<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0218</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2/2025: aġġornament tad-dħul (riżorsi proprji) u aġġustamenti tan-nefqa</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0165/2025 - Rapporteur: Victor Negrescu)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ottubru 2025 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2/2025 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2025 – Aġġornament tad-dħul (riżorsi proprji) u aġġustamenti tan-nefqa (12353/2025 – C10-0209/2025 – 2025/0206(BUD))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2025, adottat b’mod definittiv fis-27 ta’ Novembru 2024<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2025/31, 27.2.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/budget/2025/31/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/433/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprja ġodda<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2020/1222/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 424, 15.12.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/2053/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2/2025 adottat mill-Kummissjoni fl-4 ta’ Lulju 2025 (COM(2025)0410),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2/2025, adottata mill-Kunsill fis-16 ta’ Settembru 2025 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew fis-17 ta’ Settembru 2025 (12353/2025 – C10‑0209/2025),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 96 u 98 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A10-0165/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-iskop tal-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2/2025 huwa li jaġġorna n-naħa tad-dħul tal-baġit biex jitqiesu l-aħħar żviluppi u, barra minn hekk, li jaġġusta n-naħa tan-nefqa tal-baġit fir-rigward ta’ għadd ta’ partiti tan-nefqa,
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2/2025 jinvolvi reviżjoni tal-previżjonijiet tar-riżorsi proprji fir-rigward tad-dazji doganali, li huma 1 % anqas mill-previżjoni ta’ Mejju 2024, fir-rigward tal-bażi tal-VAT limitata, li hija 2,4 % anqas mill-previżjoni ta’ Mejju 2024, fir-rigward tal-iskart mhux irriċiklat mill-imballaġġ tal-plastik, li huwa 3,5 % anqas meta mqabbel mal-previżjoni ta’ Mejju 2024, u fir-rigward tal-bażi totali tal-ING tal-UE, li hija 0,5 % ogħla mill-previżjoni ta’ Mejju 2024,
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2/2025 jaġġorna wkoll il-kontribuzzjoni tar-Renju Unit għall-2025 skont il-ftehim dwar il-ħruġ, liema kontribuzzjoni tammonta għal EUR 1,53 biljun, tnaqqis żgħir ta’ EUR 25 miljun meta mqabbel mal-istima inkluża fil-baġit tal-2025;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2/2025 iqis ukoll il-multi, il-penali ta’ ksur u r-redditi negattivi msarrfa sal-aħħar ta’ Mejju 2025, li jżid il-previżjoni inizjali għall-multi u l-penali fil-baġit tal-2025 b’EUR 291 miljun,
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi, min-naħa tan-nefqa, l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2/2025 jipproponi għadd ta’ aġġornamenti tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament, b’mod l-aktar prominenti tisħiħ ta’ EUR 3,5 biljun f’pagamenti għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR),
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jieħu nota tal-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2/2025, kif imressaq mill-Kummissjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jieħu nota li t-tnaqqis fl-ammont ta’ riżorsi proprji għajr l-ING u l-ħtiġijiet ta’ pagament addizzjonali min-naħa tan-nefqa jirriżultaw fi ħtieġa globali akbar fil-kontribuzzjonijiet tal-ING ta’ EUR 4,3 biljun; jirrikonoxxi li dan jimplika modifika tar-rata uniformi ta’ ġbir tal-ING minn 0,527 % (fl-ABE 1/2025) għal 0,547 % fl-ABE 2/2025;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jissottolinja li, bl-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2/2025, it-tnaqqis ta’ somma f’daqqa tal-ING għall-ħames Stati Membri benefiċjarji jammonta għal ftit anqas minn EUR 9,2 biljun (gross); jisħaq li dawn ir-ribassi huma marbuta mal-inflazzjoni u għalhekk żdiedu b’rata ogħla mil-limiti massimi tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP), liema limiti jiġu aġġustati kull sena abbażi tad-deflatur ta’ 2 %; jenfasizza li l-baġit tal-Unjoni tqiegħed taħt tensjoni konsiderevoli biex jirrispondi għal diversi kriżijiet f’dawn l-aħħar ftit snin; jissottolinja li din l-anomalija fir-rigward tar-ribassi żżid il-piż fuq l-Istati Membri l-oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jilqa’ l-isforzi l-ġodda tal-Kummissjoni biex tippreżenta aktar għażliet għal sorsi ġodda ta’ dħul għall-baġit tal-Unjoni; f’dan ir-rigward, jieħu nota tal-proposta tal-Kummissjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta’ Lulju 2025; iqis li l-adozzjoni rapida ta’ riżorsi proprji ġodda hija meħtieġa sabiex jiżdiedu r-riżorsi disponibbli għall-baġit; jisħaq li riżorsi proprji ġodda jridu jkunu ġusti u huma essenzjali mhux biss biex jippermettu l-ħlas lura tas-self tan-Next Generation EU, iżda biex jiġi żgurat li l-Unjoni tkun mgħammra biex tkopri l-ħtiġijiet ta’ nfiq akbar tagħha; f’dan il-kuntest, ifakkar fil-pożizzjoni li ilu jħaddan li l-gwadann imprevist li jirriżulta minn multi u penali, jew ammonti ekwivalenti, għandu jintuża bħala dħul supplimentari għall-baġit tal-Unjoni għal skopijiet ta’ rispons għall-kriżijiet jew ħtiġijiet mhux mistennija u ma għandux iwassal għal tnaqqis korrispondenti fil-kontribuzzjonijiet ibbażati fuq l-ING; jisħaq li, fil-QFP attwali, ammonti bħal dawn “jingħataw lura” lill-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jissottolinja li t-tagħlimiet mill-kriżijiet reċenti – il-pandemija, ix-xokkijiet tal-enerġija, u l-gwerra fl-Ukrajna – jirrikjedu riflessjoni serja dwar il-flessibbiltà fil-QFP li jmiss; itenni l-pożizzjoni tiegħu li l-Istrument ta’ Flessibbiltà futur għandu jiġi alimentat minn għadd ta’ sorsi addizzjonali ta’ finanzjament, inkluż is-surplus annwali mis-sena preċedenti, multi u rimborżi; jieħu nota tad-dispożizzjonijiet rilevanti fir-Regolament QFP propost, fejn il-Kummissjoni tipproponi li żżid ċerti ammonti mal-Istrument ta’ Flessibbiltà, f’konformità mat-talbiet li ilhom isiru mill-Parlament; ifakkar, madankollu, li l-flessibbiltà m’għandhiex issir għad-detriment tat-trasparenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jilqa’ l-aġġustamenti ʼl fuq għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament għall-Fond għall-Iżvilupp Rurali, li jindikaw li l-implimentazzjoni tal-pjanijiet strateġiċi tal-PAK 2023–2027 kif ukoll l-interventi fl-ambitu tal-programmi 2014–2020 qed jaċċelleraw u b’hekk qed inaqqsu d-dewmien fis-snin baġitarji preċedenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Ifaħħar it-titjib li qed isir fil-qasam tal-mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri (CBAM), iżda jistaqsi għaliex simplifikazzjoni fir-Regolament CBAM għandha tinvolvi żieda fil-ħtiġijiet ta’ madwar EUR 8 miljun, pjuttost milli tnaqqis minħabba titjib fl-effiċjenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Iqis ukoll ta’ dubju l-fatt li l-ħtiġijiet addizzjonali għas-sistema doganali ċentralizzata fl-Intestatura 1 u għal CBAM fl-Intestatura 3 jiġu kkumpensati bi tnaqqis proporzjonat tal-allokazzjonijiet fl-ambitu tal-Istrument għat-Tagħmir ta’ Kontroll Doganali fl-Intestatura 4; jiddispjaċih li s-sitwazzjoni baġitarja attwali wasslet lill-Kummissjoni biex tirrialloka fondi sinifikanti fl-Intestaturi kollha u jfakkar fil-pożizzjoni li ilu jħaddan li l-prijoritajiet, il-kompiti jew il-ħtiġijiet ta’ politika ġodda għandhom ikunu akkumpanjati minn flus ġodda; jisħaq bil-qawwa li r-riallokazzjonijiet rikorrenti mhumiex mod vijabbli biex jiġu ffinanzjati l-prijoritajiet tal-Unjoni peress li jagħmlu ħsara lill-investimenti u jipperikolaw it-twettiq tal-objettivi ta’ politika li jkun intlaħaq qbil dwarhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jenfasizza u jilqa’ l-fatt li xi modifiki fit-tabella tal-persunal għall-Awtorità tal-UE għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus se jippermettu lil din l-aġenzija twettaq il-kompiti tagħha fil-ħin u b’mod effiċjenti; ifakkar li din l-istituzzjoni ewlenija għandha rwol ċentrali fil-protezzjoni ta’ flus il-kontribwenti u ġiet appoġġjata bis-sħiħ mill-Parlament Ewropew;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jilqa’ l-progress li għamlet il-Bulgarija fir-rigward tal-introduzzjoni tal-Euro u jappoġġja bis-sħiħ mezzi addizzjonali biex il-bidla fil-munita tiġi akkumpanjata minn attivitajiet ta’ komunikazzjoni xierqa u mmirati; jirrikonoxxi li minħabba n-nuqqas ta’ marġni mhux allokat fl-Intestatura 2b, l-Istrument ta’ Flessibbiltà jrid jiġi mobilizzat għal dan l-għan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2/2025;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 2/2025 ġie adottat b’mod definittiv u biex tiżgura li jiġi ppubblikat f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-istituzzjonijiet l-oħra u lill-entitajiet ikkonċernati, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>