<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0220</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati wara applikazzjoni mill-Belġju -  EGF/2025/001 BE/BelGaN </STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0163/2025 - Rapporteur: Bogdan Rzońca)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ottubru 2025 dwar il proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati wara applikazzjoni mill-Belġju – EGF/2025/001 BE/BelGaN (COM(2025)0157 – C10-0188/2025 – 2025/0198(BUD))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2025)0157 – C10‑0188/2025),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/691 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 153, 3.5.2021, p. 48, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/691/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (“ir-Regolament dwar il-FEG”),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/2093/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, kif emendat bir-Regolament (UE, Euratom) 2024/765<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2024/765 tad-29 ta’ Frar 2024 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L, 2024/765, 29.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/765/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar ir-riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2020/1222/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-punt 12 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A10-0163/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-Unjoni stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex tipprovdi appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li jkunu qed ibatu l-konsegwenzi ta’ bidliet strutturali kbar fix-xejriet tal-kummerċ dinji jew tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, u biex tgħinhom jintegraw mill-ġdid fis-suq tax-xogħol; billi din l-assistenza hija pprovduta permezz ta’ appoġġ finanzjarju li jingħata lill-ħaddiema u lill-kumpaniji li jkunu ħadmu magħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Belġju ppreżenta l-applikazzjoni EGF/2025/001 BE/BelGaN għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG), wara li ngħataw 417-il sensja fis-settur ekonomiku kklassifikat taħt id-diviżjoni 26 tal-NACE Reviżjoni 2 (Manifattura ta’ kompjuters, prodotti elettroniċi u ottiċi) fir-reġjun ta’ Provincie-Oost-Vlaanderen (BE23) f’perjodu ta’ referenza ta’ 4 xhur għall-applikazzjoni mill-31 ta’ Lulju 2024 sat-30 ta’ Novembru 2024;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-applikazzjoni hija bbażata fuq il-kriterji ta’ intervent tal-Artikolu 4(2), il-punt (a), tar-Regolament dwar il-FEG, li jirrikjedi l-waqfien tal-attività ta’ mill-anqas 200 ħaddiem issensjat jew persuna li jaħdmu għal rashom matul perjodu ta’ referenza ta’ 4 xhur, f’intrapriża fi Stat Membru, inklużi ħaddiema ssensjati f’intrapriżi ta’ fornituri u produtturi downstream;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna u ż-żieda fl-inflazzjoni kellhom impatt fuq il-kost tal-enerġija, tal-materjali u tax-xogħol, u dan żied il-pressjoni fuq il-marġni ta’ BelGaN;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi BelGaN kienet tispeċjalizza fil-manifattura tas-semikondutturi għas-settur tal-karozzi; billi l-industrija Ewropea tal-karozzi u tal-fornituri qed tiffaċċja pressjoni bla preċedent minn sfidi kemm esterni kif ukoll interni, bħad-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-kostijiet għoljin tal-enerġija;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-kumpanija esperjenzat tnaqqis sinifikanti fil-profittabbiltà minħabba restrizzjonijiet fil-fluss tal-flus li rriżultaw mit-tranżizzjoni minn ċipep ibbażati fuq is-siliċju għat-teknoloġija tan-nitrur tal-gallju (GaN), li kienet imxekkla minn kostijiet ta’ produzzjoni għoljin u investimenti insuffiċjenti matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi BelGaN iddikjarat falliment fit-30 ta’ Lulju 2024;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi s-servizzi tal-impjiegi Fjammingi (VDAB<FOOTNOTE><FIELD> Vlaamse Dienst voor Arbeidsbemiddeling en Beroepsopleiding.</FIELD></FOOTNOTE>) qed jipprovdu l-prefinanzjament u l-kofinanzjament nazzjonali tal-miżuri;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-kumpanija, f’konformità mal-liġi Belġjana, segwiet il-proċedura obbligatorja biex tinforma u tikkonsulta lir-rappreżentanti tal-ħaddiema; billi r-rekwiżit għat-twaqqif ta’ unità tal-impjieg, li l-iskop tagħha huwa li tipprovdi lill-ħaddiema ssensjati fil-kuntest ta’ sensji kollettivi b’servizzi ta’ rikollokament, ma japplikax fil-każ ta’ falliment u għalhekk is-servizzi ta’ rikollokament ġew ipprovduti mill-VDAB;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG għandhom ikunu primarjament diretti lejn miżuri ta’ politika attivi tas-suq tax-xogħol u servizzi personalizzati li jimmiraw lejn ir-riintegrazzjoni rapida tal-benefiċjarji f’impjieg deċenti u sostenibbli fi ħdan jew barra s-settur tal-attività inizjali tagħhom, filwaqt li jħejjuhom għal ekonomija Ewropea aktar ekoloġika u aktar diġitali;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-FEG ma għandux jaqbeż ammont annwali massimu ta’ EUR 30 miljun (fi prezzijiet tal-2018), kif stabbilit fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 kif emendat bir-Regolament (UE, Euratom) 2024/765;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jaqbel mal-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(2), il-punt (a), tar-Regolament tal-FEG huma ssodisfati u li l-Belġju huwa intitolat għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ EUR 931 690 skont dak ir-Regolament, somma li tirrappreżenta 85 % tal-kost totali ta’ EUR 1 096 107, li tinkludi n-nefqa għal servizzi personalizzati ta’ EUR 1 052 607 u n-nefqa għall-attivitajiet ta’ tħejjija, ġestjoni, informazzjoni u pubbliċità, kontroll u rapportar ta’ EUR 43 500;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinnota li l-awtoritajiet Belġjani ressqu l-applikazzjoni fil-21 ta’ Frar 2025, u li, wara li l-Belġju ta informazzjoni addizzjonali, il-Kummissjoni ffinalizzat il-valutazzjoni tagħha fis-7 ta’ Lulju 2025 u nnotifikatha lill-Parlament fis-26 ta’ Awwissu 2025; jenfasizza l-importanza li jitnaqqas iż-żmien bejn is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni għal assistenza mill-FEG u d-deċiżjoni ta’ finanzjament; jissottolinja l-ħtieġa li jiġu ssimplifikati u aċċellerati l-proċeduri interni mingħajr ma jiġi mminat il-bilanċ istituzzjonali, b’mod partikolari d-drittijiet tal-Parlament Ewropew bħala awtorità baġitarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota li l-applikazzjoni hija relatata ma’ 417-il ħaddiem li ngħataw is-sensja fil-kumpanija TNT BelGaN;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jirrimarka li s-sensji ta’ BelGaN wasslu r-rata tal-qgħad annwali għal + 9 % fit-territorju ta’ Oudenaarde, b’mod partikolari fost il-ħaddiema qiegħda b’livell għoli u medju ta’ ħiliet; jinnota li, fl-istess ħin, l-opportunitajiet ta’ impjieg fiż-żona naqsu bi 22 %, minħabba żieda kunsiderevoli fl-għadd ta’ intrapriżi li ddikjaraw falliment matul l-aħħar tliet snin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Ifakkar li s-servizzi personalizzati li jridu jiġu pprovduti lill-ħaddiema jikkonsistu mill-azzjonijiet li ġejjin: sessjonijiet ta’ informazzjoni, rikollokament, taħriġ u taħriġ mill-ġdid, taħriġ fuq il-post tax-xogħol, fiera tal-impjiegi, għajnuna għat-tfittix ta’ impjieg, u tqabbil tal-impjiegi bl-għan li l-ħaddiema jkunu jistgħu jerġgħu jidħlu fis-suq tax-xogħol malajr kemm jista’ jkun, billi jiġu mgħammra b’ħiliet u taħriġ ta’ kwalità għolja rilevanti għal impjegaturi prospettivi fis-settur, filwaqt li fl-istess ħin titrawwem il-kapaċità tagħhom li jiżviluppaw inizjattivi intraprenditorjali u proġetti ġodda; jenfasizza f’dan il-kuntest li forza tax-xogħol imħarrġa sew hija essenzjali għal ekonomija Ewropea li tibqa’ valida fil-futur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jitlob evalwazzjonijiet finali komprensivi tal-miżuri implimentati, inkluża data dwar l-għadd ta’ ħaddiema integrati mill-ġdid b’suċċess fl-impjieg u feedback mill-benefiċjarji dwar il-kwalità u r-rilevanza tal-appoġġ ipprovdut;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jinnota li l-Belġju beda joffri servizzi personalizzati lill-benefiċjarji fil-mira fit-8 ta’ Awwissu 2024 u li, għalhekk, il-perjodu ta’ eleġibbiltà għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG se jkun minn dik id-data sa 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jinnota li l-Belġju beda jassumi nefqa amministrattiva biex jimplimenta l-FEG fil-31 ta’ Lulju 2024 u li, għalhekk, tali nefqa għandha tkun eleġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG minn dik id-data sa 31 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jisħaq li l-awtoritajiet Belġjani taw l-assikurazzjoni li l-prinċipji tat-trattament ugwali u tan-nondiskriminazzjoni se jiġu rispettati fl-aċċess għall-azzjonijiet proposti u fl-implimentazzjoni tagħhom, u li se ssir prevenzjoni għal finanzjament doppju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żgurati rikonoxximent u viżibbiltà ċari tal-finanzjament tal-Unjoni biex jiġi enfasizzat il-valur miżjud tiegħu; jappella għal komunikazzjoni konsistenti u mmirata tajjeb lill-benefiċjarji, lill-awtoritajiet reġjonali u lokali, lis-sħab soċjali, lill-midja, u lill-pubbliku ġenerali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Itenni li l-għajnuna mill-FEG ma tridx tissostitwixxi azzjonijiet li huma r-responsabbiltà tal-kumpaniji, bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni nazzjonali jew ta’ ftehimiet kollettivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Japprova d-deċiżjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST><TXTLST><ANNEX><TI><STRING BOLD="on">ANNESS</STRING></TI><STI><STRING BOLD="on">DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL</STRING></STI>
<STRING BOLD="on">dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati wara applikazzjoni mill-Belġju</STRING> – <STRING BOLD="on">EGF/2025/001 BE/BelGaN</STRING>

<STRING ITALIC="on">(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, id-Deċiżjoni (UE) 2025/2133.)</STRING>
</ANNEX></TXTLST></SDOCTA>