<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0212</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Ir-rwol tal-politiki tal-UE fit-tiswir tal-Mudell Ewropew tal-Isport</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0157/2025 - Rapporteur: Bogdan Andrzej Zdrojewski)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ottubru 2025 dwar ir-rwol tal-politiki tal-UE fit-tiswir tal-Mudell Ewropew tal-Isport (2025/2035(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikoli 6 u 165 tiegħu, li jispeċifikaw il-kompetenzi u l-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-isport, u b’mod partikolari l-promozzjoni ta’ kwistjonijiet sportivi Ewropej, filwaqt li jitqiesu n-natura speċifika tal-isport, l-istrutturi tiegħu bbażati fuq l-attività volontarja u l-funzjoni soċjali u edukattiva tiegħu, u l-Artikoli 26 u 114 tiegħu, li jispeċifikaw il-kompetenzi tal-Unjoni fir-rigward tas-suq intern,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi Erasmus+: il-Programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni u taħriġ, żgħażagħ u sport u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 189, 28.5.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/817/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari Kapitolu IV dwar l-isport,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Lulju 2007 bit-titolu “White Paper dwar l-isport” (COM(2007)0391),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Jannar 2011 bit-titolu “L-Iżvilupp tad-Dimensjoni Ewropea fl-Isport” (COM(2011)0012),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta’ Frar 2012 dwar id-Dimensjoni Ewropea fl-Isport<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 239 E, 20.8.2013, p. 46.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Marzu 2013 dwar ix-xiri tal-logħob u l-korruzzjoni fl-isport<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 36, 29.1.2016, p. 137.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta’ Frar 2017 dwar approċċ integrat għall-Politika tal-Isport: governanza tajba, aċċessibilità u integrità<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 252, 18.7.2018, p. 2.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Mejju 2021 dwar l-isfidi għall-organizzaturi ta’ avvenimenti sportivi fl-ambjent diġitali<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 15, 12.1.2022, p. 18.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Novembru 2021 dwar il-politika tal-UE dwar l-isport: valutazzjoni u toroq possibbli ’l quddiem<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 224, 8.6.2022, p. 2.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istudju mitlub mill-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni tiegħu bit-titolu “EU sports policy: assessment and possible ways forward” (Il-politika tal-isport tal-UE: valutazzjoni u toroq possibbli ’l quddiem), ippubblikat f’Ġunju 2021 mid-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni tiegħu<FOOTNOTE><FIELD> Studju — “EU sports policy: assessment and possible ways forward”, (Il-politika tal-UE dwar l-isport: valutazzjoni u toroq possibbli ’l quddiem), il-Parlament Ewropew, Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni, Dipartiment Tematiku għall-Politiki Strutturali u ta’ Koeżjoni, Ġunju 2021.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istudju tal-Kummissjoni bit-titolu “Study on the European Sport Model” (Studju dwar il-Mudell Ewropew tal-Isport), ippubblikat f’April 2022<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni Ewropea: Id-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Kultura, Sennett, J., Le Gall, A., Kelly, G. et al., Study on the European sport model – A report to the European Commission (Studju dwar il-Mudell Ewropew tal-Isport – Rapport lill-Kummissjoni Ewropea), Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2022, https://data.europa.eu/doi/10.2766/28433.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tat-3 ta’ Ġunju 2024 tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-Pjan ta’ Ħidma tal-Unjoni Ewropea għall-Isport (1 ta’ Lulju 2024 – 31 ta’ Diċembru 2027)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/3527, 3.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3527/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Frar 2024 dwar l-implimentazzjoni u r-rilevanza tal-Pjan ta’ Ħidma tal-Unjoni Ewropea għall-Isport 2021–2024 u dwar ir-Rakkomandazzjoni dwar il-promozzjoni transettorjali ta’ attivitajiet fiżiċi favur is-saħħa (COM(2024)0073),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa tat-18 ta’ Settembru 2014 dwar il-manipulazzjoni ta’ kompetizzjonijiet sportivi (il-Konvenzjoni Macolin),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Karta Ewropea tal-Isport Riveduta, adottata mill-Kunsill tal-Ewropa fit-13 ta’ Ottubru 2021,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Karta Internazzjonali tal-2015 dwar l-Edukazzjoni Fiżika, l-Attività Fiżika u l-Isport, tal-Organizzazzjoni tan-NU għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-sentenzi reċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE (QĠUE) relatati mal-isport, inklużi l-Kawżi C-124/21 P, <STRING ITALIC="on">International Skating Union</STRING> vs <STRING ITALIC="on">Il-Kummissjoni</STRING><FOOTNOTE><FIELD> Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Diċembru 2023, <STRING ITALIC="on">International Skating Union</STRING> vs <STRING ITALIC="on">Il-Kummissjoni Ewropea</STRING>, C-124/21 P, ECLI:EU:C:2023:1012.</FIELD></FOOTNOTE>, C-680/21, <STRING ITALIC="on">Royal Antwerp Football Club</STRING> vs <STRING ITALIC="on">Union royale belge des sociétés de football association</STRING><FOOTNOTE><FIELD> Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Diċembru 2023, <STRING ITALIC="on">UL u SA Royal Antwerp Football Club</STRING> vs <STRING ITALIC="on">Union royale belge des sociétés de football association ASBL (URBSFA)</STRING>, C-680/21, ECLI:EU:C:2023:1010.</FIELD></FOOTNOTE>, C-333/21, <STRING ITALIC="on">European Superleague Company</STRING> vs <STRING ITALIC="on">FIFA u UEFA</STRING><FOOTNOTE><FIELD> Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Diċembru 2023,<STRING ITALIC="on"> European Superleague Company, SL </STRING>vs<STRING ITALIC="on"> Fédération internationale de football association (FIFA) u Unión de Federaciones Europeas de Fútbol (UEFA)</STRING>, C-333/21, ECLI:EU:C:2023:1011<STRING ITALIC="on">.</STRING></FIELD></FOOTNOTE> u C-650/22, <STRING ITALIC="on">FIFA</STRING> vs <STRING ITALIC="on">BZ</STRING><FOOTNOTE><FIELD> Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta’ Ottubru 2024, <STRING ITALIC="on">Fédération internationale de football association (FIFA)</STRING> vs <STRING ITALIC="on">BZ</STRING>, C‑650/22, ECLI:EU:C:2024:824.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tat-12 ta’ Diċembru 2021 tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill dwar il-karatteristiċi ewlenin tal-Mudell Ewropew tal-Isport<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 501, 13.12.2021, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A10-0157/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-isport huwa ben pubbliku Ewropew u assi Ewropew dejjem aktar prezzjuż – soċjalment, ekonomikament, politikament u kulturalment;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-isport u l-attività fiżika għandhom rwol importanti fil-ħajja tan-nies, ilaqqgħu flimkien il-komunitajiet u n-nies u jtejbu s-saħħa u l-benesseri;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-isport u l-attività fiżika jservu bħala vetturi għall-integrazzjoni u l-inklużjoni u joffru sens ta’ komunità, speċjalment għal persuni b’anqas opportunitajiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-isport u l-attività fiżika għandhom rwoli vitali fil-promozzjoni tal-valuri tal-UE bħad-demokrazija, ir-rispett, is-solidarjetà, id-diversità u l-ugwaljanza;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-Mudell Ewropew tal-Isport huwa mirfud minn karatteristiċi ewlenin bħall-prinċipji ta’ solidarjetà, sostenibbiltà, integrità, inklużività, mertu sportiv, territorjalità u kompetizzjonijiet miftuħa;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi hemm bżonn li jinżamm bilanċ tajjeb bejn il-kompetizzjonijiet tat-timijiet nazzjonali u l-kompetizzjonijiet tal-klabbs;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-Mudell Ewropew tal-Isport jinkludi kemm l-isport professjonali kif ukoll l-isport għad-dilettanti;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-isport huwa mutur tal-politika ta’ koeżjoni tal-UE, b’mod partikolari f’żoni rurali, żvantaġġati u remoti li jiffaċċjaw sfidi ta’ infrastruttura u fondi limitati kif ukoll tnaqqis fis-sħubija;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-maġġoranza tad-dħul tal-isport għad-dilettanti huwa bbażat fuq il-pagamenti taċ-ċittadini stess, ix-xogħol mhux imħallas mill-voluntiera, l-appoġġ min-negozji lokali u s-sussidji mill-muniċipalitajiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-Mudell Ewropew tal-Isport jinkludi l-iżvilupp tal-isport tan-nisa u l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-isport;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi hemm tnaqqis inkwetanti fl-għadd ta’ voluntiera li jipparteċipaw fl-isport għad-dilettanti;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-atleti spiss jiffaċċjaw protezzjoni soċjali insuffiċjenti, u jiltaqgħu ma’ intensità dejjem akbar fil-kalendarji sportivi u tal-logħob tagħhom, kif ukoll l-isfidi biex jikkombinaw l-edukazzjoni u l-impjiegi mal-karrieri sportivi tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi s-sentenzi reċenti tal-QĠUE jirrappreżentaw opportunità għall-politika tal-UE biex tkompli ssaħħaħ il-Mudell Ewropew tal-Isport;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-isport qed jiffaċċja diversi sfidi, inklużi problemi ta’ governanza, korruzzjoni, xiri ta’ logħob, doping, piraterija online u diskriminazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi d-dħul mitluf mill-organizzaturi tal-avvenimenti sportivi mill-piraterija online ta’ kontenut sportiv dirett jista’ jiġi investit mill-ġdid fl-ekosistema tal-isport tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi hemm xejriet ġodda u li qed jevolvu fis-sjieda, bħal dawk li jirriżultaw minn investiment barrani u sjieda multipla fl-isport;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi t-theddid minn kummerċjalizzazzjoni eċċessiva, mudelli u kompetizzjonijiet ta’ sjieda ta’ divertiment bl-iskop ewlieni ta’ qligħ ipoġġu f’riskju l-bilanċ kompetittiv u l-integrità tal-isport professjonali;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-Mudell Ewropew tal-Isport: għas-servizz tas-soċjetà u t-trawwim tal-inklużività</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Itenni l-impenn sod tiegħu għad-difiża tal-Mudell Ewropew tal-Isport, li fih l-isport u l-attività fiżika jaqdu l-objettivi tas-soċjetà u jikkontribwixxu għall-oqsma ewlenin ta’ politika tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jirrikonoxxi l-ħtieġa li jiġi protett il-Mudell Ewropew tal-Isport, filwaqt li jiġi żgurat l-iżvilupp sostenibbli kontinwu tal-isport u tal-attività fiżika mil-livell tad-dilettanti għal dak professjonali u fil-livelli lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropew;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi żviluppat aktar il-Mudell Ewropew tal-Isport f’konformità mal-interessi taċ-ċittadini, il-valuri tal-UE u l-prijoritajiet tal-politika bħall-ugwaljanza, id-diversità, l-inklużjoni, is-sostenibbiltà, is-saħħa u l-benesseri, il-mudell soċjali Ewropew u l-kompetittività tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jistieden lill-partijiet ikkonċernati kollha jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex jippromwovu l-isport sikur, inklużiv u ekwu, aċċessibbli għal kulħadd, b’enfasi fuq l-avvanz tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, il-ġlieda kontra l-forom kollha ta’ vjolenza, diskriminazzjoni u fastidju, u t-titjib tal-aċċessibbiltà tal-infrastruttura tal-isport;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jisħaq, f’dan ir-rigward, fuq il-ħtieġa li tiġi żgurata l-inklużjoni tal-persuni b’diżabbiltà fil-kuntesti sportivi kollha, inkluż l-involviment tagħhom fil-governanza u l-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jenfasizza li l-Mudell Ewropew tal-Isport irid ikun ibbażat fuq il-prinċipju tal-isport bħala ben pubbliku, filwaqt li jiżgura li l-investiment pubbliku fl-isport isarraf f’benefiċċji lis-soċjetà fil-forma ta’ inklużjoni, saħħa, edukazzjoni u koeżjoni soċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jissottolinja r-rwol vitali tal-attività fiżika għal kulħadd, irrispettivament mill-età, filwaqt li jenfasizza l-benefiċċji immedjati u fit-tul tagħha għas-saħħa fiżika u mentali, kif ukoll il-kontribut tagħha għall-iżvilupp u ż-żamma tal-ħiliet soċjali u għall-ħajja tan-nies;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza tal-promozzjoni tal-attività fiżika fost it-tfal u ż-żgħażagħ, inkluż l-involviment tal-atleti u l-para-atleti bħala mudelli eżemplari, u jitlob li jiżdied l-investiment fl-infrastrutturi meħtieġa tal-isport fl-iskejjel, fl-edukazzjoni fiżika ta’ kwalità u fil-programmi sportivi ekstrakurrikulari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jisħaq fuq ir-rwol preventiv tal-isport fl-indirizzar tal-iżolament soċjali, tal-vjolenza u tar-radikalizzazzjoni taż-żgħażagħ, u jenfasizza l-ħtieġa li dawn jiġu protetti minn kwalunkwe forma ta’ abbuż fl-isport;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jissottolinja r-rwol kruċjali tal-voluntiera fl-isport, u jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa rakkomandazzjonijiet b’mod konġunt mal-Istati Membri biex jiġi appoġġjat u inċentivat il-volontarjat fl-isport, inklużi linji gwida biex jattiraw, jirrikonoxxu u jżommu lill-voluntiera fl-isport, kemm għall-isport għad-dilettanti kif ukoll għall-isport professjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-isport għad-dilettanti fl-Ewropa huwa kkaratterizzat mill-involviment qawwi tas-soċjetà ċivili ma’ klabbs u assoċjazzjonijiet b’għeruq komunitarji, li huma bbażati fuq il-volontarjat;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-Mudell Ewropew tal-Isport: għas-servizz tal-valuri tal-UE u s-solidarjetà </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza fundamentali tal-prinċipju ta’ solidarjetà sabiex jiġi żgurat li l-isport ikun għas-servizz tal-interessi ta’ kulħadd u jippromwovihom, aktar milli għall-profitti tal-ftit, u jtenni l-ħtieġa li tissaħħaħ ir-rabta bejn l-isport professjonali u dak għad-dilettanti permezz ta’ mekkaniżmi finanzjarji ta’ solidarjetà aktar effettivi, biex jiġi ottimizzat l-iżvilupp tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ lill-korpi governattivi tal-isport jimplimentaw mekkaniżmi u politiki fl-iżvilupp taż-żgħażagħ, immirati biex jippremjaw lill-klabbs għat-taħriġ tal-plejers li jikkontribwixxu għas-suċċess kontinwu tal-kompetizzjonijiet professjonali, biex b’hekk tiġi żgurata l-kompetittività fit-tul tas-settur tal-isport;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta studju li juri l-mekkaniżmi eżistenti ta’ solidarjetà finanzjarja u l-iskemi ta’ ridistribuzzjoni li jkopru l-isport u l-livelli differenti fl-UE, akkumpanjat minn rakkomandazzjonijiet għall-iżvilupp ulterjuri tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jistieden, f’dan ir-rigward, lill-Kummissjoni tappoġġja ċ-ċertezza legali għall-korpi governattivi tal-isport u tesplora l-ħtieġa ta’ mekkaniżmi ta’ ridistribuzzjoni bejn il-kampjonati, il-klabbs u l-kompetizzjonijiet kbar u żgħar u d-dixxiplini differenti, inkluż l-isport taż-żgħażagħ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiżdied b’mod sinifikanti l-finanzjament għall-isport u l-attività fiżika, speċjalment fl-ambitu tal-programm il-ġdid Erasmus+ għall-2028-2034, f’konformità mal-prijoritajiet orizzontali eżistenti u li jiġu appoġġjati aktar sinerġiji bejn programmi u fondi oħrajn;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jirrikonoxxi r-rwol emblematiku potenzjali tal-programm Erasmus+ fl-appoġġ finanzjarju lill-organizzazzjonijiet tal-isport għad-dilettanti u l-impatt pożittiv tal-programm fuq iċ-ċittadini u s-soċjetà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa skemi ta’ finanzjament aċċessibbli u sostanzjali għall-klabbs u l-organizzazzjonijiet sportivi, b’mekkaniżmi ċari u aċċessibbli, li jiżguraw li l-fondi allokati jilħqu l-livell tad-dilettanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw investiment f’infrastruttura tal-isport sikura u aċċessibbli fil-livelli kollha permezz ta’ fondi tal-UE bħall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, b’enfasi partikolari fuq il-viċinati rurali u urbani żvantaġġati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jemmen li r-regolamenti dwar is-sostenibbiltà finanzjarja huma essenzjali fl-isport biex jiġu żgurati l-vijabbiltà u l-integrità fit-tul tal-isport professjonali fl-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu standards ta’ governanza finanzjarja konsistenti fl-isport professjonali kollu, u jisħaq fuq il-ħtieġa li dawn il-miżuri jiġu infurzati u aġġornati b’mod effettiv, inkluża sorveljanza xierqa tas-salarji tal-atleti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri jkomplu jinsistu li l-għoti tad-drittijiet tal-ospitar ta’ avvenimenti sportivi maġġuri għandhom ikunu bbażati fuq il-mertu u li l-ospitanti, l-organizzaturi u l-isponsors jirrispettaw il-valuri tal-Mudell Ewropew tal-Isport, inklużi d-drittijiet tal-bniedem, il-valuri demokratiċi u s-sostenibbiltà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jħeġġu r-responsabbiltà ambjentali u l-adattament għat-tibdil fil-klima fl-isport, inklużi l-ġestjoni sostenibbli tat-tagħmir u tal-infrastruttura sportiva, l-organizzazzjoni ta’ avvenimenti favur il-karbonju u l-edukazzjoni ambjentali permezz tal-isport;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jirrikonoxxi x-xejra dejjem tikber tal-investiment barrani u s-sjieda fl-isport Ewropew, u jistieden lill-Kummissjoni tqis l-impatt ta’ din ix-xejra, meta tappoġġja sforzi biex tissalvagwardja l-integrità finanzjarja u l-bilanċ kompetittiv tal-isport Ewropew;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jirrikonoxxi r-riskji tal-kriminalità organizzata u finanzjarja fl-isport, u jemmen li trid tiġi garantita diliġenza dovuta stretta fuq l-investimenti u s-sjieda fl-isport Ewropew, inkluż permezz tal-estensjoni tal-qafas tal-UE kontra l-ħasil tal-flus biex ikopri l-isport professjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jikkundanna l-forom kollha ta’ xiri tal-logħob, li jimmina l-integrità u l-fair play, u jistieden lill-Istati Membri u lill-korpi sportivi jsaħħu l-miżuri preventivi permezz ta’ monitoraġġ, kampanji edukattivi u kooperazzjoni msaħħa mal-infurzar tal-liġi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kunsill isib soluzzjoni għall-impass fir-rigward tal-iffirmar u r-ratifika tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-manipulazzjoni ta’ kompetizzjonijiet sportivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi indirizzata, fil-livell tal-UE, il-problema dejjem tikber tad-doping fil-livelli kollha tal-isport, permezz ta’ kampanji ta’ sensibilizzazzjoni u edukattivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintensifikaw l-azzjonijiet kontra l-piraterija online u jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposta għal leġiżlazzjoni mmirata biex tindirizza l-kwistjoni tal-piraterija online tal-isport u ta’ kontenut dirett ieħor, inkluż billi jissaħħu l-mekkaniżmi ta’ infurzar diġitali, jiġu applikati l-obbligi ta’ “kun af il-klijent kummerċjali tiegħek”, tiġi promossa l-kooperazzjoni mal-pjattaformi online u ssir aktar sensibilizzazzjoni fost il-konsumaturi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jenfasizza ż-żieda fl-ipprezzar dinamiku tal-biljetti, li jista’ jimpedixxi l-aċċessibbiltà għall-avvenimenti sportivi fl-Ewropa, u jitlob monitoraġġ mill-qrib tal-konformità tal-parteċipanti fis-suq mal-leġiżlazzjoni tal-UE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-Mudell Ewropew tal-Isport: appoġġ għall-promozzjoni tal-governanza kollettiva, id-drittijiet tal-atleti u l-ilħna tal-partitiarji </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-awtonomija tal-isport hija kundizzjonali fuq il-governanza tajba, u jistieden lill-organizzazzjonijiet sportivi internazzjonali, Ewropej u nazzjonali, kif ukoll lill-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-partijiet ikkonċernati, jimplimentaw l-ogħla standards ta’ governanza, integrità u trasparenza, b’sistema ta’ kontrokontrolli xierqa biex tiġi żgurata r-responsabbiltà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tirrieżamina l-effettività u l-konsistenza tal-miżuri attwali tal-UE f’dawn l-oqsma, u tiżviluppa azzjonijiet immirati u reazzjonijiet ta’ politika biex tindirizza sfidi persistenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jappella għal approċċ kollaborattiv bejn l-organizzazzjonijiet sportivi u l-awtoritajiet pubbliċi biex jiġu rispettati dawn l-istandards u biex jiġi żgurat li l-isport jibqa’ spazju fdat, sikur u etiku għall-parteċipanti kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet, il-korpi governattivi tal-isport u l-partijiet ikkonċernati kollha jirrispettaw il-prinċipji stabbiliti fil-ġurisprudenza tal-QĠUE fil-qasam tal-isport;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jilqa’ l-isforzi li saru mill-korpi governattivi dwar il-governanza kollettiva, u jħeġġeġ passi ulterjuri biex tissaħħaħ ir-rappreżentanza tal-partijiet ikkonċernati fit-teħid ta’ deċiżjonijiet, b’impenn partikolari biex jiġi żgurat l-involviment tal-atleti u tal-partitarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Iħeġġeġ lill-korpi governattivi tal-isport jimplimentaw miżuri ulterjuri dwar l-ugwaljanza, id-diversità u l-inklużjoni, b’mod partikolari biex jindirizzaw is-sottorappreżentanza persistenti tan-nisa f’pożizzjonijiet ta’ tmexxija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-istandards u l-kontrolli tar-rappreżentanza jkunu prerekwiżit biex l-organizzazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati jkunu involuti fil-proċessi ta’ governanza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi d-djalogu soċjali fl-isport bħala proċess ewlieni tat-teħid ta’ deċiżjonijiet, konsistenti mal-prinċipji ta’ governanza tajba, u biex jittejbu r-rappreżentattività u l-inklużjoni fl-isport;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jipproponi li l-Kummissjoni tikkonsulta mal-partijiet ikkonċernati rilevanti dwar l-istabbiliment ta’ Kumitat tad-Djalogu Soċjali Settorjali tal-UE għall-Isport Professjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE jipproteġu u jippromwovu d-drittijiet fundamentali tal-atleti u ta’ ħaddiema oħra fis-settur tal-isport, u lill-Istati Membri jimplimentawhom, inklużi d-drittijiet u l-protezzjoni soċjali, bħal-libertà ta’ assoċjazzjoni, in-negozjar kollettiv, in-nondiskriminazzjoni, il-kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti, miżuri ta’ sikurezza u s-saħħa okkupazzjonali, speċjalment fir-rigward tat-tqala u l-leave tal-maternità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa ta’ ġestjoni proattiva tar-riskju fl-iżvilupp u s-sorveljanza tal-politiki dwar is-sikurezza u s-saħħa okkupazzjonali, inklużi fatturi bħall-ivvjaġġar, il-kalendarji tal-logħob u l-kompetizzjonijiet li jikkoinċidu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri jkomplu jappoġġjaw inizjattivi relatati ma’ karrieri doppji, l-apprendiment tul il-ħajja, il-perjodi ta’ wara l-irtirar, l-iżvilupp personali u s-saħħa mentali tal-atleti, fi sħubija mal-organizzazzjonijiet rilevanti bħall-kummissjonijiet u l-assoċjazzjonijiet tal-atleti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jisħaq li l-kalendarji sportivi saru aktar intensi minħabba ż-żieda fil-logħbiet u l-kompetizzjonijiet Ewropej u internazzjonali, u jitlob l-involviment tal-partijiet ikkonċernati kollha fil-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar il-kalendarji biex jiġi evitat li jaħbtu ma’ xulxin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jappoġġja d-dritt tal-atleti li jkunu liberi li jirrappreżentaw lil pajjiżhom, u jenfasizza li l-klabbs għandhom ikunu meħtieġa jirrilaxxaw lill-atleti għall-parteċipazzjoni mat-tim nazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jistieden lill-korpi governattivi tal-isport jipprevjenu l-logħob tal-kompetizzjoni nazzjonali milli jintlagħab barra mill-pajjiż;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jirrikonoxxi l-importanza tal-korpi internazzjonali fl-iżgurar ta’ sistema ta’ trasferimenti trasparenti u ġusta, f’konformità mad-dritt tal-UE u l-ispeċifiċitajiet Ewropej, u jappella għal enfasi qawwija fuq is-salvagwardja tad-drittijiet tal-atleti fl-isport kollu, b’attenzjoni partikolari għall-minorenni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jiġbed l-attenzjoni għar-rwol prominenti tal-aġenti jew l-intermedjarji sportivi u r-relazzjoni żbilanċjata li tista’ teżisti bejniethom u l-atleti żgħażagħ, u jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ approċċ ibbażat fuq ir-regoli;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-Mudell Ewropew tal-Isport: kif il-politika tal-UE tista’ tkun tikkontribwixxi għat-tisħiħ u l-protezzjoni </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta strateġija fit-tul dwar il-politika tal-isport u l-attività fiżika, b’reazzjoni għall-ispinta politika qawwija mill-Istati Membri u mill-istituzzjonijiet tal-UE, b’enfasi fuq il-karatteristiċi ewlenin tal-Mudell Ewropew tal-Isport, u tipproponi azzjonijiet konkreti f’dan ir-rigward;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jilqa’ d-djalogu eżistenti dwar il-politika tal-isport u jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-involviment attiv fid-diskussjonijiet fil-livelli tal-UE, nazzjonali u tad-dilettanti, bl-involviment tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha fit-tfassil ta’ strateġiji fit-tul;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw il-ġbir tad-data u t-tfassil tal-politika bbażat fuq l-evidenza, sabiex jissaħħaħ ir-rwol tal-isport bħala kontributur għall-objettivi tal-politika tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tissodisfa r-rwol tagħha bħala l-gwardjan tat-Trattati f’wieħed mill-aktar setturi soċjali u ekonomiċi importanti tal-UE billi timmonitorja u tindirizza b’mod attiv it-theddid, fil-livelli kollha, għall-Mudell Ewropew tal-Isport ibbażat fuq il-valuri, inklużi l-kompetizzjonijiet separatisti li jipperikolaw l-ekosistema ġenerali tal-isport;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tuża l-għodod xierqa kollha għad-dispożizzjoni tagħha biex tipproteġi s-settur tal-isport Ewropew minn kwalunkwe inizjattiva mmirata biex timminah u tittrasferixxi l-valur li joħloq lil hinn mill-Ewropa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jafferma mill-ġdid in-natura speċifika tal-isport filwaqt li jirrispetta d-dritt tal-UE, u jirrikonoxxi li ma hemmx mod uniku tajjeb għal kulħadd li fih japplika l-Mudell Ewropew tal-Isport fl-isport differenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jenfasizza, f’dan ir-rigward, il-ħtieġa li tiġi protetta n-natura vertikali tal-Mudell Ewropew tal-Isport, fejn il-promozzjoni u r-relegazzjoni jsiru fil-livell nazzjonali, u l-prestazzjoni annwali fil-kampjonati nazzjonali hija l-uniku kriterju għall-kwalifika għall-kompetizzjonijiet Ewropej;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi linji gwida ċari dwar l-applikazzjoni tad-dritt tal-UE, inkluża l-liġi tal-kompetizzjoni, għas-settur tal-isport, anke fid-dawl tas-sentenzi reċenti tal-QĠUE;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>