<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0222</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Qamħirrum ġenetikament modifikat DP51291</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0407/2025)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ottubru 2025 dwar d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1898 tat-22 ta’ Settembru 2025 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat DP51291 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2025/2807(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1898 tat-22 ta’ Settembru 2025 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat DP51291 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2025/1898, 23.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/1898/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1829/oj<STRING UNDERLINE="on">.</STRING></FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 19(3) tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-votazzjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf imsemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, tat-13 ta’ Ġunju 2025, fejn ma ngħatat ebda opinjoni, u l-votazzjoni tal-Kumitat ta’ Appell tal-15 ta’ Lulju 2025, fejn ukoll ma ngħatat ebda opinjoni,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/182/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni adottata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fit-2 ta’ Ottubru 2024, u ppubblikata fil-11 ta’ Novembru 2024<FOOTNOTE><FIELD> L-opinjoni xjentifika tal-Bord tal-EFSA dwar Organiżmi Ġenetikament Modifikati dwar il-“Assessment of genetically modified maize DP51291 (application GMFF-2021-0071)” (Valutazzjoni tal-qamħirrum ġenetikament modifikat DP51291 (applikazzjoni GMFF-2021-0071). Il-Ġurnal tal-EFSA 2024;22(11):9059; https://doi.org/10.2903/j.efsa.2024.9059.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni ta’ organiżmi ġenetikament modifikati (“OĠM”)<FOOTNOTE><FIELD>–––––––––––  Fit-tmien leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta 36 riżoluzzjoni u, fid-disa’ leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta 38 riżoluzzjoni li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni tal-OĠM. Barra minn hekk, fl-għaxar leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta r-riżoluzzjonijiet li ġejjin:Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2024 dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2628 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × NK603, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2025/1797, 4.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1797/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2024 dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2627 dwar l-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qoton ġenetikament modifikat COT102, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2025/1798, 4.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1798/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2024 dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2629 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × MON 88017 × 59122 u tmien subkombinazzjonijiet tiegħu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2025/1799, 4.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1799/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2024 dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1828 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ għalf li fih il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 u li jikkonsisti minnu, u ta’ prodotti tal-ikel u tal-għalf prodotti minn dak il-qamħirrum ġenetikament modifikat skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1207 (ĠU C, C/2025/1800, 4.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1800/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2024 dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1822 li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat DP915635, li jikkonsistu minnu, jew li huma prodotti minnu skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2025/1801, 4.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1801/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2024 dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1826 li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat DP23211, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2025/1802, 4.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1802/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2024 dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2618 dwar l-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat DP202216 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2025/1803, 4.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1803/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2024 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 94804 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2025/1804, 4.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1804/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Frar 2025 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat DP910521 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2025/2246, 29.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2246/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Frar 2025 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 95275, li jikkonsistu minnu, jew li huma prodotti minnu skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2025/2247, 29.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2247/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Mejju 2025 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87705 × MON 87708 × MON 89788, li jikkonsistu minnha jew li huma prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (P10_TA(2025)0106).</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 115(2) u (3) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, il-Klima u s-Sikurezza tal-Ikel,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi fis-27 ta’ Jannar 2023, Corteva Agriscience Belgium B.V., ibbażata fil-Belġju, f’isem Corteva Agriscience LLC, ibbażata fl-Istati Uniti, ippreżentat applikazzjoni lill-awtorità nazzjonali kompetenti tan-Netherlands għat-tqegħid fis-suq ta’ ikel, ingredjenti tal-ikel u għalf li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat DP51291, li jikkonsistu minnu, jew li huma prodotti minnu (il-“qamħirrum ĠM”);
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-qamħirrum ĠM jipproduċi t-tossina IPD072Aa biex taġixxi kontra d-dudu tal-għeruq tal-qamħirrum, il-proteina fosfinotrikina aċetiltransferażi (PAT) għat-tolleranza għall-erbiċidi li fihom il-glufosinat u l-proteina PMI bħala markatur li jista’ jintgħażel;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-glufosinat, li jitqies bħala erbiċida komplementari, huwa kklassifikat bħala sustanza tossika għar-riproduzzjoni fil-kategorija 1B u għalhekk jissodisfa l-“kriterji ta’ limitu” stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1107/oj).</FIELD></FOOTNOTE>; billi l-approvazzjoni għall-użu tal-glufosinat fl-Unjoni skadiet fil-31 ta’ Lulju 2018;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi IPD072Aa hija tossina insettiċida prodotta mill-batterju Pseudomonas chlororaphis, maħdum biex jaġixxi kontra d-dudu tal-għeruq tal-qamħirrum;
</CONS><CONS>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Inġinerija ġenetika kumplessa</STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-qamħirrum DP51291 ġie żviluppat permezz ta’ proċess kumpless u f’diversi stadji tal-inġinerija ġenetika li jinvolvi l-ħolqien ta’ “pad għall-inżul” ġenomiku, segwit minn kobombardament ta’ mikroprojettili bl-użu ta’ ħames plażmidi, u l-inserzjoni sussegwenti medjata mill-Agrobacterium tumefaciens ta’ cassettes ta’ espressjoni fil-pad għall-inżul;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi dan il-proċess ta’ modifika ġenetika rriżulta fit-tħassir ta’ 113-il par bażi ta’ DNA ġenomiku tal-qamħirrum, kif żvelat mill-analiżi bijoinformatika, u wassal għall-formazzjoni ta’ diversi kwadri ta’ qari miftuħ (ORFs) miftuħa, li jindikaw perturbazzjonijiet ġenomiċi potenzjali li jirriżultaw mill-proċedura ta’ trasformazzjoni; billi ħamsa minn dawn l-ORFs urew identità ta’ sekwenza akbar minn 35 % għal allerġeni magħrufa, u b’hekk qabżu l-limitu użat b’mod komuni fil-valutazzjonijiet tal-allerġeniċità<FOOTNOTE><FIELD> https://www.testbiotech.org/wp-content/uploads/2024/12/Testbiotech_comment_‌maize_DP51291.pdf.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Nuqqas ta’ data dwar il-prattiki agrikoli u l-fatturi ambjentali</STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 503/2013<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 503/2013 tat-3 ta’ April 2013 dwar applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta’ ikel u għalf ġenetikament modifikat skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemendaw ir-Regolamenti (KE) Nru 641/2004 u (KE) Nru 1981/2006 (ĠU L 157, 8.6.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/503/oj).</FIELD></FOOTNOTE> jirrikjedi valutazzjoni dwar jekk il-prattiki agrikoli mistennija jinfluwenzawx l-eespressjoni tal-punti tat-tmiem studjati; billi, skont dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, dan huwa speċjalment rilevanti għal pjanti tolleranti għall-erbiċidi;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-fatturi ta’ stress ambjentali, bħan-nixfa jew l-estremitajiet tat-temperatura, jistgħu jwasslu għal xejriet mhux mistennija ta’ espressjoni tal-ġeni f’sekwenzi tad-DNA li jkunu għadhom kif iddaħħlu<FOOTNOTE><FIELD> Trtikova, M., Wikmark O. G., Zemp, N., Widmer, A., Hilbeck, A., (2015) “Transgene Expression and Bt Protein Content in Transgenic Bt Maize (MON810) under Optimal and Stressful Environmental Conditions” (L-Espressjoni Transġene u l-Kontenut tal-Proteina Bt f’Qamħirrum Bt Transġeniku (MON810) f’Kundizzjonijiet Ambjentali Ottimali u ta’ Stress), PLoS ONE 10 (4): e0123011, https://doi.org/10.1371/journal.pone.0123011.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-provi fuq il-post użati biex jappoġġjaw l-analiżi kompożizzjonali u fenotipika tal-qamħirrum ĠM twettqu matul staġun wieħed tat-tkabbir (2021) fl-Istati Uniti u fil-Kanada f’kundizzjonijiet tat-temp li ma jirrappreżentawx b’mod adegwat id-diversità tar-reġjuni li jkabbru l-qamħirrum, b’mod partikolari f’pajjiżi bħall-Brażil;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi ġew irrappurtati avvenimenti estremi tat-temp f’xi postijiet ta’ prova; billi ma saret l-ebda investigazzjoni speċifika biex jiġu vvalutati l-kundizzjonijiet futuri influwenzati mit-tibdil fil-klima li għaddej bħalissa;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-glufosinat, ġie applikat darba biss matul il-provi fuq il-post, b’segwitu tar-rakkomandazzjonijiet tad-dożaġġ tal-EFSA; billi, madankollu, fil-prattiki agrikoli tad-dinja reali, ir-rati u l-frekwenzi tal-applikazzjoni tal-erbiċidi spiss ivarjaw b’mod sinifikanti skont ir-reġjun u jistgħu jinvolvu użu ogħla jew ripetut, li jfisser li d-data tal-prova fuq il-post tista’ ma tirriflettix biżżejjed il-firxa sħiħa ta’ kundizzjonijiet ambjentali u agrikoli li skonthom il-qamħirrum ĠM x’aktarx li jiġi kkultivat jew importat;
</CONS><CONS>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Nuqqas ta’ valutazzjoni tal-glufosinat </STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-glufosinat huwa assoċjat ma’ riskji sinifikanti għall-bijodiversità, it-tossiċità, u s-saħħa tal-ekosistema fit-tul;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-maġġoranza l-kbira tal-għelejjel ĠM ġew ġenetikament modifikati sabiex ikunu tolleranti għal erbiċida “komplementari” waħda jew aktar li jistgħu jintużaw matul il-kultivazzjoni tal-għalla ĠM, mingħajr ma l-għalla tmut, kif ikun il-każ għal għalla mhux tolleranti għall-erbiċidi; billi hemm għadd ta’ studji li juru li l-għelejjel ĠM tolleranti għall-erbiċidi jirriżultaw f’użu akbar ta’ erbiċidi komplementari, fil-biċċa l-kbira minħabba li jfeġġ ħaxix ħażin tolleranti għall-erbiċidi<FOOTNOTE><FIELD> Ara, pereżempju, Schulz, R., Bub, S., Petschick, L. L., Stehle, S., Wolfram, J. (2021) “Applied pesticide toxicity shifts toward plants and invertebrates, even in GM crops” (It-tossiċità tal-pestiċidi applikata tiċċaqlaq lejn pjanti u invertebrati, anke fl-għelejjel ĠM), Science 372 (6537), pp. 81-84, https://doi.org/10.1126/science.abe1148; Bonny, S., “Genetically Modified Herbicide-Tolerant Crops, Weeds, and Herbicides: Overview and Impact” (Għelejjel Tolleranti għall-Erbiċida, Ħaxix Ħażin u Erbiċidi Ġenetikament Modifikati: Ħarsa ġenerali u Impatt), Environmental Management, Jannar 2016;57 (1), pp. 31-48, https://www.ncbi.nlm.nih.gov/pubmed/26296738; u Benbrook, C. M., “Impacts of genetically engineered crops on pesticide use in the U.S. - the first sixteen years” (Impatti tal-għelejjel maħduma ġenetikament fuq l-użu tal-pestiċidi fl-Istati Uniti - l-ewwel sittax-il sena), Environmental Sciences Europe, 28 ta’ Settembru 2012, Vol. 24(24), https://doi.org/10.1186/2190-4715-24-24.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-għelejjel ĠM tolleranti għall-erbiċidi jillimitaw lill-bdiewa f’sistema ta’ ġestjoni tal-ħaxix ħażin li hija fil-biċċa l-kbira jew kompletament dipendenti mill-erbiċidi, u tagħmel dan billi titlob premium għaż-żrieragħ ĠM li jista’ jiġi ġġustifikat biss jekk il-bdiewa li jixtru tali żrieragħ ibexxu wkoll l-erbiċidi komplementari; billi dipendenza akbar fuq erbiċidi komplementari fuq azjendi agrikoli li jħawlu l-għelejjel ĠM se tħaffef il-ħruġ mill-ġdid u t-tixrid ta’ ħaxix ħażin reżistenti għal dawk l-erbiċidi, u b’hekk tiskatta l-ħtieġa ta’ aktar użu ta’ erbiċidi, ċirku vizzjuż magħruf bħala “l-ispirall tal-erbiċidi”;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi l-impatti negattivi li jirriżultaw mid-dipendenza eċċessiva fuq l-erbiċidi se jaggravaw fir-rigward tas-saħħa tal-ħamrija, il-kwalità tal-ilma, u l-bijodiversità ta’ fuq u ta’ taħt l-art, u jwasslu għal żieda fl-esponiment tal-bniedem u tal-annimali, potenzjalment ukoll permezz ta’ żieda fir-residwi tal-erbiċidi fl-ikel u l-għalf;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi l-valutazzjoni tar-residwi ta’ erbiċidi u tal-metaboliti misjuba fi pjanti ĠM titqies li ma taqax taħt il-kompetenza tal-Bord tal-EFSA dwar Organiżmi Ġenetikament Modifikati (“il-Bord tal-EFSA dwar l-OĠM”) u għalhekk ma ssirx bħala parti mill-proċess ta’ awtorizzazzjoni għall-OĠM;
</CONS><CONS>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kwistjonijiet pendenti li jikkonċernaw it-tossina IPD072Aa</STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 503/2013 jirrikjedi valutazzjoni tossikoloġika biex jintwera li l-effetti maħsuba ta’ modifika ġenetika ma jinvolvux effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi IPD072Aa hija proteina ġdida, li jfisser li l-użu tagħha fl-agrikoltura u l-introduzzjoni tagħha fil-katina alimentari ma jistgħux jiddependu bis-sħiħ mill-esperjenza miksuba qabel;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi, minkejja d-differenzi, is-similaritajiet osservati bejn IPD072Aa u t-tossini Bt jenfasizzaw il-ħtieġa ta’ kunsiderazzjoni bir-reqqa fil-proċess tal-valutazzjoni tar-riskju; billi diversi studji indikaw li t-tossini Bt jistgħu jikkawżaw effetti sekondarji relatati mal-immunità, inklużi proprjetajiet aġġuvanti potenzjali<FOOTNOTE><FIELD> Għal rieżami, ara Rubio-Infante, N., Moreno-Fierros, L., “An overview of the safety and biological effects of Bacillus thuringiensis Cry toxins in mammals” (Ħarsa ġenerali lejn is-sikurezza u l-effetti bijoloġiċi tat-tossini tal-Cry Bacillus thuringiensis fil-mammiferi), Journal of Applied Toxicology, Mejju 2016, 36(5), pp. 630-648, https://onlinelibrary.wiley.com/doi/full/10.1002/jat.3252.</FIELD></FOOTNOTE>, li jfisser li jistgħu jżidu l-allerġeniċità ta’ proteini oħra li jiġu f’kuntatt magħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi studju xjentifiku sab li t-tossiċità tat-tossini Bt tista’ tissaħħaħ ukoll permezz ta’ interazzjoni mar-residwi mill-bexx bl-erbiċidi, u li huma meħtieġa aktar studji dwar l-effetti kombinatorji ta’ events ta’ trasformazzjoni multipli (għelejjel ĠM li ġew immodifikati biex ikunu tolleranti għall-erbiċidi u jipproduċu insettiċidi fil-forma ta’ tossini Bt)<FOOTNOTE><FIELD> Bøhn, T., Macagnan Rover, C., Semenchuk, P. R., “<STRING ITALIC="on">Daphnia magna</STRING> negatively affected by chronic exposure to purified Cry-toxins” (<STRING ITALIC="on">Daphnia magna</STRING> affettwata negattivament minn esponiment kroniku għal tossini Cry purifikati), Food and Chemical Toxicology, Mejju 2016, Volum 91, pp. 130-140, https://doi.org/10.1016/j.fct.2016.03.009.</FIELD></FOOTNOTE>; billi l-valutazzjoni tal-interazzjoni potenzjali ta’ residwi tal-erbiċidi u l-metaboliti tagħhom mat-tossini Bt titqies, madankollu, li ma taqax taħt il-kompetenza tal-Bord tal-EFSA dwar l-OĠM u għalhekk ma ssirx bħala parti mill-valutazzjoni tar-riskju;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi l-valutazzjoni tat-tossiċità ta’ IPD072Aa ma tqisx l-effetti sinerġistiċi jew kumulattivi potenzjali li jirriżultaw mill-interazzjonijiet mal-metaboliti tal-pjanti jew mar-residwi tal-erbiċidi;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi ma ġiet ipprovduta l-ebda data dwar l-akkumulazzjoni ta’ IPD072Aa fix-xbieki alimentari, it-tixrid ambjentali tagħha, b’mod partikolari permezz tal-ilma mormi u d-demel fil-ħamrija u l-ekosistemi akkwatiċi, jew l-effetti tagħha fuq organiżmi mhux fil-mira;
</CONS><CONS>
<NO.P>W.</NO.P>billi l-potenzjal għall-fluss tal-ġeni lejn qraba selvaġġi bħat-teosinte, irrapportat fi Spanja u fi Franza, iqajjem tħassib dwar il-persistenza tat-transġene fl-ambjent u l-konsegwenzi ekoloġiċi possibbli tiegħu<FOOTNOTE><FIELD> Trtikova, M., Lohn, A., Binimelis, R., Chapela, I., Oehen, B., Zemp, N., Widmer, A., Hilbeck, A., (2017), “Teosinte in Europe – Search for the Origin of a Novel Weed” (It-Teosinte fl-Ewropa – Tfittxija għall-Oriġini ta’ Ħaxix Ħażin Ġdid), Rapporti Xjentifiċi, 7: 1560, https://doi.org/10.1038/s41598-017-01478-w.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>X.</NO.P>billi r-rekwiżiti ta’ monitoraġġ stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 503/2013 mhumiex infurzati biżżejjed, mingħajr ebda verifika indipendenti tad-data sottomessa minn Corteva Agriscience LLC;
</CONS><CONS>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-iżgurar ta’ kundizzjonijiet ekwi globali u r-rispett tal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni</STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>Y.</NO.P>	billi l-kultivazzjoni tal-qamħirrum ĠM mhijiex permessa fl-Unjoni; billi l-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1898   tippermetti importazzjonijiet fl-Unjoni li ma jikkonformawx mal-istandards osservati mill-bdiewa tal-Unjoni, u b’hekk dan ipoġġihom fi żvantaġġ kompetittiv;
</CONS><CONS>
<NO.P>Z.</NO.P>billi l-konklużjonijiet tad-Djalogu Strateġiku dwar il-Futur tal-Agrikoltura fl-UE<FOOTNOTE><FIELD> “Strategic Dialogue on the Future of EU Agriculture - A shared prospect for farming and food in Europe” (Djalogu Strateġiku dwar il-Futur tal-Agrikoltura tal-UE - Prospett kondiviż għall-biedja u għall-ikel fl-Ewropa), Settembru 2024, https://agriculture.ec.europa.eu/document/download/171329ff-0f50-4fa5-946f-aea11032172e_en?filename=strategic-dialogue-report-2024_en.pdf.</FIELD></FOOTNOTE> jistiednu lill-Kummissjoni tivvaluta mill-ġdid l-approċċ tagħha dwar l-aċċess għas-suq għall-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet agroalimentari, minħabba l-isfida tal-istandards diverġenti tal-Unjoni u tas-sħab kummerċjali tagħha; billi relazzjonijiet kummerċjali aktar ġusti, fuq livell globali, konsistenti mal-miri għal ambjent b’saħħtu kienu waħda mit-talbiet ewlenin tal-bdiewa matul id-dimostrazzjonijiet tal-2023 u l-2024;
</CONS><CONS>
<NO.P>AA.</NO.P>billi rapport tal-2017 mir-Rapporteur Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) dwar id-dritt għall-ikel sab li, b’mod partikolari fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, il-pestiċidi perikolużi għandhom impatti katastrofiċi fuq is-saħħa<FOOTNOTE><FIELD> https://www.ohchr.org/en/documents/thematic-reports/ahrc3448-report-special-rapporteur-right-food.</FIELD></FOOTNOTE>; billi l-Mira 3.9 tal-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli (“SDG tan-NU”) tan-NU għandha l-għan li sal-2030 tnaqqas b’mod sostanzjali l-għadd ta’ mwiet u mard minn sustanzi kimiċi perikolużi u t-tniġġis u l-kontaminazzjoni tal-arja, tal-ilma u tal-ħamrija<FOOTNOTE><FIELD> https://www.un.org/sustainabledevelopment/health/.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>AB.</NO.P>billi l-Qafas Globali tal-Bijodiversità ta’ Kunming-Montreal, li sar qbil fuqu fil-COP15 tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Diversità Bijoloġika (“KDB tan-NU”) ta’ Diċembru 2022, jinkludi mira globali biex sal-2030 ir-riskju tal-pestiċidi jitnaqqas b’mill-anqas 50 %<FOOTNOTE><FIELD> https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/ip_22_7834.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>AC.</NO.P>billi r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 jiddikjara li l-ikel jew l-għalf ĠM ma jridx ikollu effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent, u jirrikjedi li l-Kummissjoni tqis kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti fid-dritt tal-Unjoni u fatturi leġittimi oħra rilevanti għall-kwistjoni taħt kunsiderazzjoni meta tkun qed tabbozza d-deċiżjoni tagħha; billi tali fatturi leġittimi għandhom jinkludu l-obbligi tal-Unjoni skont l-SDGs tan-NU u l-KDB tan-NU;
</CONS><CONS>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">It-tnaqqis tad-dipendenza fuq l-għalf importat</STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>AD.</NO.P>billi waħda mit-tagħlimiet mill-kriżi tal-COVID-19 u l-gwerra li għadha għaddejja fl-Ukrajna hija l-ħtieġa li l-Unjoni ttemm id-dipendenzi fuq xi materjali kritiċi; billi fl-ittra ta’ missjoni lill-Kummissarju Christophe Hansen, il-President tal-Kummissjoni, Ursula von der Leyen, talbitu jfittex modi kif jitnaqqsu l-importazzjonijiet ta’ komoditajiet kritiċi<FOOTNOTE><FIELD> https://commission.europa.eu/document/2c64e540-c07a-4376-a1da-368d289f4afe_en.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Proċess deċiżjonali mhux demokratiku</STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>AE.</NO.P>billi, fit-tmien leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta total ta’ 36 riżoluzzjoni li joġġezzjonaw għall-introduzzjoni fis-suq ta’ OĠM għall-ikel u għall-għalf (33 riżoluzzjoni) u għall-kultivazzjoni ta’ OĠM fl-Unjoni (tliet riżoluzzjonijiet); billi, fid-disa’ mandat tiegħu, il-Parlament adotta 38 riżoluzzjoni li joġġezzjonaw għat-tqegħid tal-OĠM fis-suq u adotta 11-il riżoluzzjoni oħra li joġġezzjonaw għat-tqegħid tal-OĠM fis-suq diġà fl-għaxar terminu attwali;
</CONS><CONS>
<NO.P>AF.</NO.P>billi minkejja r-rikonoxximent tagħha stess tan-nuqqasijiet demokratiċi, in-nuqqas ta’ appoġġ mill-Istati Membri u l-oġġezzjonijiet tal-Parlament, il-Kummissjoni qed tkompli tawtorizza l-OĠM;
</CONS><CONS>
<NO.P>AG.</NO.P>billi mhija meħtieġa ebda bidla fil-liġi biex il-Kummissjoni tkun tista’ ma tawtorizzax l-OĠM meta ma jkunx hemm maġġoranza kwalifikata ta’ Stati Membri favur fil-Kumitat ta’ Appell<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni “tista’”, u mhux “għandha”, tmexxi bl-awtorizzazzjoni jekk ma jkun hemm l-ebda maġġoranza kwalifikata ta’ Stati Membri favur fil-Kumitat ta’ Appell, skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>AH.</NO.P>billi l-votazzjoni fit-13 ta’ Ġunju 2025 tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf imsemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 ma tat l-ebda opinjoni, li jfisser li l-awtorizzazzjoni ma kinitx appoġġjata minn maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri<FOOTNOTE><FIELD> https://food.ec.europa.eu/document/download/ee1a5aed-5303-4c32-bb59-813143a1df47_en?filename=sc_modif-genet_20250613_sum.pdf.</FIELD></FOOTNOTE>; billi anki l-votazzjoni tal-15 ta’ Lulju 2025 tal-Kumitat ta’ Appell ma tat ebda opinjoni;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Iqis li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1898 tisboq is-setgħat ta’ implimentazzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Iqis li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1898 mhiex konsistenti mad-dritt tal-Unjoni, billi mhuwiex kompatibbli mal-għan tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 li, f’konformità mal-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/178/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, huwa li jipprovdi l-bażi biex, fir-rigward tal-ikel u l-għalf ĠM, jiżgura livell għoli ta’ protezzjoni għall-ħajja u s-saħħa umana, is-saħħa u l-benesseri tal-annimali, u l-interessi tal-ambjent u tal-konsumaturi, filwaqt li jiżgura l-funzjonament effettiv tas-suq intern;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jitlob lill-Kummissjoni tħassar d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1898 u tippreżenta abbozz ġdid lill-kumitat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-konverġenza tal-istandards bejn l-Unjoni u s-sħab tagħha fin-negozjati dwar il-ftehim ta’ kummerċ ħieles, sabiex jintlaħqu l-istandards tas-sikurezza tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni ma tawtorizzax il-qamħirrum ĠM minħabba ż-żieda fir-riskji għall-bijodiversità, għas-sikurezza tal-ikel u għas-saħħa tal-ħaddiema f’konformità mal-approċċ “Saħħa Waħda”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jistenna li l-Kummissjoni, bħala kwistjoni ta’ urġenza, twettaq l-impenn tagħha<FOOTNOTE><FIELD> Kif deskritt fl-anness tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Ottubru 2020 bit-titolu “Strateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà Lejn Ambjent Ħieles mit-Tossiċità”, COM(2020)0667, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=COM%3A2020%3A667%3AFIN#document2.</FIELD></FOOTNOTE> li tressaq proposta biex tiżgura li s-sustanzi kimiċi perikolużi pprojbiti fl-Unjoni ma jiġux prodotti għall-esportazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni fl-aħħar irrikonoxxiet, f’ittra tal-11 ta’ Settembru 2020 lill-Membri, il-ħtieġa li tqis is-sostenibbiltà fir-rigward ta’ deċiżjonijiet ta’ awtorizzazzjoni dwar OĠM<FOOTNOTE><FIELD> https://tillymetz.lu/wp-content/uploads/2020/09/Co-signed-letter-MEP-Metz.pdf.</FIELD></FOOTNOTE>; jesprimi d-diżappunt kbir tiegħu, madankollu, li, minn dak iż-żmien ’l hawn il-Kummissjoni kompliet tawtorizza OĠM għall-importazzjoni fl-Unjoni, minkejja l-oġġezzjonijiet li qed isiru bħalissa mill-Parlament u mill-maġġoranza tal-Istati Membri li jivvutaw kontra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, għal darba oħra, tqis l-obbligi tal-Unjoni fl-ambitu tal-ftehimiet internazzjonali, bħall-Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Klima, il-KDB tan-NU u l-SDGs tan-NU; itenni l-appell tiegħu li l-abbozzi ta’ atti ta’ implimentazzjoni jkunu akkumpanjati minn memorandum ta’ spjegazzjoni li jispjega kif dawn jirrispettaw il-prinċipju ta’ “la tagħmilx ħsara”<FOOTNOTE><FIELD> Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Jannar 2020 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (ĠU C 270, 7.7.2021, p. 2), il-paragrafu 102.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>