<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0223</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Id-detenzjoni arbitrarja taċ-ċittadini tal-UE Javier Marañón Montero u David Rodríguez Ballesta fil-Guinea Ekwatorjali</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0439, 0440, 0441 u 0442/2025)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2025 dwar id-detenzjoni arbitrarja taċ-ċittadini tal-UE Javier Marañón Montero u David Rodríguez Ballesta fil-Guinea Ekwatorjali (2025/2904(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 150(5) u l-Artikolu 136(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi ċ-ċittadini Spanjoli Javier Marañón Montero u David Rodríguez Ballesta ġew arrestati f’Malabo f’nofs Jannar 2025 b’rabta ma’ proġett televiżiv diġitali li falla u ġew trasferiti fis-7 ta’ April 2025 lejn il-ħabs Black Beach, li huwa ħabs magħruf għall-kundizzjonijiet inumani tiegħu u għall-ksur sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi t-talbiet konsulari Spanjoli ġew ittardjati jew ostakolati u l-ambaxxatur ġie konvokat; billi d-detenzjoni ta’ dawn iċ-ċittadini tal-UE poġġiet pressjoni fuq ir-relazzjonijiet bejn Spanja u l-Guinea Ekwatorjali u tqajjem tħassib dwar il-protezzjoni taċ-ċittadini tal-UE barra minn pajjiżhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi ż-żewġt irġiel tqiegħdu f’iżolament ta’ ritaljazzjoni u ġew miċħuda l-aċċess għall-avukati u għall-familji tagħhom, wara l-interċettazzjoni illegali tal-konverżazzjonijiet privati tagħhom ma’ diplomatiċi Spanjoli;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi huwa rrappurtat li saħħithom qed tiddeterjora serjament, b’mod partikolari dik tas-Sur Montero, minħabba strajk tal-ġuħ;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi mill-1979, il-Guinea Ekwatorjali kienet immexxija mir-reġim ta’ Teodoro Obiang Nguema, reġim ġeneralment meqjus bħala dittatorjat awtoritarju kkaratterizzat minn ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-organizzazzjonijiet internazzjonali u mhux governattivi rrappurtaw b’mod konsistenti dwar ksur tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi detenzjoni u priġunerija arbitrarji ta’ ċittadini barranin, kundizzjonijiet ta’ theddida għall-ħajja fil-ħabsijiet u fil-faċilitajiet ta’ detenzjoni, u vjolenza kontra d-detenuti u t-tortura tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-korruzzjoni sistemika tiżgura li l-ġid enormi taż-żejt tan-nazzjon jibbenefika biss grupp żgħir ta’ nies, filwaqt li l-biċċa l-kbira tal-popolazzjoni jitħallew f’faqar estrem;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-każijiet ripetuti ta’ kundizzjonijiet ta’ detenzjoni u ta’ trattament ħażin inaċċettabbli tal-priġunieri fil-Guinea Ekwatorjali; iqishom bħala ksur ċar tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-awtoritajiet jieħdu miżuri immedjati u mingħajr kundizzjonijiet, inkluża t-tneħħija taż-żamma taħt arrest, biex jiġu żgurati l-benesseri tas-Sur Montero u tas-Sur Ballesta u r-rispett għad-drittijiet tagħhom, inkluż id-dritt għal proċess ġust, l-aċċess għall-kura medika u għall-pariri legali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jistieden lill-awtoritajiet tal-Guinea Ekwatorjali jiżguraw li s-Sur Montero jirċievi trattament mediku urġenti u jesiġi li jkollu evakwazzjoni medika urġenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jisħaq li arresti u detenzjonijiet arbitrarji jagħmlu ħsara lir-reputazzjoni tal-pajjiż, jiskoraġġixxu l-investiment u l-kooperazzjoni internazzjonali, u jista’ jkollhom impatt detrimentali fuq ir-relazzjonijiet tal-pajjiż mal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jistieden lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (VP/RGħ) u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, f’koordinazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet Spanjoli, jintensifikaw l-isforzi diplomatiċi fir-rigward tal-każijiet tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar is-subordinazzjoni tal-ġudikatura tal-Guinea Ekwatorjali għar-reġim u n-nuqqas ta’ responsabbiltà ġudizzjarja, it-tortura kontinwa u l-kundizzjonijiet inumani fil-ħabsijiet, il-persekuzzjoni kontinwa tal-oppożizzjoni politika, ir-restrizzjonijiet severi fuq il-libertà tal-espressjoni, u ksur ieħor tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Guinea Ekwatorjali tiffirma l-Ftehim ta’ wara Cotonou<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2023/2862, 28.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2023/2862/oj.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-VP/RGħ, lill-awtoritajiet tar-Renju ta’ Spanja u tar-Repubblika tal-Guinea Ekwatorjali, lill-Unjoni Afrikana, u lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>