<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0207</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Klára Dobrev</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0184/2025 - Rapporteur:  Ilhan Kyuchyuk)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ottubru 2025 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Klára Dobrev (2024/2042(IMM))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Klára Dobrev, imressqa fid-29 ta’ Awwissu 2024 mill-Qorti Distrettwali ta’ Budapest II u III b’rabta mal-proċedimenti kriminali mressqa kontriha permezz ta’ mozzjoni privata, u mħabbra fil-Parlament fis-16 ta’ Settembru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li sema’ lil Klára Dobrev fid-29 ta’ Jannar 2025, skont l-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta’ Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b’vot dirett universali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 4(2) tal-Liġi Fundamentali tal-Ungerija,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-21 ta’ Ottubru 2008, fid-19 ta’ Marzu 2010, fis-6 ta’ Settembru 2011, fis-17 ta’ Jannar 2013, fid-19 ta’ Diċembru 2019 u fil-5 ta’ Lulju 2023<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Ottubru 2008, <STRING ITALIC="on">Marra</STRING> vs <STRING ITALIC="on">De Gregorio u Clemente</STRING>, C 200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2010, <STRING ITALIC="on">Gollnisch</STRING> vs <STRING ITALIC="on">Il-Parlament</STRING>, T-42/06, ECLI:EU:T:2010:102; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Settembru 2011, <STRING ITALIC="on">Patriciello</STRING>, C 163/10, ECLI: EU:C:2011:543; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2013, <STRING ITALIC="on">Gollnisch</STRING> vs <STRING ITALIC="on">Il-Parlament</STRING>, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Diċembru 2019, <STRING ITALIC="on">Junqueras Vies</STRING>, C-502/19, ECLI:EU:C:2019:1115; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Lulju 2023, <STRING ITALIC="on">Puigdemont i Casamajó et</STRING> vs <STRING ITALIC="on">Il-Parlament</STRING>, T-272/21, ECLI:EU:T:2023:373.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 5(2), l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 9 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A10-0184/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi fid-29 ta’ Awwissu 2024, il-Qorti Distrettwali ta’ Budapest II u III ressqet talba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari ta’ Klára Dobrev, Membru tal-Parlament Ewropew eletta fl-Ungerija, b’rabta mal-proċedimenti kriminali għal malafama mressqa kontriha minn parti privata li qed tħarrek;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi, skont il-mozzjoni privata, fit-22 ta’ Frar 2024, Klára Dobrev ippowstjat fuq il-media soċjali ritratt li wera l-Prim Ministru tal-Ungerija u l-parti privata li qed tħarrek, flimkien ma’ kitba li kienet tgħid li l-parti privata li qed tħarrek hija “wkoll ħatja fi skandlu tal-pedofili”, każ li kien għaddej fl-Ungerija f’dak iż-żmien;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi meta ppowstjat ir-ritratt, Klára Dobrev allegatament wettqet ir-reat ta’ malafama pubblika skont l-Artikolu 226(1) u l-Artikolu 226(2)(b) tal-Att C tal-2012 dwar il-Kodiċi Kriminali Ungeriż; billi skont l-Artikolu 231(2) tal-Kodiċi Kriminali Ungeriż, dan ir-reat jista’ jiġi kkastigat biss fil-kuntest ta’ mozzjoni privata;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi Klára Dobrev ġiet eletta fl-elezzjonijiet Ewropej tal-2019 u kienet Membru tal-Parlament Ewropew fiż-żmien tal-allegat reat;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-għan tal-immunità prevista fil-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea huwa li tipproteġi lill-Parlament u lill-Membri tiegħu minn proċedimenti ġudizzjarji relatati ma’ attivitajiet imwettqa fil-qadi tad-dmirijiet parlamentari u li ma jistgħux jiġu separati minn dawk id-dmirijiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi, skont l-Artikolu 5(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, fl-eżerċizzju tas-setgħat tiegħu rigward il-privileġġi u l-immunitajiet, il-Parlament jaġixxi biex iħares l-integrità tiegħu bħala assemblea leġiżlattiva demokratika u biex jiżgura l-indipendenza tal-Membri tiegħu fil-qadi ta’ dmirijiethom;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jipprovdii li l-Membri tal-Parlament Ewropew m’għandhom ikunu suġġetti għal ebda forma ta’ investigazzjoni, detenzjoni jew proċedimenti ġudizzjarji, fir-rigward ta’ opinjonijiet espressi jew voti mogħtija minnhom fil-qadi ta’ dmirijiethom;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-allegat reat u t-talba sussegwenti għat-tneħħija tal-immunità ta’ Klára Dobrev ma jikkostitwux u mhumiex relatati ma’ opinjoni espressa jew ma’ vot mitfugħ minn Klára Dobrev fil-qadi ta’ dmirijietha skont it-tifsira tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-Artikolu 9, l-ewwel paragrafu, il-punt (a), tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jiddisponi li l-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom igawdu, fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lil membri tal-parlament tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-Artikolu 4(2) tal-Liġi Fundamentali tal-Ungerija jipprovdi li l-membri tal-Parlament Ungeriż għandhom igawdu l-immunità parlamentari; billi, skont is-Sezzjoni 74(1) tal-Att Nru XXXVI tal-2012 dwar l-Assemblea Nazzjonali, proċedimenti kriminali jew, fil-każ ta’ immunità li ma titneħħiex b’mod volontarju fir-rigward tal-każ inkwistjoni, jistgħu jinbdew jew jiġu segwiti proċedimenti ta’ ksur u jistgħu jiġu applikati miżuri koerċittivi skont proċeduri kriminali kontra Membru biss bil-kunsens minn qabel tal-Assemblea Nazzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi mill-ġurisdprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jirriżulta li l-Parlament għandu “setgħa diskrezzjonali wiesgħa fir-rigward tal-orjentazzjoni li kellu intenzjoni jagħti lid-deċiżjoni fir-rigward ta’ talba għat-tneħħija tal-immunità [...], minħabba n-natura politika li għandha tali deċiżjoni”<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2013, Gollnisch vs Il-Parlament, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23, il-paragrafu 59 u l-ġurisprudenza ċċitata.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi Klára Dobrev hija meqjusa bħala avversarju u kritiku pubbliku tal-Gvern Ungeriż; billi l-parti privata li qed tħarrek hija wkoll oħt l-ex President tal-Ungerija, li huwa membru tal-partit politiku fil-gvern; billi għalhekk jista’ jiġi dedott li l-parti privata li qed tħarrek hija marbuta mal-eqreb ċrieki tal-awtoritajiet politiċi governattivi tal-Ungerija;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi jidher li skont il-liġi Ungeriża, it-talbiet ta’ malafama jistgħu jiġu segwiti kemm abbażi tal-liġi kriminali kif ukoll abbażi tal-liġi ċivili, b’differenzi sinifikanti fil-konsegwenzi legali possibbli korrispondenti, inkluż priġunerija; billi, f’dan il-każ, l-għażla li titressaq azzjoni kriminali tqajjem dubji dwar l-objettiv li jiġi rrimedjat id-dannu reali għar-reputazzjoni u għalhekk tqajjem possibbiltà li l-għan tal-azzjoni jaqbeż dak l-objettiv leġittimu u huwa li jagħmel ħsara lir-reputazzjoni ta’ Klára Dobrev bħala Membru tal-Parlament Ewropew;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi fiż-żmien tal-fatti li wasslu għat-talba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari tagħha, Klára Dobrev kienet membru tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern tal-Parlament Ewropew li regolarment jittratta kwistjonijiet tal-liġi kriminali, inkluża l-protezzjoni tat-tfal u reati relatati bħall-pedofilija, u billi Klára Dobrev kienet qed tieħu pożizzjoni politika fl-attività tagħha bħala Membru tal-Parlament Ewropew u tkellmet regolarment kontra l-awtoritajiet politiċi ta’ pajjiżha;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi għalhekk jidher li, f’dan il-każ, wieħed jista’ jassumi <STRING ITALIC="on">fumus persecutionis</STRING>, jiġifieri hemm “evidenza konkreta”<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Settembru 2020, <STRING ITALIC="on">Troszczynski</STRING> vs <STRING ITALIC="on">Il-Parliament</STRING>, C-12/19, ECLI:EU:C:2020:725, paragrafu 26.</FIELD></FOOTNOTE> li l-intenzjoni wara l-proċedimenti ġudizzjarji inkwistjoni hija li tiġi mminata l-attività politika ta’ Klára Dobrev bit-talba għat-tneħħija tal-immunità;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi, minn naħa il-Parlament ma jistax jitqies bħala qorti, u min-naħa l-oħra, il-Membru ma jistax, fil-kuntest ta’ proċedura għat-tneħħija tal-immunità, jitqies bħala akkużat<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2019, <STRING ITALIC="on">Briois</STRING> vs <STRING ITALIC="on">Il-Parlament</STRING>, T-214/18, ECLI:EU:T:2019:266.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jiddeċiedi li ma jneħħix l-immunità ta’ Klára Dobrev;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tal-Ungerija u lil Klára Dobrev.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST></SDOCTA>