<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0200</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Is-sitwazzjoni fil-Kolombja wara l-mewġa ta’ attakki terroristiċi reċenti</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0366, 0378 u 0384/2025)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Settembru 2025 dwar is-sitwazzjoni fil-Kolombja wara l-mewġa ta’ attakki terroristiċi reċenti (2025/2855(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Kolombja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rimarki tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (VP/RGħ) Kaja Kallas fis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2025, wara li s-Senatur Kolombjan Miguel Uribe Turbay safa vittma ta’ tiri ta’ arma tan-nar waqt dimostrazzjoni, dwar it-theddida għall-proċessi demokratiċi u l-paċi fil-Kolombja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-Kelliem tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna tal-11 ta’ Awwissu 2025 wara l-mewt tas-Senatur Miguel Uribe Turbay fil-Kolombja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-Kelliem għas-Segretarju Ġenerali tan-NU António Guterres tal-11 ta’ Awwissu 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-Bureau tad-Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tal-Komunità Andina tat-12 ta’ Awwissu 2025 dwar il-mewġa reċenti ta’ vjolenza politika fil-Kolombja, inkluż il-qtil tas-Senatur Kolombjan Miguel Uribe Turbay,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni Inter-Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (IACHR) dwar il-Kolombja u, b’mod partikolari, id-dikjarazzjoni tal-15 ta’ Awwissu 2025 intitolata “L-IACHR tikkundanna l-assassinju ta’ Miguel Uribe Turbay fil-Kolombja u tappella lill-Istat biex jiggarantixxi s-sikurezza tal-mexxejja politiċi”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-Segretarjat Ġenerali tal-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani tal-11 ta’ Awwissu 2025 dwar il-mewt tas-Senatur Kolombjan Miguel Uribe Turbay,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 136(2) u (4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi għal għexieren ta’ snin, u speċjalment issa bħala riżultat tal-eskalazzjoni attwali, il-Kolombja esperjenzat dinamika persistenti u li qed tinbidel ta’ vjolenza armata u terroristika, filwaqt li s-sitwazzjoni tas-sigurtà, l-ordni pubbliku u l-kundizzjonijiet umanitarji ddeterjoraw b’mod kostanti kemm fiż-żoni rurali kif ukoll f’dawk urbani, b’rati akbar ta’ spostament furzat, konfinament, reklutaġġ tat-tfal u massakri;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi minkejja l-Ftehim ta’ Paċi tal-2016, l-eskalazzjoni attwali ta’ vjolenza u attakki terroristiċi hija allarmanti u hija marbuta mill-qrib ma’ gruppi armati illegali bħad-dissidenti tal-ELN (Armata tal-Liberazzjoni Nazzjonali) u l-FARC (Forzi Armati Rivoluzzjonarji tal-Kolombja), inkluża l-fazzjoni qawwija <STRING ITALIC="on">Segunda Marquetalia</STRING>, il-fazzjoni <STRING ITALIC="on">Estado Mayor Central</STRING> immexxija minn dak li hu magħruf bħala Iván Mordisco u l-grupp tal-kriminalità organizzata <STRING ITALIC="on">Clan del Golfo</STRING>, li qed ikomplu jespandu l-kontroll tagħhom fil-Kolombja kollha; billi dawn il-gruppi japprofittaw mit-traffikar tad-droga, l-estorsjoni, il-ħtif ta’ persuni, l-estrazzjoni minerarja illegali u l-kuntrabandu transfruntier, filwaqt li jużaw dan il-profitt biex jiffinanzjaw it-terroriżmu u l-attakki kontra l-popolazzjoni ċivili, u jużaw metodi dejjem aktar sofistikati bħal pereżempju droni mgħobbija bl-isplussivi; billi d-data militari turi li kien hemm 108 attakki bid-droni fil-Kolombja fl-2024, filwaqt li din is-sena s’issa ġew irrapportati 118; billi d-droni jintużaw kemm biex jitfgħu l-isplussivi kif ukoll biex jimmonitorjaw it-truppi tal-armata u ż-żoni ta’ tranżitu tad-droga;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi matul is-sena, sensiela ta’ attakki terroristiċi laqtu kemm lill-forzi tas-sigurtà kif ukoll liċ-ċivili, inkluża mewġa ta’ massakri f’Jannar 2025 fir-reġjun ta’ Catatumbo f’Norte de Santander, imqanqla minn ġlied bejn unitajiet tal-ELN u fazzjonijiet dissidenti tal-FARC, li qatlu mill-anqas 80 persuna, inklużi persuni ċivili, u spustaw eluf; billi attakki oħra aktar reċenti f’Awwissu 2025 kienu jinkludu karozza bomba f’Cali, it-tielet l-akbar belt fil-Kolombja, li qatlet sitt persuni u darbet aktar minn 60 ruħ oħra, u attakk terroristiku f’Antioquia, fejn dissidenti tal-FARC tal-<STRING ITALIC="on">Estado Mayor Central</STRING> immexxija minn dak li huwa magħruf bħal Iván Mordisco sparaw fuq ħelikopter u waqqgħuh, u qatlu mill-anqas 12-il uffiċjal tal-pulizija li kienu qed iwettqu operazzjoni ta’ qerda ta’ għelejjel tal-koka;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi fis-7 ta’ Ġunju 2025, Miguel Uribe Turbay, Senatur prominenti tal-oppożizzjoni u kandidat pre-presidenzjali tal-Partit <STRING ITALIC="on">Centro Democrático</STRING>, kien il-vittma ta’ attentat ta’ assassinju waqt dimostrazzjoni f’Bogotá; billi minkejja l-isforzi mediċi, huwa miet mill-ġrieħi li ġarrab fil-11 ta’ Awwissu 2025; billi fix-xhur ta’ qabel l-attakk, Uribe Turbay u t-tim legali tiegħu kienu ppreżentaw aktar minn 20 talba formali lill-Unità Nazzjonali ta’ Protezzjoni (UNP) għal żieda fl-iskorta tas-sigurtà tiegħu, filwaqt li wissew dwar theddid kredibbli fuq ħajtu, u billi l-aħħar talba kienet saret jumejn biss qabel l-isparatura; billi l-UNP ripetutament irrifjutat li żżid is-sigurtà tiegħu, u dakinhar stess tal-attakk, hu kellu biss tliet aġenti ta’ skorta tas-sigurtà; billi għadu mhuwiex magħruf min kien il-moħħ wara d-delitt u l-motivi li wasslu għalih;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi fis-7 ta’ Settembru 2025, l-armata Kolombjana ħabbret li 72 suldat kienu ttieħdu ostaġġi fir-reġjun ta’ Cauca, żona li tinsab fil-kontroll tal-gwerrilla u tal-gruppi tat-traffikar tad-droga; billi sa minn dakinhar, l-ostaġġi nħelsu;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi dawn l-eventi jiffurmaw parti minn xejra dejjem teskala ta’ attakki kkoordinati fil-pajjiż kollu, li juru l-ħila tal-gruppi armati illegali li jheddu direttament lill-istituzzjonijiet u lid-demokrazija tal-Kolombja, bl-intenzjoni ċara li joħolqu instabbiltà fil-perjodu ta’ qabel l-elezzjonijiet tal-2026;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-presidenza tal-pajjiż u atturi politiċi oħra żiedu l-polarizzazzjoni permezz ta’ diskors diviżiv u aggressiv; billi tali retorika intensifikat il-polarizzazzjoni politika, ġibdet fuqha kundanna mifruxa u rriżultat fi klima politika vjolenti; billi tressaq ilment kriminali formali mit-tim legali tas-Senatur Uribe Turbay bħala riżultat tal-fatt li tqajmu dubji dwar il-kredenzjali demokratiċi tiegħu u saru referenzi għal-legat familjari tiegħu; billi l-President ċaħad dawn l-allegazzjonijiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-kartelli tad-droga u l-istrutturi tal-kriminalità transnazzjonali, inkluż il-<STRING ITALIC="on">Cártel de los Soles</STRING> fil-Venezwela u gruppi illegali oħra, jappoġġjaw it-terroriżmu billi jappoġġjaw lill-gruppi armati fil-Kolombja u barra minnha, u jfornu armi, flussi finanzjarji u rifuġji sikuri maż-żewġ naħat tal-fruntieri, u b’hekk jiggravaw l-instabbiltà reġjonali u jdgħajfu s-sovranità u d-demokrazija tal-Kolombja;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-<STRING ITALIC="on">Cártel de los Soles</STRING>, allegat network kriminali Venezwelan immexxi minn Nicolás Maduro u uffiċjali oħra ta’ grad għoli tar-reġim militari inklużi Diosdado Cabello, Jorge Rodríguez, Delcy Rodríguez u l-Ġeneral Padrino López, fost l-oħrajn, ġie ddeżinjat mid-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti bħala grupp Terroristiku Globali Speċjalment Iddeżinjat għar-rwol tiegħu fl-iffaċilitar tan-narkoterroriżmu, inkluż it-traffikar ta’ kokaina prodotta minn dissidenti tal-FARC lejn l-Istati Uniti u l-Ewropa, filwaqt li jipprovdi appoġġ materjali u jimmobilizza l-istituzzjonijiet tal-istat biex jikkorrompi l-funzjonijiet militari u ġudizzjarji;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi skont id-data l-aktar reċenti tan-NU, il-produzzjoni tal-kokaina fil-Kolombja laħqet livelli rekord, b’effetti kollaterali fl-Amerka Latina, l-Istati Uniti u l-Ewropa;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi xi gruppi armati li joperaw fil-Kolombja, bħall-ELN, diġà huma ddeżinjati fuq il-lista tal-UE tal-organizzazzjonijiet terroristiċi; billi għalkemm il-FARC tneħħew minn dik il-lista wara l-Ftehim ta’ Paċi tal-2016, l-evoluzzjoni tal-kuntest tas-sigurtà wasslet biex tfaċċaw atturi vjolenti ġodda, li, skont il-kriterji stabbiliti mid-dritt tal-UE, jikkwalifikaw b’mod ċar bħala organizzazzjonijiet terroristiċi; billi dan jinkludi b’mod partikolari l-fazzjonijiet dissidenti tal-FARC, speċjalment l-<STRING ITALIC="on">Estado Mayor Central</STRING>, li wettqu attakki sistematiċi kontra ċ-ċivili u l-forzi tas-sigurtà, kif ukoll strutturi kriminali transnazzjonali bħall-<STRING ITALIC="on">Clan del Golfo</STRING> u l-<STRING ITALIC="on">Cártel de los Soles</STRING>, li jiffaċilitaw l-attivitajiet terroristiċi u jipprovdu kenn u rifuġji sikuri bejn il-fruntieri;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi, wara l-“istrateġija ta’ paċi totali”, kien hemm żieda paradossali fl-attività ta’ dawn il-gruppi illegali u fil-kriminalità organizzata li kisbet territorju u poter f’żoni bi preżenza storikament limitata min-naħa tal-Istat; billi l-awtoritajiet Kolombjani qed jippruvaw itejbu l-operazzjonijiet tas-sigurtà bl-għan li jiġġieldu l-fazzjonijiet dissidenti illegali;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-gruppi armati illegali, inklużi l-gwerrilli, id-dissidenti u l-gruppi li ħarġu mill-gruppi paramilitari, jiksru kontinwament id-dritt umanitarju internazzjonali u huma marbuta direttament maż-żieda fil-vjolenza u l-impunità mifruxa fil-Kolombja, li tolqot lill-partiti politiċi, lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, lill-ġurnalisti u lill-mexxejja soċjali, fost l-oħrajn; billi l-mewġa attwali ta’ vjolenza qed tolqot aktar nies u hija mifruxa fuq medda usa’ u li qed tikber ta’ postijiet milli fil-fażijiet preċedenti tal-kunflitt armat;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-Uffiċċju tal-Ombudsman Kolombjan (<STRING ITALIC="on">Defensoría del Pueblo</STRING>) ikkonferma li total ta’ 81 persuna, bejn difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u mexxejja soċjali, inqatlu fil-pajjiż fl-ewwel ħames xhur tal-2025; billi Global Witness u Front Line Defenders irrapportaw li l-Kolombja hi l-aktar pajjiż perikoluż fid-dinja għad-difensur tad-drittijiet tal-bniedem u li mit-324 difensur tad-drittijiet tal-bniedem li nqatlu madwar id-dinja bejn Jannar 2024 u Settembru 2025, 157 inqatlu fil-Kolombja; billi l-presidenza biħsiebha tipproponi tnaqqis fil-baġit għall-Uffiċċju tal-Ombudsman Kolombjan, li ddokumenta l-qtil ta’ aktar minn 1 500 difensur tad-drittijiet tal-bniedem u individwi oħra sa mit-twaqqif tiegħu fl-1992; billi dan se jkollu impatt dirett fuq il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż biż-żieda fil-vjolenza hekk kif qed joqorbu l-elezzjonijiet kritiċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi fl-ewwel nofs tal-2025, 1,45 miljun persuna ġew milquta mill-vjolenza fil-Kolombja – erba’ darbiet aktar minn matul l-istess perjodu fl-2024 – u aktar minn 70 200 persuna ġew spostati bil-forza, jiġifieri 30 % aktar milli fl-2024 kollha; billi r-rapporti jindikaw żieda fir-reklutaġġ tat-tfal u l-użu ta’ mini kontra l-persunal;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi fl-2025, l-Osservatorju Indepaz iddokumenta 52 massakru, b’total ta’ 172 vittma, u l-Uffiċċju tal-Ombudsman Kolombjan identifika mill-anqas 11-il hotspot kritiċi ta’ emerġenza umanitarja li rriżultaw miż-żieda fil-vjolenza armata xprunata mill-frammentazzjoni interna u l-espansjoni ta’ mill-anqas 10 gruppi armati illegali, li issa huma preżenti f’aktar minn 73 % tal-pajjiż (809 muniċipalitajiet); billi skont rapport tal-intelligence militari kkwotat minn <STRING ITALIC="on">El Tiempo</STRING>, li hija waħda mill-gazzetti ewlenin tal-pajjiż, fl-ewwel nofs tal-2025, il-gruppi illegali kibru fid-daqs b’aktar minn 1 000 membru, u laħqu total ta’ kważi 22 000 fil-livell nazzjonali; billi dawn il-gruppi issa jista’ jkun li huma preżenti f’562 muniċipalità, f’29 mit-32 dipartiment tal-Kolombja;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-UE u l-Parlament appoġġjaw bil-kbir il-Proċess ta’ Paċi tal-2016 fil-Kolombja; billi l-UE affermat mill-ġdid l-impenn politiku u finanzjarju tagħha għall-Proċess ta’ Paċi Kolombjan, u tkompli timmonitorja l-implimentazzjoni tiegħu; billi l-poplu Kolombjan ċaħad il-proposta f’referendum;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi Kolombja b’saħħitha u demokratika hija fundamentali għall-istabbiltà u s-sigurtà reġjonali fl-Amerka Latina;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jikkundanna, bl-aktar termini qawwija possibbli, l-assassinju tas-Senatur u kandidat pre-presidenzjali Kolombjan Miguel Uribe Turbay, u jesprimi l-kondoljanzi tiegħu lill-familja u lill-maħbubin tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jisħaq fuq il-fatt li l-assassinju ta’ Uribe mhuwiex traġedja iżolata, iżda parti minn klima usa’ ta’ intimidazzjoni u vjolenza politiċi fil-Kolombja; itenni l-appoġġ tiegħu għall-Kolombjani kollha li jiċħdu l-vjolenza u jesiġu futur ħieles mill-korruzzjoni u l-kollużjoni kriminali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jikkundanna u jiddeplora wkoll il-mewġa reċenti ta’ attakki terroristiċi, il-qtil ta’ atturi politiċi, personalitajiet pubbliċi, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, ġurnalisti, mexxejja soċjali u forzi tas-sigurtà, u l-eskalazzjoni ġenerali fil-vjolenza kontrihom, li qanqlu lill-Kolombja mis-sisien u kellhom effett dannuż ħafna fuq il-koeżjoni soċjali u l-istabbiltà fil-pajjiż;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jesprimi l-kondoljanzi tiegħu lill-familji tal-bosta vittmi, li ħafna minnhom kienu membri tal-forzi tas-sigurtà, u lill-poplu tal-Kolombja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jistieden lill-awtoritajiet jinvestigaw dawn l-attakki terroristiċi, inkluż l-assassinju ta’ Miguel Uribe Turbay, bl-aktar mod wiesa’ possibbli, sabiex l-awturi tar-reati jkunu jistgħu jitressqu quddiem il-ġustizzja; jenfasizza li sabiex l-awturi tar-reati jitressqu quddiem il-ġustizzja, l-awtoritajiet jeħtiġilhom jinvestigaw mhux biss lill-individwi li wettqu l-atti, iżda wkoll lill-istigaturi u lill-faċilitaturi li jappoġġjawhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Kolombjani jidentifikaw ir-raġunijiet u l-fatturi kollha marbuta mal-eskalazzjoni inkwetanti tal-vjolenza u l-attakki terroristiċi, ikomplu jindirizzaw il-kawżi sottostanti tal-kunflitt, jiżguraw il-protezzjoni sħiħa tad-drittijiet tal-bniedem fil-Kolombja kollha, u jibnu kultura ta’ paċi u djalogu għar-riżoluzzjoni tal-kunflitti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jinnota, bi tħassib serju, il-proliferazzjoni u l-konsolidazzjoni tal-kriminalità organizzata u l-attivitajiet indiskriminati tal-gruppi terroristiċi fir-reġjuni tal-Kolombja li għandhom fruntiera mal-Venezwela; jenfasizza li dawn it-territorji saru kurituri għat-traffikar tad-droga, il-kuntrabandu tal-armi u l-ħasil tal-flus iffaċilitati minn strutturi transnazzjonali bħall-<STRING ITALIC="on">Cártel de los Soles</STRING>, u li l-Istati Uniti akkużat u ssanzjonat lill-uffiċjali tal-ogħla grad tar-reġim Venezwelan b’riżultat tal-kompliċità dokumentata tagħhom; jissottolinja li din ir-rabta transfruntiera mhux biss tkebbes it-terroriżmu u ssaħħaħ il-gruppi ribelli u d-dissidenti Kolombjani, iżda toħloq ukoll theddida diretta għall-istabbiltà reġjonali, il-governanza demokratika u s-sovranità tal-Kolombja; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Kolombjani jinvestigaw il-finanzjament tal-kartelli u jressqu quddiem il-ġustizzja lill-kollaboraturi fil-Kolombja, b’mod partikolari billi jsegwu u jfixklu l-flussi finanzjarji transnazzjonali użati mill-kartelli li jimmanuvraw permezz tal-banek, minjieri tad-deheb u kumpaniji faċċata, jimmodernizzaw is-sorveljanza u jintensifikaw l-operazzjonijiet kontra d-droga, u jsaħħu l-kooperazzjoni reġjonali u l-mekkaniżmi ta’ intelligence kondiviżi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jilqa’ l-kontributi konkreti tal-Istati Membri tal-UE f’dan ir-rigward, bħall-inizjattiva Taljana “Falcone-Borsellino”, li hija mfassla biex tgħin lill-pajjiżi fl-Amerka Latina u l-Karibew jiġġieldu l-kriminalità organizzata transnazzjonali, u tipprovdi appoġġ u assistenza tekniċi, taħriġ u prattiki tajba fl-oqsma tal-ġustizzja u s-sigurtà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Iqis li d-dikjarazzjonijiet xewwiexa magħmula mill-presidenza u atturi politiċi oħra kkontribwew għal żieda fil-polarizzazzjoni, il-vjolenza politika, id-diskors ta’ mibegħda u l-instabbiltà fil-pajjiż; jistieden lill-awtoritajiet Kolombjani, lill-mexxejja politiċi u s-soċjetà ċivili b’mod ġenerali jagħmlu l-almu kollu tagħhom biex jipprevjenu l-eskalazzjoni tal-vjolenza, billi jżidu l-miżuri tas-sigurtà u joqogħdu lura milli jiggravaw il-polarizzazzjoni fil-pajjiż permezz ta’ dikjarazzjonijiet xewwiexa; ifakkar lill-awtoritajiet Kolombjani dwar il-ħtieġa urġenti li jiġu protetti l-atturi politiċi, il-figuri pubbliċi, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-ġurnalisti u ċ-ċittadini kollha li jeżerċitaw id-drittijiet demokratiċi tagħhom, u jitlob li jittieħdu miżuri immedjati biex tissaħħaħ il-protezzjoni tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar iż-żieda dokumentata fil-vjolenza politika kontra l-kandidati u l-mexxejja fl-2025, li tista’ tissogra li ddgħajjef il-garanziji elettorali u l-fiduċja pubblika fl-istituzzjonijiet li jiggvernaw; jappella għal komunikazzjoni trasparenti min-naħa tal-istituzzjonijiet, riżorsi adegwati għall-awtoritajiet elettorali, u miżuri ta’ sigurtà robusti biex jiġi żgurat li l-elezzjonijiet tal-2026 isiru b’mod liberu u sikur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-persistenza tal-impunità u l-ostakli għall-aċċess għall-ġustizzja f’każijiet ta’ ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza li l-ġlieda kontra l-impunità hija essenzjali biex dawn l-atti kriminali u attakki terroristiċi ma jerġgħux iseħħu, u biex jiġi ggarantit l-eżerċizzju sħiħ tad-drittijiet politiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jitlob li tissaħħaħ il-preżenza tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem fil-Kolombja u li jkompli l-mandat tal-Missjoni ta’ Verifika tan-NU fil-Kolombja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jistieden lill-Kunsill u lill-VP/RGħ jaġġornaw il-lista tal-UE tal-organizzazzjonijiet terroristiċi sabiex din tirrifletti r-realtajiet attwali fil-Kolombja u fir-reġjun usa’; iħeġġeġ lill-Kunsill biex flimkien ma’ elementi elenkati diġà, bħall-ELN, jinkludi b’mod partikolari il-<STRING ITALIC="on">Clan del Golfo</STRING>, il-fazzjonijiet dissidenti tal-FARC, b’mod notevoli s-<STRING ITALIC="on">Segunda Marquetalia</STRING> u l-<STRING ITALIC="on">Estado Mayor Central</STRING>, u l-<STRING ITALIC="on">Cártel de los Soles</STRING>, organizzazzjoni li tipprovdi appoġġ, kenn u loġistika lill-gruppi terroristiċi armati tal-Kolombja; jenfasizza li r-rikonoxximent ta’ dawn l-atturi bħala organizzazzjonijiet terroristiċi skont id-dritt tal-UE huwa essenzjali biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni internazzjonali, jinqatgħu in-networks finanzjarji tagħhom, u jittejjeb l-appoġġ għall-istituzzjonijiet u għad-demokrazija tal-Kolombja u l-protezzjoni tal-popolazzjonijiet ċivili;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jirrikonoxxi l-impatt pożittiv tal-Fond Fiduċjarju Ewropew għall-Paċi fil-Kolombja li issa ġie konkluż u jistieden lill-VP/RGħ, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaffermaw mill-ġdid u jsaħħu l-appoġġ politiku, finanzjarju u tekniku tal-UE għall-proċess ta’ paċi Kolombjan, u jirriflettu dan fil-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss, l-impenn politiku kontinwu ta’ livell għoli, u l-ħidma li għaddejja tal-Mibgħut Speċjali tal-UE għall-Proċess ta’ Paċi fil-Kolombja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar it-tnaqqis fil-baġit propost lill-Uffiċċju tal-Ombudsman Kolombjan u jtenni li l-finanzjament huwa kruċjali għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem; jappella lill-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u d-delegazzjoni tiegħu fil-Kolombja, jappoġġjaw b’mod attiv ir-rispett għad-dritt umanitarju internazzjonali u l-obbligu tal-gvern li jipproteġi lill-popolazzjonijiet ċivili;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Kolombja, lin-Nazzjonijiet Uniti, u lill-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>