<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0198</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Rendikont tal-elezzjonijiet Ewropej tal-2024</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0156/2025 - Rapporteur: Ľubica Karvašová)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Settembru 2025 dwar ir-rendikont tal-elezzjonijiet Ewropej tal-2024 (2025/2012(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), u b’mod partikolari l-Artikoli 10, 14 u 17(7) tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b’mod partikolari l-Artikoli 20 u 22 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 21, 39 u 52(1) tagħha,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 17(6) u (7) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea annessa mal-Att Finali tal-Konferenza Intergovernattiva li adottat it-Trattat ta’ Liżbona,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, u b’mod partikolari l-Artikolu 25 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (UNCRPD), u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tagħha,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 93/109/KE tas-6 ta’ Diċembru 1993 dwar arranġamenti dettaljati sabiex jiġi eżerċitat id-dritt għall-vot u għall-kandidatura fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew għaċ-ċittadini tal-Unjoni li joqogħdu fi Stat Membru li tiegħu ma jkunux ċittadini<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 329, 30.12.1993, p. 34, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1993/109/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2018/994 tat-13 ta’ Lulju 2018 li temenda l-Att li jikkonċerna l-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew b’vot universali dirett, anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 76/787/KEFA, KEE, Euratom tal-20 ta’ Settembru 1976<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 178, 16.7.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/994/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 317, 4.11.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/1141/oj<STRING UNDERLINE="on">. </STRING></FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-emendi li adotta fil-15 ta’ Settembru 2022 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej<FOOTNOTE><FIELD> <STRING SUPERSCRIPT="on">ĠU C 125, 5.4.2023, p. 485</STRING>.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Novembru 2021 għal direttiva tal-Kunsill li tistipula arranġamenti dettaljati għall-eżerċizzju tad-dritt tal-vot u tal-kandidatura fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew għaċ-ċittadini tal-Unjoni li joqogħdu fi Stat Membru li tiegħu ma jkunux ċittadini (COM(2021)0732),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/900 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2024 dwar it-trasparenza u l-immirar tar-reklamar politiku<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/900, 20.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/900/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 277, 27.10.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2065/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/1689 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 li jistabbilixxi regoli armonizzati dwar l-intelliġenza artifiċjali u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 300/2008, (UE) Nru 167/2013, (UE) Nru 168/2013, (UE) 2018/858, (UE) 2018/1139 u (UE) 2019/2144 u d-Direttivi 2014/90/UE, (UE) 2016/797 u (UE) 2020/1828 (l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1689, 12.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1689/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn il-Parlament Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea tat-13 ta’ Mejju 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Memorandum ta’ Qbil bejn il-Parlament Ewropew u l-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni tat-28 ta’ Frar 2024 dwar il-kooperazzjoni fit-tħejjija għall-elezzjonijiet tal-2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tat-3 ta’ Mejju 2022 dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b’vot universali dirett, li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill (76/787/KEFA, KEE, Euratom) u l-Att li jikkonċerna l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b’vot dirett universali anness ma’ dik id-Deċiżjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 465, 6.12.2022, p. 171.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta’ Novembru 2020 dwar analiżi tal-elezzjonijiet Ewropej<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 425, 20.10.2021, p. 98.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Diċembru 2023 dwar l-Elezzjonijiet Ewropej 2024<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/4160, 2.8.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4160/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tas-27 ta’ Novembru 2024 li teleġġi l-Kummissjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/1811, 4.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1811/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Diċembru 2020 intitolata “Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għad-Demokrazija” (COM(2020)0790) u l-pakkett sussegwenti tagħha “Id-Difiża tad-Demokrazija” ta’ Diċembru 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-18 ta’ Diċembru 2024 dwar it-twaqqif ta’ kumitat speċjali dwar it-Tarka Ewropea għad-Demokrazija u d-definizzjoni tar-responsabbiltajiet tiegħu, is-saħħa numerika u t-tul tal-mandat<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/1981, 11.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1981/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta’ Novembru 2023 dwar proposti tal-Parlament Ewropew għar-reviżjoni tat-Trattati<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/4216, 24.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4216/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-r-rapport dwar l-eżitu finali tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa ta’ Mejju 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Pakkett tat-Tkabbir tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ottubru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A10-0156/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-elezzjonijiet Ewropej tal-2024 rreġistraw l-ogħla parteċipazzjoni ta’ kwalunkwe elezzjoni għall-Parlament Ewropew f’dawn l-aħħar 25 sena, b’50,74 % tal-elettorat, (żieda żgħira meta mqabbla mal-2019 b’50,66 %), u bagħtu sinjal pożittiv u sinifikanti dwar l-interess taċ-ċittadini Ewropej fl-affarijiet tal-UE; billi ċ-ċifri tal-parteċipazzjoni varjaw ħafna fost l-Istati Membri, li varjaw minn 89,01 % għal 21,35 %, u ssottolinjaw il-ħtieġa ta’ investiment politiku kontinwu fil-parteċipazzjoni elettorali madwar l-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-elezzjonijiet Ewropej tal-2024 saru simultanjament mal-elezzjonijiet parlamentari f’żewġ Stati Membri, u mal-elezzjonijiet lokali u reġjonali fi tmien Stati Membri u referendum fi Stat Membru wieħed;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri ġiet irreġistrata parteċipazzjoni ogħla meta mqabbla mal-elezzjonijiet Ewropej preċedenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi d-drittijiet tal-vot ġew estiżi fi ftit Stati Membri biex baxxew l-età tal-vot għal 16-il sena, u dan irriżulta f’total addizzjonali ta’ żewġ miljun votant eliġibbli taħt l-età ta’ 18-il sena; billi xi Stati Membri baxxew il-limitu tal-età għall-kandidati għal 18-il sena, filwaqt li f’oħrajn dan baqa’ ta’ 25; billi b’mod ġenerali, sa 25 miljun żagħżugħ u żagħżugħa vvutaw għall-ewwel darba;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi skont l-istħarriġ ta’ wara l-elezzjoni tal-Ewrobarometru, il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fl-elezzjonijiet Ewropej (taħt il-25 sena) naqset b’6 % meta mqabbla mal-elezzjonijiet tal-2019, u naqset minn 42 % fl-2019 għal 36 % fl-2024; billi l-parteċipazzjoni fost iż-żgħażagħ għandha tibqa’ punt fokali tal-isforzi ta’ politika fis-snin li ġejjin;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi ma hemmx biżżejjed data uniformi u granulari disponibbli dwar il-parteċipazzjoni ta’ gruppi vulnerabbli jew dwar l-użu ta’ metodi alternattivi ta’ votazzjoni; billi l-oqfsa nazzjonali għall-ġbir tad-data relatata mal-elezzjonijiet Ewropej għandhom jiġu armonizzati ulterjorment biex jappoġġjaw soluzzjonijiet ta’ politika bbażati fuq l-evidenza fil-livell tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi kien hemm madwar 18 400 kandidat u 490 lista ta’ kandidati fuq il-poloz tal-vot, li għamlu kampanji taħt arranġamenti elettorali differenti mmexxija primarjament minn dispożizzjonijiet nazzjonali madwar l-Istati Membri; billi l-perjodi ta’ reġistrazzjoni tal-kandidati u tal-kampanja varjaw minn diversi xhur għal ftit ġimgħat; billi l-kandidatura individwali indipendenti ma kinitx possibbli f’disa’ Stati Membri;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi għad hemm differenzi konsiderevoli fl-approċċi regolatorji u restrizzjonijiet bejn l-Istati Membri dwar id-drittijiet tal-vot u tal-kandidatura; billi r-riformi importanti mmirati lejn l-allinjament tar-regoli u l-proċeduri elettorali madwar l-Unjoni għad iridu jitlestew;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-aktar Ewrobarometru reċenti jissuġġerixxi li fl-elezzjonijiet Ewropej tal-2024 in-nies kienu motivati li jivvutaw għal raġunijiet li jirrigwardaw kwistjonijiet Ewropej kondiviżi bħall-għoli tal-ħajja, l-ekonomija, il-migrazzjoni, l-istat tad-dritt u t-tibdil fil-klima; billi fid-dibattiti nazzjonali dawn il-kwistjonijiet spiss jiġu indirizzati esklużivament minn perspettiva ta’ politika nazzjonali; billi l-partiti politiċi u l-kandidati għandhom responsabbiltà li jinfurmaw liċ-ċittadini b’mod adegwat dwar ir-rispons u l-governanza tal-politika fil-livell tal-UE, inkluż li jinfurmaw liċ-ċittadini dwar il-partiti politiċi Ewropej u l-gruppi politiċi li huma affiljati magħhom fil-Parlament;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi fl-assenza ta’ reġistru tal-votanti ċentralizzat Ewropew, l-iskambju ta’ data fost l-Istati Membri dwar entrati multipli possibbli għadu sfida, mhux l-inqas minħabba li ma hemmx disponibbli data dwar ċittadinanzi doppji;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l--miżuri speċjali jrawmu l-parteċipazzjoni elettorali u r-rappreżentanza ta’ gruppi sottorappreżentati u vulnerabbli; billi 11-il Stat Membru lleġiżla kwota għan-nisa;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi madwar 11-il miljun ċittadin tal-UE li jgħixu fi Stat Membru ieħor kienu eliġibbli biex jivvutaw fil-pajjiż ta’ residenza tagħhom; billi għadhom jiffaċċjaw ostakli amministrattivi għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-pajjiż ta’ residenza tagħhom; billi l-pożizzjoni tal-Parlament tal-14 ta’ Frar 202313, li fittxet li tindirizza dawn l-ostakli, ġiet injorata mill-Kunsill;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi demokrazija b’saħħitha tiddependi fuq li l-votanti jkollhom aċċess għal firxa wiesgħa ta’ ideat, perspettivi u informazzjoni; billi l-libertà tal-espressjoni tiżgura li l-kandidati, il-partiti, il-media u ċ-ċittadini jkunu jistgħu jesprimu opinjonijiet, jiddibattu l-politiki u jikkondividu l-fatti liberament – u b’hekk jgħinu lill-votanti jagħmlu għażliet infurmati;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi dibattitu politiku b’saħħtu jintlaqat b’mod negattiv mid-diżinformazzjoni; billi t-tixrid tad-diżinformazzjoni, inkluż iżda mhux limitat għall-media soċjali, għadu jirrappreżenta theddida sistemika li qed tikber għall-proċessi elettorali u demokratiċi Ewropej; billi l-Kummissjoni fetħet proċeduri ta’ ksur u bdiet investigazzjonijiet kontra ċerti pjattaformi online kbar, inkluż għal reklamar politiku qarrieqi u nuqqas ta’ monitoraġġ u moderazzjoni tal-kontenut, li jirriżultaw minn nuqqas ta’ ħatra ta’ koordinaturi nazzjonali tas-servizzi diġitali jew nuqqas ta’ setgħa tal-korpi rilevanti biex iwettqu l-kompiti meħtieġa mill-Att dwar is-Servizzi Diġitali (DSA); billi, b’mod partikolari, il-pjattaforma tal-media soċjali X (li qabel kienet Twitter) u s-sid tagħha Elon Musk qed ikomplu jisfidaw apertament lill-awtoritajiet regolatorji tal-UE permezz tal-politika tal-kumpaniji u l-komunikazzjonijiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi l-biċċa l-kbira tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2024/900 il-ġdid dwar it-trasparenza u l-immirar tar-reklamar politiku kienu għadhom ma daħlux fis-seħħ meta saru l-elezzjonijiet Ewropej; billi dan ir-Regolament huwa mistenni li jikkomplementa l-Att dwar is-Servizzi Diġitali u se jsaħħaħ ir-reżiljenza tal-UE kontra l-indħil elettorali;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi t-titjib tar-rappreżentanza tal-persuni b’diżabbiltà fil-Parlament huwa kruċjali biex jitrawwem korp leġiżlattiv verament inklużiv u divers;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi ż-żgħażagħ Ewropej jikkostitwixxu 25 % tal-popolazzjoni totali tal-UE, filwaqt li 10 % biss tas-siġġijiet fil-Parlament huma okkupati minn membri eletti taħt it-30 sena;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi l-elezzjonijiet tal-2024 juru tnaqqis ġenerali fir-rappreżentanza tan-nisa fil-Parlament kollu, fejn in-nisa issa għandhom madwar 38,6 % tas-siġġijiet, tnaqqis minn 40 % fl-2019;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi t-taqlib ġeopolitiku reċenti, inklużi l-pandemija tal-COVID-19, il-gwerra ta’ aggressjoni fuq skala sħiħa, mhux ipprovokata u mhux ġustifikata, tar-Russja kontra l-Ukrajna, u bidla inkwetanti fir-relazzjonijiet trans-Atlantiċi, kienu katalizzatur għan-narrattivi ta’ diżinformazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi t-tkabbir li ġej se jirrikjedi riforma profonda tal-istruttura istituzzjonali u tal-qafas elettorali tal-Unjoni, u dan possibbilment se jinvolvi lill-qafas elettorali tiegħu; billi Unjoni ta’ aktar minn 30 Stat Membru tista’ tkun attur globali rilevanti u indipendenti u tista’ tiffunzjona kif xieraq biss jekk it-teħid ta’ deċiżjonijiet tagħha jsir inqas burokratiku u aktar effiċjenti u jkun mibni abbażi ta’ sfera demokratika verament Ewropea, tranżnazzjonali u kondiviża;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Id-demokrazija Ewropea wara l-elezzjonijiet Ewropej tal-2024</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Ifakkar li l-idoneità u l-ħila tal-UE li tindirizza l-isfidi tas-seklu 21 f’isem iċ-ċittadini tagħha jiddependu l-aktar fuq il-ħila tagħha li żżomm u trawwem dibattiti demokratiċi f’saħħithom filwaqt li tiżgura r-reżiljenza u l-integrità tal-elezzjonijiet u l-proċessi demokratiċi tagħha; jisħaq li dawn ma jistgħux jitqiesu bħala ċerti u jridu jissaħħu u jiġu protetti permezz ta’ qafas ta’ politika koerenti; huwa konvint li din il-ħidma għad fadlilha biex titlesta u li l-isforzi ta’ politika jridu jiġu intensifikati biex tingħata spinta lill-parteċipazzjoni fl-elezzjonijiet u biex l-Unjoni ssir inqas burokratika u aktar demokratika u effettiva fit-teħid ta’ deċiżjonijiet tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jilqa’ b’sodisfazzjon il-parteċipazzjoni relattivament għolja għall-għaxar elezzjonijiet Ewropej, li, b’rata ta’ parteċipazzjoni aggregata ta’ 50,74 % raw żieda żgħira meta mqabbla mal-elezzjonijiet tal-2019; huwa konvint li dawn iċ-ċifri jirriflettu involviment pubbliku aktar b’saħħtu mal-proġett Ewropew u l-importanza dejjem akbar tal-Parlament u l-impatt tiegħu fuq il-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini; madankollu huwa mħasseb dwar ir-rati ta’ parteċipazzjoni diverġenti ħafna fost l-Istati Membri u jibqa’ determinat li jsaħħaħ l-isforzi ta’ politika biex jitnaqqas id-distakk u tiżdied il-parteċipazzjoni fost il-gruppi kollha fl-UE kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Japprova l-isforzi mill-istituzzjonijiet Ewropej u mill-Unjoni Ewropea tax-Xandir biex tiżdied il-viżibbiltà tal-kandidati madwar il-kontinent kollu fl-elezzjonijiet Ewropej, inkluż permezz ta’ serje ta’ dibattiti pan-Ewropej ta’ profil għoli, li jlaqqgħu flimkien kandidati ewlenin mill-familji politiċi differenti kif ukoll permezz tad-dibattiti “Noħorġu nivvutaw”, u b’hekk tiżdied is-sensibilizzazzjoni fost l-Ewropej; jilqa’ l-impatt pożittiv tal-istrateġija ta’ komunikazzjoni istituzzjonali tiegħu stess, li fittxet li tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar l-elezzjonijiet billi tenfasizza l-importanza tagħhom permezz tas-slogan “Uża l-vot tiegħek, inkella ħaddieħor se jiddeċiedi għalik”; jemmen li l-kooperazzjoni fost l-istituzzjonijiet u mal-awtoritajiet elettorali tal-Istati Membri bil-għan li tiżdied l-parteċipazzjoni tal-votant tjiebet u jimpenja ruħu li jtejjeb l-isforzi ta’ koordinazzjoni f’dan il-qasam; jitlob li jsir investiment sostanzjali ulterjuri biex tiġi estiża l-firxa ta’ dawn il-kampanji u x-xandiriet għall-elezzjonijiet tal-2029; jissottolinja r-rwol importanti u pożittiv tal-Uffiċċji ta’ Kollegament tal-Parlament Ewropew fl-elezzjonijiet Ewropej;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jissottolinja li l-ħolqien ta’ “demos” Ewropew u spazju demokratiku kondiviż l-ewwel nett jirrikjedi bidla kulturali abbażi ta’ strateġija fit-tul u riżorsi adegwati għat-tisħiħ tas-sensibilizzazzjoni u ċ-ċittadinanza Ewropea, f’kooperazzjoni mill-qrib mas-soċjetà ċivili u mal-partijiet ikkonċernati tas-soċjetà; jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-kampanji li saru fl-Istati Membri għall-elezzjonijiet Ewropej ħafna drabi jiġu wisq indirizzati minn angolu ta’ politika purament nazzjonali, anke meta dawn il-kampanji jindirizzaw kwistjonijiet Ewropej komuni; jistieden lill-partiti politiċi nazzjonali u lill-kandidati fl-elezzjonijiet Ewropej kif ukoll lill-aġenziji tax-xandir nazzjonali jinfurmaw b’mod adegwat u b’mod veritier liċ-ċittadini dwar il-governanza fil-livell tal-UE, inkluż dwar il-partiti politiċi Ewropej u l-gruppi politiċi tal-Parlament li l-partiti nazzjonali huma affiljati magħhom; iħeġġeġ lill-partiti nazzjonali jintensifikaw il-kooperazzjoni mal-kontropartijiet Ewropej tagħhom f’dan ir-rigward u jtejbu l-viżibbiltà Ewropea tagħhom; jimpenja ruħu li joħloq ambjent regolatorju abilitanti għal dan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jisħaq li jrid isir aktar xogħol biex tiżdied il-parteċipazzjoni ta’ gruppi sottorappreżentati fl-elezzjonijiet Ewropej; jinsab imħasseb dwar it-tnaqqis fil-parteċipazzjoni elettorali fost iż-żgħażagħ u jimpenja ruħu li jżid l-isforzi ta’ politika biex iżid il-kapaċità tal-kampanja elettorali li tilħaq lil din it-taqsima demografika ewlenija; jinnota li l-involviment taż-żgħażagħ fil-futur tal-UE huwa kruċjali; iħeġġeġ lill-Istati Membri jadottaw oqfsa ta’ politika dedikati li jindirizzaw kemm il-faċilitajiet tal-votazzjoni kif ukoll tal-kandidatura, inkluż permezz ta’ kampanji speċifiċi ta’ informazzjoni, u metodi alternattivi ta’ votazzjoni bħall-votazzjoni bil-posta u bil-prokura; jirrikonoxxi l-ħtieġa li jitkompla l-progress lejn proċess elettorali aktar inklużiv sabiex jiġi żgurat li kull ċittadin ikollu opportunità ugwali li jipparteċipa fil-proċess demokratiku; jinnota li huma biss ftit Membri tal-Parlament Ewropew li jappartjenu għal minoranzi nazzjonali u etniċi li huma rikonoxxuti uffiċjalment bħala minoranzi fl-Istati Membri f’konformità mal-oqfsa kostituzzjonali jew legali tagħhom u l-istrumenti rilevanti tal-Kunsill tal-Ewropa; jissottolinja li l-ġlieda kontra r-razziżmu, id-diskriminazzjoni u l-esklużjoni hija dmir li joriġina mill-valuri fundamentali tal-UE u mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE; jistieden lill-Istati Membri u lill-partiti politiċi nazzjonali jadottaw miżuri proattivi u proporzjonati biex irawmu l-inklużjoni u r-rappreżentanza effettivi ta’ tali minoranzi, inklużi l-komunitajiet Rom, fl-elezzjonijiet Ewropej, b’rispett sħiħ tal-ordnijiet kostituzzjonali nazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jenfasizza li l-elezzjonijiet għall-Parlament setgħu ma kinux ġusti fl-Ungerija; jenfasizza f’dan il-kuntest li r-Rapport Finali<FOOTNOTE><FIELD> Rapport Finali tal-Missjoni ta’ Osservazzjoni Elettorali tal-ODIHR – l-Ungerija, 2022.</FIELD></FOOTNOTE> tal-Missjoni ta’ Osservazzjoni Elettorali tal-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem (ODIHR) fi ħdan l-OSKE dwar l-elezzjonijiet parlamentari u r-referendum fl-Ungerija fit-3 ta’ April 2022 sab “assenza ta’ kundizzjonijiet ekwi”; jisħaq li l-Gvern Ungeriż jerfa’ r-responsabbiltà għar-restawr tal-konformità mad-dritt tal-UE u l-valuri minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE u jesprimi dispjaċir kbir li n-nuqqas ta’ azzjoni deċiżiva min-naħa tal-UE kkontribwixxa għal kollass tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali fl-Ungerija, li biddel il-pajjiż f’reġim ibridu ta’ awtokrazija elettorali, skont l-indiċijiet rilevanti; jesprimi tħassib dwar diversi talbiet mill-Prosekutur Investigattiv Ċentrali Ungeriż biex titneħħa l-immunità tal-Membri tal-PE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Itenni l-fehma tiegħu li ilu jħaddanha għal żmien twil li huma meħtieġa riformi u aġġustamenti ulterjuri fil-qafas elettorali tal-UE biex l-elezzjonijiet Ewropej isiru aktar demokratiċi, reżiljenti, inklużivi u verament Ewropej; jindika diversi inizjattivi ta’ politika pendenti f’dan ir-rigward u jirrepeti t-talbiet tiegħu lill-Kunsill tal-UE u lill-Kunsill Ewropew biex jikkollaboraw b’mod kostruttiv mal-Parlament ħalli jinstabu soluzzjonijiet ta’ politika li jaħdmu fl-interess taċ-ċittadini Ewropej;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Riforma istituzzjonali u elettorali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Huwa konvint li l-qafas regolatorju għall-elezzjonijiet Ewropej irid jiġi rivedut u mmodernizzat biex tiżdied l-impronta elettorali taċ-ċittadini u titnaqqas il-frammentazzjoni regolatorja fost is-27 Stat Membru, inkluż permezz ta’ jum wieħed ta’ votazzjoni komuni kif ukoll permezz ta’ età ta’ votazzjoni uniformi; ifakkar li d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2018/994 hija mistennija li ġġib passi pożittivi sinifikanti f’dan is-sens, kif ukoll għadd ta’ sottomissjonijiet mill-proposta pendenti tat-3 ta’ Mejju 2022 għal liġi elettorali ġdida; itenni t-talba tiegħu lill-Kunsill biex jimpenja ruħu b’mod kostruttiv mal-Parlament biex jippermetti approvazzjoni rapida; ifakkar li 26 mis-27 Stat Membru diġà rratifikaw ir-reviżjoni tal-2018 u jimpenja ruħu li jevalwa b’mod kritiku r-raġuni għalfejn l-implimentazzjoni tagħha ddewmet f’diversi Stati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-fatt li r-regoli proposti l-ġodda rigward id-dritt tal-vot u l-kandidatura fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew għal dawk li jissejħu “ċittadini mobbli” ma ġewx adottati mill-Kunsill fil-ħin għall-elezzjonijiet tal-2024; jirrimarka li l-eżerċitar sħiħ tad-drittijiet elettorali mogħtija mit-Trattati liċ-ċittadini mobbli fl-elezzjonijiet għall-Parlament għadu mxekkel minn ostakli mhux ġustifikati għall-parteċipazzjoni demokratika, inkluż nuqqas ta’ sensibilizzazzjoni rigward il-kundizzjonijiet u r-regoli applikabbli; jirrikonoxxi li l-abbozz tad-Direttiva tal-Kunsill pendenti jindirizza xi wħud minn dawn l-ostakli; jesprimi dispjaċir, madankollu, dwar il-fatt li l-Kunsill, filwaqt li formalment kien f’konformità mal-Artikolu 22(2) tat-TFUE, fis-sustanza ma kien impenjat bl-ebda mod sinifikattiv lejn l-opinjoni tal-Parlament; itenni, b’mod partikolari, il-proposti tiegħu biex jippermetti r-reġistrazzjoni fir-reġistru elettorali malli l-votanti jirreġistraw il-post ta’ residenza tagħhom u biex jissaħħu r-rekwiżiti lingwistiċi u ta’ informazzjoni għall-awtoritajiet lokali, kif ukoll biex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju tad-dritt tal-vot minn gruppi ta’ votanti sottorappreżentati u biex jissaħħu l-kampanji ta’ sensibilizzazzjoni mill-Istati Membri bl-involviment attiv tas-soċjetà ċivili; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li ċ-ċittadini tagħhom li jgħixu barra mill-pajjiż ikunu jistgħu jipparteċipaw fl-elezzjonijiet Ewropej, inkluż billi jsaħħu s-servizzi konsulari u jippermettu l-votazzjoni bil-posta; jisħaq fuq l-importanza tal-Istati Membri kollha fl-iżgurar ta’ aċċess mingħajr xkiel għall-postijiet tal-votazzjoni għall-anzjani u l-persuni b’diżabbiltà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jappoġġja ferm l-isforzi mill-partiti politiċi biex jiżviluppaw ulterjorment l-implimentazzjoni tal-proċess tal-kandidat ewlieni (Spitzenkandidaten) biex tiġi stabbilita rabta bejn l-elezzjoni, il-kompożizzjoni tal-Parlament u n-nomina tal-President tal-Kummissjoni Ewropea sabiex il-ħatra tal-eżekuttiv tal-UE ssir aktar trasparenti għaċ-ċittadini; jissottolinja li dan il-proċess ippermetta liċ-ċittadini jinfluwenzaw b’mod effettiv in-nomina tal-President tal-Kummissjoni, li jimmarka pass sinifikanti ’l quddiem, li permezz tiegħu ċ-ċittadini kellhom rwol dirett; ifaħħar lill-partiti politiċi Ewropej għan-nomina tal-kandidati tagħhom ferm qabel l-elezzjoni; jinnota li din id-darba dan il-proċess kien relattivament ta’ suċċess hekk kif il-President tal-Kummissjoni, filwaqt li ma setgħetx tiġi eletta direttament permezz ta’ vot, ħarġet bħala l-kandidata ewlenija għall-grupp politiku li l-aktar irċieva voti; jirrimarka li l-elezzjoni, permezz tal-elezzjonijiet Ewropej, tal-President tal-Kummissjoni żżid ir-responsabbiltà u l-leġittimità demokratika tagħha; jibqa’ konvint, madankollu, li għad hemm nuqqas ta’ diversi fatturi ewlenin ta’ suċċess – bħall-iżvilupp kontinwu u l-konsolidazzjoni tal-isfera demokratika Ewropea, li jipprevjenu t-twettiq sħiħ tal-potenzjal ta’ dan il-proċess politiku informali u mhux regolat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jenfasizza r-rwol importanti tal-partiti politiċi Ewropej fil-kontribut għad-dibattitu dwar kwistjonijiet ta’ politika pubblika Ewropea u fit-tiswir tas-sensibilizzazzjoni politika Ewropea; jemmen li dawn il-partiti jistgħu joffru kontropiż tant meħtieġ għat-tixrid ta’ diżinformazzjoni u miżinformazzjoni fil-ġimgħat ta’ qabel l-elezzjonijiet; jilqa’ l-ftehim li ntlaħaq dwar ir-riformulazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej, li jagħlaq il-lakuni li fadal, iġib ċarezza legali u jgħin biex il-partiti politiċi Ewropej jitneħħew u jingħataw is-setgħa li jassumu r-rwol li jingħataw mit-Trattati, inkluż billi tingħata spinta lill-viżibbiltà tagħhom fl-Istati Membri matul il-kampanja elettorali u meta jippromwovu l-kandidati ewlenin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw projbizzjoni fuq donazzjonijiet barranin, inklużi kontribuzzjonijiet jew benefiċċji kemm in natura kif ukoll fi flus, u limitu fuq id-donazzjonijiet lill-partiti politiċi u lill-kandidati; iqis li atturi politiċi li ġew offruti u/jew li aċċettaw kontribut finanzjarju jew <STRING ITALIC="on">in natura</STRING> minn attur barrani jeħtieġ li jkollhom l-obbligu li jirrapportaw dan lill-awtoritajiet kompetenti u din l-informazzjoni għandha tkun irrapportata, imbagħad, fil-livell tal-UE biex ikun jista’ jsir monitoraġġ fl-UE kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li jissaħħu r-rwol u l-viżibbiltà tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej fl-isfera demokratika Ewropea; ifakkar li dawn il-fondazzjonijiet għandhom rwol ewlieni fl-iżvilupp ta’ dibattitu politiku, tar-riċerka politika u tal-edukazzjoni ċivika bejn il-fruntieri, u b’hekk jikkontribwixxu għall-formazzjoni ta’ opinjoni pubblika verament Ewropea; jitlob li jiġu pprovduti għodod u riżorsi adegwati biex ikunu jistgħu jappoġġjaw lill-partiti politiċi Ewropej fl-isforz tagħhom biex jinvolvu liċ-ċittadini, jippromwovu l-valuri Ewropej u jipparteċipaw b’mod sinifikanti f’kampanji elettorali futuri; ifakkar li r-rapport li jmiss tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (li qed jistenna riformulazzjoni) għandu jagħti attenzjoni partikolari lir-regoli li jmexxu l-finanzjament tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej u għandu jipproponi emendi fir-Regolament jekk ikun meħtieġ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jissottolinja li trid issir ħidma istituzzjonali ulterjuri biex jissaħħaħ l-impatt tal-votanti Ewropej fuq il-governanza tal-UE; jindika f’dan ir-rigward il-proċedura pendenti ta’ tibdil fit-Trattat, li ġiet skattata wara l-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa; jenfasizza l-proposta tiegħu li jinqelbu r-rwoli tal-Kunsill u tal-Parlament fin-nomina u l-konferma tal-President tal-Kummissjoni biex ir-riżultati tal-elezzjonijiet Ewropej jiġu riflessi aktar preċiżament; jenfasizza wkoll il-proposta tiegħu li jagħti lill-Parlament id-dritt ta’ inizjattiva leġiżlattiva, li l-implimentazzjoni tagħha toħloq rabta diretta bejn il-voti taċ-ċittadini għar-rappreżentanti parlamentari u l-output tal-politika fil-livell tal-UE; jenfasizza wkoll il-proposta tiegħu li jiġi mmodernizzat id-dritt ta’ inkjesta tal-Parlament biex jissaħħaħ il-kontroll demokratiku fuq l-eżekuttiv tal-UE; jistieden lill-Kunsill Ewropew jikkonforma mat-Trattati u jkollu vot dwar it-tlaqqigħ tal-konvenzjoni mingħajr dewmien żejjed biex jiddiskuti dawn il-proposti;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Reżiljenza istituzzjonali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jenfasizza l-importanza li tissaħħaħ ir-rabta bejn il-kwistjonijiet lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropej; jilqa’, f’dan ir-rigward, l-involviment attiv u pożittiv tal-mexxejja lokali u reġjonali f’suġġetti u dibattiti Ewropej, b’mod partikolari fil-perjodu ta’ qabel l-elezzjoni, inkluż bil-ħidma tal-Kumitat tar-Reġjuni u n-networks u l-kampanji tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Ifakkar li l-ġlieda kontra r-retorika antidemokratika hija l-aktar effettiva fil-livell l-eqreb taċ-ċittadini, inkluż bl-involviment attiv tal-mexxejja lokali u reġjonali; f’dan ir-rigward, speċjalment f’reġjuni li qed jiffaċċjaw staġnar ekonomiku fejn id-disparitajiet fit-tul isaħħu l-appoġġ għall-partiti Ewroxettiċi, jenfasizza r-rwol pożittiv tal-politika ta’ koeżjoni tal-UE, li trid tagħti prijorità lill-ħtiġijiet reġjonali essenzjali, filwaqt li tiżgura li ħadd ma jitħalla jibqa’ lura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar għadd li qed jikber ta’ theddidiet interni u esterni li qed inaqqru n-nisġa tad-demokrazija Ewropea; jikkundanna l-fatt li xi kandidati, inklużi dawk mill-partiti fil-gvern f’xi Stati Membri, apertament għamlu kampanji b’narrattivi dwar l-UE foloz, sponsorjati mill-barranin u li sawru sentiment kontra l-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Itenni t-tħassib profond u fit-tul tiegħu dwar ix-xejra persistenti tal-interferenza malizzjuża fil-proċessi demokratiċi Ewropej, inkluża d-diżinformazzjoni; jesprimi t-tħassib serju tiegħu li l-gvernijiet ta’ xi Stati Membri qed jikkontribwixxu b’mod attiv għat-tixrid tad-diżinformazzjoni; jikkundanna b’mod partikolari l-kampanji ta’ diżinformazzjoni online sponsorjati minn atturi statali u mhux statali Russi u oħrajn mhux tal-UE li twettqu biex jippolarizzaw u jiżirgħu l-isfiduċja fost l-elettorat Ewropew; jinnota li l-indħil barrani jseħħ qabel l-elezzjonijiet u jilħaq l-ogħla livelli fil-perjodu ta’ qabel l-elezzjoni; jiddenunzja lil bosta Membri tal-Parlament Ewropew li volontarjament involvew ruħhom fil-pjattaforma tal-media Voice of Europe, li hija soġġetta għal investigazzjoni kriminali, biex jippromwovu narrattivi sponsorjati mill-Kremlin dwar il-gwerra ta’ aggressjoni fl-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iżidu l-isforzi tagħhom ħalli jiġġieldu l-indħil barrani u d-diżinformazzjoni permezz ta’ strateġija fuq diversi livelli, koordinata u transsettorjali, appoġġjata minn riżorsi finanzjarji adegwati, biex l-UE u l-Istati Membri tagħha jiġu mgħammra b’politiki ta’ prospettiva u reżiljenza u għodod ta’ deterrenza xierqa; f’dan ir-rigward, jistieden lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Istati Membri jsaħħu ulterjorment ir-rispons strateġiku tal-Unjoni għad-diżinformazzjoni u l-manipulazzjoni tal-informazzjoni u interferenza minn barranin, u jipponta lejn għadd ta’ sforzi ta’ politika tal-UE li saru dawn l-aħħar snin, inkluż l-Att dwar is-Servizzi Diġitali (DSA), il-Kodiċi ta’ Prattika dwar id-Diżinformazzjoni msaħħaħ u l-inizjattivi fl-ambitu tal-Pjan ta’ Azzjoni għad-Demokrazija; jirrikonoxxi bi tħassib li l-pjattaformi online jeżerċitaw influwenza sproporzjonata fuq id-diskors pubbliku; jinnota bi tħassib rapporti ta’ deċiżjonijiet politikament motivati minn ċerti pjattaformi li jistgħu jheddu l-libertà tal-espressjoni u l-pluraliżmu demokratiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jissottolinja l-importanza ta’ ambjent tal-media bbilanċjat u ħieles fl-Istati Membri bħala pilastru ewlieni tad-demokrazija Ewropea, b’mod partikolari fiċ-ċikli elettorali; jirrikonoxxi li, filwaqt li l-UE hija mexxejja globali fil-libertà tal-media u fl-2024 rat l-adozzjoni tal-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media u d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva kontra s-SLAAP<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2024/1069 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jinvolvu ruħhom f’parteċipazzjoni pubblika minn talbiet manifestament infondati jew proċedimenti tal-qorti abbużivi (“Kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika”) (ĠU L, 2024/1069, 16.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1069/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, il-pressjoni interna u esterna dejjem akbar fuq l-ambjent tal-media tal-UE tirrikjedi tisħiħ ulterjuri tal-libertà tal-media fl-UE, inkluż fit-tħejjija għall-elezzjonijiet Ewropej; ifakkar li f’ċerti Stati Membri, l-2024 rat żieda fl-attakki fuq il-ġurnalisti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jikkundanna l-forom kollha ta’ vjolenza politika bl-aktar mod qawwi; jesprimi tħassib serju dwar serje ta’ inċidenti li seħħew fit-tħejjija għall-elezzjonijiet tal-2024; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħtu prijorità lill-prevenzjoni tal-vjolenza politika billi jsaħħu l-liġijiet, l-oqfsa u l-politiki li jipproteġu lill-politiċi, il-kandidati politiċi, l-attivisti, il-ġurnalisti u ċ-ċittadini minn vjolenza u fastidju matul il-perjodu elettorali; jissottolinja l-importanza ta’ approċċ komprensiv li jinkludi l-prevenzjoni, il-protezzjoni u l-edukazzjoni sabiex titnaqqas l-inċidenza tal-vjolenza politika, speċjalment billi tiġi promossa sensibilizzazzjoni dwar il-perikli tal-vjolenza politika u titrawwem kultura ta’ tolleranza u rispett għal opinjonijiet politiċi differenti; jissottolinja li l-frodi elettorali ma tibdiex f’jum l-elezzjoni, iżda bl-iżmantellar tal-istat tad-dritt, tal-prinċipji demokratiċi, tal-libertà tal-istampa, tal-libertà tal-espressjoni u bit-tixrid tad-diżinformazzjoni u tal-propaganda; jinnota bi tħassib li l-isfidi sistemiċi jistgħu jimpattaw kemm ikunu jistgħu jsiru elezzjonijiet ħielsa u ġusti b’mod konsistenti fl-Istati Membri kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Huwa mħasseb ħafna dwar iż-żieda u s-suċċess elettorali tal-partiti kontra s-sistema u li kienu apertament kontra l-UE matul l-elezzjonijiet tal-2024; jinnota li dan iċ-ċaqliq iwassal għal radikalizzazzjoni fid-diskors politiku u l-polarizzazzjoni ulterjuri tal-Parlament, u barra minn hekk, jipprovdi wkoll pjattaforma akbar għad-disseminazzjoni tad-diżinformazzjoni u l-propaganda barranija; jikkundanna kwalunkwe forma ta’ retorika politika li tippromwovi d-diskors ta’ mibegħda, id-diskriminazzjoni, il-ksenofobija jew il-vjolenza, u jħeġġeġ lill-atturi politiċi kollha jinvolvu ruħhom fi djalogu kostruttiv u bbażat fuq il-fatti li jirrispetta l-valuri demokratiċi, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt; jimpenja ruħu li jkompli bir-riforma u jtejjeb il-funzjonament tal-Unjoni biex jintlaħqu aħjar l-aspettattivi taċ-ċittadini; jistieden lill-atturi rilevanti kollha jikkomunikaw b’mod aktar proattiv dwar il-kontribut pożittiv tal-UE għall-ħajja ta’ kuljum u s-sigurtà taċ-ċittadini Ewropej kollha permezz tal-politiki tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jimpenja ruħu għal evalwazzjoni ta’ dawn l-oqfsa permezz tal-Kumitat Speċjali tiegħu dwar it-Tarka Ewropea għad-Demokrazija, li l-mandat tagħha, riċevuta mill-plenarja, tinkludi li tindirizza l-interferenza fil-proċessi u l-politiki demokratiċi, u li timplimenta miżuri biex jiġu ppreservati l-ġustizzja u l-integrità tal-elezzjonijiet kif ukoll tal-politiki li jikkontribwixxu għall-proċessi demokratiċi tal-UE; jissottolinja li l-kumitat għalhekk iservi bħala għodda ewlenija biex jipprevjeni interferenza malizzjuża billi jidentifika lakuni u duplikazzjonijiet possibbli li jistgħu jiġu sfruttati; jistieden b’mod parallel lill-Kummissjoni tinforza dawn l-oqfsa regolatorji b’mod sħiħ u mingħajr dewmien żejjed, b’mod partikolari fil-każ ta’ dawk il-pjattaformi li apertament ikomplu jmorru kontra l-awtoritajiet regolatorji tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jirrikonoxxi l-importanza taċ-ċibersigurtà u tal-infrastruttura ċibernetika fil-protezzjoni tal-integrità tal-elezzjonijiet Ewropej; iwissi kontra r-riskji potenzjali ta’ operazzjonijiet ta’ influwenza attivati bl-IA;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jirrimarka li r-riżultati tal-elezzjonijiet nazzjonali jinfluwenzaw ukoll indirettament il-kompożizzjoni tal-istituzzjonijiet Ewropej, eż. permezz tan-nomina ta’ Kummissarji nnominati jew il-parteċipazzjoni tal-maġġoranzi politiċi nazzjonali fil-laqgħat tal-Kunsill; f’dan il-kuntest, jenfasizza l-importanza tan-natura demokratika tal-elezzjonijiet ġenerali f’kull Stat Membru;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jikkonkludi li d-demokrazija Ewropea tista’ tiffjorixxi biss sakemm jissaħħew u jiġu difiżi l-proċessi demokratiċi u elettorali Ewropej; f’dan ir-rigward, jissottolinja l-importanza tal-promozzjoni ta’ elezzjonijiet ħielsa u ġusti filwaqt li tiġi protetta l-integrità tagħhom kemm kontra t-theddid intern kif ukoll estern għad-demokrazija tal-UE; jinnota bi tħassib li t-tixrid tad-diżinformazzjoni u l-influwenza ta’ xi pjattaformi tal-media soċjali għadhom ma ġewx ikkontrollati; jissottolinja l-importanza kbira li jiġi infurzat il-qafas legali kollu attwalment fis-seħħ sabiex tiġi ssalvagwardjata l-integrità tal-proċess elettorali kollu;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>