattiki globali; billi huwa importanti li l-istrateġija industrijali tal-UE tintrabat aktar mal-istrateġija tas-suq uniku biex tissaħħaħ il-kompetittività tal-ekonomija tal-UE, inkluż billi jiġu appoġġjati l-iżvilupp u l-adozzjoni ta’ teknoloġiji nodfa u strateġiċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi fl-isforzi biex jiġi ssimplifikat l-ambjent regolatorju fis-suq intern tal-UE, il-fehmiet tan-negozji, tat-trade unions, tal-konsumaturi, tal-atturi tas-soċjetà ċivili, tal-akkademiċi u tal-partijiet ikkonċernati l-oħra għandhom jitqiesu biex jiġi żgurat li l-politiki tal-UE jappoġġjaw it-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi ta’ kwalità u joħolqu ambjent pożittiv għall-investiment privat u l-innovazzjoni u biex jintlaħqu għanijiet tal-politika bħas-sostenibbiltà, id-diġitalizzazzjoni u l-protezzjoni tal-konsumatur permezz ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi komprensivi, trasparenti u inklużivi, b’kunsiderazzjoni partikolari tal-ħtiġijiet u l-perspettivi speċifiċi tal-SMEs u tan-negozji ġodda, kif ukoll ta’ partijiet ikkonċernati oħra b’kapaċità limitata, filwaqt li jiġi żgurat li l-isforzi ta’ simplifikazzjoni ma jippenalizzawx lil dawk li jieħdu passi bikrija jew ineħħu l-inċentivi għan-negozji mmexxija mill-innovazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-ostakli nazzjonali mhux ġustifikati għall-moviment liberu tal-oġġetti u s-servizzi jdgħajfu l-funzjonament tas-suq uniku u għandhom għaldaqstant jiġu indirizzati u prevenuti; billi l-Fond Monetarju Internazzjonali ikkalkula li l-ostakli tas-suq intern fl-UE huma ekwivalenti għal tariffa ta’ 45 % fuq il-manifattura u tariffa ta’ 110 % fuq is-servizzi; billi tali frammentazzjoni ddgħajjef il-kompetizzjoni, ixxekkel il-produttività u t-tkabbir, u tolqot lill-SMEs b’mod sproporzjonat;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-impatt tar-restrizzjonijiet territorjali fil-provvista (TSCs) fuq is-suq uniku, l-SMEs u l-kapaċità tal-akkwist tal-konsumaturi taċ-ċittadini tal-UE huwa sinifikanti peress li, skont il-Kummissjoni, it-TSCs jiswew lill-konsumaturi tal-UE aktar minn EUR 14-il biljun fis-sena;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">It-tisħiħ tas-suq uniku biex tingħata spinta lill-kompetittività u l-influwenza globali tal-UE</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jissottolinja li l-UE qed taqa’ lura f’termini ta’ kompetittività globali, b’mod partikolari f’ċerti setturi; jirrikonoxxi li n-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni, il-frammentazzjoni regolatorja u l-piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa huma wħud mill-fatturi ewlenin għalfejn l-UE għadha lura fl-investiment, l-innovazzjoni, il-ħolqien tal-impjiegi u l-opportunitajiet ta’ negozju; jenfasizza li l-promozzjoni, ir-razzjonalizzazzjoni u s-simplifikazzjoni tar-regoli u l-implimentazzjoni xierqa u f’waqtha, kif ukoll l-infurzar effettiv, tar-regoli komuni jsaħħu s-suq uniku, u b’hekk jagħtu spinta lill-kompetittività, il-prosperità ekonomika, l-impjiegi, l-iżvilupp tal-ħiliet, l-impjiegi b’livell għoli ta’ kwalità, l-istandards ambjentali għolja u l-innovazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jirrikonoxxi li sabiex tiġi żgurata l-prosperità tal-UE, huwa meħtieġ li tittejjeb il-koerenza regolatorja u jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa minn fuq in-negozji, u speċifikament in-negozji iżgħar u n-negozji ġodda; jinsisti, għalhekk, li l-ostakli li attwalment ifixklu t-tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi u l-investiment iridu jitneħħew u li r-riżorsi għandhom jiġu diretti lejn l-inkoraġġiment tal-innovazzjoni u t-trawwim tat-tkabbir filwaqt li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi msejsa fuq standards soċjali u ambjentali għolja; jissottolinja l-ħtieġa li jiġi mobilizzat l-investiment privat u jenfasizza li għandha tingħata attenzjoni partikolari lit-tnaqqis tal-ispejjeż tal-konformità għall-SMEs permezz ta’ għodod diġitali u derogi mmirati; jenfasizza li d-dispożizzjonijiet imfassla apposta għall-SMEs iridu jimxu id f’id mar-riformi li jindirizzaw l-ostakli persistenti li jiffaċċjaw il-kumpaniji fil-fażi ta’ espansjoni, filwaqt li jippermettu wkoll lil kumpaniji akbar li joperaw u jikkompetu bejn il-fruntieri u internazzjonalment;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jenfasizza li armonizzazzjoni miżjuda, proċessi razzjonalizzati u l-implimentazzjoni korretta u applikazzjoni, konformità, monitoraġġ u infurzar effettivi tal-liġijiet tal-UE huma vitali għall-funzjonament xieraq tas-suq uniku u l-kisba ta’ għanijiet ta’ politika kruċjali tal-UE; jilqa’ l-objettivi tal-Kummissjoni li tagħti spinta lill-kompetittività, l-innovazzjoni u l-produttività permezz tas-simplifikazzjoni, ir-razzjonalizzazzjoni u l-implimentazzjoni u l-infurzar mtejba tar-regoli tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni taġixxi fuq ir-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fir-rapporti Draghi, Letta u Niinistö b’miżuri konkreti u skedi ta’ żmien ċari;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Regoli razzjonalizzati, implimentazzjoni aħjar u infurzar robust għal ambjent tan-negozju prevedibbli u kompetittiv</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jissottolinja li r-razzjonalizzazzjoni u s-simplifikazzjoni regolatorji għandhom l-għan li jiffaċilitaw il-proċessi ta’ konformità, filwaqt li jirrispettaw l-objettivi ta’ politika ewlenin tal-UE, jiżguraw li l-istandards soċjali u ambjentali, kif ukoll id-drittijiet diġitali u l-protezzjoni tal-konsumatur, ma jiġux kompromessi, u jiżguraw ambjent regolatorju stabbli u prevedibbli għan-negozji li jipprovdi ċertezza u ċarezza legali għal kulħadd; jissottolinja li l-kompetittività u l-innovazzjoni, b’mod speċjali fil-kuntest tal-kriżi attwali tal-għoli tal-ħajja, iridu jagħtu eżiti li jkunu ta’ benefiċċju għall-konsumaturi; jenfasizza li s-simplifikazzjoni għandha ssaħħaħ ukoll l-objettivi fit-tul tal-UE, inkluż id-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija, it-tranżizzjoni ekoloġika u l-protezzjoni tal-konsumatur, filwaqt li tiżgura n-newtralità teknoloġika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Iqis li suq uniku li jiffunzjona tajjeb, fejn ir-regoli jiġu implimentati u infurzati b’mod korrett, koerenti u effettiv, huwa responsabbiltà kondiviża tal-istituzzjonijiet u l-Istati Membri tal-UE; jenfasizza li r-regolamentazzjoni żejda tad-direttivi tal-UE u l-infurzar frammentat tar-regoli tal-UE jibqgħu ostaklu għas-suq uniku, b’piż sproporzjonat fuq l-SMEs u fuq in-negozji ġodda; jeżiġi li l-Kummissjoni tiżgura li r-regoli tal-UE jiġu infurzati kif xieraq fl-Istati Membri kollha b’mod armonizzat sabiex jiġu indirizzati l-ostakoli transfruntiera; iħeġġeġ lill-Istati Membri, għalhekk, jindirizzaw ir-regolamentazzjoni żejda u jiżguraw li l-miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali jiġu ppubblikati b’mod trasparenti u f’waqtu u jevitaw implimentazzjoni inkonsistenti tal-liġijiet tal-UE, filwaqt li jirrikonoxxu d-dritt tal-Istati Membri li jżommu jew jintroduċu miżuri nazzjonali skont il-kundizzjonijiet previsti fit-Trattati; jitlob kooperazzjoni msaħħa fost l-awtoritajiet eżistenti minn Stati Membri differenti u bejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u tal-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tappoġġja lill-Istati Membri biex jiksbu implimentazzjoni aktar armonizzata tad-dritt tal-Unjoni billi tiffaċilita aktar skambji strutturati u tagħlim reċiproku, inkluż billi torganizza workshops ta’ traspożizzjoni u tiżviluppa u tuża għodod u prattiki komparattivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li l-leġiżlazzjoni attwali u futura tibqa’ proporzjonata u ma żżidx il-piżijiet bla bżonn għan-negozji, filwaqt li tiżgura li tikseb l-objettivi tagħha, u tinkludi, fl-inizjattivi leġiżlattivi rilevanti tagħha, klawżola ta’ rieżami bikri, mingħajr ma żżid il-piżijiet amministrattivi fil-proċess; jemmen li l-klawżoli ta’ rieżami, lil hinn mill-effettività ġenerali tal-leġiżlazzjoni, għandhom iservu biex jivvalutaw b’mod speċifiku l-impatt tal-leġiżlazzjoni fuq il-kompetittività tal-UE u għandhom jintużaw biex tiġi evalwata l-ħtieġa għal reviżjoni ta’ dawk l-atti leġiżlattivi rilevanti li jfixklu bla bżonn il-kompetittività; jirrakkomanda li tali rieżamijiet jivvalutaw ukoll il-prontezza diġitali tal-leġiżlazzjoni u l-kapaċità tagħha li tadatta għall-innovazzjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tistabbilixxi u tapplika metodoloġija ċara u linja bażi sempliċi biex jitnaqqas il-piż u biex jitkejjel u jiġi mmonitorjat il-progress lejn il-miri stabbiliti, filwaqt li jiġu ffaċilitati azzjonijiet u obbligu ta’ rendikont effettivi; jirrikonoxxi li l-kisba ta’ tnaqqis sinifikattiv fil-piżijiet amministrattivi hija responsabbiltà kondiviża bejn l-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri, u dan irid jiġi segwit filwaqt li jiġu rrispettati bis-sħiħ l-objettivi ewlenin tal-politika tal-UE; jistieden lill-koleġiżlaturi jiżguraw li l-leġiżlazzjoni tal-UE tkun immirata, proporzjonata u adatta għall-iskop u li l-prinċipji tar-regolamentazzjoni aħjar jiġu rispettati fl-istadji kollha taċ-ċiklu tal-politika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tħejji valutazzjonijiet tal-impatt ta’ kwalità għolja - li huma parti integrali tat-tfassil tal-liġijiet tal-UE u huma importanti biex jiġu żgurati atti legali sodi - tal-proposti leġiżlattivi kollha, inkluż l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni; jissottolinja li l-valutazzjonijiet tal-impatt għandhom iqisu l-effetti kumulattivi tar-regolamenti u jivvalutaw l-interoperabbiltà bejn ir-regoli l-ġodda u dawk attwali, b’mod partikolari fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ rapportar; jinsisti li l-valutazzjonijiet tal-impatt kollha jinkludu kontroll tal-kompetittività, li jivvaluta b’mod speċifiku l-impatt fuq l-SMEs, in-negozji ġodda u l-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja, kif ukoll fuq teknoloġiji emerġenti b’livell għoli ta’ tkabbir; jenfasizza li l-kontrolli tal-kompetittività għandhom jiġu applikati b’mod sistematiku għall-proposti leġiżlattivi rilevanti kollha, filwaqt li jitqies ukoll l-impatt transsettorjali tagħhom u l-impatt tal-effetti konsegwenzjali nazzjonali, u s-sejbiet tagħhom għandhom jitqiesu, kif deskritt ukoll fil-Kumpass tal-Kompetittività tal-UE; iqis li l-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju għandu rwol importanti biex jipprovdi assigurazzjoni tal-kwalità tal-valutazzjonijiet tal-impatt, tal-kontrolli tal-idoneità u tal-evalwazzjonijiet ewlenin tal-Kummissjoni, u jenfasizza li jeħtieġlu jaġixxi b’mod trasparenti u jkollu l-mezzi u l-indipendenza biex iwettaq skrutinju imparzjali, rigoruż u ta’ kwalità għolja tal-valutazzjonijiet tal-impatt u tal-proposti leġiżlattivi kollha tal-Kummissjoni u biex iqajjem tħassib fil-każ ta’ valutazzjonijiet tal-impatt neqsin; jirrakkomanda t-tisħiħ tal-mandat tal-Bord u l-irfid tal-kapaċità tiegħu, permezz ta’ riżorsi adegwati, biex ikun jista’ jwettaq il-kompiti tiegħu b’mod sħiħ u effettiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jitlob li jitwettqu valutazzjonijiet tal-impatt fuq l-emendi sostanzjali proposti mill-Parlament u mill-Kunsill għall-proposti tal-Kummissjoni, kif miftiehem diġà mill-koleġiżlaturi fl-2016<FOOTNOTE><FIELD> Il-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2016/512/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, meta xieraq u meħtieġ għall-proċess leġiżlattiv, filwaqt li titqies ukoll l-iskeda taż-żmien tal-proċess leġiżlattiv; jitlob infurzar effettiv tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet u jissuġġerixxi wkoll li tiġi żviluppata u tintuża metodoloġija għall-valutazzjonijiet tal-impatt u l-kontrolli tal-kompetittività għall-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Istati Membri; jissottolinja li valutazzjoni tal-impatt adegwata għandha tinkludi l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali fuq perjodu qasir u fit-tul, tivvaluta l-impatti ekonomiċi, ambjentali u soċjali b’mod integrat u bbilanċjat u tuża analiżijiet kwalitattivi kif ukoll kwantitattivi.
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Iqis li huwa vitali li jiġu evitati s-sovrappożizzjonijiet u li jiġu indirizzati d-definizzjonijiet mhux ċari u l-inkonsistenzi bejn diversi atti legali, speċjalment fir-rigward tal-leġiżlazzjoni tas-suq uniku li tkopri l-oġġetti, is-servizzi u t-teknoloġiji diġitali, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet rispettivi tagħhom, sabiex jissaħħu ċ-ċarezza u l-effiċjenza legali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħti prijorità lill-evalwazzjonijiet f’dawn l-oqsma, bil-għan li tiżgura qafas legali prevedibbli u koerenti li jippermetti lin-negozji jinvolvu ruħhom fi ppjanar u investiment fit-tul; jenfasizza li l-implimentazzjoni effettiva, l-infurzar u l-applikazzjoni uniformi tal-qafas legali attwali jridu jingħataw prijorità qabel tiġi proposta leġiżlazzjoni ġdida;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura proċess ta’ konsultazzjoni aktar strutturat, trasparenti u inklużiv mal-partijiet ikkonċernati, inkluż rieżami tas-sistema tal-gruppi ta’ esperti; jitlob miżuri biex tissaħħaħ ir-rappreżentanza tal-SMEs u tan-negozji ġodda u biex il-konsultazzjonijiet jiġu adatti għall-ħtiġijiet tal-SMEs u partijiet ikkonċernati oħra b’kapaċitajiet limitati billi jitħalla biżżejjed ħin ta’ rispons u tittejjeb l-aċċessibbiltà biex jiġu żgurati proċessi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet inklużivi u infurmati tajjeb u biex tittejjeb il-kwalità tar-regoli tas-suq uniku; jenfasizza li t-tisħiħ tal-involviment tal-partijiet ikkonċernati, inkluż rappreżentanza ġeografika adegwata, huwa essenzjali biex jiġi approfondit is-suq uniku, jiġi żgurat il-funzjonament effettiv tiegħu u tiġi riflessa d-diversità tiegħu; jissottolinja wkoll ir-rwol kruċjali tas-soċjetà ċivili fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet, li tiżgura pluralità tal-fehmiet u rappreżentanza ġusta u bbilanċjata; jappoġġja l-istabbiliment ta’ djalogi regolari dwar l-implimentazzjoni, inkluż mas-sħab soċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa mekkaniżmu biex tistabbilixxi skadenzi ċari għall-pubblikazzjoni ta’ linji gwida u miżuri ta’ infurzar qabel ma jidħol fis-seħħ regolament sabiex jiġu evitati l-inċertezza regolatorja u d-dewmien fl-implimentazzjoni; jinsisti li tali linji gwida jitħejjew ukoll b’mod inklużiv u bbilanċjat u jservu bħala għodda biex tiġi ffaċilitata l-konformità aktar milli jsiru piż addizzjonali; jenfasizza, barra minn hekk, li huma għandhom ikunu konċiżi u ċari, b’mod partikolari għall-SMEs; jitlob li l-użu ta’ leġiżlazzjoni tal-livell 2, bħall-atti delegati u ta’ implimentazzjoni, ikun limitat għal kwistjonijiet tekniċi, jiġu pprovduti skedi ta’ żmien ċari u perjodi ta’ avviż suffiċjenti għall-operaturi ekonomiċi u jkun allinjat mal-mandat stabbilit mill-koleġiżlaturi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jenfasizza l-importanza tan-negozji ġodda u tan-negozji li jespandu fl-ixprunar tal-innovazzjoni u l-iżgurar tat-tmexxija futura tal-UE f’industriji kritiċi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-koleġiżlaturi jiżguraw li r-regolamenti futuri jkunu mfassla biex jappoġġjaw l-innovazzjoni u biex iżommu dejjem standards għoljin; jissuġġerixxi l-inklużjoni ta’ ambjenti ta’ esperimentazzjoni regolatorja fir-regolamenti futuri li jaffettwaw is-setturi innovattivi, fejn rilevanti, b’enfasi partikolari fuq li jkunu ta’ benefiċċju għall-SMEs u n-negozji ġodda; jirrakkomanda l-istabbiliment ta’ “ċentri ta’ innovazzjoni tal-UE” fl-Istati Membri kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jilqa’ l-ħatra ta’ Kummissarju għall-Implimentazzjoni u għas-Simplifikazzjoni; jitlob li l-Kummissarju jkollu riżorsi u awtorità adegwati biex tiżgura, f’kollaborazzjoni mal-Kulleġġ tal-Kummissarji, l-implimentazzjoni u l-infurzar xierqa tal-leġiżlazzjoni tal-UE u simplifikazzjoni skont is-settur; iħeġġeġ lill-Kummissarji kollha jivvalutaw b’mod sistematiku l-ħtiġijiet ta’ razzjonalizzazzjoni u implimentazzjoni fl-oqsma ta’ politika rispettivi tagħhom u jaħdmu f’kooperazzjoni u koordinazzjoni mill-qrib ħalli jiżguraw koerenza u jiksbu riżultati tanġibbli fir-rigward tas-simplifikazzjoni u r-razzjonalizzazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tressaq proposti biex tissimplifika u tirrazzjonalizza l-leġiżlazzjoni tas-suq uniku, fejn meħtieġ u ġġustifikat mill-valutazzjonijiet tal-impatt; jissottolinja li l-proposti ta’ simplifikazzjoni ġodda għandhom itejbu l-koerenza regolatorja, jippreservaw il-prevedibbiltà legali għall-kumpaniji u ma għandhomx idgħajfu l-objettivi ta’ politika miftiehma;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jinnota li filwaqt li l-Kummissjoni tejbet id-detezzjoni u r-rettifika tal-ksur tad-dritt tal-UE, l-infurzar tar-regoli tal-UE u r-rettifika tal-ksur fis-suq uniku għadhom jieħdu wisq żmien; jistieden lill-Kummissjoni żżomm ir-rwol tagħha bħala gwardjan tat-Trattati billi tuża bis-sħiħ is-setgħat ta’ infurzar tagħha, inkluż il-ftuħ ta’ proċeduri ta’ ksur, meta meħtieġ, biex tiżgura l-infurzar f’waqtu, konsistenti u effettiv tar-regoli tas-suq uniku, kif ukoll billi tagħmel rieżami tal-proċeduri ta’ ksur sabiex tiżgura risponsi aktar malajr, aktar awtomatiċi u prevedibbli; jirrakkomanda l-espansjoni tal-proċeduri ta’ ksur biex jiġi indirizzat il-ksur sistemiku tar-regoli tas-suq uniku; jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi indirizzata l-frammentazzjoni regolatorja, li ddgħajjef il-kundizzjonijiet ekwi u ċ-ċertezza legali, filwaqt li tirrikonoxxi d-diskrezzjoni tal-Istati Membri prevista fl-ambitu tat-Trattati biex jimplimentaw id-direttivi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-isfruttar tal-potenzjal sħiħ tas-suq uniku</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu użu mis-sett ta’ għodod attwali tal-konformità u tal-kooperazzjoni b’mod aktar effettiv u koerenti; jistieden, f’dan ir-rigward, lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-istrumenti ta’ infurzar u kooperazzjoni attwali, bħas-SOLVIT, il-punti ta’ kuntatt għall-prodotti u t-Taskforce għall-Infurzar fis-Suq Uniku, biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet relatati mal-funzjonament tas-suq uniku; iħeġġeġ, barra minn hekk, lill-Kummissjoni twettaq inventarju tal-għodod, il-mekkaniżmi u l-proċessi użati biex jiġu żviluppati inizjattivi leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi, u timmonitorja u tinforza l-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE, bl-għan li ttejjeb il-koerenza tagħhom, telimina d-duplikazzjonijiet u tikkonsolidahom u tirrazzjonalizzahom u, abbażi ta’ dak l-inventarju, tikkunsidra l-espansjoni tan-networks u l-għodod attwali; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-infurzar u lill-korpi kompetenti fl-Istati Membri kollha jsaħħu l-kooperazzjoni u l-appoġġ reċiproku sabiex jindirizzaw il-frammentazzjoni regolatorja mhux ġustifikata u jiżguraw implimentazzjoni aktar razzjonalizzataa, adattata għall-iskop u armonizzata tar-regoli tas-suq uniku u jesprimi appoġġ għall-ħolqien ta’ pjattaformi ta’ koordinazzjoni fil-livell nazzjonali biex jiġu ffaċilitati l-implimentazzjoni u t-traspożizzjoni effiċjenti u koerenti tar-regoli tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jenfasizza r-rwol kruċjali tal-moviment liberu tas-servizzi biex jiġi sfruttat il-potenzjal ekonomiku, filwaqt li jinnota li l-integrazzjoni f’dan is-settur għadha aktar dgħajfa milli fis-settur tal-oġġetti, b’dimensjoni transfruntiera insuffiċjenti tas-servizzi fis-suq uniku; jisħaq, għaldaqstant, fuq il-ħtieġa li tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti tad-Direttiva dwar is-Servizzi<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2006/123/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, li l-implimentazzjoni tagħha rnexxiet biss parzjalment fl-ilħuq tal-għan maħsub tagħha minħabba ostakli inġustifikati persistenti, li huma ta’ piż b’mod partikolari għall-SMEs u li jieħdu diversi forom u jillimitaw il-kapaċità li jipprovdu servizzi bejn il-fruntieri; jinnota r-rwol importanti tas-setturi tas-servizzi fl-istrateġija tas-suq uniku ppubblikata reċentement; jitlob inizjattivi ġodda u miżuri mmirati u effettivi f’setturi ewlenin għas-suq uniku li jindirizzaw l-ostakli inġustifikati persistenti u jsaħħu l-integrazzjoni tas-suq mingħajr ma jikkompromettu l-istandards soċjali, filwaqt li jżommu wkoll il-koerenza regolatorja u jipprevjenu l-frammentazzjoni tar-regoli tas-suq uniku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jiddispjaċih dwar l-użu insuffiċjenti tal-proċedura ta’ notifika fl-ambitu tad-Direttiva dwar is-Servizzi; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw l-applikazzjoni sistematika, f’waqtha u trasparenti tal-proċeduri ta’ notifika fl-ambitu tad-Direttiva dwar is-Servizzi u d-Direttiva dwar it-Trasparenza fis-Suq Uniku<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1, ELI: <STRING UNDERLINE="on">http://data.europa.eu/eli/dir/2015/1535/oj</STRING>).</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi strumenti leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi effiċjenti biex jiġu prevenuti ostakli ġodda għas-suq uniku meta meħtieġ u ġustifikat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tesplora metodi differenti biex tindirizza r-restrizzjonijiet territorjali tal-provvista, inkluż restrizzjonijiet mhux meħtieġa legalment bħal pereżempju rekwiżiti lingwistiċi sproporzjonati għat-tikkettar tal-prodotti, peress li dawn jikkostitwixxu ostakli persistenti li jnaqqsu l-kompetizzjoni u jolqtu l-għoli tal-ħajja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jinnota li s-simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi, bħal-liċenzjar u ċ-ċertifikazzjoni, u r-razzjonalizzazzjoni tal-proċessi ta’ konformità huma essenzjali sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż u l-inċertezzi legali, b’mod partikolari għall-SMEs; jenfasizza li l-proċessi razzjonalizzati jippermettu lill-SMEs joperaw b’mod aktar effettiv fi ħdan is-suq uniku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jinnota li l-inkonsistenza fl-implimentazzjoni, fl-infurzar u fl-implimentazzjoni tar-regoli tal-UE xxekkel il-funzjonament effettiv tas-suq uniku u jista’ jkollha effetti negattivi fuq il-moviment liberu tal-ħaddiema u tal-professjonisti; jissottolinja li l-ostakli amministrattivi u r-rikonoxximent inkonsistenti tal-kwalifiki jissograw li jżidu l-iskarsezzi ta’ ħaddiema u tal-ħiliet u jdgħajfu l-kompetittività tal-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli tevalwa l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-Kwalifiki Personali<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22, ELI: <STRING UNDERLINE="on">http://data.europa.eu/eli/dir/2005/36/oj</STRING>).</FIELD></FOOTNOTE> fost l-Istati Membri u tidentifika miżuri biex tindirizza l-inkonsistenzi fil-proċessi ta’ rikonoxximent; jenfasizza l-ħtieġa ta’ proċeduri razzjonalizzati, awtomatiċi u mekkaniżmi rapidi biex jiġi ffaċilitat ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali, b’mod partikolari f’setturi li jiffaċċjaw skarsezzi ta’ ħaddiema; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li r-regoli tas-suq uniku għall-moviment liberu tal-ħaddiema jirrispettaw l-istandards soċjali attwali fl-Istati Membri filwaqt li jenfasizza l-importanza li jitneħħew l-ostakli mhux ġustifikati; jappoġġja bil-qawwa d-diġitalizzazzjoni tal-formola A1, meħtieġa fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 883/2004<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1, ELI: <STRING UNDERLINE="on">http://data.europa.eu/eli/reg/2004/883/oj</STRING>).</FIELD></FOOTNOTE>, fl-Istati Membri kollha biex jiġu razzjonalizzati l-proċeduri għall-forniment transfruntiera tas-servizzi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Iqis li s-suq uniku għandu rwol vitali fi żminijiet ta’ kriżi jekk l-Istati Membri jaġixxu b’mod koordinat; iqis, f’dan ir-rigward, li l-Att dwar l-Emerġenzi u r-Reżiljenza tas-Suq Intern (IMERA)<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2024/2747 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2024 li jistabbilixxi qafas ta’ miżuri relatati ma’ emerġenzi tas-suq intern u mar-reżiljenza tas-suq intern u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2679/98 (Att dwar l-Emerġenzi u r-Reżiljenza tas-Suq Intern) (ĠU L, 2024/2747, 8.11.2024, ELI: <STRING UNDERLINE="on">http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2747/oj</STRING>).</FIELD></FOOTNOTE> li ġie adottat dan l-aħħar se jkun importanti biex tiġi żgurata tali koordinazzjoni sabiex jiġu pprevenuti l-iskarsezzi u jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-suq uniku, inkluż il-moviment liberu tal-oġġetti u s-servizzi essenzjali fl-UE kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Ifakkar fl-importanza tal-istandards komuni għall-funzjonament tas-suq uniku; jisħaq fuq l-importanza li tiġi ssalvagwardjata s-sistema ta’ standardizzazzjoni tal-UE, filwaqt li tittejjeb fejn jiġu identifikati problemi, u li tinżamm l-integrità operazzjonali tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tidentifika u tnaqqas il-piżijiet ta’ rappurtar bla bżonn billi timplimenta miżuri mmirati, bħall-estensjoni tal-intervalli ta’ rappurtar, l-eliminazzjoni tal-obbligi żejda u l-iżgurar tal-proporzjonalità fir-rekwiżiti speċifiċi għas-settur, mingħajr ma tikkomprometti l-objettivi tal-politika, li r-rekwiżiti jistinkaw biex jimplimentaw; itenni l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-obbligi ta’ rapportar li jirriżultaw minn diversi atti leġiżlattivi tal-UE jkunu koerenti; jisħaq fuq l-importanza tal-prinċipju “aħseb l-ewwel fiż-żgħir”, ta’ approċċi mfassla apposta għall-SMEs u n-negozji ġodda, u li jitrawwem ambjent tan-negozju diġitali, abilitat minn identitajiet diġitali fdati, skambji tad-data siguri u notifiki diġitali rikonoxxuti legalment; jenfasizza l-importanza li jinżamm il-prinċipju ta’ “darba biss” sabiex il-proċeduri ta’ konformità jiġu razzjonalizzati, u jtenni l-importanza li jiġu armonizzati l-formati ta’ rapportar u l-interfaċċi diġitali fl-Istati Membri kollha fejn fattibbli; jenfasizza li rekwiżiti tar-rappurtar ġustifikati u proporzjonati huma meħtieġa biex jiġu żgurati l-monitoraġġ u l-konformità xierqa mar-regoli adottati, u b’hekk jiġu żgurati infurzar effettiv u ġbir tad-data mtejjeb biex jiġu ggwidati l-inizjattivi ta’ politika futuri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jenfasizza li l-qafas leġiżlattiv il-ġdid għandu l-għan li jtejjeb is-suq intern għall-oġġetti u jsaħħaħ il-kundizzjonijiet għat-tqegħid ta’ firxa wiesgħa ta’ prodotti fis-suq tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tirrevedih bil-għan li tara jibqa’ validu fil-futur, filwaqt li tiżgura l-kapaċità tiegħu li jadatta għall-isfidi ġeopolitiċi li qed jevolvu u r-rekwiżiti tat-tranżizzjonijiet diġitali u ekoloġiċi u b’hekk ittejjeb il-kompetittività ġenerali tas-suq uniku tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jirrikonoxxi l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tipproponi reġim legali ġdid għall-UE kollha, it-“28 reġim legali”, bil-għan li jinħoloq ambjent ta’ negozju li jappoġġja t-tkabbir u l-espansjoni tal-SMEs, inkluż kumpaniji iżgħar u innovattivi, u jrawwem il-kompetittività globali tal-UE; jinnota li r-reġim il-ġdid jista’ jiffaċilita l-iżvilupp u l-użu tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju li jmiss;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">It-tħaddin tad-diġitalizzazzjoni u l-intelliġenza artifiċjali għat-tkabbir u l-governanza</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jilqa’ l-kontroll tal-idoneità ppjanat tal-Kummissjoni dwar l-acquis leġiżlattiv fil-qasam tal-politika diġitali; jeżiġi li l-Kummissjoni tivvaluta u tiċċara l-qafas leġiżlattiv u l-interazzjoni bejn l-atti legali attwali tal-UE, bħall-Att dwar is-Servizzi Diġitali<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) (ĠU L 277, 27.10.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2065/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2024/1689 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 li jistabbilixxi regoli armonizzati dwar l-intelliġenza artifiċjali u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 300/2008, (UE) Nru 167/2013, (UE) Nru 168/2013, (UE) 2018/858, (UE) 2018/1139 u (UE) 2019/2144 u d-Direttivi 2014/90/UE, (UE) 2016/797 u (UE) 2020/1828 (l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali) (ĠU L, 2024/1689, 12.7.2024, ELI: <STRING UNDERLINE="on">http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1689/oj</STRING>).</FIELD></FOOTNOTE>, ir-Regolament dwar it-trasparenza u l-immirar tar-reklamar politiku<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2024/900 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2024 dwar it-trasparenza u l-immirar tar-reklamar politiku (ĠU L, 2024/900, 20.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/900/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, id-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà għall-Prodotti<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2024/2853 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2024 dwar ir-responsabbiltà għall-prodotti difettużi u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE (ĠU L, 2024/2853, 18.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/2853/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, ir-regoli dwar il-kummerċ elettroniku u ċ-ċibersigurtà, u bejn dawn l-atti u inizjattivi leġiżlattivi futuri qabel l-adozzjoni tagħhom mill-Kummissjoni; jinsisti li r-regolaturi, in-networks tal-awtoritajiet nazzjonali u l-partijiet ikkonċernati jkunu involuti f’dan il-proċess u jisħaq li r-riżultati ta’ dan l-eżerċizzju ta’ mmappjar għandhom iservu biex jidentifikaw dispożizzjonijiet potenzjali li jikkoinċidu u kontradittorji u kunflitti potenzjali ta’ infurzar u biex jindirizzaw dawn in-nuqqasijiet; barra minn hekk, għandu jservi biex itejjeb il-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar fl-Istati Membri u s-servizzi interni tal-Kummissjoni u biex itejjeb il-kapaċità tan-negozji li jinvestu u jinnovaw fl-UE; jinsisti li l-Kummissjoni tiżgura li l-liġijiet kollha adottati u infurzati fil-mandat tal-Kummissjoni 2019-2024 jiġu implimentati u applikati b’mod korrett u konsistenti fl-Istati Membri kollha; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi, fejn meħtieġ u ġġustifikat mill-valutazzjonijiet tal-impatt, proposti għas-simplifikazzjoni fil-pakkett diġitali previst, bl-għan li jiżdiedu l-koerenza, iċ-ċarezza legali u l-prevedibbiltà għall-partijiet ikkonċernati kollha, mingħajr ma jiġu mminati l-objettivi ta’ politika miftiehma;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jinnota r-rapport li jmiss tal-Kummissjoni dwar l-interazzjoni bejn l-Att dwar is-Servizzi Diġitali u atti legali oħra, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tiċċara permezz ta’ dan ir-rapport kif dan ir-regolament jinteraġixxi ma’ atti legali oħra, inkluż kif għandhom jiġu indirizzati sovrapożizzjonijiet possibbli, sabiex jiġu appoġġjati l-implimentazzjoni u l-infurzar effettivi tal-ġabra ta’ regoli diġitali tal-UE u tiġi pprovduta ċertezza legali lill-fornituri tas-servizzi, l-utenti, il-konsumaturi u l-awtoritajiet regolatorji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jisħaq li l-politika diġitali, b’mod speċjali fit-teknoloġiji emerġenti jew fir-rigward ta’ teknoloġiji kumplessi ħafna, għandha ssegwi approċċ iterattiv, u tqis ukoll għodod bħal djalogu strutturat man-negozji u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, koregolamentazzjoni u ambjenti ta’ esperimentazzjoni regolatorja biex jiġu żgurati regoli prattiċi, proporzjonati u li jibqgħu validi fil-futur, imfassla b’kunsiderazzjoni tal-innovazzjoni, filwaqt li jiġu evitati konsegwenzi mhux intenzjonati u jiġi vvalutat l-impatt ta’ atti legali adottati reċentement qabel ma jiġu proposti obbligi ġodda; ifakkar fl-importanza tal-istandards komuni għall-funzjonament tas-suq uniku diġitali; jissottolinja l-importanza tat-tmexxija tal-UE fl-istandardizzazzjoni tat-teknoloġiji diġitali, kif ukoll l-importanza kritika tal-kooperazzjoni transatlantika u internazzjonali, f’din l-isfera, biex jiġu żgurati s-sovranità teknoloġika u l-kompetittività globali, b’mod partikolari f’oqsma emerġenti bħall-intelliġenza artifiċjali u s-servizzi tal-cloud;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jirrikonoxxi l-potenzjal tad-diġitalizzazzjoni u l-intelliġenza artifiċjali bħala għodod ewlenin biex tingħata spinta lill-kompetittività tal-UE, jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi, jiġu razzjonalizzati u awtomatizzazzjoni l-proċeduri amministrattivi, inklużi r-rekwiżiti ta’ rapportar, awtorizzazzjoni, permessi u konformità, kif ukoll biex jiġi ffaċilitat id-dħul fis-suq u l-valutazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet applikabbli; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi promoss l-użu ta’ dawn l-għodod biex tittejjeb l-effiċjenza regolatorja u jiġu appoġġjati implimentazzjoni u monitoraġġ aħjar tal-leġiżlazzjoni dwar is-suq uniku; jinnota li l-livell differenti ta’ diġitalizzazzjoni għall-amministrazzjonijiet fl-Istati Membri jikkostitwixxi ostaklu transfruntier;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jemmen li l-għodod u l-portali elettroniċi għandhom ikunu l-istandard għar-rekwiżiti ta’ rapportar u amministrattivi kollha u jipprevedi l-integrazzjoni tagħhom f’“punt uniku ta’ servizz” diġitali; jistieden lill-Kummissjoni tesplora l-fattibbiltà ta’ tali “punt uniku ta’ servizz” diġitali billi tespandi l-Gateway Diġitali Unika sabiex tiffaċilita approċċ simplifikat għall-aċċess għall-informazzjoni, il-proċeduri amministrattivi u s-servizzi ta’ assistenza għan-negozji u toffri aktar servizzi online kemm liċ-ċittadini kif ukoll lill-kumpaniji, b’mod partikolari għall-SMEs, bl-użu ta’ infrastruttura pubblika diġitali bħall-Kartieri tal-Identità Diġitali tal-UE u l-Kartiera Ewropea tan-Negozju li jmiss, u tiżgura l-konsistenza billi tissimplifika tali għodod fil-proposti leġiżlattivi rilevanti kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jissottolinja l-importanza tal-interoperabbiltà biex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi, b’mod partikolari l-ħtieġa li l-obbligi ta’ rapportar isiru koerenti u faċli biex jiġu ssodisfati, u jistieden lill-Kummissjoni tkompli tesplora modi kif ittejjeb u tiddiġitalizza l-proċeduri ta’ rapportar biex ittejjeb il-kondiviżjoni tal-informazzjoni u l-konformità filwaqt li ma tpoġġix piż żejjed fuq il-kumpaniji, inkluż ir-rapportar awtomatizzat min-negozji għall-gvern; jilqa’ s-Sistema Teknika ta’ Darba Biss bħala għodda ewlenija li tippermetti l-iskambju transfruntier awtomatizzat tad-data u tnaqqas il-piżijiet doppji tar-rappurtar għan-negozji; jenfasizza li kwalunkwe rekwiżit għall-kondiviżjoni u r-rappurtar tad-data għandu jitfassal b’kunsiderazzjoni għad-diġitalizzazzjoni, filwaqt li jiġi żgurat li r-rekwiżiti tal-kondiviżjoni u r-rappurtar jistgħu jkunu xprunati mid-data u awtomatizzati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tirrazzjonalizza l-għodod tal-IT attwali disponibbli għall-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti biex jinnotifikaw u jikkomunikaw informazzjoni rilevanti bħal informazzjoni dwar aċċidenti, miżuri korrettivi u data oħra dwar is-sikurezza tal-prodotti fis-suq uniku; jenfasizza li għandha tiġi żviluppata għodda unika tal-IT sabiex jitnaqqsu l-ħin u l-ispejjeż u jiżdiedu l-konformità u l-infurzar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb l-iżvilupp ta’ għodod ta’ konformità bħall-kodiċi ta’ prattika, u tiżgura li jibqgħu fil-limiti tal-obbligi legali sottostanti, ikunu jistgħu jiġu implimentati b’mod prattiku minn kumpaniji ta’ kull daqs u jiġu żviluppati permezz ta’ konsultazzjonijiet sinifikattivi u f’waqthom mal-partijiet ikkonċernati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ infrastruttura diġitali moderna u robusta biex jiġu ffaċilitati l-ambizzjonijiet tal-UE fid-diġitalizzazzjoni u t-teknoloġiji mill-aktar avvanzati; jitlob investiment kontinwu fl-iżvilupp ta’ “awtostradi diġitali” li jinkludu networks transfruntiera tal-broadband b’kapaċità għolja, kurituri 5G, infrastruttura sigura tal-cloud u tal-edge, kif ukoll servizzi pubbliċi diġitali interoperabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jappella għall-introduzzjoni armonizzata ta’ tikkettar diġitali u tal-Passaport Diġitali tal-Prodotti fil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-prodotti; jisħaq fuq il-potenzjal tagħhom li jnaqqsu l-piżijiet ta’ konformità, itejbu l-aċċess tal-konsumatur għal informazzjoni preċiża, u jappoġġjaw l-interoperabbiltà multilingwi filwaqt li jippreservaw il-possibbiltà li l-prodotti tal-konsumaturi jkunu akkumpanjati minn informazzjoni essenzjali relatata mas-sikurezza f’format stampat; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiffaċilita l-iżvilupp ta’ standards armonizzati u gwida dettaljata biex tiġi evitata l-frammentazzjoni u tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni tal-SMEs fil-kummerċ transfruntier;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">It-titjib tal-protezzjoni tal-konsumatur fl-era diġitali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jenfasizza li r-razzjonalizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur m’għandhiex tbaxxi l-istandard għoli attwali tal-protezzjoni tal-konsumatur madwar l-UE; jagħraf il-progress sinifikanti li sar fit-tisħiħ tar-regoli dwar il-protezzjoni tal-konsumatur u fl-adattament tagħhom għal realtajiet teknoloġiċi u ta’ sostenibbiltà ġodda; jissottolinja l-ħtieġa li tissaħħaħ aktar il-protezzjoni tal-konsumatur, bħal fil-qasam tal-kummerċ elettroniku fir-rigward ta’ informazzjoni falza jew qarrieqa dwar il-prodotti; jenfasizza li huma importanti infurzar effettiv u analiżi bir-reqqa tal-liġijiet dwar il-protezzjoni tal-konsumatur u l-impatt tagħhom; jinsisti li inizjattivi leġiżlattivi ġodda għandhom jiffukaw fuq l-għeluq tal-lakuni fil-leġiżlazzjoni attwali jew jindirizzaw sfidi sostanzjati ġodda li mhumiex indirizzati fil-qafas legali attwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jenfasizza li l-espansjoni rapida tal-pjattaformi diġitali u l-kummerċ elettroniku introduċiet dinamika tas-suq ġdida u ħolqot opportunitajiet, sfidi u riskji avvanzati għall-utenti; jirrikonoxxi li l-Att dwar is-Swieq Diġitali<FOOTNOTE><FIELD> Regolament (UE) 2022/1925 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2022 dwar swieq kontestabbli u ġusti fis-settur diġitali u li jemenda d-Direttivi (UE) 2019/1937 u (UE) 2020/1828 (l-Att dwar is-Swieq Diġitali) (<STRING ITALIC="on">ĠU L 265, 12.10.2022, p. 1, </STRING>ELI: <STRING UNDERLINE="on">http://data.europa.eu/eli/reg/2022/1925/oj</STRING>).</FIELD></FOOTNOTE> u l-Att dwar is-Servizzi Diġitali jikkostitwixxu strumenti leġiżlattivi importanti biex jiġu żgurati kompetizzjoni ġusta, kontestabbiltà u ekwità fil-pjattaformi diġitali, filwaqt li jrawmu wkoll ambjent diġitali aktar sikur, affidabbli u aktar trasparenti u l-protezzjoni tal-konsumatur fl-ekonomija diġitali, u jappella għal infurzar xieraq ta’ din il-leġiżlazzjoni dwar it-teknoloġija biex jiġu żgurati għażla ġenwina, awtonoma u infurmata u protezzjoni tal-konsumatur u kompetizzjoni ġusta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jafferma mill-ġdid li l-liġijiet dwar il-protezzjoni tal-konsumatur għandhom jibqgħu prinċipalment ibbażati fuq il-prinċipji u koerenti f’diversi strumenti legali, iżda għandhom jippermettu wkoll dispożizzjonijiet aktar speċifiċi meta dan ikun meħtieġ għaċ-ċertezza legali kemm għan-negozji kif ukoll għall-konsumaturi; jisħaq fuq l-importanza li jiġu evitati obbligi ta’ informazzjoni eċċessivi jew superfluwi, li jistgħu jimponu piżijiet bla bżonn fuq in-negozji mingħajr ma jtejbu l-fehim tal-konsumaturi; jappella għal obbligi ta’ informazzjoni tal-konsumatur proporzjonati u xprunati mill-iskop; jinnota li skont it-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Kundizzjonijiet tal-Konsumatur tal-2025, il-maġġoranza tal-konsumaturi mhumiex konxji tad-drittijiet tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw kampanji biex iżidu s-sensibilizzazzjoni tal-konsumaturi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tuża għodod diġitali biex ittejjeb it-trasparenza u l-fiduċja tal-konsumaturi fit-tranżazzjonijiet transfruntiera; jappella għall-infurzar effettiv tal-mekkaniżmi ta’ rimedju għall-konsumatur, inklużi dawk dwar ir-rimedju kollettiv, u għall-infurzar sħiħ tad-drittijiet tal-konsumatur fl-UE, inkluż permezz ta’ reviżjoni tar-Regolament dwar Kooperazzjoni fil-Protezzjoni tal-Konsumaturi<FOOTNOTE><FIELD> Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 345, 27.12.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/2394/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, b’enfasi fuq it-titjib tal-infurzar transfruntier; jissottolinja, barra minn hekk, l-importanza tar-reviżjoni tar-Regolament dwar Kooperazzjoni fil-Protezzjoni tal-Konsumaturi biex jittejjeb l-infurzar transfruntier u tiġi indirizzata l-imġiba inġusta, b’mod partikolari minn negozjanti mhux tal-UE; jinnota l-importanza li tissaħħaħ il-kooperazzjoni fost id-diversi awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri inkluż permezz ta’ proġetti ta’ infurzar konġunt ikkoordinati u li jiġi razzjonalizzat l-iskambju tal-informazzjoni.
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>