<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0205</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Péter Magyar</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0182/2025 - Rapporteur: Ilhan Kyuchyuk )</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ottubru 2025 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Péter Magyar (2025/2096(IMM))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Péter Magyar, imressqa fil-21 ta’ Marzu 2025 mill-Qorti Distrettwali Ċentrali ta’ Pest fl-Ungerija b’rabta mal-proċeduri kriminali miġjuba kontrih permezz ta’ mozzjoni privata, u mħabbra fil-Parlament fil-5 ta’ Mejju 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-fatt li Péter Magyar irrinunzja għad-dritt tiegħu li jinstema’ skont l-Artikolu 9(6) tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta’ Settembru 1976 li jikkonċerna l-elezzjoni tal-Membri għall-Parlament Ewropew b’suffraġju universali dirett,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 4(2) tal-Liġi Fundamentali tal-Ungerija,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-21 ta’ Ottubru 2008, fid-19 ta’ Marzu 2010, fis-6 ta’ Settembru 2011, fis-17 ta’ Jannar 2013, fid-19 ta’ Diċembru 2019 u fil-5 ta’ Lulju 2023<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Ottubru 2008, Marra, C-200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2010, Gollnisch vs il-Parlament, T-42/06, ECLI:EU:T:2010:102; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Settembru 2011, Patriciello, C-163/10, ECLI: EU:C:2011:543; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2013, Gollnisch vs Il-Parlament, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23. is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Diċembru 2019, Junqueras Vies, C-502/19, ECLI:EU:C:2019:1115; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Lulju 2023, Puigdemont i Casamajó et vs il-Parlament, T-272/21, ECLI:EU:T:2023:373.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 5(2), l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 9 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A10-0182/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, fil-21 ta’ Marzu 2025, il-Qorti Distrettwali Ċentrali ta’ Pest ressqet talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Péter Magyar, Membru tal-Parlament Ewropew elett fl-Ungerija, b’rabta ma’ allegat reat skont it-Taqsima 226 tal-Att Nru C tal-2012 tal-Kodiċi Kriminali Ungeriż, għal fatti li seħħew f’April 2024 f’kawża kriminali għar-reat ta’ malafama miġjuba kontrih mibdija minn parti prosekutriċi privata;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi t-talba għat-tneħħija tal-immunità tindika li Péter Magyar huwa akkużat li għamel dikjarazzjonijiet pubbliċi, waqt dimostrazzjoni, li kien fihom akkużi foloz u li xerred xnigħat li x’aktarx li jagħmlu ħsara lir-reputazzjoni tal-moviment politiku “Mi Hazánk Mozgalom” (il-Moviment Il-Patrija Tagħna) u lir-reputazzjoni ta’ wieħed mill-viċi presidenti tiegħu, membru fil-Parlament Ungeriż; billi l-proċedimenti ta’ prosekuzzjoni privati, ibbażati fuq ilment kriminali għar-reat ta’ malafama, inbdew kontra Péter Magyar fit-13 ta’ Mejju 2024;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi Péter Magyar ġie elett fl-elezzjonijiet Ewropej ta’ Ġunju 2024 u kien qed iwettaq il-kampanja elettorali għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fil-ħin li tressaq l-ilment kriminali kontrih;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-allegat reat ma jikkostitwix  xi opinjoni espressa jew xi vot mitfugħ minn Péter Magyar fil-qadi ta’ dmirijietu skont it-tifsira tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, u lanqas it-talba sussegwenti għat-tneħħija tal-immunità ta’ Péter Magyar ma hija relatata ma’ xi opinjoni espressa jew xi vot mitfugh minnu fil-qadi ta’ dmirijietu skont it-tifsira tal-istess Artikolu 8;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-Artikolu 9, l-ewwel paragrafu. il-punt (a), tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jiddikjara li l-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom igawdu, fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-membri tal-parlament tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-Artikolu 4(2) tal-Liġi Fundamentali tal-Ungerija, jipprevedi li l-Membri tal-Parlament Ungeriż għandhom igawdu l-immunità parlamentari; billi, skont it-Taqsima 79(2) tal-Att Nru XXXVI tal-2012 dwar l-Assemblea Nazzjonali, persuna rreġistrata b’effett finali u vinkolanti bħala kandidat għandha tgawdi l-istess immunità bħall-membri sakemm ir-riżultat tal-elezzjoni jsir finali u vinkolanti, u billi, fi kwalunkwe każ, skont it-Taqsima 79(1) tiegħu, il-Membri għandhom igawdu l-immunità mill-jum li fih jiġu eletti; billi, skont l-Artikolu 74(1) tal-Att Nru XXXVI tal-2012 dwar l-Assemblea Nazzjonali, huwa biss bil-kunsens minn qabel tal-Assemblea Nazzjonali li jistgħu jinbdew u jiġu prosegwiti proċedimenti kriminali jew, fil-każ li l-immunità ma titneħħiex b’mod volontarju fir-rigward tal-każ inkwistjoni, proċedimenti ta’ ksur, u jiġu applikati miżuri ta’ koerċizzjoni skont proċedura kriminali kontra membru;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi, skont l-Artikolu 5(2) tar-Regoli ta’ Proċedura, l-immunità parlamentari mhix privileġġ personali ta’ Membru imma garanzija tal-indipendenza tal-Parlament Ewropew kollu kemm hu u tal-Membri tiegħu;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-għan tal-immunità prevista fil-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea  huwa li tipproteġi lill-Parlament u lill-Membri tiegħu minn proċedimenti ġudizzjarji relatati ma’ attivitajiet imwettqa fil-qadi tad-dmirijiet parlamentari u li huma inseparabbli minn dawk id-dmirijiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jirriżulta li l-Parlament għandu “setgħa diskrezzjonali wiesgħa fir-rigward tal-orjentazzjoni li kellu intenzjoni jagħti lid-deċiżjoni fir-rigward ta’ talba għat-tneħħija tal-immunità [...], minħabba n-natura politika li għandha tali deċiżjoni”<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2013, Gollnisch vs Il-Parlament, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23, paragrafu 59 u l-każistika ċitata.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi Péter Magyar huwa l-president tal-Partit TISZA (“Tisztelet és Szabadság Párt”) kif ukoll il-kap tal-lista tal-kandidati ta’ dak il-partit għall-elezzjonijiet Ewropej tal-2024; billi l“Mi Hazánk Mozgalom” ipparteċipa wkoll fl-elezzjonijiet Ewropej tal-2024 u għalhekk jista’ jitqies bħala kompetitur politiku dirett ta’ Péter Magyar; billi l-kompetituri politiċi normalment huma soġġetti għal aktar kritika u polemika fid-dibattitu politiku meta mqabbla ma’ kwalunkwe ċittadin li mhuwiex politikament attiv; billi jidher li skont il-liġi Ungeriża l-kawżi ta’ malafama jistgħu jiġu prosegwiti kemm abbażi tal-liġi kriminali u kemm abbażi tal-liġi ċivili, b’differenzi sinifikanti fil-konsegwenzi legali korrispondenti, inkluża priġunerija; billi, f’dan il-każ, l-għażla li titressaq azzjoni kriminali tqajjem dubji dwar l-objettiv li  jista’ jmur lil hinn mill-għan leġittimu ta’ kumpens għad-dannu allegat u jagħti x’wieħed jaħseb li l-għan imfittex imur lil hinn minn dak l-objettiv leġittimu u fil-fatt ifittex li jagħmel ħsara lir-reputazzjoni ta’ Péter Magyar fil-kapaċità tiegħu bħala Membru tal-Parlament Ewropew;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-elementi stabbiliti hawn fuq iqajmu biżgħat serji dwar il-possibbiltà li l-intenzjoni kienet li tiġi mminata l-attività politika ta’ Péter Magyar, u b’mod partikolari l-attività tiegħu bħala Membru tal-Parlament Ewropew;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi għalhekk jidher li dan huwa każ fejn wieħed jista’ jassumi l’eżistenza ta’ każ ta’ <STRING ITALIC="on">fumus persecutionis</STRING>, jiġifieri “evidenza konkreta”<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Settembru 2020, Troszczynski vs Il-Parliament, C-12/19, ECLI:EU:C:2020:725, paragrafu 26.</FIELD></FOOTNOTE> li tindika li l-proċedimenti legali inkwistjoni nbdew bl-intenzjoni li jimminaw l-attività politika ta’ Péter Magyar permezz tat-talba għat-tneħħija tal-immunità tiegħu, u b’mod partikolari meta ħareġ għall-elezzjonijiet Ewropej tal-2024 bħala l-kandidat f’ras il-lista tal-partit politiku tiegħu;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi, minn naħa, il-Parlament ma jistax jitqies bħala qorti u, min-naħa l-oħra, il-Membru ma jistax, fil-kuntest ta’ proċedura għat-tneħħija tal-immunità, jitqies bħala “akkużat”<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2019, Briois vs il-Parlament, T-214/18, ECLI:EU:T:2019:266.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jiddeċiedi li ma jneħħix l-immunità ta’ Péter Magyar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Ungerija u lil Péter Magyar.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST></SDOCTA>