<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0203</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Péter Magyar</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0180/2025 - Rapporteur: Krzysztof Śmiszek)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ottubru 2025 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Péter Magyar (2024/2063(IMM))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Péter Magyar, imressqa fis-26 ta’ Settembru 2024, mill-Prosekutur Ġenerali tal-Ungerija b’rabta mal-proċedimenti kriminali miġjuba kontrih, u mħabbra fil-Parlament fl-10 ta’ Ottubru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li sema’ lil Péter Magyar fl-24 ta’ Ġunju 2025, skont l-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-informazzjoni addizzjonali mressqa mill-Prosekutur Ġenerali tal-Ungerija,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta’ Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b’suffraġju universali dirett,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 4(2) tal-Liġi Fundamentali tal-Ungerija,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-21 ta’ Ottubru 2008, fid-19 ta’ Marzu 2010, fis-6 ta’ Settembru 2011, fis-17 ta’ Jannar 2013, fid-19 ta’ Diċembru 2019 u fil-5 ta’ Lulju 2023<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Ottubru 2008, <STRING ITALIC="on">Marra</STRING> vs <STRING ITALIC="on">De Gregorio u Clemente</STRING>, C-200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2010, <STRING ITALIC="on">Gollnisch</STRING> vs <STRING ITALIC="on">Il-Parlament</STRING>, T-42/06, ECLI:EU:T:2010:102; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Settembru 2011, <STRING ITALIC="on">Patriciello</STRING>, C-163/10, ECLI: EU:C:2011:543; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2013, <STRING ITALIC="on">Gollnisch</STRING> vs <STRING ITALIC="on">Il-Parlament</STRING>, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Diċembru 2019, <STRING ITALIC="on">Junqueras Vies</STRING>, C-502/19, ECLI:EU:C:2019:1115; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Lulju 2023, <STRING ITALIC="on">Puigdemont i Casamajó et</STRING> vs <STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew</STRING>, T-272/21, ECLI:EU:T:2023:373.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 5(2), l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 9 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A10-0180/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, fis-26 ta’ Settembru 2024, il-Prosekutur Ġenerali tal-Ungerija ressaq talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Péter Magyar, Membru tal-Parlament Ewropew elett fl-Ungerija, b’rabta ma’ akkużi ta’ allegata mġiba ħażina ta’ serq imwettaq għal valur minuri skont it-Taqsima 370(1) u t-Taqsima 370(2)(a) tal-Att C tal-2012 (il-Kodiċi Kriminali Ungeriż);
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi t-talba tindika li fil-21 ta’ Ġunju 2024, Péter Magyar kien qiegħed fi klabb f’Budapest fejn huwa ntgħaraf mill-parti offiża li rreġistrat filmat tiegħu; billi t-talba tindika wkoll li Péter Magyar u l-parti offiża ġew fl-idejn għal ftit fejn Péter Magyar ġibed it-telefown minn id il-parti offiża bħala mod kif iwaqqaf ir-reġistrazzjoni, poġġa t-telefown fil-but tiegħu stess u telaq jimxi ’l hemm; billi wara, it-tnejn li huma reġgħu tlewmu bejniethom u spiċċaw biex tneħħew mill-klabb mill-gwardji tas-sigurtà; billi minkejja t-talbiet tal-parti offiża biex ireġġagħlu lura t-telefown, Péter Magyar allegatament waqqa’ t-telefown tal-parti offiża fid-Danubju;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi skont it-talba, il-bugħaddasa tal-pulizija li ssejħu fuq il-post irkupraw it-telefown, li kien jiswa madwar HUF 130 000–150 000, mid-Danubju u reġġgħuh lura lill-parti offiża fi stat ta’ funzjonament;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi Péter Magyar ġie elett għall-Parlament Ewropew fl-elezzjonijiet Ewropej f’Ġunju 2024; billi r-riżultati tal-elezzjonijiet Ewropej fl-Ungerija ġew ipproklamati mill-awtoritajiet Ungeriżi fl-14 ta’ Ġunju 2024, u kienu jinkludu lil Péter Magyar fost il-Membri tal-Parlament Ewropew uffiċjalment iddikjarati eletti fl-Ungerija; billi Péter Magyar kien għalhekk Membru tal-Parlament Ewropew fiż-żmien tal-allegat reat u tal-investigazzjonijiet imwettqa mill-awtoritajiet kompetenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-allegat reat ma jikkostitwix  xi opinjoni espressa jew xi vot mitfugħ minn Péter Magyar fil-qadi ta’ dmirijietu skont it-tifsira tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, u lanqas it-talba sussegwenti għat-tneħħija tal-immunità ta’ Péter Magyar ma hija relatata ma’ xi opinjoni espressa jew xi vot mitfugh minnu fil-qadi ta’ dmirijietu skont it-tifsira tal-istess Artikolu 8;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-Artikolu 9, l-ewwel paragrafu, il-punt (a), tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jipprevedi li l-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom igawdu, fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-membri tal-parlament tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-Artikolu 4(2) tal-Liġi Fundamentali tal-Ungerija jipprevedi li l-membri tal-Parlament Ungeriz għandhom igawdu l-immunità parlamentari; billi, skont it-Taqsima 79(2) tal-Att Nru XXXVI tal-2012 dwar l-Assemblea Nazzjonali, persuna rreġistrata b’effett finali u vinkolanti bħala kandidat għandha tgawdi l-istess immunità bħall-membri sakemm ir-riżultat tal-elezzjoni jsir finali u vinkolanti, u billi, fi kwalunkwe każ, skont it-Taqsima 79(1) tiegħu, il-Membri għandhom igawdu l-immunità mill-jum li fih jiġu eletti; billi, skont it-Taqsima 74(1) tal-Att Nru XXXVI tal-2012 dwar l-Assemblea Nazzjonali, huwa biss bil-kunsens minn qabel tal-Assemblea Nazzjonali li jistgħu jinbdew u jiġu prosegwiti proċedimenti kriminali jew, fil-każ li l-immunità ma titneħħiex b’mod volontarju fir-rigward tal-każ inkwistjoni, proċedimenti ta’ ksur, u jiġu applikati miżuri ta’ koerċizzjoni skont proċedura kriminali kontra membru;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi, f’konformità mal-Artikolu 5(2) tar-Regoli ta’ Proċedura, l-immunità parlamentari mhix privileġġ personali ta’ Membru imma hija garanzija tal-indipendenza tal-Parlament Ewropew kollu kemm hu u tal-Membri tiegħu;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-għan tal-immunità prevista fil-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea huwa li tipproteġi lill-Parlament u lill-Membri tiegħu minn proċedimenti ġudizzjarji fir-rigward ta’ attivitajiet imwettqa fil-qadi tad-dmirijiet parlamentari u li huma inseparabbli minn dawk id-dmirijiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jirriżulta li l-Parlament għandu “setgħa diskrezzjonali wiesgħa fir-rigward tal-orjentazzjoni li kellu intenzjoni jagħti lid-deċiżjoni fir-rigward ta’ talba għat-tneħħija tal-immunità [...], minħabba n-natura politika li għandha tali deċiżjoni”<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2013, <STRING ITALIC="on">Gollnisch</STRING> vs <STRING ITALIC="on">Il-Parlament</STRING>, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23, il-punt 59 u l-ġurisprudenza ċċitata.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi Péter Magyar huwa l-president tal-Partit Tisza (Tisztelet és Szabadság Párt) kif ukoll il-kap tal-lista tal-kandidati ta’ dak il-partit għall-elezzjonijiet Ewropej tal-2024; billi Péter Magyar kien avversarju vokali tal-politiki u l-pożizzjonijiet tal-gvern Ungeriż, inklużi dawk fir-rigward tal-Unjoni; billi l-fatti li wasslu għat-talba għat-tneħħija tal-immunità, l-inkonsistenzi fil-mod li bih twettqu l-investigazzjonijiet tal-pulizija, inkluża t-tweġiba mhux kompluta mill-Prosekutur Ġenerali tal-Ungerija dwar il-proporzjonalità tal-azzjonijiet meħuda mill-awtoritajiet fil-każ ta’ Péter Magyar meta mqabbla ma’ sitwazzjonijiet simili li jinvolvu oġġetti ta’ valur żgħir, u n-nuqqas ta’ ċarezza fit-tweġiba tal-awtoritajiet kompetenti dwar il-kwalifika legali tal-allegat reat kriminali li bih ġie akkużat Péter Magyar, iqajmu tħassib li l-intenzjoni wara l-proċedimenti setgħet kienet li tagħmel ħsara lir-reputazzjoni ta’ Péter Magyar;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi għalhekk jidher li dan huwa każ fejn wieħed jista’ jassumi l-eżistenza ta’ każ ta’ <STRING ITALIC="on">fumus persecutionis</STRING>, jiġifieri “evidenza konkreta”<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Settembru 2020, <STRING ITALIC="on">Troszczynski</STRING> vs <STRING ITALIC="on">Il-Parliament</STRING>, C-12/19 P, ECLI:EU:C:2020:725, punt 26.</FIELD></FOOTNOTE> li tindika li l-prosekuzzjoni inkwistjoni nbdiet bl-intenzjoni li timmina l-attività politika ta’ Péter Magyar, u b’mod partikolari l-attività tiegħu bħala Membru tal-Parlament Ewropew;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi, minn naħa, il-Parlament ma jistax jitqies bħala qorti u, min-naħa l-oħra, il-Membru ma jistax, fil-kuntest ta’ proċedura għat-tneħħija tal-immunità, jitqies bħala “akkużat”<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2019, <STRING ITALIC="on">Briois</STRING> vs <STRING ITALIC="on">Il-Parlament</STRING>, T-214/18, ECLI:EU:T:2019:266.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jiddeċiedi li ma jneħħix l-immunità ta’ Péter Magyar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Ungerija u lil Péter Magyar.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST></SDOCTA>