<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0206</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Ilaria Salis</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0183/2025 - Rapporteur:  Ilhan Kyuchyuk)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ottubru 2025 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Ilaria Salis (2024/2086(IMM))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Ilaria Salis, tal-10 ta’ Ottubru 2024, imressqa mill-Qorti Reġjonali tal-Kapitali Budapest b’rabta mal-proċedimenti kriminali pendenti quddiem dik il-qorti, u mħabbra fil-Parlament fit-22 ta’ Ottubru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li sema’ lil Ilaria Salis fit-13 ta’ Frar 2025 u wara li kkunsidra d-dokumenti mressqa minnha matul il-proċedura, skont l-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra informazzjoni addizzjonali mogħtija mill-Qorti Reġjonali tal-Kapitali Budapest,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta’ Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b’vot dirett universali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-21 ta’ Ottubru 2008, fid-19 ta’ Marzu 2010, fis-6 ta’ Settembru 2011, fis-17 ta’ Jannar 2013, fid-19 ta’ Diċembru 2019 u fil-5 ta’ Lulju 2023<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Ottubru 2008, <STRING ITALIC="on">Marra</STRING> vs <STRING ITALIC="on">De Gregorio u Clemente</STRING>, C-200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2010, <STRING ITALIC="on">Gollnisch</STRING> vs <STRING ITALIC="on">il-Parlament</STRING>, T-42/06, ECLI:EU:T:2010:102; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Settembru 2011, <STRING ITALIC="on">Patriciello</STRING>, C-163/10, ECLI: EU:C:2011:543; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2013, <STRING ITALIC="on">Gollnisch</STRING> vs <STRING ITALIC="on">il-Parlament</STRING>, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Diċembru 2019, <STRING ITALIC="on">Junqueras Vies</STRING>, C-502/19, ECLI:EU:C:2019:1115; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Lulju 2023, <STRING ITALIC="on">Puigdemont i Casamajó et</STRING> vs <STRING ITALIC="on">Il-Parlament</STRING>, T-272/21, ECLI:EU:T:2023:373.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 5(2), l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 9 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A10-0183/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, fl-10 ta’ Ottubru 2024, l-Qorti Reġjonali tal- Kapitali Budapest resqet talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Ilaria Salis, Membru tal-Parlament Ewropew eletta fl-Italja, b’rabta ma’ proċedimenti kriminali pendenti quddiem dik il-qorti;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi, skont it-talba, membri ta’ organizzazzjoni stabbilita fil-Ġermanja ddeċidew fl-2022 li jwettqu attakki kkoordinati vjolenti f’Budapest kontra simpatizzanti tal-lemin estrem, jew persuni mhux identifikati perċepiti jew issuspettati li huma tali, u ppjanaw dawk l-attakki għall-11 ta’ Frar 2023, u l-jiem ta’ qabel u ta’ wara dan il-jum, li jfakkar l-hekk imsejjaħ Jum tal-Unur, avveniment annwali f’Budapest li jikkommemora tentattiv ta’ ħarba mit-truppi Nazisti assedjati fl-1945 u li huwa punt tal-laqgħat għax-xena neo-Nażista tal-Ewropa; billi, skont it-talba, Ilaria Salis ivvjaġġat lejn l-Ungerija biex tipparteċipa f’dawk l-attakki kkoordinati u ħadet sehem fihom fl-10 u fil-11 ta’ Frar 2023; billi kien hemm rapporti ta’ ġlied u inċidenti ta’ vjolenza mwettqa mill-individwi li ċċelebraw l-hekk imsejjaħ Jum tal-Unur; billi l-Qorti Reġjonali tal-Kapitali Budapest semmiet li madankollu ma kienet konxja tal-ebda att vjolenti mwettaq minn xi parteċipant fil-kommemorazzjoni tal-hekk imsejjaħ Jum tal-Unur tal-2023 li seta’ jwassal biex tittieħed kwalunkwe azzjoni kontra tali parteċipazzjoni, għajr Ilaria Salis u żewġ akkużati oħra fil-kawża;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi, skont it-talba, Ilaria Salis, waħda mit-tliet akkużati fil-kawża, ġiet mixlija bi tliet akkużi ta’ attentat ta’ offiża ta’ persuni li jikkawża ħsara fiżika ta’ theddida għall-ħajja fil-qafas ta’ organizzazzjoni kriminali, f’konformità mal-ewwel parti tat-Taqsima 164(8) u bi ksur tat-Taqsima 164(1) tal-Att C tal-2012 dwar il-Kodiċi Kriminali Ungeriż, darbtejn bħala ko-attriċi tar-reat u darba bħala kompliċi; billi l-atti allegatament imwettqa minn Ilaria Salis għalhekk jikkostitwixxu reati kriminali skont il-Kodiċi Kriminali Ungeriż;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi Ilaria Salis ġiet eletta fil-Parlament Ewropew fl-elezzjonijiet Ewropej f’Ġunju 2024;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi r-reati allegati ma jikkostitwux, u t-talba sussegwenti għat-tneħħija tal-immunità ta’ Ilaria Salis, mhijiex relatata ma’, opinjoni espressa jew vot mitfugħ minn Ilaria Salis fil-qadi ta’ dmirijietha skont it-tifsira tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-Artikolu 9, l-ewwel paragrafu, tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, jipprevedi li l-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom igawdu, fit-territorju tal-Istat Membru tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-membri tal-parlament tagħhom u, fit-territorju ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor, l-immunità minn kull miżura ta’ detenzjoni u minn proċedimenti legali;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi, f’konformità mal-Artikolu 5(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, l-immunità parlamentari mhijiex privileġġ personali tal-Membru, iżda garanzija tal-indipendenza tal-Parlament Ewropew kollu kemm hu u tal-Membri tiegħu;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jirriżulta li l-Parlament għandu “setgħa diskrezzjonali wiesgħa fir-rigward tal-orjentazzjoni li kellu intenzjoni jagħti lid-deċiżjoni fir-rigward ta’ talba għat-tneħħija tal-immunità [...], minħabba n-natura politika li għandha tali deċiżjoni”<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2013, <STRING ITALIC="on">Gollnisch</STRING> vs <STRING ITALIC="on">Il-Parlament</STRING>, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23, il-punt 59 u l-ġurisprudenza ċċitata.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi, fl-eżerċizzju ta’ dik id-diskrezzjoni wiesgħa, il-Parlament sab f’dan il-każ partikolari li Ilaria Salis kienet soġġetta għal kundizzjonijiet u miżuri ħorox ta’ detenzjoni matul il-proċedimenti kriminali kontriha; billi jidher li l-Qorti Reġjonali tal- Kapitali ta; Budapest mhi konxja ta’ ebda att vjolenti mwettaq minn kwalunkwe parteċipant ieħor, b’mod partikolari dawk li kkomemoraw l-hekk imsejjaħ Jum tal-Unur fl-2023, li seta’ jwassal biex tittieħed kwalunkwe azzjoni kontrihom; billi jidher, għalhekk, li hemm dubju li ma setax jiġi eliminat rigward l-informazzjoni riċevuta; billi l-għan sottostanti tal-proċedimenti u tat-talba sussegwenti għalhekk jidher li huwa li Ilaria Salis tiġi msikkta minħabba l-opinjonijiet politiċi u l-attiviżmu tagħha li ilhom jeżistu, b’mod partikolari billi topponi l-kommemorazzjoni neo-Nazista annwali awtorizzata li ssir f’Budapest, li huma wkoll il-bażi tal-impenn u l-attività politika tagħha fil-kapaċità tagħha bħala Membru tal-Parlament Ewropew;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi għalhekk jidher li dan huwa każ fejn wieħed jista’ jassumi l-eżistenza ta’ każ ta’ <STRING ITALIC="on">fumus persecutionis</STRING>, jiġifieri hemm “evidenza konkreta”<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Settembru 2020, <STRING ITALIC="on">Troszczynski</STRING> vs <STRING ITALIC="on">Il-Parliament</STRING>, C-12/19, ECLI:EU:C:2020:725, punt 26.</FIELD></FOOTNOTE> li l-intenzjoni wara l-proċedimenti ġudizzjarji inkwistjoni hija li tiġi mminata l-attività politika ta’ Ilaria Salis fil-kapaċità tagħha bħala Membru tal-Parlament Ewropew;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi, minn naħa, il-Parlament ma jistax jitqies bħala qorti, u min-naħa l-oħra il-Membru ma jistax, fil-kuntest ta’ proċedura għat-tneħħija tal-immunità, jitqies bħala “akkużat”<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2019, <STRING ITALIC="on">Briois</STRING> vs <STRING ITALIC="on">Il-Parlament</STRING>, T-214/18, ECLI:EU:T:2019:266.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jiddeċiedi li ma jneħħix l-immunità ta’ Ilaria Salis;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tal-Ungerija u lil Ilaria Salis.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST></SDOCTA>