<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0225</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-10 anniversarju tad-detenzjoni tal-pubblikatur Żvediż Gui Minhai, inkarċerat fiċ-Ċina</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0412, 0414, 0429, 0431, 0433 u 0435/2025)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2025 dwar l-10 anniversarju tad-detenzjoni tal-pubblikatur Żvediż Gui Minhai, inkarċerat fiċ-Ċina (2025/2906(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 150(5) u l-Artikolu 136(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi ċ-ċittadin Żvediż Gui Minhai, il-pubblikatur u l-koproprjetarju tad-dar tal-pubblikazzjoni Mighty Current f’Hong Kong, magħrufa għall-pubblikazzjoni ta’ xogħlijiet li jikkritikaw it-tmexxija Ċiniża, inħataf fit-Tajlandja f’Ottubru 2015 u sussegwentement ġie detenut fiċ-Ċina; billi l-ħtif tiegħu kien parti minn repressjoni usa’ miċ-Ċina kontra pubblikaturi bbażati f’Hong Kong;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi fi Frar 2020, qorti Ċiniża kkundannat lil Gui Minhai għal 10 snin ħabs fuq akkużi li “illegalment ipprovda intelligence barra mill-pajjiż”, wara proċess sigriet u inġust; billi huwa ġie miċħud rappreżentanza legali xierqa u aċċess għas-servizzi konsulari Żvediżi; billi għadu mhux magħruf fejn jinsab bħalissa;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi Gui Minhai għadu qed jiġi miċħud il-kuntatt mal-familja, u dan iqajjem tħassib serju dwar l-istat ta’ saħħtu wara għaxar snin ta’ detenzjoni;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu għall-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet ta’ Gui Minhai; jinnota bi tħassib kbir l-għaxar anniversarju li ġej mill-ħtif u d-detenzjoni tiegħu, u jtenni l-kundanna l-aktar qawwija tiegħu tal-ħtif, tal-arrest arbitrarju, tad-detenzjoni u tal-kundanna tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jesprimi solidarjetà mal-familja ta’ Gui Minhai, b’mod partikolari ma’ bintu Angela Gui, li bla heda baqgħet tistinka favur il-ħelsien tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jisħaq li ċ-ċaħda ta’ aċċess konsulari għal Gui Minhai tikkostitwixxi ksur tal-obbligi taċ-Ċina fl-ambitu tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna; jesprimi tħassib serju dwar is-saħħa ta’ Gui Minhai u t-trattament tiegħu waqt li jinsab detenut; jistieden lill-awtoritajiet Ċiniżi jippermettulu aċċess immedjat għal kura medika indipendenti tal-għażla tiegħu stess, kif ukoll aċċess mingħajr xkiel għall-familja tiegħu, għal rappreżentant legali tal-għażla tiegħu u għal uffiċjali konsulari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jisħaq li dan il-każ iservi bħala eżempju tax-xejra ta’ repressjoni sistemika u tranżnazzjonali, ċensura u ksur tal-libertajiet fundamentali li naraw fiċ-Ċina, inkluż kontra avukati, ġurnalisti, artisti, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, minoranzi etniċi u reliġjużi, u ċittadini barranin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jissottolinja li l-fiduċja reċiproka u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-dritt għal-libertà tal-espressjoni, il-libertà tal-istampa u d-dritt tal-pubblikazzjoni, għandhom ikunu fil-qalba tar-relazzjonijiet bejn l-UE u ċ-Ċina;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jistieden liċ-Ċina ttemm iċ-ċensura, il-fastidju u l-intimidazzjoni tal-pubblikaturi, tal-kittieba, tal-ġurnalisti u tal-akkademiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Ċiniżi jtemmu l-prattika ta’ detenzjoni arbitrarja u konfessjonijiet furzati, u jeħilsu minnufih lil dawk kollha detenuti talli eżerċitaw il-libertajiet fundamentali, inklużi avukati, ġurnalisti, artisti, rappreżentanti tal-minoranzi u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jistieden lis-SEAE, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jqajmu l-każ tiegħu fil-livelli kollha tar-relazzjonijiet bejn l-UE u ċ-Ċina, jiżguraw il-protezzjoni taċ-ċittadini tal-UE barra mill-Ewropa, u jħeġġu liċ-Ċina teħles lil Gui Minhai u tipprovdi informazzjoni dwar il-kundizzjoni tiegħu u fejn jinsab;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Iħeġġeġ bil-qawwa liċ-Ċina tirratifika l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-VP/RGħ, lill-Istati Membri tal-UE, u lill-Gvern u lill-Kungress Nazzjonali tal-Poplu tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>