<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0219</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati wara applikazzjoni mill-Ġermanja – EGF/2025/002 DE/Goodyear 2</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0168/2025 - Rapporteur: Olivier Chastel)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ottubru 2025 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (wara applikazzjoni ppreżentata mill-Ġermanja – EGF/2025/002 DE/Goodyear 2 (COM(2025)0302 – C10-0182/2025 – 2025/0245(BUD))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2025)0302 – C10-0182/2025),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/691 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 153, 3.5.2021, p. 48, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/691/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (“ir-Regolament dwar il-FEG”),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/2093/oj.</FIELD></FOOTNOTE> kif emendat bir-Regolament (UE, Euratom) 2024/765<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2024/765 tad-29 ta’ Frar 2024 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L, 2024/765, 29.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/765/oj)<STRING ITALIC="on">.</STRING></FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28 ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2020/1222/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-punt 9 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A10-0168/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-Unjoni stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex tipprovdi appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li qegħdin ibatu l-konsegwenzi ta’ bidliet strutturali kbar fix-xejriet tal-kummerċ dinji jew tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, u biex tgħinhom jintegraw mill-ġdid fis-suq tax-xogħol; billi din l-assistenza hija pprovduta permezz ta’ appoġġ finanzjarju li jingħata lill-ħaddiema u lill-kumpaniji li jkunu ħadmu magħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Ġermanja ppreżentat l-applikazzjoni EGF/2025/002 DE/Goodyear 2 għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG), wara 1 171 sensja<FOOTNOTE><FIELD> Fis-sens tal-Artikolu 3 tar-Regolament dwar il-FEG.</FIELD></FOOTNOTE> fis-settur ekonomiku kklassifikat fid-diviżjoni 22 tan-NACE Reviżjoni 2 (Manifattura tal-prodotti tal-lastku u tal-plastik) fir-reġjuni ta’ Kassel (DE73) u Darmstadt (DE71), b’747 sensja f’perjodu ta’ referenza għall-applikazzjoni mill-1 ta’ Settembru 2024 sal-1 ta’ Jannar 2025, u 424 sensja qabel jew wara l-perjodu ta’ referenza;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi għall-424 sensja li l-attività tagħhom waqfet qabel jew wara l-perjodu ta’ referenza ta’ 4 xhur, tista’ tiġi stabbilita rabta kawżali ċara mal-event li wassal għall-waqfien tal-attività għall-ħaddiema ssensjati matul il-perjodu ta’ referenza kif meħtieġ mill-Artikolu 6(2) tar-Regolament dwar il-FEG;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-applikazzjoni hija bbażata fuq il-kriterji ta’ intervent tal-Artikolu 4(2), il-punt (a), tar-Regolament dwar il-FEG, li jirrikjedi l-waqfien tal-attività ta’ mill-anqas 200 ħaddiem issensjat jew persuna li jaħdmu għal rashom matul perjodu ta’ referenza ta’ 4 xhur, f’intrapriża fi Stat Membru, inklużi ħaddiema ssensjati f’intrapriżi ta’ fornituri u produtturi downstream;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna u ż-żieda fl-inflazzjoni kellhom impatt fuq il-kost tal-enerġija, tal-materjali u tax-xogħol, u dan żied il-pressjoni fuq il-marġni tal-kumpanija Goodyear;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi Goodyear Germany GmbH hija speċjalizzata fil-manifattura ta’ prodotti tal-lastku u tal-plastik, b’mod partikolari t-tajers; billi l-kumpanija ġiet affettwata b’mod sinifikanti minn kompetizzjoni intensifikata minn importazzjonijiet bi prezz baxx li joriġinaw mill-Asja;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi din hija t-tieni mobilizzazzjoni tal-FEG mitluba mill-awtoritajiet Ġermaniżi wara ristrutturar tal-kumpanija Goodyear, peress li l-FEG ġie mobilizzat wara l-għeluq ta’ wieħed mill-impjanti tal-kumpanija f’Philippsburg fl-2017;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi t-tnaqqis rapidu fid-domanda, flimkien maż-żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni, ġiegħlu lill-kumpanija twettaq proċess ta’ ristrutturar, li kien jinvolvi l-għeluq ta’ wieħed mis-siti tal-produzzjoni tagħha u l-għeluq parzjali ta’ ieħor fil-Ġermanja fl-2024;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-baġit federali tal-Ġermanja kif ukoll Bundesagentur für Arbeit qed jipprovdu l-prefinanzjament u l-kofinanzjament nazzjonali tal-miżuri;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi kien hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE u f’dik nazzjonali rigward is-sensji kollettivi;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG għandhom ikunu primarjament diretti lejn miżuri ta’ politika attivi tas-suq tax-xogħol u servizzi personalizzati li jimmiraw lejn ir-riintegrazzjoni rapida tal-benefiċjarji f’impjieg deċenti u sostenibbli fi ħdan jew barra s-settur tal-attività inizjali tagħhom, filwaqt li jħejjuhom għal ekonomija Ewropea aktar ekoloġika u aktar diġitali;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-Fond ma jridx jaqbeż ammont annwali massimu ta’ EUR 30 miljun (prezzijiet tal-2018), kif stabbilit fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 kif emendat mill-Kunsill (UE, Euratom) 2024/765;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jaqbel mal-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(2), il-punt (a), tar-Regolament dwar il-FEG huma ssodisfati u li l-Ġermanja hija intitolata għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ EUR 3 085 166 skont dak ir-Regolament, somma li tirrappreżenta 60 % tal-ispiża totali ta’ EUR 5 141 944, liema spiża tinkludi n-nefqa għal servizzi personalizzati ta’ EUR 4 936 274 u n-nefqa għal attivitajiet ta’ tħejjija, ta’ ġestjoni, ta’ informazzjoni u ta’ pubbliċità, ta’ kontroll u ta’ rapportar ta’ EUR 205 670;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinnota li l-awtoritajiet Ġermaniżi ppreżentaw l-applikazzjoni fl-10 ta’ Marzu 2025, u li, wara l-għoti ta’ informazzjoni addizzjonali mill-Ġermanja, il-Kummissjoni ffinalizzat il-valutazzjoni tagħha fid-29 ta’ Lulju 2025, aktar minn erba’ xhur wara, u l-Parlament ġie notifikat fis-26 ta’ Awwissu 2025;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota li l-applikazzjoni hija relatata mal-1 171 ħaddiem issensjat affettwat mill-għeluq tas-sit tal-produzzjoni f’Fulda u l-għeluq parzjali tal-faċilitajiet tal-produzzjoni f’Hanau; jinnota wkoll li total ta’ 915-il ħaddiem issensjat se jkunu benefiċjarji fil-mira u huma mistennija jipparteċipaw fil-miżuri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jieħu nota li l-biċċa l-kbira tal-ħaddiema ssensjati għandhom livell baxx ta’ edukazzjoni (56 % b’edukazzjoni sekondarja tal-ewwel livell jew anqas) u għandhom 54 sena jew aktar (42 %); jissottolinja li l-ħaddiema akbar fl-età b’mod partikolari jikkostitwixxu grupp vulnerabbli ħafna, li jaffaċċja ostakli sinifikanti għall-impjieg mill-ġdid minħabba opportunitajiet limitati għat-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jirrimarka li s-sensji tal-Goodyear żiedu r-rata annwali tal-qgħad fir-reġjun ta’ Fulda b’aktar minn 10 %, b’impatt sproporzjonat fuq il-ħaddiema rġiel u l-individwi li għandhom aktar minn 50 sena, li l-kwalifiki u settijiet ta’ ħiliet tagħhom mhumiex rilevanti li huma allinjati ħażin mad-domandi attwali tas-suq tax-xogħol; jisħaq li hija meħtieġa azzjoni rapida biex jiġi evitat tnaqqis strutturali reġjonali u jenfasizza l-importanza li jitrawmu impjiegi ta’ kwalità għolja u orjentati lejn il-futur biex tiġi żgurata reżiljenza ekonomika u soċjali fit-tul;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Ifakkar li s-servizzi personalizzati li jridu jiġu pprovduti lill-ħaddiema jikkonsistu mill-azzjonijiet li ġejjin: miżuri sostanzjali ta’ titjib tal-ħiliet jew ta’ taħriġ mill-ġdid, gwida u konsulenza u miżuri ta’ orjentazzjoni u attivazzjoni vokazzjonali, servizzi u għotjiet ta’ konsulenza għall-intrapriżi start-up, għajnuna għat-tfittix ta’ impjieg, inċentivi għat-titjib tal-ħiliet u għal żidiet, allowances għat-taħriġ, taħriġ fil-ħiliet diġitali; jenfasizza f’dan il-kuntest li forza tax-xogħol imħarrġa sew hija essenzjali għal ekonomija Ewropea li tibqa’ valida fil-futur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Iqis li hija responsabbiltà soċjali tal-Unjoni u tal-Istati Membri li jipprovdu lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja l-kwalifiki meħtieġa għal ekonomija Ewropea li tibqa’ valida fil-futur li twettaq it-trasformazzjoni diġitali u ekoloġika; iqis għalhekk li l-mobilizzazzjoni tal-FEG jeħtieġ li tiġi inkorporata f’reazzjoni politika akbar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jitlob li jsiru evalwazzjonijiet finali bir-reqqa tal-miżuri implimentati, li jinkorporaw data dwar l-għadd ta’ ħaddiema integrati mill-ġdid b’suċċess fl-impjieg kif ukoll dawk li lestew il-miżuri ta’ taħriġ u titjib tal-ħiliet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jinnota li mill-20 ta’ Frar 2025, ġew konklużi total ta’ 915-il kuntratt tripartitiku bejn Goodyear, l-impjegati, u PMB International GmbH, il-fornitur ta’ servizzi magħżul biex jiġġestixxi l-kumpanija ta’ trasferiment, b’781 persuna pjanata għal Fulda u 134 għal Hanau; jilqa’ l-indikazzjoni li dawn in-numri mistennija jiżdiedu hekk kif jiġu ffirmati aktar ftehimiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jinnota li l-Ġermanja bdiet toffri servizzi personalizzati lill-benefiċjarji fil-mira fl-1 ta’ Novembru 2024 u li, għalhekk, il-perjodu ta’ eliġibbiltà għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG se jkun minn dik id-data sa 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jinnota li l-Ġermanja bdiet iġġarrab nefqa amministrattiva biex timplimenta l-FEG fl-1 ta’ Novembru 2024 u li, għalhekk, tali nefqa għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG minn dik id-data sa 31 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jisħaq li l-awtoritajiet Ġermaniżi pprovdew aċċertament li l-prinċipji tat-trattament ugwali u tan-nondiskriminazzjoni se jiġu rispettati fl-aċċess għall-azzjonijiet proposti u fl-implimentazzjoni tagħhom, u li kwalunkwe finanzjament doppju se jiġi evitat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Ifakkar li l-awtoritajiet Ġermaniżi jirrikonoxxu l-oriġini tal-finanzjament tal-Unjoni u jiżguraw il-viżibbiltà tiegħu, filwaqt li jenfasizzaw il-valur miżjud tal-Unjoni; jenfasizza li dan għandu jinkiseb permezz ta’ miżuri ta’ informazzjoni mmirati li jindirizzaw il-benefiċjarji, is-sħab soċjali u l-midja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Itenni li l-għajnuna mill-FEG ma tridx tissostitwixxi azzjonijiet li huma r-responsabbiltà tal-kumpaniji, bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni nazzjonali jew ta’ ftehimiet kollettivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti ta’ sforzi koerenti u kkoordinati għall-kompetittività tal-Unjoni, żviluppati fi sħubija mill-qrib mal-Istati Membri, sabiex jiġu ssalvagwardjati l-bażi tal-impjiegi industrijali u s-sigurtà soċjali tal-Ewropa; jissottolinja li ekonomija Ewropea robusta u reżiljenti biss tista’ tipprevjeni b’mod effettiv is-sensji fuq skala kbira, u b’hekk qabelxejn tnaqqas il-ħtieġa ta’ intervent tal-FEG;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Japprova d-deċiżjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex tiżgura li tiġi ppubblikata fil-<STRING ITALIC="on">Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST><TXTLST><ANNEX><TI><STRING BOLD="on">ANNESS</STRING></TI><STI><STRING BOLD="on">DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL</STRING></STI>
<STRING BOLD="on">dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati wara applikazzjoni ppreżentata mill-Ġermanja – EGF/2025/002 DE/Goodyear 2</STRING>

<STRING ITALIC="on">(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, id-Deċiżjoni (UE) 2025/2135.)</STRING>
</ANNEX></TXTLST></SDOCTA>