<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0221</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-istrateġija politika tal-UE dwar l-Amerka Latina</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0171/2025 - Rapporteur: Davor Ivo Stier)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ottubru 2025 dwar l-istrateġija politika tal-UE dwar l-Amerka Latina (2025/2083(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), u b’mod partikolari t-Titolu V tiegħu dwar l-azzjoni esterna tal-UE,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 3 sa 21 tat-TUE, u l-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta’ April 2025 dwar l-implimentazzjoni tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni – rapport annwali 2024<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2025)0057.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali, li jemenda u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (UE) 2017/1601 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 209, 14.6.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/947/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Marzu 2023 dwar il-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/398, 23.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/398/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs), adottata f’Settembru 2015,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar il-Venezwela, b’mod partikolari dik tal-21 ta’ Jannar 2025 dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela wara l-użurpazzjoni tal-presidenza fl-10 ta’ Jannar 2025<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/2148, 23.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2148/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u dik tad-19 ta’ Settembru 2024 dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/7215, 10.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7215/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, dwar Kuba, b’mod partikolari dik tat-12 ta’ Lulju 2023 dwar l-istat tal-Ftehim ta’ Djalogu Politiku u ta’ Kooperazzjoni (PDCA) bejn l-UE u Kuba fid-dawl taż-żjara reċenti tar-Rappreżentant Għoli fil-gżira<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/4001, 17.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4001/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u dik tad-19 ta’ Settembru 2024 dwar il-każ ta’ José Daniel Ferrer García f’Kuba<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/7213, 10.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7213/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u dwar in-Nikaragwa, b’mod partikolari dik tat-13 ta’ Frar 2025 dwar ir-repressjoni mir-reġim Ortega-Murillo fin-Nikaragwa, b’mod partikolari kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, l-avversarji politiċi u l-komunitajiet reliġjużi<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/2249, 29.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2249/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-tnejn u tletin riżoluzzjoni adottati mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fil-perjodu mill-1992 sal-2024, inkluża r-riżoluzzjoni A/RES/79/7, tal-1 ta’ Novembru 2024, bit-titolu “Necessity of ending the economic, commercial and financial embargo imposed by the United States of America against Cuba” (Il-bżonn li jinġieb fi tmiemu l-embargo ekonomiku, kummerċjali u finanzjarju impost mill-Istati Uniti tal-Amerka kontra Kuba),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar is-sitwazzjoni fil-Haiti, b’mod partikolari r-riżoluzzjoni 58/32 tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-4 ta’ April 2025 bit-titolu “Technical assistance and capacity-building to improve the situation of human rights in Haiti, in connection with a request from the authorities of Haiti for coordinated and targeted international action” (Assistenza teknika u żvilupp ta’ kapaċitajiet biex titjieb is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Haiti, b’rabta ma’ talba, ippreżentata mill-awtoritajiet tal-Haiti, għal azzjoni internazzjonali koordinata u mmirata”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2025 bit-titolu “Perkorsi għall-progress: nimmassimizzaw l-impatt għall-iżvilupp sostenibbli u l-prosperità globali”, approvati fl-4099 laqgħa tiegħu li saret qabel ir-raba’ Konferenza Internazzjonali dwar il-Finanzjament tal-Iżvilupp, li saret Sivilja mit-30 ta’ Ġunju sat-3 ta’ Lulju 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tas-7 ta’ Ġunju 2023 bit-titolu “Aġenda Ġdida għar-Relazzjonijiet bejn l-UE u l-Amerka Latina u l-Karibew” (JOIN(2023)0017),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-1 ta’ Diċembru 2021 bit-titolu “Il-Portal Globali” (Global Gateway)(JOIN(2021)0030),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni ES-11/1 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tat-2 ta’ Marzu 2022 bit-titolu “Aggression against Ukraine” (L-aggressjoni kontra l-Ukrajna),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni, adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fit-13 ta’ Settembru 2007,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-25 ta’ Novembru 2020 tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà bit-titolu “Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar il-Ġeneru (Gender Action Plan, GAP) III – Aġenda Ambizzjuża għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri u l-Għoti tas-Setgħa lin-Nisa fl-Azzjoni Esterna tal-UE” (JOIN(2020)0017),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Eliminazzjoni tal-Vjolenza kontra n-Nisa, adottata fl-20 ta’ Diċembru 1993,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa tal-11 ta’ Mejju 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika (Konvenzjoni ta’ Istanbul), li tagħha l-UE hija firmatarja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) u l-Ftehim ta’ Pariġi, adottat fit-12 ta’ Diċembru 2015fl-okkażjoni tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Patt għall-Futur, adottat fl-okkażjoni tas-Summit tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Futur tat-22 ta’ Settembru 20241,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tas-Summit bejn l-UE u l-Komunità ta’ Stati tal-Amerka Latina u tal-Karibew (CELAC) tal-2023, li sar fi Brussell fis-17 u t-18 ta’ Lulju 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Aġenda ta’ Investiment tal-Global Gateway UE-LAC imħabbra matul is-summit UE-CELAC, fi sar Brussell f’Lulju 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Ministri għall-Intern u/jew għas-Sigurtà tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u tal-Ministri responsabbli għal kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-Istati Membri tal-Kumitat Latino-Amerikan għas-Sigurtà Interna, adottata fil-5 ta’ Marzu 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta mill-Kunsill u r-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni, tat-30 ta’ Ġunju 2017, bit-titolu “Il-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp il-ġdid – “Id-Dinja tagħna, id-Dinjità tagħna, il-Futur tagħna””<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 210, 30.6.2017, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport Ewropew dwar id-Drogi 2025 ippubblikat mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar id-Drogi fil-5 ta’ Ġunju 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim Reġjonali dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku u l-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali fl-Amerka Latina u fil-Karibew (Ftehim ta’ Escazú) tal-4 ta’ Marzu 2018,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A10-0171/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-UE u n-nazzjonijiet tal-Amerka Latina u tal-Karibew (LAC) jikkondividu rabtiet storiċi, reliġjużi, kulturali u ekonomiċi li ilhom jeżistu, u jiffurmaw alleanza naturali bbażata fuq id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-kooperazzjoni multilaterali; billi dawn ir-relazzjonijiet huma msaħħa minn rabtiet umani profondi, peress li ħafna ċittadini tal-LAC għandhom ukoll iċ-ċittadinanza tal-UE u viċeversa; billi l-alleanza bejn il-pajjiżi tar-reġjun u l-UE għandha tissejjes fuq id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-kooperazzjoni multilaterali;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-ordni internazzjonali għaddej minn trasformazzjoni profonda, li fiha l-loġika kooperattiva li ilha għexieren ta’ snin tirfed ir-relazzjonijiet dinjin qed tiġi sostitwita minn kompetizzjoni strateġika feroċi u li fiha l-liġi tal-attur l-aktar b’saħħtu thedded li tissostitwixxi d-dritt internazzjonali bħala prinċipju gwida; billi fi ftit snin is-sistema internazzjonali li kienet tiggarantixxi ċerta stabbiltà wara t-Tieni Gwerra Dinjija theżżet minn tensjonijiet dejjem akbar, impulsi nazzjonalistiċi u dinamiki kunflittwali li jheddu li jiksru l-ekwilibriju dinji; billi l-UE, li kienet waħda mill-arkitetti u mid-difensuri fidili ta’ sistema multilaterali bbażata fuq ir-regoli, illum qiegħda tħabbat wiċċha ma’ ambjent ostili u diffiċli; billi t-tensjonijiet strutturali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, it-tqegħid f’dubju tal-valuri demokratiċi f’varji reġjuni u t-tentazzjoni li nersqu lejn bipolarità li tirriduċi l-kumplessità tad-dinja għal konfront bejn potenzi, jirrikjedu risposta soda u strateġika min-naħa tal-Ewropa; billi huma ftit ir-relazzjonijiet reġjonali li joffru tant potenzjal u tant opportunitajiet għall-Ewropa bħar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tal-LAC, b’mod partikolari biex jiġu indirizzati l-isfidi komuni bħal dik li tiġi garantita d-disponibbiltà tal-materja prima, tiġi promossa t-tranżizzjoni enerġetika, tiġi ġestita l-migrazzjoni u jiġu miġġielda l-kriminalità organizzata u t-traffikar tad-droga, bil-għan li jissawwar futur ta’ libertà, sigurtà u prosperità;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-UE u s-sħab tal-LAC huma impenjati li jibnu l-kooperazzjoni tagħhom fuq l-istabbiltà, l-affidabbiltà, is-sjieda konġunta, il-koresponsabbiltà u djalogu bireġjonali li jirrifletti d-diversità u l-asimmetriji taż-żewġ reġjuni, filwaqt li jpoġġi lin-nies, lill-koeżjoni soċjali u lill-iżvilupp inklużiv fil-qalba tiegħu;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-impenn bejn iż-żewġ reġjuni jkompli jissaħħaħ permezz ta’ relazzjonijiet bilaterali sodi u interazzjonijiet aktar approfonditi ma’ entitajiet bireġjonali u subreġjonali bħall-Komunità ta’ Stati tal-Amerka Latina u tal-Karibew (CELAC), l-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani (OAS), il-Mercosur, il-Komunità Andina, il-CARICOM/CARIFORUM u l-Alleanza tal-Paċifiku; billi s-sħubija strateġika UE-LAC tmur lura għall-1999, meta sar f’Rio de Janeiro l-ewwel Summit bireġjonali UE-LAC;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-popolazzjoni kumplessiva taż-żewġ reġjuni taqbeż il-biljun ruħ; billi, skont id-data tal-2023, il-kummerċ bilaterali ta’ oġġetti u servizzi jammonta għal EUR 395 biljun, b’żieda ta’ 45 % mill-2013, u l-investimenti diretti tal-UE fl-Amerka Latina kienu jammontaw għal aktar minn EUR 741 biljun fl-2022; billi l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi tal-Amerka Latina jikkondividu l-impenn li jilħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-Nazzjonijiet Uniti billi jippromwovu l-ġustizzja soċjali, l-ugwaljanza u l-iżvilupp sostenibbli; billi ż-żewġ reġjuni għadhom jaffrontaw sfidi importanti, fosthom l-inugwaljanza soċjali u bejn il-ġeneri, il-qgħad u l-faqar; billi d-data tal-Programm ta’ Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti jenfasizzaw l-bżonn urġenti ta’ investiment akbar fl-inklużjoni soċjali, peress li l-Amerka Latina għadha wieħed mir-reġjuni bl-akbar inugwaljanzi fid-dinja u fejn 58 % tal-abitanti taż-żoni rurali, b’mod partikolari l-popolazzjonijiet indiġeni, jgħix taħt is-soll tal-faqar, meta mqabbel mas-26 % tal-popolazzjoni taż-żoni urbani; billi, fl-2023, 41 miljun ruħ fl-Amerka Latina batew il-ġuħ u 187,6 miljun ruħ għexu sitwazzjoni ta’ insigurtà tal-ikel moderata jew gravi; billi l-inugwaljanza soċjali u ekonomika dejjem tikber, kemm fl-Ewropa kif ukoll fl-Amerka Latina, qanqlu l-iskuntentizza pubblika, il-frammentazzjoni soċjali u l-erożjoni tal-fiduċja fl-istituzzjonijiet demokratiċi, u ħolqu art fertili għal movimenti populisti u awtoritarji li jisfruttaw il-protesti, jippolarizzaw is-soċjetajiet u jikkompromettu l-istat tad-dritt, in-normi demokratiċi u d-dibattitu pluralistiku;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-UE u l-pajjiżi tal-LAC flimkien jikkostitwixxu terz tal-popolazzjoni totali tal-membri tan-Nazzjonijiet Uniti u jirrappreżentaw madwar 21 % tal-PDG globali;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-livelli għoljin ta’ dejn pubbliku, flimkien maż-żieda fil-kostijiet tas-servizzi, b’mod partikolari l-pagamenti tal-imgħax, u livell għoli ta’ impjieg informali fir-reġjun fl-2024, ikomplu joħolqu sfidi għall-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema u jikkontribwixxu għal aktar restrizzjonijiet fiskali, li huma fost l-ostakli ewlenin għall-iżvilupp sostenibbli fir-reġjun, b’impatti dejjiema fuq it-tkabbir, l-investimenti, il-faqar u l-inugwaljanza;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi tali inugwaljanzi jridu jiġu indirizzati b’mod urġenti sabiex jiġu promossi demokraziji aktar ġusti u aktar stabbli, jiġu emarġinati l-populiżmu u l-estremiżmu, u titwitta t-triq għal irkupru ekonomiku sostenibbli, il-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità, u prosperità kondiviża, jiġu indirizzati l-kawżi profondi tal-migrazzjoni u tal-ispostament furzat fir-reġjun, aggravati minn żieda bla preċedent tal-vjolenza, tal-insigurtà, tal-impunità u tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem; billi huwa kruċjali li jiġi permess l-iżvilupp ta’ spazju ċiviku san li jipproteġi lill-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u lid-difensuri tal-ambjent;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi 74 % tal-pajjiżi tal-LAC huma esposti ħafna għal fenomeni meteoroloġiċi estremi u sfidi importanti relatati mal-klima, bħall-impatt li ħalla El Niño fuq il-provvista tal-ikel; billi huwa t-tieni reġjun l-aktar espost għad-diżastri fid-dinja, b’aktar minn 190 miljun ruħ affettwati minn diżastri naturali f’dawn l-aħħar tletin sena, b’mod partikolari n-nisa u l-popolazzjonijiet l-aktar vulnerabbli; billi t-tibdil fil-klima jolqot b’mod partikolari l-Istati gżejjer ż-żgħar li qed jiżviluppaw tal-Karibew;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-pajjiżi tal-LAC fihom kważi 35 % taż-żoni forestali totali tad-dinja, 40 % tal-bijodiversità tad-dinja u madwar 50 % tal-ispeċijiet terrestri, li huma essenzjali fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima; billi l-għarfien tradizzjonali tal-komunitajiet indiġeni jista’ jiżvolġi rwol ċentrali fil-protezzjoni ta’ dawn il-foresti u l-ispeċijiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi kemm l-UE kif ukoll il-pajjiżi tal-LAC huma impenjati li jilħqu l-għanijiet tal-Ftehim ta’ Pariġi; billi l-prodotti primarji (prodotti agrikoli u riżorsi naturali) jirrappreżentaw madwar 50 % tal-esportazzjonijiet kollha ta’ oġġetti mill-pajjiżi tal-LAC; billi l-pajjiżi tal-LAC għandhom riżervi kbar ta’ materja prima meħtieġa biex tiġi żgurata t-trasformazzjoni ekoloġika u enerġetika tal-ekonomiji tagħna; billi l-bżonn ta’ din il-materja prima u l-kooperazzjoni relatata magħhom fil-qafas tal-proġetti Global Gateway għandhom ikunu bbażati fuq sħubijiet reċiprokament vantaġġużi li, fost affarijiet oħra, jiġġeneraw impjiegi u investimenti, u b’hekk jagħtu valur miżjud lir-reġjun u jindirizzaw fl-istess ħin l-isfida tal-pressjoni dejjem akbar fuq id-diversità u s-sigurtà tal-ikel; billi r-reġjun tal-LAC għandu quddiemu nuqqas sinifikanti ta’ investimenti biex iwettaq it-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali ġusta tiegħu;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi t-tendenzi demografiċi u epidemjoloġiċi u l-effetti tat-tibdil fil-klima fl-UE u fil-pajjiżi tal-LAC qegħdin iżidu d-domanda għall-indukrar, inkluż l-indukrar fit-tul, u għaldaqstant għandhom impatt fuq l-ugwaljanza tad-drittijiet u tal-opportunitajiet għan-nisa, li lilhom jiġi assenjat fil-biċċa l-bkira xogħol domestiku u ta’ indukrar imħallas u mhux imħallas fl-assenza ta’ politiki u servizzi ta’ indukrar suffiċjenti li jiżguraw il-korresponsabbiltà tal-ġeneru bejn l-irġiel u n-nisa;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-ordni multilaterali bbażat fuq ir-regoli li fuqu jissejsu l-paċi, il-prosperità, ir-rispett tal-istat tad-dritt, id-dritt internazzjonali u d-drittijiet tal-bniedem f’dawn l-aħħar 80 sena qed jiġi kkontestat dejjem aktar mit-tendenzi awtokratiċi fid-dinja kollha; billi ż-żewġ reġjuni flimkien għandhom terz tad-drittijiet ta’ vot fi ħdan in-Nazzjonijiet Uniti;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-gwerra ta’ aggressjoni illegali, inġustifikata u mhux provokata tar-Russja kontra l-Ukrajna tikkostitwixxi ksur flagranti tad-dritt internazzjonali u thedded is-sigurtà globali, u dan jirrikjedi pożizzjoni soda, koordinata u inekwivokabbli min-naħa tas-sħab demokratiċi, inklużi dawk tal-Amerka Latina u tal-Karibew; billi l-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tal-Amerka Latina u tal-Karibew appoġġjat ir-riżoluzzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi atturi esterni, b’mod partikolari ċ-Ċina, ir-Russja u l-Iran, estendew il-preżenza tagħhom fil-pajjiżi tal-LAC: Beijing żiedet l-investimenti fi proġetti infrastrutturali u marbuta mal-materja prima, Moska saħħet il-preżenza diplomatika, politika, propagandistika, militari u ta’ sigurtà tagħha u Tehran intensifikat l-attivitajiet ta’ intelligence fir-reġjun; billi dawn l-atturi esterni jsostnu l-forzi antidemokratiċi lokali u jikkontribwixxu għar-rigress tad-demokrazija; billi r-Russja tisfrutta d-dipendenzi ekonomiċi, b’mod partikolari mill-fertilizzanti u mid-diżil, u xxerred kampanji ta’ diżinformazzjoni maħsuba biex jiddestabbilizzaw is-sistemi demokratiċi; billi l-preżenza taċ-Ċina qiegħda wkoll toħloq dipendenzi ekonomiċi li jinfluwenzaw il-politika barranija tar-reġjun;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi l-libertà ta’ espressjoni u l-libertà ta’ għaqda huma komponenti fundamentali u fatturi kruċjali għal soċjetajiet demokratiċi, liberi u parteċipattivi; billi l-vjolenza kontra l-avversarji politiċi tirrappreżenta theddida diretta għall-pedamenti tad-demokrazija, kif juru l-assassinju tas-senatur Kolombjan Miguel Uribe Turbay u ż-żieda allarmanti tal-vjolenza fil-Kolombja;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-UE u l-Parlament appoġġjaw bil-kbir il-ftehim dwar il-proċess ta’ paċi fil-Kolombja, konkluż fl-2016, u jibqgħu jissorveljaw l-implimentazzjoni tiegħu; billi dan il-ftehim ta’ paċi ġab fi tmiemhom ħamsin sena ta’ kunflitti armati; billi l-appoġġ kostanti tal-UE għall-implimentazzjoni sħiħa tal-ftehim ta’ paċi għandu jqis l-eskalazzjoni reċenti tal-vjolenza;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi r-rigress demokratiku ġenerali fir-reġimi awtokratiċi u illiberali jagħmel possibbli l-istrateġiji ta’ leġittimazzjoni ta’ dawn ir-reġimi, anki permezz tat-tneħħija tal-kontrolli effikaċi fuq l-infurzar tal-liġijiet repressivi;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi l-Parlament dan l-aħħar esprima b’mod inekwivokabbli l-pożizzjoni tiegħu permezz ta’ bosta riżoluzzjonijiet dwar in-nuqqas ta’ rispett tal-Ftehim ta’ Djalogu Politiku u ta’ Kooperazzjoni bejn l-UE u Kuba; billi bħalissa f’Kuba hemm 1 155 priġunier politiku u r-reġim Kuban qiegħed jikkommetti vjolazzjonijiet sistematiċi tad-drittijiet tal-bniedem;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi l-Parlament iddenunzja l-użurpazzjoni tal-presidenza fil-Venezwela minn Nicolás Maduro fl-10 ta’ Jannar 2025 u rrikonoxxa lil Edmundo González Urrutia bħala l-president leġittimu u demokratikament elett tal-Venezwela u lil María Corina Machado bħala l-mexxejja tal-forzi demokratiċi tal-Venezwela; billi l-Parlament tahom il-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb 2024, u b’dan il-mod juri l-appoġġ tiegħu għall-ġlieda għal-libertà u għad-demokrazija fil-Venezwela; billi għandha tiġi espressa solidarjetà lill-aktar minn 7 miljun Venezwelan u Venezwelana li kienu mġiegħla jaħarbu minn pajjiżhom mill-2015, li minnhom madwar 6 miljuni reġgħu stabbilew ruħhom fil-pajjiżi tal-LAC; billi l-pajjiżi ġirien kienu sottoposti għal pressjoni konsiderevoli; billi ta’ min jiġu mfaħħra s-solidarjetà u l-isforzi l-kbar li saru mill-komunitajiet ta’ akkoljenza, b’mod partikolari mill-Kolombja, biex ir-rifuġjati Venezwelani jkollhom aċċess għall-assistenza tas-saħħa, għall-edukazzjoni u għall-opportunitajiet ta’ xogħol, peress li dan jikkontribwixxi għall-istabbiltà reġjonali u għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi r-reġim Nikaragwan ilu mill-2018 jippersegwita b’mod sistematiku, ripetut u arbitrarju, fost l-oħrajn, lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, lir-rappreżentanti reliġjużi u tal-oppożizzjoni; billi aktar minn 5 600 NGO, fosthom gruppi reliġjużi, l-aktar Kattoliċi, ġew xolti u l-assi tagħhom ikkonfiskati; billi l-Parlament ikkundanna bosta drabi lir-reġim impost fin-Nikaragwa minn Daniel Ortega u Rosario Murillo;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi l-azzjonijiet li ħadet l-amministrazzjoni Trump fl-Istati Uniti ġġeneraw inċertezza ġeopolitika, ikkompromettew il-multilateraliżmu u ostakolaw il-kooperazzjoni bireġjonali, u b’hekk saħħu l-bżonn ta’ alleanza UE-LAC b’saħħitha u awtonoma; billi l-alleanza strateġika UE-LAC hija fundamentali biex jiġu promossi l-valuri u l-interessi komuni, bħall-multilateraliżmu u d-demokrazija;
</CONS><CONS>
<NO.P>W.</NO.P>	billi r-reġjun tal-LAC jibqa’ sottorappreżentat fl-organizzazzjonijiet u fil-fora internazzjonali fundamentali, fosthom il-G20 u l-organizzazzjonijiet finanzjarji internazzjonali; billi l-Messiku u l-Brażil jokkupaw post speċjali fir-relazzjonijiet bireġjonali, peress li huma ż-żewġ ekonomiji ewlenin tal-Amerka Latina, jeżerċitaw influwenza ġeopolitika sinifikanti u huma uffiċjalment deżinjati bħala sħab strateġiċi tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>X.</NO.P>billi t-traffikar tad-droga jirrappreżenta theddida serja għas-sigurtà taż-żewġ reġjuni; billi mill-2020 l-Unjoni saret l-akbar suq fid-dinja għall-konsum tal-kokaina; billi din il-kokaina tiġi, fil-biċċa l-kbira, mill-pajjiżi tal-LAC u tidħol fl-UE prinċipalment mill-portijiet Ewropej tal-Atlantiku;
</CONS><CONS>
<NO.P>Y.</NO.P>billi f’ħafna pajjiżi tal-LAC l-ispazju ċiviku qiegħed jiċkien u li dawn il-pajjiżi qegħdin jirreġistraw żieda bla preċedent tal-attakki fuq l-organizzazzjonijiet, l-attivisti u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, u dan iwassal għal spostamenti, vjolenza u impunità;
</CONS><CONS>
<NO.P>Z.</NO.P>billi kemm l-UE kif ukoll il-pajjiżi tal-LAC jikkondividu interess strateġiku biex isaħħu l-awtonomija strateġika rispettiva tagħhom u jiddiversifikaw il-ktajjen tal-provvista tagħhom; billi l-Amerka Latina tinsab fuq quddiem nett fid-dinja fil-produzzjoni ta’ enerġija sostenibbli u li madwar 69 % tal-elettriku tagħha jiġi prodott minn sorsi rinnovabbli u nodfa, u dan juri l-importanza strateġika u l-potenzjal tar-reġjun fit-tranżizzjoni ekoloġika globali;
</CONS><CONS>
<NO.P>AA.</NO.P>billi, minn mindu nħolqot is-CELAC fl-2010, saru tliet summits UE-CELAC fl-2013, fl-2015 u fl-2023; billi l-UE u s-CELAC għandhom sħubija strateġika li ilha teżisti u ħolqu network ta’ ftehimiet kummerċjali u ta’ assoċjazzjoni; billi s-summit UE-CELAC li se jsir il-Kolombja f’Novembru 2025 se jirrappreżenta opportunità kruċjali biex jerġa’ jiġi affermat l-impenn tal-UE fil-konfront tar-reġjun tal-LAC u juri li l-Ewropa hija sieħba strateġika fundamentali u affidabbli, li toffri mudell kredibbli ta’ żvilupp alternattiv ankrat fil-kooperazzjoni demokratika u fil-prosperità kondiviża, u biex juri li ż-żewġ reġjuni huma impenjati b’mod sod fil-kooperazzjoni bireġjonali u f’ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jenfasizza r-rabtiet umani, storiċi, kulturali u ekonomiċi, kif ukoll reliġjużi, profondi, bejn l-UE u r-reġjun tal-LAC, li jiffurmaw il-pedament ta’ alleanza naturali u l-bażi għall-iżvilupp ta’ żona trans-Atlantika Ewro-Latino-Amerikana b’saħħtiha u dejjiema kkaratterizzata minn paċi, demokrazija u prosperità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jippromwovi politika mmirata biex tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni reġjonali u integrazzjoni reġjonali akbar fir-reġjun tal-LAC; jissottolinja li l-kuntest ġeopolitiku dinji l-ġdid jirrikjedi qabża fil-kwalità fis-sħubija UE-LAC biex tkompli tiġi żviluppata alleanza strateġika li tiddefendi l-multilateraliżmu u l-prinċipi fundaturi tiegħu, fosthom id-djalogu, l-inklużjoni, is-solidarjetà internazzjonali u r-rispett tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju, kif ukoll il-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Iqis li l-UE u l-pajjiżi tal-LAC, bħala sħab strateġiċi naturali, għandhom opportunità storika biex isaħħu l-alleanza tagħhom fil-kuntest internazzjonali attwali, ikkaratterizzat minn kompetizzjoni strateġika; iqis li s-sħubija tagħhom tista’ tirrappreżenta lqugħ importanti kontra t-tensjonijiet ġeopolitiċi dejjem akbar, billi toħloq politiki konġunti li jrawmu l-awtonomija strateġika tagħhom, il-kooperazzjoni u r-rispett reċiproku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jenfasizza li r-relazzjonijiet bejn l-Ewropa u r-reġjun tal-LAC huma bbażati wkoll fuq rabtiet umani profondi; ifakkar li, f’dinja dejjem aktar diskonnessa, il-kapital uman, li jinkludi lingwi, patrimonji u rabtiet kulturali kondiviżi, huwa riżorsa strateġika li għandha tiġi preservata;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jisħaq fuq l-impenn imġedded u dejjem akbar tal-UE fir-reġjun, eżemplifikat mis-Summit deċiżiv bejn l-UE u s-CELAC tal-2023, li mmarka punt ta’ żvolta ċar wara snin ta’ involviment limitat; jissottolinja l-bżonn ta’ impenn kostanti biex jiġu promossi l-interessi u l-valuri tal-UE; jinnota li f’dawn l-aħħar deċennji l-impenn tal-UE naqas, u għalhekk inħoloq vojt li ppermetta liċ-Ċina, lir-Russja u lill-Iran iżidu l-influwenza tagħhom; jiddeplora l-fatt li din il-qrubija akbar mar-reġimi awtoritarji fl-aħħar mill-aħħar timmina d-demokrazija fir-reġjun;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jirrikonoxxi l-bżonn urġenti li r-relazzjonijiet UE-LAC ikomplu jitqawwu u jiġu żviluppati bħala risposta għat-tibdil ġeopolitiku emerġenti, għat-tibdil fil-klima, għall-progress teknoloġiku, għall-inugwaljanzi dejjem akbar u għall-isfidi ta’ sigurtà li jolqtu liż-żewġ reġjuni, kif ukoll li tiżdied l-awtonomija strateġika taż-żewġ reġjuni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-importanza ġeopolitika tal-alleanza strateġika, tad-djalogu msaħħaħ u tal-kooperazzjoni UE-LAC </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jistieden lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u lill-Istati Membri jintensifikaw l-isforzi diplomatiċi fir-reġjun biex jippromwovu konverġenza akbar bejn l-UE u r-reġjun tal-LAC fuq kwistjonijiet kruċjali tal-politika barranija, b’mod partikolari, biex tiġi adottata pożizzjoni aktar soda rigward il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u l-isforzi internazzjonali biex jintlaħaq waqfien mill-ġlied permanenti f’Gaża, l-għoti tal-għajnuna umanitarja u l-ħelsien inkundizzjonat tal-ostaġġi kollha; jissottolinja li, fid-dawl tal-kuntest internazzjonali attwali, is-sħubija UE-LAC għandha tissejjes fuq loġika ta’ awtonomija strateġika kondiviża, it-tnaqqis tad-dipendenzi esterni u d-difiża tal-ordni multilaterali bbażat fuq ir-regoli bħala prinċipji gwida;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jinkoraġġixxi kollaborazzjoni aktar stretta bejn l-UE u l-pajjiżi tal-LAC fil-fora internazzjonali biex jippromwovu u jiddefendu l-ordni globali multilaterali, id-dritt internazzjonali u r-rispett tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem, id-dritt umanitarju u l-prinċipi relatati, il-ġustizzja soċjali u l-iżvilupp sostenibbli; jisħaq fuq il-fatt, f’dan ir-rigward, li l-UE jeħtiġilha turi lil sħabha fil-pajjiżi tal-LAC li tista’ toffri kundizzjonijiet ta’ sħubija aqwa meta mqabbla ma’ dawk proposti mir-reġimi awtoritarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jisħaq, għaldaqstant, fuq l-importanza li jiġi żgurat li l-isforzi tal-UE jikkonċentraw fuq it-tisħiħ tal-istituzzjonijiet demokratiċi, tal-Istat tad-dritt u tar-responsabbiltà politika u jitlob li jsir progress fir-riformi u fil-miżuri maħsuba biex jikkonsolidaw il-paċi mmirati biex isaħħu s-sigurtà u l-istabbiltà fiż-żewġ żoni; ifakkar li d-difiża tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt u tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri trid tkun kundizzjoni trażversali għall-ftehimiet u għall-finanzjamenti kollha bejn l-UE u l-pajjiżi tal-LAC, anki fl-ambitu tal-Strument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali (NDICI-Ewropa Globali); jitlob trasparenza u responsabbiltà, b’mod partikolari fl-oqfsa relatati mal-kummerċ u mal-investimenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jinsab imħasseb bir-rigress demokratiku li ilu għaddej fil-pajjiżi tal-LAC mill-2019 u jikkundanna l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u l-limitazzjonijiet tal-libertajiet fundamentali fir-reġjun, b’mod partikolari min-naħa tar-reġimi tan-Nikaragwa, ta’ Kuba u tal-Venezwela, li huma fost l-aktar awtoritarji fid-dinja; jesprimi tħassib kbir għat-tendenza dejjem akbar lejn governanza awtoritarja u populista fil-pajjiżi tal-LAC u għall-erożjoni kumulattiva tal-istituzzjonijiet demokratiċi, tal-multilateraliżmu, tal-istat tad-dritt, tad-drittijiet u tal-libertajiet fundamentali, tal-ispazju ċiviku u tal-protezzjonijiet soċjali essenzjali; jisħaq fuq il-bżonn li jissaħħaħ l-appoġġ għall-atturi demokratiċi u għas-soċjetà ċivili u jħeġġeġ il-ħelsien immedjat tal-priġunieri politiċi kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jikkundanna, b’mod partikolari, il-ksur sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem li kkommetta r-reġim Kuban fil-konfront tad-dimostranti, tad-dissidenti politiċi, tal-mexxejja reliġjużi u tal-attivisti għad-drittijiet tal-bniedem u l-ostakli għall-ħolqien ta’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili indipendenti; josserva li, skont sorsi affidabbli, ir-reġim iżomm aktar minn elf priġunier politiku, fosthom minuri, u jħeġġeġ lir-reġim Kuban jeħlishom mill-aktar fis possibbli; jitlob li jintużaw l-istrumenti disponibbli neċessarji kollha, mingħajr l-ebda esklużjoni, biex jiġi żgurat ir-rispett tal-klawżoli demokratiċi u fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem tal-PDCA bejn l-UE u Kuba; itenni l-appell tiegħu lill-Kunsill biex jadotta sanzjonijiet kontra dawk responsabbli mill-ksur persistenti; jikkundanna l-involviment tal-merċenarji Kubani fil-kampanja militari Russa fuq il-linji tal-front fl-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>	Jikkundanna bil-qawwa u jirrifjuta bis-sħiħ l-frodi elettorali orkestrati mir-reġim fil-Venezwela fl-okkażjoni tal-elezzjonijiet presidenzjali tal-2024, kif ukoll tal-elezzjonijiet parlamentari fittizji ta’ Mejju 2025; jitlob li l-gvern ta’ Maduro jwaqqaf il-politika ta’ repressjoni tiegħu u l-attakki fuq is-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni; ifakkar li fid-19 ta’ Settembru 2024, il-Parlament irrikonoxxa lil Edmundo González Urrutia bħala l-president leġittimu u demokratikament elett tal-Venezwela u lil María Corina Machado bħala l-mexxejja tal-forzi demokratiċi fil-Venezwela; jenfasizza l-fatt li varji Stati demokratiċi fir-reġjun u fid-dinja kollha rrikonoxxew lil Edmundo González Urrutia bħala l-president elett; jesprimi sodisfazzjon għall-fatt li fis-17 ta’ Diċembru 2024 il-Parlament ta l-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb 2024 lil María Corina Machado u lil Edmundo González Urrutia, li jirrappreżentaw lill-Venezwelani kollha li jiġġieldu biex jerġgħu jġibu l-libertà u d-demokrazija; ifaħħar l-impenn tal-poplu Venezwelan favur id-demokrazija u r-reżiljenza kostanti tal-oppożizzjoni demokratika, minkejja l-politiki dejjem aktar repressivi tar-reġim ta’ Maduro;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Ifakkar li f’Jannar 2025 ir-reġim ta’ Ortega u Murillo approva riforma kostituzzjonali li telimina s-separazzjoni tal-poteri u l-pluraliżmu politiku, billi tiġi stabbilita kopresidenza li tikkontrolla l-fergħat kollha tal-gvern u l-media u tinjora r-rispett tal-konvenzjonijiet internazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem; jisħaq barra minn hekk fuq il-fatt li r-reġim Nikaragwan iżomm rabtiet b’saħħithom ma’ awtokraziji oħra, bħal dawk tal-Iran, tal-Venezwela u ta’ Kuba, u jikkundannah bil-qawwa għall-abbużi sistematiċi tad-drittijiet tal-bniedem, għall-persekuzzjoni tal-oppożizzjoni demokratika, għar-repressjoni tal-Knisja Kattolika u tas-soċjetà ċivili u tal-qerda tal-media libera u tal-manifestazzjonijiet kollha ta’ indipendenza mill-gvern; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Nikaragwani jerġgħu jistabbilixxu l-istat tad-dritt, il-libertajiet fundamentali u d-drittijiet tan-Nikaragwani kollha f’eżilju, inkluż id-dritt għal ritorn sikur mill-aktar fis possibbli; itenni t-talba tiegħu biex tiġi attivata l-klawżola demokratika tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni tal-UE, jirrifjuta kwalunkwe prospettiva ta’ djalogu mal-membri tal-Assemblea Nazzjonali tan-Nikaragwa kkontrollata mir-reġim u jitlob aktar sanzjonijiet kontra Daniel Ortega, Rosario Murillo u l-kollaboraturi tal-qalba tagħhom; jitlob li titneħħa minnufih il-projbizzjoni fuq il-mekkaniżmi internazzjonali ta’ monitoraġġ tad-drittijiet tal-bniedem u li jerġa’ jiddaħħal l-istatus ġuridiku ta’ aktar 3 000 NGO, li kien ġie revokat fl-2018 mill-gvern Nikaragwan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jesprimi tħassib kbir għall-erożjoni tal-prinċipji demokratiċi u għaċ-ċirkomvenzjoni deliberata tal-garanziji kostituzzjonali f’pajjiżi tal-LAC oħrajn, b’mod partikolari El Salvador; jinsab inkwetat bin-nuqqas ta’ indipendenza tal-ġudikatura, bl-assenza ta’ trasparenza fl-azzjonijiet tal-gvern, bl-użu eċċessiv tal-forza, bil-militarizzazzjoni indebita u bir-restrizzjonijiet dejjem aktar tal-libertà ta’ għaqda u tal-istampa; jinsab imħasseb immens bir-rapporti ta’ detenzjonijiet mifruxa mingħajr kawża ġusta, torturi, għajbien furzat ta’ ċivili u l-iffullar allarmanti tal-ħabsijiet; jikkundanna lill-awtoritajiet talli naqsu milli jżommu lill-forzi tas-sigurtà responsabbli minn għemilhom u talli jirrifjutaw b’mod persistenti t-talbiet internazzjonali għal sorveljanza u investigazzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-użu min-naħa tal-Federazzjoni Russa ta’ tattiki ibridi, inklużi l-operazzjonijiet militari, ċibernetiċi, tal-informazzjoni u ekonomiċi, b’mod partikolari fis-settur enerġetiku, anki permezz tal-evażjoni tas-sanzjonijiet, ir-rikors għal prattiki mhux trasparenti u l-korruzzjoni, bħala strumenti ta’ espansjoni li jikkompromettu s-sigurtà reġjonali, jippromwovu d-destabbilizzazzjoni interna u jwasslu għall-formazzjoni ta’ blokk li jhedded id-demokrazija, il-paċi u d-dritt internazzjonali; jesprimi tħassib kbir għas-sħubija strateġika bejn il-Venezwela u l-Federazzjoni Russa, li toħloq riskji għas-sigurtà reġjonali u internazzjonali; jistieden lill-UE tintensifika l-ġlieda tagħha kontra l-propaganda Russa fir-reġjun; ifakkar fil-bżonn li l-UE tiżgura li d-delegazzjonijiet tal-Unjoni jkollhom il-mezzi neċessarji biex jikkuntrastaw id-diżinformazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Josserva li, mill-2005, iċ-Ċina silfet total ta’ USD 120 biljun lir-reġjun LAC, bil-għan li żżid l-influwenza ġeopolitika tagħha u tagħmel lill-pajjiżi tal-LAC jiddependu mill-finanzjamenti Ċiniżi billi tipprovdi kapital ta’ investiment bi skambju għall-provvista ta’ żejt grezz jew billi tiffinanzja proġetti enerġetiċi u infrastrutturali; jiddispjaċih li dawn il-proġetti enerġetiċi u infrastrutturali spiss jirriżultaw fl-applikazzjoni ta’ standards anqas rigorużi fil-qasam ambjentali u tax-xogħol; ifakkar li, b’differenza ta’ potenzi globali oħrajn, l-UE ma tippruvax toħloq relazzjonijiet żbilanċjati jew maħsuba biex jisfruttaw, iżda sħubijiet ibbażati fuq ir-reċiproċità, is-sostenibbiltà u l-ħolqien ta’ valur miżjud; jenfasizza li proprju dan il-mudell ta’ kooperazzjoni, li jagħti prijorità lir-rispett tas-sovranità, tat-trasparenza u tal-istat tad-dritt, jagħmel lill-UE sieħba privileġġata tar-reġjun;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Isostni l-indipendenza, l-integrità territorjali u s-sovranità tal-pajjiżi tal-LAC kollha u jirrifjuta l-ambizzjonijiet tal-potenzi globali biex jimponu relazzjonijiet ta’ dipendenza politika u ekonomika; jenfasizza li r-rispett tal-integrità territorjali tal-Istati huwa prinċipju fundamentali tad-dritt internazzjonali, tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kooperazzjoni ekonomika għal tkabbir sostenibbli</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jilqa’ s-sħubija ekonomika u kummerċjali b’saħħitha bejn l-UE u l-pajjiżi tal-LAC, liema sħubija hija bbażata fuq interess kondiviż fil-promozzjoni tat-tkabbir sostenibbli u tal-iżvilupp uman, fit-tisħiħ tar-reżiljenza ekonomika u fit-tnaqqis tad-dipendenzi eċċessivi permezz ta’ relazzjonijiet kummerċjali diversifikati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jenfasizza l-ambizzjoni tal-UE li tmexxi t-tranżizzjoni ekoloġika globali u r-rikonoxximent tagħha tal-Amerka Latina bħala sieħba fundamentali f’dan l-isforz; isostni lill-pajjiżi tal-LAC fil-ġlieda kontra d-deforestazzjoni illegali u fit-tfassil ta’ proġetti ta’ riforestazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jisħaq fuq il-bżonn li jiġu indirizzati l-inugwaljanzi dejjem akbar, jiġu promossi l-paċi u jissaħħu l-proċessi u l-istituzzjonijiet demokratiċi fiż-żewġ reġjuni u jissottolinja l-importanza ta’ kooperazzjoni ekonomika li tippromwovi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u t-tisħiħ tal-pożizzjoni ekonomika tan-nisa; jesprimi tħassib għar-rigress tad-drittijiet tan-nisa, b’mod partikolari fir-rigward tas-saħħa sesswali u riproduttiva tagħhom; jitlob li titneħħa d-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri u jsostni l-azzjonijiet maħsuba biex isaħħu r-rappreżentanza tan-nisa fit-tmexxija politika u fl-assemblej leġiżlattivi u jenfasizza l-bżonn li jiġu allinjati r-relazzjonijiet ekonomiċi UE-LAC mal-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti u li tkun żgurata koerenza akbar bejn l-objettivi ekonomiċi u soċjoambjentali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jenfasizza l-fatt li l-UE hija l-akbar investitur fir-reġjun tal-LAC u t-tielet l-akbar sieħeb kummerċjali; josserva li r-reġjun tal-LAC jirrappreżenta l-ħames l-akbar sieħeb kummerċjali tal-UE; jisħaq fuq il-fatt li din il-kooperazzjoni ekonomika b’saħħitha ma għandhiex isservi biss l-interessi tal-entitajiet finanzjarji l-kbar, iżda għandha tiżgura benefiċċji lil kulħadd, b’mod partikolari lill-SMEs, lill-ħaddiema, lill-persuni vulnerabbli u lill-popolazzjonijiet taż-żoni rurali u mbiegħda;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jissottolinja li kemm ir-rapport Letta dwar il-futur tas-suq uniku kif ukoll ir-rapport Draghi dwar il-futur tal-kompetittività Ewropea jisħqu fuq il-bżonn li jiġu intensifikati l-isforzi biex tiġi garantita l-provvista tal-UE ta’ materja prima kritika u jenfasizza l-potenzjal tar-reġjun tal-LAC li jkun sieħeb fundamentali għad-diversifikazzjoni tal-ktajjen tal-provvista; jilqa’ l-iffirmar ta’ memorandum ta’ qbil mas-sħab dwar il-materja prima kritika u jenfasizza li dawn l-istrumenti huma kruċjali biex tinkiseb aktar diversifikazzjoni fil-ktajjen tal-provvista tal-UE; jemmen li dawn il-ftehimiet, flimkien mal-approfondiment tal-kooperazzjoni ekonomika u politika permezz tal-ftehimiet bilaterali, għandhom iwasslu biex jiżdiedu l-investimenti f’dan is-settur, b’vantaġġi għaż-żewġ reġjuni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jitlob li jiżdiedu r-regolamentazzjoni u t-trasparenza f’setturi ekonomiċi kruċjali, bħas-settur minerarju, fejn id-dgħufija tar-regolamentazzjoni tista’ twassal għal kunflitti jew għall-isfruttament; jitlob lis-sħab kollha jsaħħu d-drittijiet tal-ħaddiema u jippromwovu lill-kooperattivi u lil inizjattivi oħra li jrawmu l-parteċipazzjoni tal-ħaddiema u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tagħhom fl-ekonomija; jisħaq fuq l-importanza li jiġu żgurati l-estrazzjoni, il-kummerċ u l-ipproċessar tal-materja prima kritika josservaw l-istandards għoljin tal-ħarsien tal-ambjent, tar-responsabbiltà soċjali u tad-drittijiet tal-bniedem, u jappoġġja l-iżvilupp ta’ ktajjen tal-valur alternattivi, reżiljenti, sostenibbli u trasparenti li jikkontribwixxu għall-prosperità tas-soċjetajiet involuti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tintensifika d-djalogu mal-pajjiżi tal-LAC dwar l-implikazzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-UE għall-ekonomiji lokali tagħhom;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Sħubijiet strateġiċi u ftehimiet internazzjonali </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jirrikonoxxi n-network sfiq ta’ ftehimiet bejn iż-żewġ reġjuni u jisħaq fuq l-importanza ġeopolitika fundamentali li jinħolqu ftehimiet u sħubijiet ġodda u aktar ambizzjużi li jkunu inklużivi, sostenibbli u reċiprokament vantaġġużi, ibbażati fuq valuri kondiviżi u ankrati b’mod sod fir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza r-rwol ta’ dawn il-ftehimiet biex jikkontribwixxu għal aktar integrazzjoni ekonomika ħalli jinkiseb spazju ta’ prosperità kondiviża u iżjed sigurtà ekonomika; jisħaq fuq l-importanza tal-kummerċ bireġjonali bejn l-UE u l-pajjiżi tal-LAC għad-diversifikazzjoni tas-sistemi tal-ikel u għat-tisħiħ tas-sigurtà tal-ikel;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Ifakkar fir-rwol speċjali li l-Messiku u l-Brażil jiżvolġu fir-relazzjonijiet bireġjonali, bis-saħħa tal-istatus tagħhom ta’ sħab strateġiċi tal-UE; jinkoraġġixxi bil-qawwa liż-żewġ partijiet jagħmlu użu aħjar tal-potenzjal ta’ dawn is-sħubijiet strateġiċi; jisħaq fuq il-bżonn li jiġi rispettat l-impenn biex isiru summits bilaterali maż-żewġ pajjiżi kull sentejn;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jilqa’ r-ratifika sħiħa tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni UE-Amerka Ċentrali u d-dħul fis-seħħ tat-tliet pilastri tiegħu tad-djalogu politiku, tal-kooperazzjoni u tal-kummerċ f’Mejju 2024; jitlob li jiġu adottati mekkaniżmi sodi u inklużivi għall-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fl-implimentazzjoni u fil-monitoraġġ tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni UE-Amerka Ċentrali, fir-rispett tal-prinċipji demokratiċi, tat-trasparenza tal-koeżjoni soċjali; jistieden lill-UE u lill-pajjiżi tal-Amerka Ċentrali jsegwu politiki attivi u jiżguraw finanzjamenti xierqa biex jottimizzaw l-impatt pożittiv tal-ftehim fuq l-SDGs fiż-żewġ reġjuni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jilqa’ l-iffirmar tal-Ftehim Qafas Avvanzat bejn l-UE u ċ-Ċilì u jitlob li jiġi ratifikat malajr u b’mod sħiħ; jilqa’ barra minn hekk il-konklużjoni tan-negozjati dwar il-Ftehim Globali bejn l-UE u l-Messiku, li se jsaħħaħ il-kooperazzjoni politika, jiftaħ opportunitajiet kummerċjali ġodda u jsaħħaħ ir-rabtiet f’setturi strateġiċi bħad-diġitalizzazzjoni, l-innovazzjoni u s-sigurtà, u jitlob li dan il-ftehim jiġi ffirmat u ratifikat malajr; jirrikonoxxi r-rwol ċentrali tal-Messiku fir-reġjun tal-LAC u l-ambizzjoni tiegħu biex jiddiversifika s-sħubijiet kummerċjali u politiċi; jissottolinja l-fatt li l-ftehim bejn l-UE u l-Messiku se jsaħħaħ ir-rwol tal-UE bħala sieħba strateġika fir-reġjun u l-kapaċità tagħha li tirrispondi għall-isfidi globali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li jintlaħqu l-objettivi ffissati mill-Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Klima u jilqa’ l-inklużjoni fil-Ftehim UE-Mercosur ta’ klawżola vinkolanti dwr ir-rispett tal-impenji li jinsabu fih; jissottolinja l-fatt li l-Ftehim ta’ Sħubija bejn l-UE u l-Mercosur se joffri opportunità li tissaħħaħ b’mod sinifikanti l-kooperazjoni bireġjonali bejn l-UE u l-Mercosur biex jiġu indirizzati l-isfidi komuni, u fl-istess ħin iservi biex tiġi miġġielda l-influwenza dejjem akbar tal-atturi awtoritarji fir-reġjun u tingħata għajnuna lill-UE biex tiddiversifika l-provvista tal-materja prima kritika tagħha;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kooperazzjoni multilaterali </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Ifakkar li l-alleanza Ewro-Latino-Amerikana tirrappreżenta pont maħsub mhux biss biex jevita tendenza perikoluża lejn blokok magħluqin u polarizzati mil-lat ideoloġiku, iżda fuq kollox, biex jiftaħ spazju ta’ djalogu internazzjonali li jnaqqas it-tensjonijiet u jrawwem soluzzjonijiet kondiviżi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jenfasizza l-kontribut sinifikanti tal-pajjiżi tal-LAC lill-organizzazzjonijiet multilaterali u r-rwol attiv tagħhom biex jindirizzaw l-isfidi globali, bħat-tibdil fil-klima, il-paċi u s-sigurtà, inklużi l-promozzjoni tal-Aġenda dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà, u l-iżvilupp sostenibbli; jenfasizza l-impenn taż-żewġ reġjuni fid-difiża tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija rappreżentattiva u ta’ governanza multilaterali b’saħħitha; iħeġġeġ liż-żewġ reġjuni jkomplu jiddefendu l-multilateraliżmu, b’mod partikolari s-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti, u jiggwidaw b’mod konġunt riforma tal-istituzzjonijiet tal-governanza globali, inklużi l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, bil-għan li jilħqu multilateraliżmu aktar inklużiv u rappreżentattiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jitlob li jsir progress fil-konklużjoni ta’ ftehmiet ta’ liberalizzazzjoni tal-viżi mal-pajjiżi li magħhom id-diskussjonijiet imxew l-aktar ’il quddiem;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kooperazzjoni għall-iżvilupp, l-għajnuna umanitarja u l-investimenti sostenibbli bejn l-UE u r-reġjun tal-LAC permezz tal-inizjattiva tal-Global Gateway </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Ifakkar li l-objettiv ewlieni tal-politika għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE huwa t-tnaqqis u, fuq terminu twil, il-qerda tal-faqar; jisħaq li l-qerda tal-faqar, b’mod partikolari fost l-aktar gruppi vulnerabbli – bħan-nisa, il-bniet u l-persuni b’diżabbiltà, fost oħrajn – hija essenzjali biex jiġu indirizzati l-inugwaljanzi li qed jikbru li jimminaw il-koeżjoni soċjali u jillimitaw il-potenzjal ekonomiku; ifakkar li l-kriżi tad-dejn iffaċċjata mill-pajjiżi tal-LAC tiġġenera kostijiet ekonomiċi u soċjali severi, b’effetti dejjiema fuq il-faqar u l-inugwaljanza; jappoġġja r-ristrutturar tad-dejn; jisħaq li l-SDGs u l-Ftehim ta’ Pariġi jridu jibqgħu ċentrali għall-kooperazzjoni bejn ir-reġjun tal-LAC u l-UE; ifakkar li l-aċċess għall-għajnuna u l-finanzjament għall-iżvilupp huwa b’mod partikolari kruċjali għall-pajjiżi fraġli, inklużi dawk l-aktar vulnerabbli għall-effetti tat-tibdil fil-klima, b’mod partikolari l-istati gżejjer żgħar tal-Karibew li qed jiżviluppaw, kif ukoll għall-pajjiżi li qed jagħmlu tranżizzjoni għal livell ogħla ta’ introjtu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jenfasizza l-fatt li l-UE hija l-kontributur ewlieni għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp fir-reġjun tal-LAC; itenni l-importanza li jissaħħu l-politiki ta’ żvilupp u l-għajnuna umanitarja tal-UE fir-reġjun tal-LAC, u jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jsaħħu l-prijoritajiet esterni l-oħra tal-Unjoni, inklużi dawk li jirrigwardaw is-sigurtà, l-iżvilupp sostenibbli u l-kummerċ, il-migrazzjoni, is-sajd, l-agrikoltura, it-tibdil fil-klima u l-enerġija; jitlob li jiġu stabbiliti sinerġiji effettivi mal-assistenza umanitarja tal-UE, b’rispett sħiħ tal-prinċipju ta’ sjieda konġunta, filwaqt li jitqiesu l-prijoritajiet ta’ żvilupp tar-reġjun tal-LAC; jitlob li jsiru djalogi bilaterali regolari u, fejn rilevanti, li jsiru konsultazzjonijiet mal-gvernijiet lokali u mar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili taż-żewġ reġjuni, inkluż dwar appoġġ għall-objettivi ta’ żvilupp sostenibbli fil-ftehimiet ta’ assoċjazzjoni UE-LAC, b’mod partikolari bħala rispons għat-tnaqqis globali fl-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp (ODA) u fl-għajnuna umanitarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jinsab imħasseb dwar it-tnaqqis globali fil-finanzjament għall-iżvilupp u l-għajnuna umanitarja, b’mod partikolari t-tnaqqis fl-ODA u s-sospensjoni tal-maġġoranza tal-programmi tal-Aġenzija tal-Istati Uniti għall-Iżvilupp Internazzjonali (USAID) (sa 83 %), kif ukoll it-tnaqqis globali fl-għajnuna minn diversi Stati Membri tal-UE, peress li dan il-finanzjament kien strumentali fl-appoġġ ta’ trasformazzjonijiet soċjali, ekonomiċi u politiċi sinifikanti fir-reġjun; itenni li dan it-tnaqqis se jkollu implikazzjonijiet fit-tul għall-aġenda tal-iżvilupp u l-kisba tal-SDGs fir-reġjun tal-LAC; jesprimi tħassib serju dwar l-impatt tat-tnaqqis reċenti fuq il-parteċipazzjoni effettiva tas-soċjetà ċivili u l-NGOs u l-kapaċità tagħhom li jwettqu l-attivitajiet tagħhom biex jippromwovu d-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-iżvilupp soċjali fir-reġjun, u jiġġieldu r-reġimi awtoritarji; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprovdu assistenza għall-iżvilupp u umanitarja xierqa fir-reġjun tal-LAC;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jisħaq li l-modalitajiet tradizzjonali tal-ODA urew li huma essenzjali u effettivi fit-tnaqqis tal-faqar, fl-indirizzar tal-inugwaljanzi li qed jiżdiedu, fit-titjib tal-eżiti tas-saħħa u tal-edukazzjoni u fit-trawwim tal-koeżjoni soċjali fir-reġjun tal-LAC, b’mod partikolari fir-rigward tal-inklużjoni ta’ gruppi sottorappreżentati u emarġinati, bħall-bniet, in-nisa, iż-żgħażagħ, il-persuni b’diżabbiltà, il-popli indiġeni u l-persuni ta’ dixxendenza Afrikana;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jitlob għal parteċipazzjoni sħiħa tas-soċjetà ċivili fit-tfassil, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-programmi tal-UE biex tiġi żgurata l-koerenza tal-politika għall-iżvilupp sostenibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>	Jenfasizza l-potenzjal strateġiku tal-kooperazzjoni trijangolari bejn l-UE, il-pajjiżi tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi, u s-sħab tal-LAC biex jissaħħaħ l-impatt tal-iżvilupp, it-tagħlim reċiproku u l-innovazzjoni tal-politika; jisħaq li tali sħubijiet, meta jkunu allinjati mal-prijoritajiet lokali u ffukati fuq il-bini tal-kapaċità, jistgħu jrawmu soluzzjonijiet inklużivi għal sfidi globali; jitlob lill-UE żżid l-appoġġ għal inizjattivi ta’ kooperazzjoni trijangolari fi ħdan il-qafas tal-NDICI-Ewropa Globali u tintegrahom b’mod sistematiku fl-aġenda strateġika UE-LAC;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jisfruttaw inizjattivi ewlenin bħall-Global Gateway biex jiżdied l-investiment fil-LAC, filwaqt li jiġi żgurat li l-UE tibqa’ sieħba b’saħħitha u kompetittiva għall-pajjiżi tal-LAC, minħabba l-preżenza li dejjem qed tikber taċ-Ċina u r-Russja fir-reġjun, kif muri b’mod ċar mill-impenji taċ-Ċina matul il-forum Ċina-CELAC li sar fit-13 ta’ Mejju 2025; jisħaq li ż-żieda fl-investiment tal-UE fl-Amerka Latina hija aktar u aktar importanti minħabba l-intensifikazzjoni tal-Inizjattiva “Belt and Road” (BRI) fl-Amerka Latina, hekk kif il-Kolombja ssieħbet mal-BRI fil-forum Ċina-CELAC tat-13 ta’ Mejju 2025; jistieden lill-Kummissjoni twettaq il-proġetti u l-istrateġiji fl-ambitu tal-qafas tal-Global Gateway, sabiex, fost objettivi oħra, tibni infrastruttura sostenibbli u ta’ kwalità għolja li toħloq b’mod effettiv valur lokali, issaħħaħ il-ktajjen tal-valur bireġjonali u ssaħħaħ is-sigurtà ekonomika għaż-żewġ reġjuni; jinsisti li l-Global Gateway għandu dejjem jaderixxi mal-valuri fundamentali tal-UE, inkluż ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, il-governanza tajba, id-demokrazija u t-trasparenza, u s-sostenibbiltà ambjentali f’konformità mal-prinċipji tal-UE dwar l-effettività tal-iżvilupp; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jiżguraw li l-investimenti li jsiru fl-ambitu tal-qafas Global Gateway jinkludu proċessi stretti ta’ diliġenza dovuta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jitlob għall-implimentazzjoni effettiva tal-Aġenda ta’ Investiment tal-Global Gateway UE-LAC, billi jitrawmu sħubijiet bejn is-setturi pubbliċi u privati, bil-ħsieb li jiġu appoġġjati l-iżvilupp sostenibbli, it-tkabbir u l-impjieg inklużivi, kif ukoll trasformazzjoni ekoloġika u diġitali ġusta; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura, mill-bidu sat-twettiq, li dawn l-investimenti jkunu allinjati mal-objettivi tal-SDGs u l-prijoritajiet ta’ żvilupp sostenibbli identifikati mis-sħab tal-LAC, inkluż permezz ta’ konsultazzjonijiet regolari mal-awtoritajiet lokali u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u permezz ta’ valutazzjonijiet tal-impatt u evalwazzjonijiet, u li jkunu reattivi għall-ħtiġijiet lokali u reġjonali, ikunu sensittivi għal kwistjonijiet ta’ ġeneru u jiġġeneraw eżiti ta’ żvilupp sinifikanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li jinħolqu l-kundizzjonijiet it-tajba biex jiġu mobilizzati kemm investiment pubbliku kif ukoll privat b’appoġġ għall-iżvilupp sostenibbli; jisħaq, f’dan ir-rigward, fuq il-ħtieġa li tiġi indirizzata d-diskrepanza fil-finanzjament annwali ta’ USD 99 biljun fir-reġjun għal proġetti ta’ infrastruttura u klimatiċi allinjati mal-SDGs ħalli titwettaq it-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali ġusta; jenfasizza r-rwol ewlieni tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli Plus (EFSD+) fil-mobilizzazzjoni tal-investimenti biex jintlaħqu dawn l-għanijiet, kif ukoll ir-rwol tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), b’mod partikolari l-BEI Globali, fi ħdan il-qafas tal-EFSD+, fl-indirizzar tan-nuqqas persistenti ta’ finanzjament fit-tul u għarfien espert tekniku għal investimenti ekoloġiċi fir-reġjun, kif muri mill-istħarriġ tal-2024 mill-BEI u mill-Assoċjazzjoni Latina-Amerikana tal-Istituzzjonijiet ta’ Finanzjament għall-Iżvilupp; jappoġġja kooperazzjoni aktar profonda mal-istituzzjonijiet finanzjarji lokali u l-banek tal-iżvilupp reġjonali, u jitlob għal użu akbar tal-garanziji tal-EFSD+ biex jiġu appoġġjati proġetti fuq skala żgħira u b’impatt għoli li jinvolvu s-soċjetà ċivili u l-komunitajiet lokali, f’konformità mal-Global Gateway u l-prinċipji tal-UE dwar l-effettività tal-iżvilupp;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jissottolinja li l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-LAC kemm dwar il-materja prima kritika kif ukoll dwar it-teknoloġija hija essenzjali biex jinkisbu trasformazzjonijiet ġusti, ekoloġiċi u diġitali u biex tissaħħaħ l-awtonomija strateġika fiż-żewġ reġjuni abbażi ta’ sħubijiet ta’ benefiċċju reċiproku; jissottolinja li tali kooperazzjoni tgħin biex tingħeleb id-dipendenza tal-ekonomiji tal-LAC fuq il-komoditajiet primarji (prodotti agrikoli u riżorsi naturali) u tiżvolġi rwol importanti fit-tisħiħ tal-ktajjen tal-valur permezz ta’ politiki ta’ reindustrijalizzazzjoni sostenibbli li joħolqu impjiegi deċenti, jippromwovu s-sostenibbiltà ambjentali u jrawmu ambjent li jwassal għall-innovazzjoni teknoloġika; jirrakkomanda kooperazzjoni msaħħa fl-edukazzjoni u r-riċerka diġitali bejn l-universitajiet u ċ-ċentri ta’ innovazzjoni tal-UE u tar-reġjun tal-LAC;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-investimenti tal-Global Gateway fir-reġjun tal-LAC jagħtu prijorità lill-eliminazzjoni tal-lakuni fl-infrastruttura u fl-inugwaljanza, inkluż il-faqar diġitali u enerġetiku, b’mod partikolari fiż-żoni rurali u periferiċi, biex jiġi żgurat li l-benefiċċji ta’ konnettività msaħħa jilħqu lill-popolazzjonijiet li mhumiex moqdija biżżejjed; jenfasizza li dan jinkludi ż-żgħażagħ u s-settur informali, u li aċċess affordabbli għall-internet u litteriżmu diġitali msaħħaħ għandhom jiġu żgurati fis-segmenti kollha tal-popolazzjoni, b’mod partikolari f’komunitajiet emarġinati, bil-ħsieb li jitnaqqas b’mod attiv id-distakk diġitali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jisħaq li ż-żgħażagħ, li huma aġenti essenzjali tal-bidla strutturali, qed ikomplu jiffaċċjaw ostakli kbar fl-aċċess għall-impjieg deċenti, u jissottolinja li l-prijoritajiet tal-Global Gateway iridu jappoġġjaw l-investimenti fil-politiki tal-edukazzjoni, tat-taħriġ vokazzjonali u tal-impjiegi li huma allinjati mal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol futur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Ifakkar, barra minn hekk, fl-importanza li tingħata prijorità lill-programmi identifikati diġà minn organizzazzjonijiet internazzjonali u tas-soċjetà ċivili bħala effettivi, bħall-investiment fis-sistemi tas-saħħa u tal-assistenza; jitlob, b’mod partikolari fid-dawl tal-vulnerabbiltà tar-reġjun, l-inklużjoni effettiva tal-persuni b’diżabbiltà sabiex jiġi żgurat approċċ inklużiv, aċċessibbli u effettiv għas-saħħa u l-kura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Ifakkar li l-ftehimiet kummerċjali u ta’ assoċjazzjoni jippermettu liż-żewġ reġjuni jiskambjaw u jinvestu f’firxa wiesgħa ta’ settur differenti, u jenfasizza l-fatt li t-tnaqqis tal-inugwaljanzi, il-promozzjoni tal-aċċess għas-saħħa, l-edukazzjoni u l-ilma, u r-rispett tad-dinjità tal-bniedem u d-drittijiet fundamentali jridu jibqgħu ċentrali għas-sħubija UE-LAC, f’konformità mal-Artikolu 208 tat-TFUE u l-NDICI-Ewropa Globali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza ta’ trasparenza, obbligu ta’ rendikont u rilevanza lokali msaħħa, u jilqa’ l-ħolqien ta’ paġna web tal-Kummissjoni b’informazzjoni dwar l-inizjattivi eżistenti tal-Global Gateway; jistieden lill-Kummissjoni tippubblika aktar dettalji, inkluż ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet lokali u s-soċjetà ċivili miż-żewġ reġjuni, kif ukoll informazzjoni dwar il-konformità mal-SDGs u l-prijoritajiet kemm tal-UE kif ukoll tal-pajjiżi sħab, b’parametri referenzjarji u indikaturi; iħeġġeġ l-aktar applikazzjoni wiesgħa tal-Indikatur tal-Inugwaljanza (I-Marker) tal-Kummissjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-Global Gateway, li għandu dejjem jikkonforma ma’ approċċ ibbażat fuq id-drittijiet u jkun marbut mal-indikaturi tal-iżvilupp tal-bniedem; jenfasizza, barra minn hekk, l-importanza tal-protezzjoni soċjali u ambjentali fid-djalogu UE-CELAC;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jenfasizza li trid issir evalwazzjoni kontinwa tal-Global Gateway biex tiġi vvalutata l-effikaċja u d-direzzjoni strateġika tagħha; jappella, f’dan ir-rigward, għal rwol aktar b’saħħtu għall-Parlament fis-sorveljanza tal-inizjattiva Global Gateway u fit-tmexxija strateġika tagħha, b’mod partikolari fir-rigward tal-implimentazzjoni tagħha fil-LAC, sabiex jiġu żgurati t-trasparenza, l-obbligu ta’ rendikont demokratiku, l-allinjament mal-valuri tal-UE u l-użu effettiv tar-riżorsi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-parteċipazzjoni sħiħa tas-soċjetà ċivili fit-tfassil, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-programmi tal-UE biex tiġi żgurata l-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp sostenibbli, filwaqt li jiġu stabbiliti sinerġiji effettivi mal-proġetti kollha relatati mal-Global Gateway u l-assistenza umanitarja tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jisħaq li, flimkien mal-inizjattiva Global Gateway, il-kanali ta’ kooperazzjoni tradizzjonali fil-pajjiżi tal-LAC iridu jiġu ppreservati; jistieden lill-UE żżid il-finanzjament għall-programmi tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tas-soċjetà ċivili fir-reġjun, u tiżgura li l-allokazzjonijiet għall-programm ġeografiku Amerikan u tal-Karibew fl-ambitu tal-NDICI Ewropa Globali – attwalment l-aktar baxxi fost ir-reġjuni kollha – jinżammu mill-anqas;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-pajjiżi tal-LAC iżidu l-isforzi biex jindirizzaw il-kawżi sottostanti tad-diżastri umani u naturali, permezz tat-tisħiħ tal-politiki ta’ prevenzjoni, preparatezza, reżiljenza u rispons u l-kooperazzjoni; jilqa’ l-memorandum ta’ qbil bireġjonali dwar il-kooperazzjoni fil-qasam tal-ġestjoni integrata tar-riskju ta’ diżastri, iffirmat f’Barbados fil-15 ta’ Mejju 2024, u jistieden lis-sħab li għadhom ma ffirmawhx biex jagħmlu dan mill-aktar fis possibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jirrimarka li l-kooperazzjoni u l-investiment Ewropej mhux biss jippromwovu l-iżvilupp ekonomiku fir-reġjun iżda jikkontribwixxu wkoll għall-paċi billi jiġġeneraw alternattivi ekonomiċi għaż-żgħażagħ fir-reġjun tal-Amerka Latina; jisħaq li dan tal-aħħar huwa element essenzjali fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata; jisħaq fuq l-importanza li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bireġjonali dwar is-sigurtà fl-aktar sens wiesa’ tagħha, inklużi oqsma bħall-klima, l-ikel, is-saħħa u s-sigurtà soċjali u li jiġi implimentat mekkaniżmu konġunt ta’ preparatezza, prevenzjoni u rispons, kif ukoll li jiġu integrati bis-sħiħ id-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipji umanitarji fil-kooperazzjoni ta’ sigurtà UE-LAC, sabiex jitkissru ċ-ċikli tal-vjolenza u l-esklużjoni fir-reġjun tal-LAC;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jirrikonoxxi l-ambizzjoni tal-UE li tmexxi t-tranżizzjoni ekoloġika globali u jirrikonoxxi wkoll ir-rikonoxximent tagħha tal-Amerka Latina bħala sieħeb ewlieni f’dan l-isforz; jissottolinja l-ħtieġa li jiġu xprunati b’mod konġunt inizjattivi ekoloġiċi globali li jirrispondu għall-għanijiet globali ta’ mitigazzjoni u adattament għat-tibdil fil-klima; jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi promossa tranżizzjoni ekoloġika ġusta u inklużiva fiż-żewġ reġjuni, inkluż permezz ta’ kooperazzjoni msaħħa bejn l-UE u l-LAC dwar l-adattament u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, u li jkun hemm rispons għal eventi klimatiċi estremi, b’enfasi partikolari fuq oqsma kritiċi, bħall-protezzjoni tal-bijodiversità, ir-restawr tal-ekosistemi, id-dekarbonizzazzjoni u l-agrikoltura sostenibbli, u l-persuni u l-komunitajiet l-aktar vulnerabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jisħaq li t-tibdil fil-klima qed ifixkel is-sistemi tal-ikel fl-Amerka Latina u jenfasizza l-valur tal-agroekoloġija, li ġiet rikonoxxuta bħala sistema agrikola ewlenija reżiljenti għat-tibdil fil-klima;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Ifakkar fl-importanza tal-programm ta’ kooperazzjoni bejn l-UE u l-Baċir tal-Amażonja biex jittejbu l-kapaċitajiet tal-pajjiżi tal-Baċir tal-Amażonja fil-ġlieda kontra d-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jappella għal impenji aktar b’saħħithom biex jiġu rispettati d-drittijiet tal-popli indiġeni u biex dawn id-drittijiet jiġu integrati fid-djalogu u fid-dimensjonijiet kollha tal-kooperazzjoni mal-pajjiżi tal-LAC, kif stabbilit fid-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Ifakkar fl-importanza tal-promozzjoni ta’ estrazzjoni minerarja sostenibbli u responsabbli, li tipproteġi d-drittijiet u l-għajxien tal-komunitajiet lokali u l-popli indiġeni, tipprevjeni l-impatti negattivi soċjali u ambjentali u tgħin biex tingħeleb id-dipendenza fuq l-esportazzjonijiet tal-komoditajiet, u b’hekk tappoġġja l-politiki ta’ riindustrijalizzazzjoni sostenibbli li joħolqu l-impjiegi diċenti u jippromwovu s-sostenibbiltà ambjentali permezz ta’ governanza effettiva tar-riżorsi minerali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa li tiġi appoġġjata kooperazzjoni għall-iżvilupp reattiva għall-kwistjonijiet tal-ġeneru u jipproponi l-implimentazzjoni ta’ miżuri mmirati biex jindirizzaw u jnaqqsu l-inugwaljanzi bejn l-irġiel u n-nisa, inkluż, iżda mhux limitat għal, il-promozzjoni tal-aċċess tan-nisa għal xogħol deċenti, l-inklużjoni finanzjarja, u fir-rwoli ta’ tmexxija u intraprenditorjali, b’mod partikolari fis-setturi rurali u informali; jenfasizza li, f’ħafna reġjuni tad-dinja, l-intrapriżi mikro, żgħar u medji (MSMEs) sikwit huma l-forza mexxejja tal-ekonomiji lokali, b’għadd dejjem akbar ta’ nisa jmexxuhom; jissottolinja li l-MSMEs jirrappreżentaw 90 % tan-negozji, 60-70 % tal-impjiegi u 50 % tal-PDG madwar id-dinja; jisħaq fuq ir-rwol kruċjali tal-MSMEs fil-kontribut għall-Aġenda 2030 u fil-kisba tal-SDGs, b’mod partikolari dawk relatati mal-qerda tal-faqar u x-xogħol deċenti għal kulħadd;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jilqa’ l-inizjattiva tal-Patt Bireġjonali għall-Kura, li għandha l-objettiv li tippromwovi l-kooperazzjoni dwar sistemi ta’ kura komprensivi u politiki pubbliċi fost il-pajjiżi taż-żewġ reġjuni, inkluż billi jitfasslu mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni u finanzjament, sabiex tinkiseb ekonomija aktar ġusta u aktar inklużiva;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jappella għal kooperazzjoni msaħħa bejn l-UE u l-pajjiżi tal-LAC biex tiġi miġġielda l-vjolenza abbażi tal-ġeneru permezz ta’ edukazzjoni komprensiva, kampanji ta’ sensibilizzazzjoni u t-tisħiħ tal-protezzjonijiet legali; jappoġġja inizjattivi fl-ambitu tal-NDICI-Ewropa Globali u l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar il-Ġeneru III li jippromwovu l-impjieg taż-żgħażagħ, l-edukazzjoni u l-parteċipazzjoni fil-politika tan-nisa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jenfasizza r-rwol vitali tas-soċjetà ċivili fit-tfassil u l-monitoraġġ ta’ politiki soċjali inklużivi, il-promozzjoni tal-aċċess ekwu għal edukazzjoni ta’ kwalità u t-trawwim ta’ tkabbir ekonomiku sostenibbli u inklużiv fil-LAC; jesprimi tħassib serju dwar it-tiċkin tal-ispazju ċiviku f’ħafna pajjiżi tal-Amerka Latina; jappella, f’dan ir-rigward, għal aktar appoġġ mill-UE għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, l-attivisti ambjentali u l-ġurnalisti, li kulma jmur qed jiffaċċjaw aktar theddid u vjolenza, biex jiġi żgurat li jkunu jistgħu jwettqu l-ħidma tagħhom b’mod sikur u indipendenti; jitlob li tingħata prijorità lis-sikurezza, l-aċċess għall-ġustizzja u l-libertà tal-espressjoni tagħhom u li tissaħħaħ is-sħubija tal-UE mal-atturi tas-soċjetà ċivili, li r-rwol tagħhom huwa essenzjali fl-indirizzar tat-tħassib ewlieni u l-iffaċilitar ta’ djalogu kostruttiv dwar id-drittijiet tal-bniedem u t-tranżizzjoni demokratika, u li jiddependu ħafna fuq programmi ta’ assistenza għall-għajnuna għall-operazzjonijiet tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jissottolinja l-importanza tal-appoġġ tal-UE għat-tisħiħ tas-sistemi ta’ protezzjoni soċjali fir-reġjun tal-LAC, inkluż reġistri soċjali integrati, koordinazzjoni aħjar tal-iskemi u l-proġetti pilota konġunti, b’mod partikolari mas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali, bħala muturi ewlenin għall-inklużjoni u t-tnaqqis tal-faqar fis-sħubija UE-LAC;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kooperazzjoni dwar is-sigurtà</STRING></STRING> <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">u l-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jinsab imħasseb dwar iż-żieda fil-kriminalità organizzata u fit-traffikar tad-droga fir-reġjun tal-LAC u l-kwantitajiet bla preċedent ta’ drogi illeċiti ttraffikati lejn l-UE mir-reġjun, prinċiparjament permezz tal-portijiet tagħha; jinsab partikolarment imħasseb dwar l-isfida dejjem tikber għas-sigurtà fiż-żewġ reġjuni minħabba l-koordinazzjoni transnazzjonali tal-organizzazzjonijiet kriminali bbażati fir-reġjun tal-LAC u fl-UE; jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ il-kooperazzjoni mhux biss mal-pajjiżi li jipproduċu d-droga iżda wkoll mal-pajjiżi ta’ tranżitu fir-reġjun tal-LAC, u li tissaħħaħ il-kooperazzjoni multilaterali biex jiġi miġġieled dan it-theddid; jappella għat-tisħiħ tas-Sħubija UE-LAC dwar il-Ġustizzja u s-Sigurtà, EL PAcCTO 2.0, COPOLAD, EUROFRONT, il-Programm Globali tal-Flussi Illeċiti (GIFP) u l-Alleanza tal-Portijiet Ewropej;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Jirrikonoxxi l-importanza tal-Kumitat Latino-Amerikan għas-Sigurtà Interna (CLASI) fil-bini ta’ qafas ta’ sigurtà komuni u kondiviż fir-reġjun tal-LAC; jisħaq li l-CLASI huwa strument ewlieni fil-kisba ta’ integrazzjoni u effettività akbar fil-ġlieda kontra l-kriminalità fir-reġjun; jilqa’ l-impenn strateġiku li għadu għaddej bejn il-ministri għall-intern u/jew għas-sigurtà tal-Istati Membri tal-UE u l-ministri b’responsabbiltà għal kwistjonijiet ta’ sigurtà fl-Istati Membri tal-CLASI, kif ukoll f’livell tekinku, għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni operattiva fl-infurzar tal-liġi bejn l-UE u r-reġjun tal-LAC; jilqa’ l-adozzjoni ta’ Dikjarazzjoni Konġunta u Pjan Direzzjonali dwar il-Prijoritajiet tal-Kooperazzjoni Operattiva fl-2025–2026; jitlob li tiġi stabbilita kooperazzjoni simili fl-oqsma tal-ġustizzja u l-ġestjoni tal-fruntieri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ u tespandi l-appoġġ għall-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi sħab tal-LAC u l-aġenziji rilevanti tal-UE, inklużi l-EUROPOL, l-EUROJUST u l-EUDA, u ssaħħaħ l-arranġamenti ta’ ħidma tagħhom; ifaħħar l-idea li tiġi stabbilita sħubija bejn il-portijiet tal-LAC u l-Alleanza tal-Portijiet Ewropej; jissottolinja l-importanza li jsir progress fit-teknoloġiji tal-IA u li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-portijiet u l-awtoritajiet fil-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga; jappella għal inizjattivi konġunti ta’ infurzar, sħubijiet operattivi u kondiviżjoni tal-intelligence; jilqa’ l-kontributi konkreti tal-Istati Membri f’dan ir-rigward;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Jilqa’ l-isforzi biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni tas-sigurtà reġjonali permezz tal-espansjoni tal-CLASI u l-istabbiliment ta’ AMERIPOL bħala korp formalizzat għall-infurzar tal-liġi, li jiffaċilita l-koordinazzjoni transfruntiera; jisħaq fuq il-ħtieġa għar-ratifika tat-Trattat li jistabbilixxi l-AMERIPOL sabiex dan isir kompletament effettiv, u jistieden lill-pajjiżi firmatarji biex jibdew il-proċeduri ta’ ratifika kostituzzjonali tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tal-kriminalità organizzata, inklużi l-korruzzjoni, il-governanza dgħajfa u l-inugwaljanza soċjali, u jirrakkomanda approċċ li jgħaqqad l-infurzar tal-liġi ma’ politiki soċjali fit-tul u strateġiji oħra transsettorjali, bil-ħsieb li jiġi żgurat approċċ ta’ gvern sħiħ u tas-soċjetà kollha għas-sigurtà taċ-ċittadini;  jindika l-benefiċċji tal-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni u ftehimiet bilaterali oħra bejn l-UE u r-reġjun tal-LAC bħala għodod essenzjali għall-kollaborazzjoni mal-pajjiżi sħab biex jiġu indirizzati l-kawżi fundamentali tal-kriminalità organizzata u jiġi miġġieled it-traffikar tad-drogi illeċiti;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ġustizzja, drittijiet tal-bniedem u stat tad-dritt</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Jissottolinja l-importanza li jiġi żgurat li r-riformi ġudizzjarji fir-reġjun tal-LAC jirrispettaw l-indipendenza ġudizzjarja u jikkonformaw mal-istandards internazzjonali tal-istat tad-dritt; jitlob li jiġi żgurat li tali riformi jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-governanza demokratika u għaż-żamma tal-integrità ġudizzjarja; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu miġġielda r-rabtiet politiċi mal-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata; jistieden lill-awtoritajiet jirrispettaw l-istat tad-dritt u d-dritt għal għaqda paċifika, jirrispettaw il-proċess dovut, u jiggarantixxu s-sikurezza u l-integrità tal-membri tal-ġudikatura u tad-detenuti; jimpenja ruħu li jappoġġja lill-pajjiżi tal-LAC f’dawn l-isforzi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>69.</NO.P>Jilqa’ l-kooperazzjoni kontinwa bejn l-UE u r-reġjun tal-LAC biex jiddefendu u jippromwovu d-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-governanza tajba, u jsaħħu l-istabbiltà politika; jissottolinja l-fatt li l-integrità u t-trasparenza tal-proċessi elettorali huma pilastri fundamentali tas-sħubija UE-LAC;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>70.</NO.P>Jenfasizza l-fatt li l-missjonijiet ta’ osservazzjoni elettorali tal-UE għandhom rwol ewlieni fl-appoġġ ta’ elezzjonijiet ġusti u fl-iżgurar tat-trasparenza, kif muri mill-missjonijiet reċenti fil-Gwatemala, il-Paragwaj u l-Ekwador, u kif ippjanat għall-missjonijiet li ġejjin fil-Bolivja, il-Guyana u l-Honduras fl-2025, u l-Perù u l-Kolombja fl-2026;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>71.</NO.P>Jappella għal kooperazzjoni msaħħa bejn l-UE u r-reġjun tal-LAC biex jiġu miġġielda l-kampanji ta’ diżinformazzjoni u t-theddid ibridu, b’mod partikolari dawk li joriġinaw minn stati awtoritarji bħar-Russja, iċ-Ċina u l-Iran, li għandhom l-għan li jimminaw l-istituzzjonijiet demokratiċi, l-integrità elettorali u l-fiduċja pubblika fiż-żewġ reġjuni; jenfasizza l-importanza li jissaħħu l-programmi ta’ litteriżmu diġitali b’reazzjoni għat-theddid ibridu u l-miżinformazzjoni li qed jikbru, biex iċ-ċittadini jingħataw il-ħiliet li jeħtieġu biex jevalwaw b’mod kritiku l-informazzjoni online;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kooperazzjoni fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>72.</NO.P>Jisħaq li r-ripressjoni dejjem tikber, il-kundizzjonijiet li qed jiddeterjoraw taħt reġimi awtokratiċi u l-approfondiment tal-instabbiltà ekonomika f’xi partijiet tal-LAC qed iġiegħlu lil ħafna jaħarbu biex ifittxu protezzjoni, opportunitajiet ekonomiċi u drittijiet bażiċi; jinnota bi tħassib l-ispostament fuq skala kbira li jirriżulta, b’mod partikolari mill-Hait, min-Nikaragwa u mill-Venezwela, u l-migrazzjoni transfruntiera fir-reġjun; jissottolinja ż-żieda fil-pressjonijiet umanitarji, soċjali u istituzzjonali li dan ipoġġi fuq il-pajjiżi demokratiċi li jospitaw għadd sinifikanti ta’ migranti u persuni li jfittxu ażil; jisħaq, għalhekk, fuq il-ħtieġa ta’ kooperazzjoni komprensiva u solidarjetà fost il-pajjiżi ta’ oriġini, ta’ tranżitu u ta’ destinazzjoni, u jenfasizza l-importanza ta’ reazzjonijiet koordinati biex jiġu żgurati d-drittijiet, id-dinjità u s-sikurezza tal-migranti u r-rifuġjati kollha; jenfasizza l-importanza ta’ politiki inklużivi għall-integrazzjoni tal-migranti fil-komunitajiet ospitanti, kif ukoll il-kontribuzzjonijiet pożittivi li l-migranti mir-reġjun jagħtu lis-soċjetà u lill-ekonomija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>73.</NO.P>Jisħaq li l-kooperazzjoni dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem hija fundamentali għar-relazzjoni bejn l-UE u r-reġjun tal-LAC; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żviluppati strateġiji biex jissaħħu d-drittijiet tad-dixxendenti Afrikani u tal-popli indiġeni fir-reġjun tal-LAC; jirrikonoxxi ż-żieda allarmanti fil-femminiċidju madwar ir-reġjun tal-LAC; jenfasizza l-urġenza tal-ġlieda kontra l-femminiċidju billi jissaħħu l-politiki għall-ġlieda kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru, jiġu ffaċilitati s-sjieda tal-art u l-opportunitajiet ta’ impjieg u jiġi ggarantit l-aċċess għall-edukazzjoni; jenfasizza l-ħtieġa li titkompla l-kooperazzjoni f’dawn il-kwistjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>74.</NO.P>Jinħaseb imħasseb ħafna dwar il-fatt li porzjon sinifikanti ta’ Haiti għadu taħt il-kontroll ta’ gruppi kriminali armati responsabbli għal vjolenza mifruxa u abbużi gravi tad-drittijiet tal-bniedem; jappella għal strateġija koordinata bejn is-sħab tal-LAC, l-Istati Membri tal-UE u l-Istati Uniti biex jindirizzaw din il-kriżi u jappoġġjaw lill-poplu Haitjan fir-restawr tal-istabbiltà, il-governanza demokratika u l-istat tad-dritt; jisħaq li l-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inklużi l-NGOs, f’dan il-proċess hija essenzjali; jappella lill-UE ssaħħaħ b’mod urġenti l-appoġġ politiku, umanitarju u ekonomiku tagħha għal Haiti fil-qafas tas-sħubija UE-LAC, filwaqt li jirrikonoxxi li l-isforzi attwali għadhom mhumiex biżżejjed biex tiġi indirizzata l-iskala tal-kriżi u biex il-poplu Haitjan jiġi appoġġjat fir-restawr tal-istabbiltà, il-governanza demokratika u l-istat tad-dritt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>75.</NO.P>Jissottolinja r-rwol vitali tas-soċjetà ċivili fir-relazzjoni UE-LAC; jikkundanna bil-qawwa l-qtil tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-ksur sistematiku tal-libertà tal-istampa; jesprimi tħassib serju dwar il-persekuzzjoni mmirata, il-kriminalizzazzjoni, id-detenzjoni arbitrarja u r-repressjoni sistematika tal-membri tal-oppożizzjoni, tal-popli indiġeni, tal-istudenti, tal-NGOs u tal-mexxejja reliġjużi f’diversi pajjiżi; jikkundanna l-użu ħażin tal-liġi kriminali biex jissikket id-dissens u titrażżan il-kritika leġittima;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>76.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-kooperazzjoni fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem tinkludi wkoll it-tisħiħ tal-istituzzjonijiet u l-indipendenza ġudizzjarja u l-iżgurar ta’ aċċess universali għall-ġustizzja, inkluż il-protezzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, tal-attivisti ambjentali u tal-ġurnalisti u s-salvagwardja tal-ħidma tagħhom fiż-żewġ reġjuni; jikkundanna l-liġijiet reċenti kontra l-NGOs f’xi pajjiżi tal-LAC li jillimitaw l-operazzjonijiet, il-finanzjament u l-indipendenza tal-NGOs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>77.</NO.P>Jistieden lill-UE tuża r-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem kontra dawk responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tagħmel użu ulterjuri mill-miżuri restrittivi tal-UE biex tissanzjona individwi li gradwalment u bil-moħbi jimminaw id-demokrazija u l-istat tad-dritt; jitlob lill-UE, barra minn hekk, biex tinkludi garanziji speċifiċi ta’ konformità meta talloka fondi tal-UE, inkluż permezz ta’ istituzzjonijiet multilaterali u finanzjarji, u tiżgura li l-fondi ma jikkontribwux għat-tisħiħ awtoritarju ta’ tali reġimi; jistieden lill-Kummissjoni tinvoka l-klawżoli tad-drittijiet tal-bniedem fil-ftehimiet ta’ assoċjazzjoni kull meta tiżvela ksur sfaċċat tad-drittijiet tal-bniedem;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kooperazzjoni parlamentari  u relazzjonijiet bejn il-persuni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>78.</NO.P>Jilqa’ l-approfondiment tal-kooperazzjoni parlamentari bejn l-UE u r-reġjun tal-LAC, b’mod partikolari permezz tal-Assemblea Parlamentari Ewro-Latino-Amerikana (Eurolat), kif ukoll permezz ta’ assemblej bilaterali, bħal dawk maċ-Ċilì u l-Messiku, u ta’ assemblej parlamentari konġunti subreġjonali, li jippromwovi d-djalogu dwar kwistjonijiet ewlenin bħall-kummerċ, is-sigurtà u l-iżvilupp sostenibbli; jirrikonoxxi lill-Eurolat bħala komponent strateġiku tar-relazzjonijiet bejn l-UE u r-reġjun tal-LAC u r-rwol ewlieni tiegħu fit-tisħiħ ta’ din is-sħubija; jilqa’ l-eżitu tas-16-il sessjoni plenarja tal-Eurolat li saret f’Lima mill-1 sat-3 ta’ Ġunju 2025;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>79.</NO.P>Jappella għal koordinazzjoni msaħħa bejn il-Parlament u l-parlamenti nazzjonali u reġjonali fl-Amerka Latina biex jindirizzaw b’mod konġunt kwistjonijiet transnazzjonali li jallinjaw mal-prijoritajiet tal-kooperazzjoni bireġjonali u li huma essenzjali għall-iżvilupp sostenibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>80.</NO.P>Jindika r-rwol kruċjali tad-diplomazija parlamentari fit-tisħiħ tar-relazzjonijiet bireġjonali billi jiġi ffaċilitat id-djalogu dirett mal-parlamenti nazzjonali u reġjonali; jappella għal diplomazija parlamentari aktar b’saħħitha biex tappoġġja l-proċessi ta’ tranżizzjoni demokratika u ssaħħaħ il-kapaċitajiet leġiżlattivi tal-parlamenti tal-LAC; jilqa’, f’dan il-kuntest, il-ftuħ tal-uffiċċju lokali tal-Parlament fil-Panama;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>81.</NO.P>Iħeġġeġ appoġġ akbar u aktar investiment fil-ħidma vitali tan-networks tas-soċjetà ċivili, il-komunitajiet tad-dijaspora fiż-żewġ reġjuni, l-inizjattivi bejn il-persuni, il-mobbiltà taż-żgħażagħ u l-Fondazzjoni UE-LAC fit-tisħiħ tar-relazzjonijiet bireġjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>82.</NO.P>Iħeġġeġ l-inklużjoni tal-ilħna taż-żgħażagħ fis-sħubija UE-LAC, billi jiġu promossi l-iskambji edukattivi, l-inizjattivi mmexxija miż-żgħażagħ u l-pjattaformi li jippermettu liż-żgħażagħ jikkontribwixxu b’mod sinifikattiv għall-proċessi tat-tfassil ta’ politika bireġjonali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Rakkomandazzjonijiet għas-summit UE-CELAC ta’ Novembru 2025</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>83.</NO.P>Jilqa’ l-laqgħa UE-CELAC fl-2023 u l-implimentazzjoni ta’ inizjattivi taħt il-Pjan Direzzjonali UE-CELAC 2023-2025; ifaħħar l-objettiv li jiġu organizzati summits regolari kull sentejn; jissottolinja, f’dan ir-rigward, il-ħtieġa li jiġi adottat pjan direzzjonali ġdid u ambizzjuż fis-summit tal-2025 f’Santa Marta, il-Kolombja, bejn id-9 u l-10 ta’ Novembru 2025 li jkompli jsaħħaħ is-sħubija, li huwa allinjat b’mod ċar mal-SDGs u li jqis il-livell dejjem jikber ta’ impenn bireġjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>84.</NO.P>Jenfasizza l-fatt li s-summit UE-CELAC li jmiss se jkun opportunità importanti biex il-vuċi tal-UE-LAC titwassal lid-dinja abbażi ta’ valuri komuni, u opportunità biex jiġġeddu l-impenji politiċi fl-ogħla livell u tiġi stabbilita aġenda bireġjonali ambizzjuża u operattiva;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>85.</NO.P>Jistenna li s-Summit UE-CELAC isaħħaħ l-alleanza bejn l-UE u r-reġjun LAC sabiex jiġu stabbiliti l-ogħla standards ta’ żvilupp sostenibbli fil-livell multilaterali u jiġi affermat mill-ġdid l-impenn konġunt li tiġi appoġġjata r-riforma tal-istituzzjonijiet multilaterali biex dawn isiru aktar inklużivi u effettivi, b’mod partikolari l-istituzzjonijiet finanzjarji, li għandhom rwol fundamentali fl-indirizzar tad-dejn u fit-tfassil ta’ mudell ta’ finanzjament internazzjonali aktar sostenibbli, inkluż il-finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp indirizzata fir-4 Konferenza Internazzjonali dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp f’Sevilja, Spanja; jisħaq fuq l-importanza tal-appoġġ kontinwu tal-UE għall-integrazzjoni reġjonali tal-LAC u għall-isforzi li jindirizzaw l-isfidi strutturali li ilhom jeżistu għall-iżvilupp sostenibbli fir-reġjun;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>86.</NO.P>Jistenna li s-summit UE-CELAC jimxi ’l quddiem bl-istabbiliment ta’ mekkaniżmu permanenti b’diversi partijiet ikkonċernati b’finanzjament adegwat, sabiex jiġu stabbiliti konsultazzjonijiet regolari mas-soċjetà ċivili, it-trade unions, il-gvernijiet lokali u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra miż-żewġ reġjuni; jirrikonoxxi l-ħidma tal-Fondazzjoni UE-LAC bħala organizzazzjoni intergovernattiva u l-kontribut potenzjali tagħha għall-mekkaniżmu permanenti b’diversi partijiet ikkonċernati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>87.</NO.P>Jisħaq, f’dan ir-rigward, fuq l-importanza li jiġu rispettati l-prinċipji tal-istat tad-dritt, id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, u jistieden lill-parteċipanti kollha tas-summit jirrispettaw dawn il-prinċipji; jirrimarka li dan mhux se jkun possibbli mingħajr l-inklużjoni tassew trasparenti, komprensiva u sinifikattiva tas-soċjetà ċivili; jitlob li l-aġenda tas-summit tinkludi diskussjoni dwar id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, bħad-dritt ta’ parteċipazzjoni f’elezzjonijiet ġusti u ħielsa, u li l-konklużjonijiet tas-summit jinkludu sejħa qawwija fid-difiża tad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt; jistieden lill-UE tiddefendi bil-qawwa l-kawża tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>88.</NO.P>Jitlob lill-partijiet jaffermaw mill-ġdid l-impenn konġunt tagħhom favur il-paċi, id-demokrazija, il-multilateraliżmu, l-ordni globali bbażat fuq ir-regoli, l-integrità territorjali tal-istati, l-istat tad-dritt, il-ġustizzja internazzjonali, id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, il-ġustizzja soċjali, l-iżvilupp sostenibbli u l-kummerċ ħieles fis-summit ta’ Novembru 2025, bil-ħsieb tal-istabbiliment gradwali ta’ żona ta’ paċi, demokrazija u prosperità bejn l-Ewropa, l-Amerka Latina u l-Amerka Transatlantika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>89.</NO.P>Jitlob lill-partijiet jikkundannaw bil-qawwa l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja li għaddejja bħalissa, b’mod partikolari l-ksur serju kollu tagħha tad-dritt internazzjonali u tad-dritt umanitarju internazzjonali u jipprovdu appoġġ diplomatiku, finanzjarju u militari lill-Ukrajna; jitlob lill-partijiet jgħaqqdu l-isforzi biex jiksbu malajr waqfien mill-ġlied permanenti, intervent umanitarju f’Gaża u l-ħelsien tal-ostaġġi kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>90.</NO.P>Jappella lill-UE u s-CELAC jagħmlu progress dwar impenji tanġibbli fir-rigward tat-tnaqqis tal-faqar u tal-inugwaljanza, il-promozzjoni tal-koeżjoni, il-kapaċità istituzzjonali u l-governanza, u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema, u biex ikomplu jappoġġjaw l-aċċess universali għall-edukazzjoni u s-saħħa; jissottolinja l-ħtieġa li jintlaħaq impenn bireġjonali għall-Patt Bireġjonali għall-Kura sabiex jiġu kkonsolidati u ffinanzjati sistemi tal-kura komprensivi bħala pilastru għall-assistenza soċjali, filwaqt li l-kura tiġi rikonoxxuta bħala dritt, responsabbiltà kollettiva u prekundizzjoni essenzjali għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri, il-ġustizzja soċjali u l-iżvilupp sostenibbli fl-UE u r-reġjun tal-LAC;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>91.</NO.P>Jitlob li s-Summit UE-CELAC javvanza l-kollaborazzjoni dwar ir-reżiljenza għall-klima, il-protezzjoni tal-bijodiversità u l-ġlieda kontra d-deforestazzjoni, u jiżgura li l-politiki ambjentali u tad-dekarbonizzazzjoni jiġu implimentati b’mod ekwu, li l-popolazzjoni lokali tipparteċipa u tibbenefika mit-tranżizzjoni ekoloġika u li l-aktar komunitajiet vulnerabbli jiġu appoġġjati fl-adattament għat-tibdil fil-klima;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>92.</NO.P>Jappella għal impenji aktar b’saħħithom biex jiġu rispettati d-drittijiet tal-popli indiġeni fid-dimensjonijiet kollha tal-kooperazzjoni tal-UE u tas-CELAC;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>93.</NO.P>Iqis li huwa importanti li l-UE u r-reġjun LAC jimpenjaw ruħhom li jmexxu b’mod konġunt inizjattivi ekoloġiċi globali u soċjalment ġusti, bħan-negozjar ta’ trattat internazzjonali biex jintemm it-tniġġis mill-plastik, jew il-bini fuq il-memorandum ta’ qbil dwar il-ġestjoni integrata tar-riskju ta’ diżastri, u li l-UE u r-reġjun tal-LAC jinkoraġġixxu l-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali; jistieden lill-partijiet jaffermaw mill-ġdid l-impenn kondiviż tagħhom għall-implimentazzjoni effettiva tal-Ftehim ta’ Pariġi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>94.</NO.P>Jinkoraġġixxi kooperazzjoni b’saħħitha kontinwa dwar kwistjonijiet diġitali permezz tal-Alleanza Diġitali UE-LAC bl-għan li titrawwem trasformazzjoni diġitali ffukata fuq il-bniedem fiż-żewġ reġjuni; jappella għall-allinjament tal-oqfsa regolatorji fil-qasam diġitali, b’mod partikolari permezz ta’ djalogu dwar il-protezzjoni tad-data, ir-regolamentazzjoni tal-pjattaformi, l-etika tal-IA u ċ-ċibersigurtà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>95.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu li tiżdied b’mod sostanzjali l-kooperazzjoni bireġjonali fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-traffikar tad-droga bħala parti minn approċċ komprensiv lejn is-sigurtà taċ-ċittadini;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>96.</NO.P>Jitlob għal impenn aktar b’saħħtu għall-kooperazzjoni dwar l-edukazzjoni, b’mod partikolari billi jiġu estiżi l-programmi ta’ skambju taħt Erasmus+;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>97.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu pprovduti aktar appoġġ istituzzjonali, riżorsi u għarfien espert tekniku għall-organizzazzjoni tas-summits regolari UE-CELAC; jappella għall-ħolqien ta’ spazju istituzzjonali permanenti bejn is-summits li jippermetti koordinazzjoni akbar, tħejjija aħjar, komunikazzjoni aktar rapida u l-monitoraġġ tar-riżultati tanġibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>98.</NO.P>Jappella għal konsultazzjonijiet regolari bejn diversi partijiet ikkonċernati, b’mod partikolari qabel u wara kull summit UE-CELAC, bejn il-gvernijiet lokali u s-soċjetà ċivili fir-reġjun tal-LAC u l-Kummissjoni biex jiġi żgurat li l-proġetti tal-Global Gateway jallinjaw mal-kisba tal-SDGs u mal-prijoritajiet ta’ żvilupp lokali u reġjonali; jitlob, barra minn hekk, li jiġi stabbilit mekkaniżmu ta’ segwitu permanenti b’diversi partijiet ikkonċernati għall-monitoraġġ tar-relazzjonijiet UE-CELAC u l-progress fl-implimentazzjoni tal-impenji; jissottolinja l-importanza li jiġu żgurati l-involviment u l-konsultazzjoni sinifikattivi tas-soċjetà ċivili kemm tal-UE kif ukoll tar-reġjun tal-LAC matul is-summit;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>99.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>