<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0227</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Ir-rwol ta’ regoli tat-taxxa sempliċi u tal-frammentazzjoni tat-taxxa fil-kompetittività Ewropea</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0155/2025 - Rapporteur: Michalis Hadjipantela)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2025 dwar ir-rwol ta’ regoli tat-taxxa sempliċi u tal-frammentazzjoni tat-taxxa fil-kompetittività Ewropea (2024/2118(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 4 u l-Artikoli 63 sa 66 tiegħu dwar il-prinċipji tas-suq intern, il-moviment liberu tal-merkanzija, tas-servizzi, tal-kapital u tal-persuni, u tal-Artikoli 113, 114 u 115 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2003/49/KE tat-3 ta’ Ġunju 2003 dwar sistema komuni ta’ tassazzjoni applikabbli għall-pagamenti ta’ imgħax u ta’ royalties bejn kumpaniji assoċjati ta’ Stati Membri differenti<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 157, 26.6.2003, p. 49, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/49/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (id-Direttiva dwar l-Imgħax u r-Royalties),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2011/96/UE tat-30 ta’ Novembru 2011 dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpaniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 345, 29.12.2011, p. 8, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2011/96/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (id-Direttiva dwar il-Kumpaniji Prinċipali u Sussidjarji),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2022/2523/KE tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar l-iżgurar ta’ livell minimu globali ta’ tassazzjoni [15 %] għal gruppi ta’ intrapriżi multinazzjonali u gruppi domestiċi fuq skala kbira fl-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 328, 22.12.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2022/2523/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, li hija r-rispons tal-Unjoni Ewropea għall-koordinazzjoni internazzjonali tat-taxxa,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-iżviluppi li għaddejjin dwar is-soluzzjoni b’żewġ pilastri biex jiġu indirizzati l-isfidi tat-taxxa li jirriżultaw mid-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapporti finali ta’ Ottubru 2015 ippubblikati mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) dwar il-Proġett tal-OECD/G20 dwar Erożjoni tal-Bażi tat-Taxxa u Trasferiment tal-Profitti (BEPS),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapporti dwar il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Ewwel Pilastru u t-Tieni Pilastru adottati mill-Qafas Inklużiv tal-OECD/G20 fl-14 ta’ Ottubru 2020, u r-riżultati tal-analiżi ekonomika tal-OECD u l-valutazzjoni tal-impatt tat-12 ta’ Ottubru 2020 intitolat “Tax Challenges Arising from Digitalisation – Economic Impact Assessment” (Sfidi tat-Taxxa li Jirriżultaw mid-Diġitalizzazzjoni – Valutazzjoni tal-Impatt Ekonomiku),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Qafas Inklużiv tal-OECD/G20 dwar id-dikjarazzjoni tal-BEPS tat-8 ta’ Ottubru 2021 dwar Soluzzjoni b’żewġ Pilastri biex jiġu Indirizzati l-Isfidi tat-Taxxa li Jirriżultaw mid-Diġitalizzazzjoni tal-Ekonomija,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-regoli mudell tat-Tieni Pilastru tal-Qafas Inklużiv tal-OECD/G20 dwar il-BEPS tal-20 ta’ Diċembru 2021 għall-implimentazzjoni domestika ta’ taxxa minima globali ta’ 15 %,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Liġi Pubblika tal-Istati Uniti 117-169 tas-16 ta’ Awwissu 2022, magħrufa bħala “Inflation Reduction Act” (Att dwar it-Tnaqqis tal-Inflazzjoni),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Mexxejja tal-G20 ta’ Rio de Janeiro tad-19 ta’ Novembru 2024 u d-Dikjarazzjoni Ministerjali tal-G20 ta’ Rio de Janeiro tal-25 ta’ Lulju 2024 dwar il-Kooperazzjoni Internazzjonali fil-Qasam tat-Taxxa,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 79/235 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tal-24 ta’ Diċembru 2024, dwar il-promozzjoni ta’ kooperazzjoni internazzjonali inklużiva u effettiva fil-qasam tat-taxxa fin-NU,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Lulju 2020 intitolata “Pjan ta’ azzjoni għal tassazzjoni ġusta u sempliċi li tappoġġa l-istrateġija ta’ rkupru” (COM(2020)0312),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Mejju 2021 intitolata “It-Tassazzjoni tal-Intrapriżi għas-Seklu 21” (COM(2021)0251),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Diċembru 2021 għal direttiva tal-Kunsill dwar l-iżgurar ta’ livell minimu globali ta’ tassazzjoni għal gruppi multinazzjonali fl-Unjoni (COM(2021)0823), kif ukoll il-pożizzjoni tal-Parlament tad-19 ta’ Mejju 2022 dwar din il-proposta<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 479, 16.12.2022, p. 89.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istudju tal-Kummissjoni ta’ Jannar 2022 intitolat “Tax compliance costs for SMEs: An update and a complement (Kostijiet tal-konformità mar-regoli tat-taxxa – Aġġornament u komplement – Rapport finali”,<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni Ewropea: L-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs, id-Direttorat Ġenerali għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs, KPMG, VVA, Di Legge, A. et al., <STRING ITALIC="on">Tax compliance costs for SMEs – An update and a complement – Final report</STRING>, (Kostijiet tal-konformità mar-regoli tat-taxxa – Aġġornament u komplement), Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2022, https://data.europa.eu/doi/10.2873/180570.</FIELD></FOOTNOTE>
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Mejju 2022 għal direttiva tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ regoli dwar remissjoni li tnaqqas il-predispożizzjoni favur id-dejn, u dwar il-limitazzjoni tad-deduċibbiltà tal-imgħax għal finijiet ta’ taxxa korporattiva (COM(2022)0216),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Diċembru 2022 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tar-regoli tal-VAT għall-era diġitali (COM(2022)0701),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Diċembru 2022 għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-regolament (UE) Nru 904/2010 fir-rigward tal-arranġamenti ta’ kooperazzjoni amministrattiva tal-VAT meħtieġa għall-era diġitali (COM(2022)0703),;
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Lulju 2024 għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward taċ-ċertifikat elettroniku tal-eżenzjoni mit-taxxa (COM(2024)0278),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ftehim tal-Kunsill dwar il-VAT fil-pakkett tal-era diġitali tal-5 ta’ Novembru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2025/50 tal-10 ta’ Diċembru 2024 dwar ħelsien aktar rapidu u aktar sikur mit-taxxi f’ras il-għajn eċċessivi<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2025/50, 10.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2025/50/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (FASTER),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Settembru 2023 għal Direttiva tal-Kunsill dwar in-Negozju fl-Ewropa: Qafas għat-Tassazzjoni tal-Introjtu (BEFIT) (COM(2023)0532),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Settembru 2023 għal Direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi sistema ta’ Taxxa tal-Uffiċċju Reġistrat għall-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju, u li temenda d-Direttiva 2011/16/UE (COM(2023)0528),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Settembru 2023 għal Direttiva tal-Kunsill dwar l-ipprezzar ta’ trasferiment (COM(2023)0529),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-17 u t-18 ta’ April 2024 dwar patt ġdid dwar il-kompetittività Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-24 ta’ Mejju 2024 dwar Suq Uniku għall-benefiċċju ta’ kulħadd,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ Budapest tal-Kunsill Ewropew tat-8 ta’ Novembru 2024 dwar il-Patt Ġdid dwar il-Kompetittività Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2025 dwar aġenda ta’ żbarazzar u simplifikazzjoni fil-qasam tat-taxxa li tikkontribwixxi għall-kompetittività tal-UE,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-20 ta’ Marzu 2025 dwar il-kompetittività, b’enfasi fuq is-simplifikazzjoni u t-tnaqqis tal-piżijiet regolatorji u amministrattivi,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Frar 2022 dwar l-implimentazzjoni tas-Sitt Direttiva tal-VAT: x’inhu meħtieġ biex titnaqqas id-diskrepanza tal-VAT fl-UE?<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 342, 6.9.2022, p. 88.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Ottubru 2021 dwar riforma tal-politika tal-UE dwar il-prattiki dwar it-taxxa dannużi (inkluża r-riforma tal-Grupp dwar il-Kodiċi tal-Kondotta)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 132, 24.3.2022, p. 167.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Frar 2022 dwar l-impatt tar-riformi fiskali nazzjonali fuq l-ekonomija tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 342, 6.9.2022, p. 14.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Marzu 2022 dwar Qafas Ewropew dwar it-Taxxa Minn Ras il-Għajn<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 347, 9.9.2022, p. 172.</FIELD></FOOTNOTE>, li tappella għal qafas standardizzat għat-taxxa minn ras il-għajn,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ Ottubru 2022 dwar l-impatt tat-teknoloġiji l-ġodda fuq it-tassazzjoni: kriptoteknoloġiji u blockchain<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 132, 14.4.2023, p. 15.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Marzu 2022 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar tassazzjoni ġusta u sempliċi li tappoġġja l-istrateġija ta’ rkupru (segwitu tal-PE għall-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni ta’ Lulju u l-25 inizjattiva tiegħu fil-qasam tal-VAT, it-tassazzjoni tal-intrapriżi u tal-individwi)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 347, 9.9.2022, p. 211.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar is-segwitu għall-konklużjonijiet tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 465, 6.12.2022, p. 109.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istudju taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni tad-19 ta’ April 2022 intitolat “Local taxes on economic activity in municipalities in EU Member States” (Taxxi lokali fuq l-attività ekonomika fil-muniċipalitajiet fl-Istati Membri tal-UE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Ġunju 2023 dwar it-tagħlimiet meħuda mill-Pandora Papers u minn rivelazzjonijiet oħra<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/492, 23.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/492/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, li tappella wkoll għat-titjib fir-rapportar u fil-kondiviżjoni tal-informazzjoni,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Diċembru 2023 dwar riforma ulterjuri tar-regoli dwar it-tassazzjoni korporattiva<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/4165, 2.8.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4165/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tad-9 ta’ Mejju 2022 dwar l-eżitu finali tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa<FOOTNOTE><FIELD> Kunsill tal-Unjoni Ewropea: Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, <STRING ITALIC="on">Conference on the Future of Europe – Report on the final outcome</STRING> (Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa – Rapport dwar l-eżitu finali) – Mejju 2022, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2022, https://data.europa.eu/doi/10.2860/637445.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport minn Enrico Letta f’April 2024 intitolat “Much more than a market” (Ħafna aktar milli suq)<FOOTNOTE><FIELD> Letta, E., <STRING ITALIC="on">Much more than a market: Speed, security, solidarity – Empowering the Single Market to deliver a sustainable future and prosperity for all EU Citizens</STRING> (Ħafna aktar milli suq: ħeffa, sigurtà, solidarjetà – Nagħtu setgħa lis-Suq Uniku biex iwassal għal futur sostenibbli u prosperità għaċ-ċittadini kollha tal-UE), April 2024.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport minn Mario Draghi tad-9 ta’ Settembru 2024 intitolat “The future of European competitiveness“ (Il-futur tal-kompetittività Ewropea)<FOOTNOTE><FIELD> Draghi, M., <STRING ITALIC="on">The Future of European competitiveness </STRING>(Il-futur tal-kompetittività Ewropea), 9 ta’ Settembru 2024.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A10-0155/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi politiki tat-taxxa effettivi, ġusti u effiċjenti għandhom rwol ewlieni fil-promozzjoni tat-tkabbir sostenibbli fit-tul u tas-soċjetajiet inklużivi;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi fl-2023 l-Istati Membri tal-UE ġabru EUR 6 712-il biljun f’taxxi (inklużi kontribuzzjonijiet soċjali reali obbligatorji), li jirrappreżentaw 4,7 % aktar mill-2022<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni Ewropea, “Data on Taxation Trends” (Data dwar ix-Xejriet fit-Tassazzjoni), aġġornata l-aħħar fl-10 ta’ Marzu 2025.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-UE qed tiffaċċja diskrepanza sinifikanti fl-investiment; billi l-eliminazzjoni ta’ din id-diskrepanza hija kruċjali biex jiġi żgurat tkabbir ekonomiku sostenibbli, tissaħħaħ il-kompetittività, u jintlaħqu l-objettivi tat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi fl-2023, il-piż tat-taxxa (jiġifieri d-dħul mit-taxxa ġenerali bħala sehem mill-PDG) fl-UE kien 39,0 % tal-PDG, tnaqqis żgħir meta mqabbel mal-2022<FOOTNOTE><FIELD> ibid.</FIELD></FOOTNOTE>, iżda xorta waħda proporzjon kunsiderevolment għoli;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-istimi jissuġġerixxu li d-dħul globali mit-taxxa mhux miġbura jammonta għal madwar EUR 500 biljun, li minnhom madwar EUR 100 biljun mhumiex miġbura miż-żona tal-UE; billi d-dħul addizzjonali huwa affettwat minn każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità tat-taxxa u strateġiji ta’ ppjanar aggressiv tat-taxxa; billi dan it-telf iċaħħad lill-Istati Membri minn finanzjament pubbliku essenzjali;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi fl-2023 il-proporzjon tad-dħul mill-VAT mal-PDG kien jammonta għal 7,1 % tal-PDG tal-UE u 18,3 % tad-dħul totali tal-gvern<FOOTNOTE><FIELD> ibid.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi skont il-Kummissjoni<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni Ewropea: Id-Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali, iċ-Ċentru għar-Riċerka Soċjali u Ekonomika (CASE), Oxford Economics, Syntesia, Bonch-Osmolovskiy, M. et al., <STRING ITALIC="on">VAT gap in the EU</STRING> – <STRING ITALIC="on"> 2024 report</STRING> (Id-diskrepanza tal-VAT fl-UE – rapport tal-2024), Poniatowski, G. (editur), l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2024, https://data.europa.eu/doi/10.2778/2476549.</FIELD></FOOTNOTE>, fl-2022 id-diskrepanza tal-konformità mal-VAT waħedha kienet tammonta għal EUR 89,3 biljun, jew madwar 7 % tad-dħul totali mistenni mill-VAT; billi skont l-istimi, kwart tad-diskrepanza tal-VAT huwa marbut direttament mal-frodi kriminali tal-VAT<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni Ewropea, “Questions and Answers: VAT Gap 2022 report” (Mistoqsijiet u Tweġibiet: rapport tal-2022 dwar id-diskrepanza tal-VAT), is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea, 8 ta’ Diċembru 2022, https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/en/qanda_22_7519.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-Istati Membri jvarjaw fid-dipendenza tagħhom fuq it-tassazzjoni, fit-taxxi li jimponu biex jiġbru dan id-dħul u kif bidlu t-taħlita tat-taxxa tagħhom matul l-aħħar deċennju<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni Ewropea: Id-Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali, <STRING ITALIC="on">Annual report on taxation 2024 – Review of taxation policies in the European Union</STRING> (Rapport annwali tal-2024 dwar it-tassazzjoni – Rieżami tal-politiki tat-tassazzjoni fl-Unjoni Ewropea), 2024, https://data.europa.eu/doi/10.2778/10846.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-kostijiet tal-konformità mar-regoli tat-taxxa jimponu piż finanzjarju addizzjonali fuq il-kumpaniji, li jakkumula ruħu mal-obbligazzjoni ta’ taxxa nnifisha, ħaġa li ttellef ħin u riżorsi minn opportunitajiet oħra ta’ investiment;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi, skont l-istimi, il-kostijiet totali tal-konformità mar-regoli tat-taxxa fis-27 Stat Membru tal-UE flimkien mar-Renju Unit huma stmati li jlaħħqu għal EUR 204 biljuni, li jammontaw għal 1,3 % tal-PDG ikkombinat tagħhom; billi l-mikrointrapriżi jitgħabbew bil-maġġoranza l-kbira ta’ dawn il-kostijiet (87 %), segwiti minn negozji żgħar (10 %), u dan ipoġġi piż amministrattiv sproporzjonat fuq kumpaniji iżgħar<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni Ewropea: L-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs, id-Direttorat Ġenerali għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs, KPMG, VVA, Di Legge, A. et al., <STRING ITALIC="on">Tax compliance costs for SMEs –An update and a complement — – Final report</STRING> (Kostijiet tal-konformità mar-regoli tat-taxxa – Aġġornament u komplement – Rapport finali), l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2022, https://data.europa.eu/doi/10.2873/180570.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-Istati Membri jiffaċċjaw sfidi importanti li jista’ jkollhom impatt fuq id-dħul mit-taxxa u t-taħlita tat-taxxa tagħhom, bħal bidliet demografiċi sinifikanti, il-kriżi klimatika, id-diġitalizzazzjoni u l-awtomatizzazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi, skont it-Trattati, it-tassazzjoni hija primarjament kompetenza nazzjonali tal-Istati Membri;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-mobbiltà tal-kapital li qed tikber, flimkien max-xejriet usa’ tal-globalizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni matul dawn l-aħħar deċennji, kellhom l-impatt mhux intenzjonat li progressivament inaqqsu l-kapaċità tal-pajjiżi individwali li jiżguraw l-effettività tal-politiki tat-taxxa tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-istudju tal-Kummissjoni Ewropea stima li fl-2019 in-negozji fl-UE-28 ta’ dak iż-żmien ġarrbu, bħala medja, kost annwali tal-konformità mar-regoli tat-taxxa ekwivalenti għal 1,9 % tal-fatturat tagħhom; billi fost id-diversi taxxi, in-negozji qiesu l-VAT u t-taxxa korporattiva bħala dawk bl-ogħla piż regolatorju;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi r-rapport komprensiv ta’ Draghi dwar is-sitwazzjoni ekonomika tal-UE jwissi dwar it-tnaqqis fil-produttività u fil-kompetittività tal-UE, u ġie ddikjarat li, mingħajr azzjoni deċiżiva, l-UE tiffaċċja “tnaqqis li jimxi bil-mod u li jikkawża tbatija”, filwaqt li ġiet sottolinjata wkoll il-ħtieġa ta’ politiki kkoordinati – inklużi, pereżempju, l-eliminazzjoni ta’ ostakli mhux meħtieġa u t-tnaqqis tal-ostakli burokratiċi relatati mat-tassazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi l-frammentazzjoni tal-politika tat-tassazzjoni u t-tfassil ta’ politika tat-taxxa kkumplikata żżejjed joħolqu diversi ostakli għall-kumpaniji u għaċ-ċittadini fis-suq uniku, bħall-inċertezza legali, il-burokrazija, ir-riskju ta’ tassazzjoni doppja u d-diffikultajiet fit-talbiet għal rifużjonijiet tat-taxxa; billi tali ostakli jiskoraġġixxu l-attività ekonomika transfruntiera fis-suq uniku u joħolqu riskji għall-awtoritajiet tat-taxxa, bħan-nontassazzjoni doppja u l-opportunitajiet għall-arbitraġġ tat-taxxa; billi r-rapport komprensiv ta’ Draghi jenfasizza wkoll il-ħtieġa li “jiġi eliminat kwalunkwe ostaklu tat-taxxa għall-investiment transfruntier fl-UE” biex titnaqqas il-frammentazzjoni tas-suq kapitali u jisħaq li “ċ-ċittadini tal-UE għandhom ikunu jistgħu jinvestu fi Stati Membri oħra mingħajr proċeduri ta’ tassazzjoni kumplessi, li dan effettivament jirriżulta f’tassazzjoni doppja”;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi r-rapport ta’ Letta jenfasizza li l-frammentazzjoni tat-taxxa tibqa’ ostaklu maġġuri għan-negozji u għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) tal-UE b’mod partikolari l-SMEs, u li allinjament aħjar permezz ta’ kooperazzjoni dwar qafas tat-taxxa tal-UE huwa kruċjali biex jiġi ffaċilitat il-moviment liberu tal-ħaddiema, tal-merkanzija u tas-servizzi u biex jiġu appoġġjati t-tkabbir u l-investiment privat<FOOTNOTE><FIELD> Letta, E., <STRING ITALIC="on">Much more than a market – Speed, Security, Solidarity – Empowering the Single Market to deliver a sustainable future and prosperity for all EU Citizens</STRING> (Ħafna aktar milli suq: ħeffa, sigurtà, solidarjetà – Nagħtu setgħa lis-Suq Uniku biex iwassal għal futur sostenibbli u prosperità għaċ-ċittadini kollha tal-UE), April 2024, pp. 91, 111.</FIELD></FOOTNOTE>; billi tassazzjoni robusta u ġusta hija strument ewlieni biex jiġi ġġenerat id-dħul meħtieġ għall-investiment u biex jinżammu s-servizzi ta’ interess ġenerali fir-reġjuni kollha tal-UE;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">It-tassazzjoni u l-ambjent tan-negozju</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jenfasizza li regoli tat-taxxa sempliċi u prevedibbli għandhom jagħmluha aktar faċli għall-kontribwenti biex iħallsu t-taxxi tagħhom u għall-gvernijiet biex jamministraw u jiġbru d-dħul; jenfasizza l-ħtieġa li tinħoloq UE li tiffavorixxi l-konformità u li tappoġġja lin-negozju, fejn is-setturi produttivi jistgħu jikkompetu u jistagħnew u l-ħaddiema jistgħu jaqilgħu salarju ġust filwaqt li tiġi appoġġjata t-tranżizzjoni doppja; jisħaq li regoli tat-tassazzjoni kumplessi żżejjed jirriskjaw li jiskoraġġixxu l-investiment, filwaqt li jinnota wkoll li t-tfassil ta’ politika tat-taxxa għandu jevita li jfixkel it-teħid tad-deċiżjonijiet tal-atturi ekonomiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinsab imħasseb ħafna bit-theddida għas-sovranità tat-taxxa tal-UE espressa fid-dikjarazzjonijiet tal-President tal-Istati Uniti tat-2 ta’ April 2025 dwar il-VAT fl-Istati Membri tal-UE bħala parti mill-ġustifikazzjoni għall-impożizzjoni ta’ tariffi fuq l-importazzjonijiet lejn l-Istati Uniti mill-UE; jenfasizza li l-gwerer kummerċjali jimminaw lin-negozji u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jillimitaw it-taqlib kummerċjali korrispondenti u jikkonsultaw lill-partijiet ikkonċernati Ewropej meta jieħdu deċiżjonijiet b’reazzjoni għal tali tariffi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jisħaq, kif iddikjarat fir-rapport ta’ Draghi, li r-regoli tat-taxxa diverġenti madwar l-Unjoni huma ostaklu sinifikanti biex jinkiseb Suq Uniku reali; jirrikonoxxi li l-qafas tat-taxxa tal-UE jrid jirrispetta b’mod strett il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità, kif ukoll il-kooperazzjoni, biex jitnaqqsu l-kostijiet tal-konformità għan-negozji; jenfasizza li l-Istati Membri għandhom id-dritt li jfasslu s-sistemi tat-taxxa tagħhom għall-ħtiġijiet nazzjonali speċifiċi tagħhom, filwaqt li jaderixxu ma’ standards komuni, u jikkoordinaw l-isforzi biex jiġġieldu l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa, jiżguraw skambju ta’ informazzjoni f’waqtu u jippromwovu kundizzjonijiet ekwi; jemmen li dawn l-eżiti jistgħu jinkisbu, b’mod speċifiku, billi jinstab bilanċ bejn ir-rispett tal-kompetenzi nazzjonali u li tiġi żgurata interpretazzjoni konsistenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jisħaq li, minbarra l-isforzi ta’ armonizzazzjoni, jista’ jinkiseb progress sostanzjali fis-simplifikazzjoni tal-konformità mar-regoli tat-taxxa u fl-eliminazzjoni tal-ostakli amministrattivi fis-suq intern permezz ta’ għodod ta’ implimentazzjoni komuni, pereżempju mudelli standardizzati għall-ġbir ta’ data u rapportar, gwida mill-Kummissjoni, u djalogu u skambju tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jinnota li l-kumpaniji tal-UE, b’mod partikolari l-SMEs, huma xprunaturi ewlenin tat-tkabbir ekonomiku u tal-ħolqien tal-impjiegi madwar il-kontinent kollu; ifakkar li l-SMEs jiffaċċjaw sfidi fiskali sinifikanti minħabba regolamenti tat-taxxa kumplessi u sistemi tat-taxxa frammentati, li jimponu piżijiet amministrattivi u kostijiet tal-konformità kbar, b’kostijiet tal-konformità stmati għal madwar 30 % tat-taxxi mħallsa, mqabbla ma’ madwar 2 % għall-kumpaniji kbar, u dan ixekkel it-tkabbir u l-innovazzjoni tagħhom; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tivvaluta l-impatt tal-proposti kurrenti u futuri fuq l-SMEs u tesplora soluzzjonijiet li jissimplifikaw il-proċeduri tat-taxxa u jnaqqsu l-kostijiet tal-konformità, b’kooperazzjoni stretta mal-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa; jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni tivvaluta għaliex id-direttiva proposta li tistabbilixxi sistema tat-Taxxa tal-Uffiċċju Prinċipali għall-SMEs ma ġietx milqugħa fil-Kunsill u jappella biex isir progress konkret u biex jinstabu soluzzjonijiet fattibbli biex nimxu ’l quddiem f’dan ir-rigward; jappella għall-iżvilupp ta’ sett ta’ għodod għall-SMEs u n-negozji ġodda li jkun komprensiv u faċli biex jintuża mill-utenti, li jinkludi linji gwida, mudelli, u għażliet awtomatizzati għall-preżentazzjoni tat-taxxa għall-VAT, it-taxxa korporattiva, il-pagi u obbligazzjonijiet oħra, u li jkun disponibbli liberament u jiġi aġġornat regolarment;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jieħu nota tar-rapport ta’ Draghi dwar proposti ta’ tassazzjoni speċifiċi għas-settur, speċifikament ir-rakkomandazzjonijiet dwar it-tnaqqis tal-kost tal-konsum tal-elettriku mingħajr ma tiġi mminata l-kompetittività tal-UE, jiġi skoraġġut l-investiment, issir ħsara lill-ħolqien tal-impjiegi jew tiddgħajjef il-fiduċja tan-negozji; jirrikonoxxi, f’dan ir-rigward, ir-riflessjonijiet informali tal-ministri għall-finanzi tal-UE f’Jannar 2025 dwar il-prezzijiet għoljin tal-enerġija u l-prijoritizzazzjoni tagħhom; iqis il-ħidma kontinwa fuq ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar it-Tassazzjoni fuq l-Enerġija<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/96/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, filwaqt li jenfasizza l-importanza tal-ambizzjonijiet klimatiċi, tar-realtajiet ekonomiċi kurrenti u tal-prezzijiet għoljin tal-enerġija, kif ukoll il-ħtiġijiet tal-konnettività;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-kompetittività u t-tkabbir ekonomiku</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jenfasizza li l-kompetittività hija terminu wiesa’ li jirreferi għar-rata ta’ produttività li kapaċi tixpruna t-tkabbir sostenibbli u, konsegwentement, l-introjtu u l-benesseri għal kulħadd; jisħaq li ekonomija kompetittiva mhijiex sempliċement favorevoli għan-negozju, iżda pjuttost waħda li twassal għall-kisba ta’ livelli għoljin ta’ impjiegi u benesseri soċjali, tipprovdi kapaċità ta’ innovazzjoni, opportunitajiet edukattivi u infrastruttura adegwati, u standards tal-istat tad-dritt u istituzzjonijiet b’saħħithom; jirrikonoxxi li t-tassazzjoni effiċjenti u effettiva – inklużi miżuri biex jitrażżnu l-kompetizzjoni tat-taxxa dannuża u l-ġirja lejn l-aktar livell baxx, f’termini ta’ rati tat-taxxa – hija kritika sabiex jiġu ġġenerati r-riżorsi pubbliċi meħtieġa għal investiment pubbliku u privat sostnut, li mbagħad isaħħaħ il-kompetittività, il-koeżjoni soċjali u ekonomika u t-tkabbir tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jilqa’ l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew dwar il-Patt Ġdid dwar il-Kompetittività Ewropea; jiddispjaċih, f’dan ir-rigward, dwar l-ommissjoni tal-qasam tat-tassazzjoni fit-titjib tal-kompetittività tal-Ewropa; jappella għal kooperazzjoni aħjar fil-qasam tat-taxxa fl-UE, billi jitnaqqsu l-frammentazzjoni u l-kumplessità, filwaqt li jitrawmu kooperazzjoni u fiduċja akbar fost l-Istati Membri peress li dan huwa essenzjali biex tissaħħaħ il-kompetittività tal-ekonomija Ewropea;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaqblu dwar approċċ ikkoordinat biex tissaħħaħ it-trasparenza tan-nefqa tat-taxxa tal-gvern, biex jiġi żgurat li dan iwassal għall-kisba tal-għanijiet ta’ politika mixtieqa f’konformità mal-objettivi komuni u l-prijoritajiet tal-UE b’mod kosteffettiv, filwaqt li ma jkollux impatti mhux mistennija jew negattivi fuq is-suq intern, u ma joffrix opportunitajiet għall-evażjoni tat-taxxa u għall-ippjanar aggressiv tat-taxxa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jilqa’ l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew dwar l-iżbarazzar fil-qasam tat-taxxa u s-simplifikazzjoni tat-taxxa; jisħaq li l-inizjattivi futuri tal-UE dwar it-tassazzjoni għandhom jiffukaw bi prijorità fuq is-simplifikazzjoni amministrattiva, l-eliminazzjoni (fejn rilevanti) ta’ regoli tat-taxxa li jikkoinċidu, iż-żieda taċ-ċarezza u r-razzjonalizzazzjoni tal-applikazzjoni tar-regoli tat-taxxa, u l-indirizzar tad-diverġenzi jew l-ineffiċjenzi identifikati li jistgħu jaffettwaw il-funzjonament tas-suq uniku; jisħaq li l-Kummissjoni għandha tiffaċilita u tinkoraġġixxi kooperazzjoni aktar robusta bejn l-Istati Membri u l-amministrazzjonijiet tat-taxxa nazzjonali biex tippermetti interpretazzjoni aktar konsistenti tal-leġiżlazzjoni dwar it-taxxa diretta u indiretta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jieħu nota tar-riċerka li saret miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni fl-2022, li ssib li d-dħul għall-baġits lokali minn taxxi fuq l-attivitajiet ekonomiċi lokali jista’ jservi bħala inċentiv għall-muniċipalitajiet biex jaġixxu lokalment u jagħtu spinta lill-attivitajiet ekonomiċi lokali; jistieden lill-Kummissjoni, f’dan ir-rigward, tintensifika din ir-riċerka u tinvolvi ruħha f’eżerċizzji ta’ tagħlim reċiproku mal-Istati Membri biex tinkoraġġixxi lill-muniċipalitajiet jieħdu ħsieb in-negozji tagħhom, u b’hekk isir użu mill-potenzjal mhux sfruttat għal aktar tkabbir ekonomiku fl-UE kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jisħaq li inċentivi fiskali mfassla tajjeb u ġustifikati b’sustanza ekonomika u benefiċċji soċjoekonomiċi jistgħu jappoġġjaw attivitajiet ekonomiċi li javvanzaw l-għanijiet pubbliċi, inklużi żoni periferiċi u żoni ġeografikament żvantaġġati fl-UE; jinnota li l-inċentivi fiskali mhux biss għandhom jikkonformaw mat-Trattati u r-restrizzjonijiet relatati mal-ispazju fiskali, iżda wkoll ma għandhomx iwasslu għal frammentazzjoni tas-suq intern, u jappella għal sett ta’ għodod biex jiġu żgurati d-djalogu, it-trasparenza u l-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri dwar l-inċentivi fiskali; jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li toħroġ linji gwida mhux vinkolanti dwar l-inċentivi fiskali u jappella għal studju ulterjuri dwar l-effett tal-implimentazzjoni tar-regoli tat-Tieni Pilastru tal-OECD dwar l-inċentivi fiskali u toħroġ rakkomandazzjonijiet biex tiżgura l-effettività tagħhom fi ħdan il-qafas tat-Tieni Pilastru; jissottolinja l-importanza li jiġi żgurat li l-inċentivi fiskali jibqgħu konsistenti mal-qafas attwali tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat; ifakkar fl-impenji tal-UE dwar it-tibdil fil-klima u l-appoġġ kontinwu tal-Parlament għal dawn il-miri, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkoordinaw l-isforzi u jikkunsidraw il-benefiċċji potenzjali tal-inċentivi fiskali għall-investimenti ekoloġiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Ifakkar li diversi inizjattivi leġiżlattivi fil-qasam tat-tassazzjoni mhumiex qed jimxu ’l quddiem; jissottolinja, f’dan ir-rigward, il-ħtieġa li jiġu pprovduti ċertezza legali u prevedibbiltà lin-negozji tal-UE; jieħu nota tal-kjarifikazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar liema inizjattivi għandhom jiġu rtirati fil-qasam tat-tassazzjoni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Is-simplifikazzjoni tat-taxxa u d-diġitalizzazzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Ifakkar fil-prijorità tal-Kummissjoni li tiżgura s-simplifikazzjoni tan-negozju fil-politiki kollha, inkluża t-tassazzjoni li taqa’ taħt il-kompetenzi tagħha, bl-għan li r-rekwiżiti ta’ rapportar jitnaqqsu b’mill-anqas 25 % (u għall-SMEs b’mill-anqas 35 %); jistieden, f’dan ir-rigward, lill-Kummissjoni, biex fi djalogu mill-qrib u kontinwu mal-Istati Membri twettaq b’mod sistematiku valutazzjonijiet tal-impatt <STRING ITALIC="on">ex ante</STRING> tal-proposti leġiżlattivi l-ġodda kollha relatati mat-taxxa, kif ukoll verifika tal-kompetittività dwar il-miżuri kurrenti biex jiġi kkwantifikat it-tnaqqis mistenni fil-piżijiet amministrattivi u jiġi żgurat li r-regoli l-ġodda jallinjaw ruħhom mal-objettivi tat-tkabbir ekonomiku u mal-objettivi tat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tidentifika u telimina l-każijiet kollha ta’ rapportar doppju u tistabbilixxi sistema għal kondiviżjoni effiċjenti tad-data bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa, biex b’hekk il-kontribwenti jinħelsu mill-obbligi ta’ rapportar doppju; jinnota li, f’dan il-kuntest, jista’ jinkiseb titjib sempliċi bħall-emendar tad-Direttiva (UE) 2021/2101<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2021/2101 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2021 li temenda d-Direttiva 2013/34/UE fir-rigward tad-divulgazzjoni ta’ informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu minn ċerti impriżi u fergħat, ĠU L 429, 1.12.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2021/2101/oj).</FIELD></FOOTNOTE> dwar ir-rapportar għal kull pajjiż b’mod pubbliku, biex ir-regoli tal-UE jkunu ekwivalenti għall-istandard ta’ rapportar 207 tal-Inizjattiva Globali ta’ Rapportar għat-taxxa; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-merti ta’ tali ekwivalenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jissimplifikaw l-obbligi tat-taxxa għall-industrija tad-difiża, billi jespandu u jissimplifikaw l-eżenzjonijiet mill-VAT għall-akkwist pubbliku fil-kuntest ta’ inizjattivi konġunti tad-difiża tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jappella sabiex jiġi stabbilit Ċentru tad-Data dwar it-Taxxa tal-UE biex jittejjeb l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni dwar it-taxxa u jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jibnu fuq għodod eżistenti, bħas-Sistema ta’ Skambju ta’ Informazzjoni dwar il-VAT (VIES) u s-Sistema Kompjuterizzata għall-Moviment u għall-Kontroll ta’ Oġġetti Soġġetti għas-Sisa (EMCS), u jesploraw l-estensjoni tal-applikazzjoni tagħhom għal oqsma bħat-tassazzjoni diretta; jenfasizza li tali ċentru għandu jippermetti analiżi konġunta tal-informazzjoni rilevanti għall-proċess ta’ kontroll tat-tassazzjoni b’komponent transfruntier, jipprevjeni d-duplikazzjoni, u jservi bħala punt ta’ aċċess uniku għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa madwar l-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jenfasizza r-rwol ewlieni li l-fatturazzjoni elettronika jista’ jkollha biex tissaħħaħ it-trasparenza, jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi u jiġi ffaċilitat l-użu prattiku u effiċjenti tad-data rrapportata;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Ifakkar li fin-nuqqas ta’ rapportar robust, l-amministrazzjonijiet tat-taxxa ma jkollhomx l-informazzjoni bażika meħtieġa biex jidentifikaw, jinvestigaw u jipprevjenu prattiki abbużivi tat-taxxa; jissottolinja li l-aċċess għal data dwar it-taxxa f’waqtha u komprensiva huwa essenzjali għas-salvagwardjar tal-ġustizzja tas-sistemi tat-taxxa u għall-protezzjoni tad-dħul pubbliku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jirrikonoxxi li biex jiġu ġġustifikati l-kostijiet tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ rapportar, hemm bżonn ta’ amministrazzjonijiet tat-taxxa b’riżorsi tajbin u effiċjenti, mgħammra b’persunal imħarreġ b’mod adegwat u infrastruttura diġitali moderna. jisħaq fuq il-ħtieġa li jsir investiment fil-kapaċità tal-awtoritajiet tat-taxxa biex jiġi żgurat li l-obbligi ta’ rapportar eżistenti jintużaw b’mod li jiġu sfruttati għall-massimu tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Ifakkar li regoli tat-taxxa sempliċi, stabbli u prevedibbli huma essenzjali għal ekonomija kompetittiva u jikkontribwixxu għall-ħolqien tal-impjiegi u għat-tkabbir ekonomiku; jistieden lill-Kummissjoni toħroġ rakkomandazzjonijiet favur sistema tat-taxxa simplifikata u kompetittiva biex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-kumpaniji u għaċ-ċittadini, fejn jitqies xieraq, pereżempju billi jiġi ssimplifikat l-użu tan-Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa fl-Istati Membri kollha, u fil-qasam tal-inċentivi fiskali; jirrikonoxxi li ċ-ċertezza tat-taxxa, is-simplifikazzjoni tal-proċeduri ta’ rifużjoni u t-tnaqqis huma soluzzjonijiet ewlenin biex jitnaqqas il-piż amministrattiv, speċjalment għall-SMEs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jinnota l-importanza tas-simplifikazzjoni tat-taxxa b’mod ġenerali; jisħaq fuq il-ħtieġa li tiżdied il-parteċipazzjoni fil-livell tal-konsumaturi fis-swieq kapitali billi jiġu ssimplifikati l-proċeduri tad-dikjarazzjoni tat-taxxa għall-kontijiet tat-tfaddil u tal-investiment, b’mod partikolari meta dawn il-kontijiet ikunu akkumpanjati minn inċentivi fiskali; jinnota wkoll il-proġetti pilota tal-Kummissjoni dwar il-konformità kooperattiva għan-negozji, li għandhom l-għan li jnaqqsu l-awditi u jtejbu s-soluzzjoni tat-tilwim għall-kumpaniji li jissodisfaw standards għoljin ta’ konformità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jissottolinja l-potenzjal tad-diġitalizzazzjoni, speċjalment l-intelliġenza artifiċjali (IA), bħala għodda biex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi u l-kostijiet tal-konformità għall-kumpaniji, b’mod partikolari l-SMEs, u għall-appoġġ tad-detezzjoni tal-frodi tal-VAT, filwaqt li xorta jinżamm element uman għall-kontrolli tal-kwalità u biex jiġu żgurati salvagwardji kontra r-riskji ta’ diskriminazzjoni; jinnota li d-diġitalizzazzjoni tista’ ssaħħaħ ukoll l-amministrazzjoni tat-taxxa pubblika, dment jkunu garantiti trasparenza u sorveljanza suffiċjenti tat-teħid ta’ deċiżjonijiet awtomatizzat relatat mat-taxxa; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu d-diġitalizzazzjoni u s-simplifikazzjoni tal-amministrazzjoni tat-taxxa, filwaqt li jsaħħu l-kooperazzjoni, il-koordinazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki u l-għarfien espert fost l-awtoritajiet nazzjonali, filwaqt li l-Kummissjoni taġixxi bħala faċilitatur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jisħaq li l-Istati Membri għandhom jallokaw riżorsi umani u finanzjarji adegwati għall-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe leġiżlazzjoni fiskali ġdida u l-modernizzazzjoni tal-amministrazzjonijiet tat-taxxa, b’mod partikolari permezz ta’ investiment fil-persunal, fit-taħriġ, u fis-sistemi tal-IT integrati u interoperabbli u konsultazzjonijiet mas-settur privat; jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-appoġġ tagħha permezz tal-programm Fiscalis u tesplora programm ta’ finanzjament tal-UE ddedikat biex tkompli tappoġġja tali investimenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta u tissimplifika, fil-limiti tal-kompetenza tagħha u fi djalogu mill-qrib u kontinwu mal-Istati Membri l-qafas kurrenti tal-VAT, biex tnaqqas il-piżijiet amministrattivi, inkluż għan-negozji u l-organizzazzjonijiet komunitarji, issaħħaħ il-kompetittività u tnaqqas id-diskrepanza bejn id-dħul mistenni u l-ammont effettivament miġbur (id-diskrepanza tal-VAT); itenni l-appell tiegħu għal sistema tal-VAT simplifikata u modernizzata b’limiti fuq l-eżenzjonijiet u r-rati mhux standard, bil-għan li tiġi promossa l-kompetizzjoni ġusta, jitnaqqsu l-kostijiet tal-konformità u tittejjeb il-konformità volontarja; jieħu nota tal-pakkett tal-VAT fl-Era Diġitali (ViDA) u jistieden lill-Kummissjoni toħroġ linji gwida ċari u konsistenti biex tappoġġja l-implimentazzjoni bla xkiel tad-Direttiva (UE) 2025/516<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2025/516 tal-11 ta’ Marzu 2025 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tar-regoli tal-VAT għall-era diġitali (ĠU L, 2025/516, 25.3.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2025/516/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, speċifikament fir-rigward tar-Rekwiżit ta’ Rapportar Diġitali; jenfasizza li d-diskrepanza fil-konformità tal-VAT tvarja b’mod sinifikanti bejn l-Istati Membri u jilqa’ l-pakkett ViDA bħala għodda biex tissaħħaħ it-trasparenza u titnaqqas il-frodi; iħeġġeġ implimentazzjoni kkoordinata fil-livell nazzjonali biex tiġi żgurata l-koerenza u li l-mudell tal-Punt Uniku ta’ Servizz tal-VAT ikun effiċjenti u faċli għall-utent, partikolarment għall-SMEs; jappella għal aktar riformi biex tiġi ffaċilitata r-reġistrazzjoni elettronika tal-VAT għan-negozji ż-żgħar u biex tiżdied id-diġitalizzazzjoni tal-ġbir tal-VAT; jistieden lill-Kummissjoni tibni fuq il-Punt Uniku ta’ Servizz tal-VAT u twessgħu għall-kummerċ elettroniku transfruntier min-negozju għall-konsumatur, bil-għan li tnaqqas il-piż amministrattiv u l-kostijiet tal-konformità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jinnota l-bidla sinifikanti fl-imġiba tax-xiri f’dawn l-aħħar għaxar snin, b’żieda f’daqqa fil-kummerċ elettroniku matul il-pandemija tal-COVID-19 li għadha tippersisti llum; jirrikonoxxi li x-xiri online għandu jikkontribwixxi għal konformità akbar tal-VAT minħabba r-rekord elettroniku tal-awditjar, iżda r-rapport tal-Kummissjoni dwar id-diskrepanza tal-VAT tal-2024 jissottolinja li l-korrelazzjoni mhijiex daqshekk ċara minħabba l-kumplessitajiet li jirriżultaw mill-bejgħ online; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tivvaluta jekk l-acquis tal-VAT huwiex adattat għall-iskop tiegħu minħabba ż-żieda fil-popolarità tal-kummerċ elettroniku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jappella għat-titjib tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/9/EC<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE tat-12 ta’ Frar 2008 li tistabbilixxi regoli dettaljati għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, prevista fid-Direttiva 2006/112/KE, għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru ta’ rifużjoni iżda stabbiliti fi Stat Membru ieħor, (ĠU L 44, 20.2.2008, p. 23, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2008/9/oj).</FIELD></FOOTNOTE>; jissottolinja l-importanza li tiġi esplorata l-integrazzjoni tar-rifużjonijiet transfruntiera tal-VAT fil-mudell tal-Punt Uniku ta’ Servizz, sabiex tkompli tiġi ssimplifikata l-konformità mal-VAT għan-negozji involuti fil-kummerċ transfruntier, filwaqt li jiġi żgurat l-allinjament mal-obbligi eżistenti tal-VAT madwar l-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jappella għal applikazzjoni konsistenti ta’ kunċetti ewlenin u għar-razzjonalizzazzjoni tad-definizzjonijiet biex is-sistema tal-VAT tkun aktar effettiva, inklużi, pereżempju, l-applikazzjoni ta’ interpretazzjonijiet komuni għal “merkanzija installata u mmuntata”, kif deskritt fl-Artikolu 36 tad-Direttiva tal-VAT<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2006/112/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, u l-applikazzjoni konsistenti tad-definizzjonijiet ta’ stabbiliment permanenti u fiss jew stabbilimenti oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa ta’ sistema tal-VAT aktar sostenibbli u ekwa filwaqt li jitqies b’mod ulterjuri kif ir-rati tal-VAT jistgħu jintużaw biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ sostenibbiltà; jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tivvaluta jekk l-imposti tal-VAT jistgħux jiġu eliminati fuq merkanzija fornuta mingħajr ħlas għall-benefiċċju soċjali u ambjentali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jinnota li filwaqt li r-rati mnaqqsa tal-VAT ikollhom skop leġittimu meta jkunu qed jappoġġjaw l-għanijiet soċjali u ekonomiċi wiesgħa tal-Istati Membri, inkluż l-appoġġ għall-membri vulnerabbli tas-soċjetà u għat-tfal, l-applikazzjoni usa’ tagħhom iżżid l-inċertezza legali u l-kumplessità tas-sistema tat-taxxa; jenfasizza li filwaqt li r-rati mnaqqsa tal-VAT jistgħu jwasslu għal tnaqqis fil-prezzijiet għall-konsumatur, dan jiddependi wkoll minn fatturi oħra; iqis, għalhekk, li r-rieżami u l-valutazzjoni perjodiċi ta’ liema rati mnaqqsa tal-VAT jibqgħu meħtieġa u effettivi biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ politika maħsuba tal-Istati Membri se jkunu utli biex jitwettaq il-kompitu ta’ simplifikazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Itenni l-pożizzjoni tal-Parlament dwar is-sistema tat-Taxxa tal-Uffiċċju Prinċipali proposta għall-SMEs, id-direttiva “Unshell” proposta u r-remissjoni proposta li tnaqqas il-predispożizzjoni favur id-dejn;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jisħaq li l-kumplessità tal-interazzjonijiet bejn is-sistemi differenti tat-taxxa nazzjonali u d-diskrepanzi fihom jistgħu joħolqu kundizzjonijiet mhux ekwi, u jista’ jkollhom effett negattiv fuq il-funzjonament tas-suq intern; jenfasizza li dan jista’ jiskoraġġixxi l-investimenti transfruntiera, liema fatt jista’ jkun partikolarment ta’ żvantaġġ għall-SMEs u għan-negozji purament domestiċi, li ma għandhomx ir-riżorsi biex jinvolvu ruħhom fi skemi kumplessi ta’ ppjanar tat-taxxa, u għalhekk jiffaċċjaw ambjent kompetittiv inġust li ma jwassalx għall-espansjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jieħu nota tal-ħidma fuq il-proposta L-Intrapriżi fl-Ewropa: Qafas għat-Tassazzjoni tal-Introjtu (BEFIT); ifakkar fl-objettiv tal-Kummissjoni li, bil-proposta tal-BEFIT, tnaqqas il-kumplessità tar-regoli tat-taxxa u l-kostijiet tal-konformità għan-negozji tal-UE b’operazzjonijiet transfruntiera; jieħu nota tal-potenzjal tagħha li tnaqqas il-frammentazzjoni u toħloq kundizzjonijiet ekwi għan-negozji fi ħdan is-suq intern; jenfasizza li kwalunkwe inizjattiva tal-UE trid tagħti valur miżjud kemm fis-sens legali kif ukoll f’dak ekonomiku, u jappella għal approċċ effettiv u bbilanċjat li jkun ta’ benefiċċju għall-Istati Membri kollha, jirrispetta l-prinċipju tas-sussidjarjetà u jallinja b’mod koerenti mal-implimentazzjoni tar-regoli tat-Tieni Pilastru tal-OECD;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-Ewwel u t-Tieni Pilastri tal-OECD, u t-tassazzjoni internazzjonali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Itenni l-impenn qawwi tal-UE favur l-implimentazzjoni tal-approċċ b’żewġ pilastri tal-Qafas Inklużiv tal-OECD/G20, filwaqt li titqies is-sitwazzjoni kurrenti rigward ir-regoli tat-Tieni Pilastru, inkluż id-Digriet Eżekuttiv reċenti maħruġ mill-President tal-Istati Uniti fl-20 ta’ Jannar 2025 li jiddikjara li l-Patt Globali dwar it-Taxxa tal-OECD ma għandu l-ebda forza u effett fl-Istati Uniti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħti prijorità lill-ħidma li żżomm u tipproteġi l-ftehim, sabiex tipprevjeni ritorn għal kompetizzjoni fiskali dannuża għad-detriment tad-dħul pubbliku u tal-interessi tal-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinforma lill-Parlament dwar il-pjanijiet ta’ kontinġenza u tieħu azzjoni fil-pront u mmirata biex tissalvagwardja l-integrità u l-effettività tad-Direttiva dwar it-Tieni Pilastru<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2022/2523 tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar l-iżgurar ta’ livell minimu globali ta’ tassazzjoni għal gruppi ta’ intrapriżi multinazzjonali u gruppi domestiċi fuq skala kbira fl-Unjoni, (ĠU L 328, 22.12.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2022/2523/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, tipproteġi l-interessi tal-UE u tipprevjeni miżuri ta’ ritaljazzjoni; jinnota l-possibbiltà ta’ simplifikazzjoni amministrattiva fl-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar it-Tieni Pilastru;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jisħaq li t-Tieni Pilastru għandu jiżgura livell minimu globali ta’ tassazzjoni għall-gruppi ta’ intrapriżi multinazzjonali u għall-gruppi domestiċi fuq skala kbira fl-UE; jilqa’ t-traspożizzjoni tiegħu fid-dritt nazzjonali; jappella għal ċarezza legali, filwaqt li jitqiesu d-differenzi bejn ir-regoli tat-Tieni Pilastru tal-OECD u l-implimentazzjoni tagħhom mill-Istati Membri, speċifikament fir-rigward tal-attivitajiet tat-trasport marittimu, biex jiġi evitat li jinħolqu reġimi ta’ tassazzjoni konfliġġenti li jistgħu jwasslu għall-konfużjoni; jistenna li l-proċess tan-negozjar u l-pubblikazzjoni tal-gwida amministrattiva jiġi ffinalizzat dalwaqt u jipprovdi ċ-ċertezza meħtieġa lill-kumpaniji li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Tieni Pilastru; jistenna żviluppi ulterjuri fir-rigward tal-portijiet sikuri eżistenti biex tiġi ffaċilitata l-konformità, bħall-iżvilupp ta’ port sikur permanenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jenfasizza r-rwol ta’ impatt li l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) u l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) kellhom fl-identifikazzjoni u fl-investigazzjoni tal-frodi u l-evażjoni tat-taxxa, u jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ kollaborazzjoni effettiva bejn dawn il-korpi u mal-awtoritajiet tat-taxxa nazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jirrikonoxxi l-pubblikazzjoni mill-OECD tal-Konvenzjoni Multilaterali f’Ottubru 2023, li tistabbilixxi r-regoli tekniċi biex jiġi implimentat l-Ammont A tal-Ewwel Pilastru u n-negozjati li għaddejjin; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-effetti potenzjali ta’ Taxxa fuq is-Servizzi Diġitali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-ostakli tat-taxxa fis-suq uniku</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jieħu nota tar-rapport ta’ Letta u tar-referenza għat-28 reġim volontarju, li għandu l-għan li jattira u jżomm l-istart-ups innovattivi fl-UE; jinnota li x-xenarju frammentat tat-taxxa tal-UE joħloq kumplessità, inċertezza u kostijiet għoljin tal-konformità għan-negozji tal-UE, speċjalment l-SMEs, u jistieden lill-Kummissjoni tesplora u tivvaluta l-benefiċċji u l-iżvantaġġi tal-għażla tat-28 reġim; jissottolinja l-ħtieġa li jiġu indirizzati l-ostakli tat-taxxa għall-investiment transfruntier biex titnaqqas id-dipendenza żejda fuq id-dejn u tiżdied l-ekwità fil-finanzjament tan-negozju; ifakkar, f’dan ir-rigward, fir-rapport ta’ Draghi, li jenfasizza l-fatt li ċ-ċittadini tal-UE għandhom ikunu jistgħu jinvestu fi Stati Membri oħra mingħajr proċeduri kumplessi ta’ tassazzjoni, li effettivament jirriżultaw f’tassazzjoni doppja; jenfasizza li l-aderenza ma’ dawn il-prinċipji hija essenzjali biex l-UE ssir ċentru ta’ investiment kompetittiv u mmexxi mill-innovazzjoni; jissottolinja l-importanza li jiġu esplorati toroq biex ir-regoli tad-dokumentazzjoni tal-ipprezzar ta’ trasferiment madwar l-UE jiġu ssimplifikati u standardizzati, inkluża valutazzjoni bir-reqqa u bbilanċjata tal-livelli limitu eżistenti u tal-kriterji ta’ materjalità filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tal-Istati Membri, bl-għan li jitnaqqsu l-kostijiet tal-konformità għat-tranżazzjonijiet, mingħajr ma jiġu kompromessi l-istandards ta’ trasparenza u mingħajr ma jiġu ffaċilitati l-ippjanar aggressiv tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jiddispjaċih li l-Kumpass tal-Kompetittività tal-Kummissjoni ma għandux gwida konkreta dwar it-tneħħija tal-ostakli tat-tassazzjoni għall-investimenti transfruntiera; jistieden lill-Kummissjoni twettaq studji mmirati li jivvalutaw l-effetti ekonomiċi u kompetittivi ta’ din il-frammentazzjoni, b’enfasi fuq li jiġu identifikati s-setturi l-aktar affettwati u li jiġu proposti miżuri konkreti biex jiġu ssimplifikati s-sistemi tat-taxxa u tissaħħaħ il-fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri, b’mod partikolari biex jiġu appoġġjati l-SMEs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jilqa’ d-dħul fis-seħħ reċenti tad-Direttiva FASTER<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2025/50 tal-10 ta’ Diċembru 2024 dwar ħelsien aktar rapidu u aktar sikur mit-taxxi f’ras l-għajn eċċessivi, (ĠU L, 2025/50, 10.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2025/50/oj).</FIELD></FOOTNOTE> dwar it-taxxa minn ras il-għajn bħala l-ewwel pass importanti biex il-proċeduri tat-taxxa transfruntiera fl-UE jiġu modernizzati u razzjonalizzati; jinnota r-rakkomandazzjonijiet tar-rapport ta’ Draghi u jfakkar fir-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar qafas dwar it-taxxa minn ras il-għajn<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Marzu 2022 dwar Qafas Ewropew dwar it-Taxxa Minn Ras il-Għajn, (ĠU C 347, 9.9.2022, p. 172).</FIELD></FOOTNOTE>, li l-istabbiliment tiegħu huwa essenzjali biex titnaqqas il-kumplessità, tiżdied iċ-ċertezza tad-dritt għall-investituri, u titwaqqaf il-prattika tal-għażla opportunistika tat-trattat; jirrimarka, barra minn hekk, li r-riforma tal-politika tat-tassazzjoni tista’ tiffaċilita wkoll l-integrazzjoni ulterjuri tas-swieq kapitali tal-UE, fil-kuntest tal-unjoni tat-tfaddil u tal-investimenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tistħarreġ l-ostakli eżistenti bbażati fuq it-tassazzjoni għall-integrazzjoni tas-suq uniku, u tipproduċi pjan ta’ azzjoni biex tindirizzahom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jappella għal prinċipji gwida dwar id-drittijiet tal-kontribwenti biex jiġu identifikati l-ostakli tat-taxxa persistenti fis-suq uniku u jiġu rrakkomandati l-aħjar prattiki meħuda minn madwar l-UE biex jissaħħu l-esperjenzi tal-kontribwenti, filwaqt li jiġi żgurat li tali prinċipji gwida ma jillimitawx il-kapaċità tal-Istati Membri li jkollhom fis-seħħ miżuri kontra l-abbuż biex jiżguraw l-infurzar xieraq tal-liġijiet tat-taxxa tagħhom; jirrikonoxxi li l-Kummissjoni qed tkaxkar saqajha biex tippreżenta l-komunikazzjoni ppjanata dwar id-drittijiet taċ-ċittadini bħala kontribwenti li tħabbret fil-pjan ta’ azzjoni tagħha għall-2021;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jilqa’ l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Unjoni tat-Tfaddil u tal-Investimenti, u b’mod partikolari r-rieda li jitneħħew id-differenzi fil-proċeduri tat-tassazzjoni nazzjonali li joħolqu piż amministrattiv u ostakli għall-investiment transfruntier, kif ukoll li jiġu appoġġjati l-azzjonijiet fil-livell ta’ Stat Membru favur dan l-iskop;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jinnota li d-disparitajiet fit-trattament tat-taxxa tal-introjtu kapitali jistgħu joħolqu kumplessità u inċertezza legali għall-investituri transfruntiera; jenfasizza li r-rapport komprensiv ta’ Draghi jirrikonoxxi l-ħtieġa li jiġi eliminat kwalunkwe ostaklu tat-tassazzjoni għall-investiment transfruntier fl-UE biex titnaqqas il-frammentazzjoni tas-suq kapitali; jissottolinja l-importanza ta’ taħlita tat-taxxa aktar ibbilanċjata għar-reżiljenza ekonomika, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jivvalutaw il-merti ta’ koordinazzjoni u simplifikazzjoni ulterjuri f’dan il-qasam, sabiex jitrawwem l-investiment transfruntier;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-ġlieda kontra l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa, u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Ifakkar li, hekk kif jiġu implimentati r-regoli tat-Tieni Pilastru, importanti li jiġu mmonitorjati forom ġodda ta’ kompetizzjoni tat-taxxa dannuża li jistgħu jiżviluppaw;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jimpenja ruħu li jiġġieled l-ippjanar aggressiv tat-taxxa, kemm mill-kumpaniji kif ukoll mill-individwi, favur ekonomija Ewropea ġusta, filwaqt li jqis is-sitwazzjoni u l-interessi speċifiċi tal-SMEs, u tal-unitajiet domestiċi b’introjtu baxx u medju; jirrikonoxxi l-implikazzjonijiet sostanzjali tad-dħul tal-ippjanar aggressiv tat-taxxa, li joħloq kundizzjonijiet mhux ekwi għall-atturi ekonomiċi, jhedded li jimmina l-moral tat-taxxa u jnaqqar il-bażi għat-taxxa tal-Istati Membri; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jtejbu l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri biex jindirizzaw l-ippjanar aggressiv tat-taxxa, b’mod partikolari permezz ta’ skambju ta’ informazzjoni msaħħaħ, awditi koordinati u infurzar imtejjeb; ifakkar fir-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tal-UE għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar it-taxxa<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Settembru 2021 dwar l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tal-UE għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar it-taxxa: il-progress, it-tagħlimiet miksuba u l-ostakli li jridu jingħelbu, (ĠU C 117, 11.3.2022, p. 120).</FIELD></FOOTNOTE>, dwar ir-riforma tal-lista tal-UE tar-rifuġji fiskali<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta’ Jannar 2021 dwar ir-riforma tal-lista tal-UE tar-rifuġji fiskali, (ĠU C 456, 10.11.2021, p. 177).</FIELD></FOOTNOTE> u dwar ir-riforma tal-politika tal-UE dwar prattiki tat-taxxa dannużi; jenfasizza li jekk tiżdied il-kumplessità tar-reġimi tat-taxxa dan jista’ joħloq inċentivi perversi għall-ippjanar aggressiv tat-taxxa u għall-evażjoni tat-taxxa, li jistgħu jkunu opaki; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni japplikaw approċċ ibbażat fuq ir-riskju u xieraq għall-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jenfasizza l-importanza tal-mekkaniżmi eżistenti skont id-Direttiva dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta’ Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE, (ĠU L 64, 11.3.2011, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2011/16/oj).</FIELD></FOOTNOTE> (DAC), id-Direttiva Kontra l-Evitar tat-Taxxa<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/1164 tat-12 ta’ Lulju 2016 li tistabbilixxi regoli kontra l-prattiki ta’ evitar tat-taxxa li jaffettwaw direttament il-funzjonament tas-suq intern, (ĠU L 193, 19.7.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2016/1164/oj).</FIELD></FOOTNOTE> (ATAD) u l-Ftehim Multilaterali bejn l-Awtoritajiet Kompetenti (MCAA), li tejbu b’mod sinifikanti t-trasparenza u l-kooperazzjoni transfruntiera bejn l-awtoritajiet tat-taxxa, u b’hekk ippermettew rispons aktar effettiv għall-ippjanar aggressiv tat-taxxa; jissottolinja l-piż amministrattiv u l-kostijiet tal-konformità li qed jiżdiedu fuq l-amministrazzjonijiet tat-taxxa u l-kontribwenti fl-ambitu tad-DAC u tal-ATAD, u jilqa’ r-rieżami u s-simplifikazzjoni tagħhom filwaqt li jinżammu l-istandards kurrenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu indirizzati l-inkonsistenzi bejn l-ATAD u l-approċċ tat-Tieni Pilastru tal-OECD biex jiġu żgurati l-koerenza u ċ-ċertezza legali madwar l-UE, inkluż billi titqies ir-razzjonalizzazzjoni tal-għażliet u tal-eċċezzjonijiet mogħtija lill-Istati Membri; jieħu nota tal-fatt li l-Kummissjoni ħabbret li se tevalwa l-ATAD fid-dawl tat-Tieni Pilastru u se tippreżenta rapport komprensiv dwar il-miżuri fit-tielet trimestru tal-2025, f’konformità mal-ftehim dwar it-Tieni Pilastru; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi gwida lill-Istati Membri dwar l-interpretazzjoni tar-regola ġenerali kontra l-abbuż stabbilita fl-ATAD u jappella għal reviżjoni ħalli l-ATAD issir aktar sempliċi biex tiġi implimentata u tiżdied l-effettività tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jinnota r-rwol tad-DAC biex jitnaqqsu l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa, u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa, u biex tiżdied it-trasparenza, filwaqt li jenfasizza wkoll il-kumplessità u l-piż amministrattiv, speċjalment fl-ambitu tad-DAC 6<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2018/822 tal-25 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar l-iskambju awtomatiku obbligatorju ta’ informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni fir-rigward ta’ arranġamenti tranksonfinali rapportabbli, (ĠU L 139, 5.6.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2018/822/oj).</FIELD></FOOTNOTE>; jisħaq fuq il-ħtieġa tar-reviżjoni tad-DAC 6 u jappella lill-Kummissjoni biex twettaq valutazzjoni tal-kostijiet tal-konformità fl-ambitu ta’ din id-Direttiva, kif ukoll biex issaħħaħ il-gwida, ittejjeb l-analiżi tar-riskju, u tisfrutta t-teknoloġija għal ġbir aħjar tad-data sabiex tiġi żgurata l-effikaċja fil-promozzjoni tat-trasparenza fiskali, u jiġu evitati piżijiet amministrattivi u kostijiet sproporzjonati; jiddikjara li din il-valutazzjoni mill-ġdid għandha tikkunsidra li tipproteġi lill-SMEs minn obbligi ta’ rapportar mhux meħtieġa u tipprovdi aktar ċarezza fir-rigward tal-parametri referenzjarji għall-arranġamenti transkonfinali rapportabbli; jissuġġerixxi valutazzjoni tal-possibbiltà li jsir rieżami tad-DAC 7<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2021/514 tat-22 ta’ Marzu 2021 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni, (ĠU L 104, 25.3.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2021/514/oj).</FIELD></FOOTNOTE> biex jitqies jekk l-iskambju ta’ informazzjoni jistax jitnaqqas bl-introduzzjoni ta’ rapportar f’ħin reali fl-ambitu tal-pakket dwar il-VAT fl-Era Diġitali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jinnota, b’mod partikolari, il-ħtieġa li jittieħed vantaġġ mill-proċess ta’ rieżami biex jiġu indirizzati r-regoli kurrenti li jikkoinċidu, u biex tiġi razzjonalizzata u ssimplifikata l-applikazzjoni ta’ regoli u kunċetti komuni; jirrimarka li l-istandardizzazzjoni tat-termini u tal-kunċetti hija kruċjali biex tiġi ssimplifikata l-konformità, peress li diversi interpretazzjonijiet domestiċi jistgħu jwasslu għal frammentazzjoni u kumplessità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jappella għal kollaborazzjoni mtejba bejn l-EPPO u l-Eurofisc biex jissaħħu l-kondiviżjoni tal-intelligence, l-isforzi koordinati ta’ infurzar u l-investigazzjonijiet transfruntiera fil-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT u forom oħra ta’ evażjoni u ta’ evitar tat-taxxa; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ kooperazzjoni razzjonalizzata bejn dawn il-korpi biex jiġi żgurat rispons tal-UE aktar effettiv u unifikat għall-frodi transfruntiera tat-taxxa, filwaqt li jiġu sfruttati l-mandati u l-għarfien espert rispettivi tagħhom; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiffaċilitaw din il-kooperazzjoni billi jtejbu l-mekkaniżmi ta’ skambju tad-data, jiżguraw riżorsi adegwati u jrawmu sforzi investigattivi konġunti; jisħaq li hija meħtieġa koordinazzjoni ulterjuri bejn l-Istati Membri fil-qasam tat-taxxa biex jindirizzaw l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa ħalli jiffaċilitaw l-attività ekonomika transfruntiera; jinnota li l-UE jeħtiġilha tiżgura li l-prodotti importati kollha jkunu soġġetti kif xieraq għal dazji doganali adegwati;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">It-tassazzjoni transfruntiera u l-mobbiltà tal-forza tax-xogħol</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta studju u, jekk ikun meħtieġ, pakkett ta’ miżuri dwar kif jiġu ssimplifikati r-regoli tat-taxxa u tiġi indirizzata l-frammentazzjoni tat-taxxa għall-ħaddiema transfruntiera u għal dawk li jaħdmu għal rashom, ħalli tingħata spinta lill-kompetittività billi jiġi approfondit is-suq intern u ħalli jiġi protett id-dħul mit-taxxa billi jinħolqu kundizzjonijiet ekwi; jinnota li sistemi tat-taxxa nazzjonali diverġenti joħolqu ostakli sinifikanti, piżijiet amministrattivi, inċertezza legali u tassazzjoni doppja, u dan ixekkel il-mobbiltà tal-forza tax-xogħol u l-intraprenditorija transfruntiera;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jinnota li l-mobbiltà tal-individwi bejn il-fruntieri qed tiżdied b’rata mingħajr preċedent u li tali livell għoli ta’ mobbiltà globali għandu impatt sostanzjali fuq is-sistemi tat-taxxa; jisħaq li tali mobbiltà u l-impatt tagħha fuq is-sistemi tat-taxxa jridu jitqiesu bir-reqqa fit-tfassil tal-politika, filwaqt li ma jiġux skoraġġuti l-opportunitajiet ta’ mobbiltà u ta’ impjieg fl-UE; jinnota, f’dan ir-rigward, li l-Istati Membri jużaw inċentivi fiskali biex irawmu l-mobbiltà tal-forza tax-xogħol u l-intraprenditorija transfruntiera; jisħaq, madankollu, li l-Istati Membri jeħtiġilhom jipprevjenu wkoll prattiki tat-taxxa dannużi li jattiraw kontribwenti individwali u d-distorsjoni tal-kompetizzjoni billi jkollhom salvagwardji u twissijiet ċari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jirrikonoxxi ż-żieda fil-mobbiltà transfruntiera ta’ ħaddiema b’livell għoli ta’ ħiliet u individwi oħra xprunata mil-libertà ta’ moviment u minn reġimi tat-taxxa preferenzjali f’xi wħud mill-Istati Membri; jissottolinja l-importanza li jiġi żgurat li l-politika tat-taxxa fis-suq intern tibqa’ ġusta, trasparenti u kompatibbli mas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi madwar l-UE; itenni t-talba tiegħu lill-Kunsill biex jirrevedi l-mandat tal-Grupp dwar il-Kodiċi tal-Kondotta dwar it-Tassazzjoni tal-Intrapriżi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Ifakkar li l-implikazzjonijiet tat-taxxa jirriżultaw mir-riskju ta’ preżenza taxxabbli, jew stabbiliment permanenti, meta l-ħaddiema transfruntiera jinvolvu ruħhom f’attivitajiet bħal vjaġġi fuq xogħol jew telexogħol; jinnota li regola dwar port sikur għat-telexogħol ikkoordinata bejn l-Istati Membri tista’ tipprovdi ċertezza tat-taxxa għall-impjegaturi u tnaqqas il-piżijiet amministrattivi, filwaqt li tissimplifika t-tassazzjoni individwali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">It-tassazzjoni u l-innovazzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jenfasizza li l-innovazzjoni hija mutur ewlieni tat-tkabbir ekonomiku, tal-kompetittività globali u tal-benesseri u li, skont l-OECD, l-inċentivi fiskali huma strument ta’ politika ta’ appoġġ għall-innovazzjoni użat b’mod wiesa’ u ekonomikament sinifikanti; huwa tal-fehma li l-gvernijiet għandhom jiżguraw li l-iskemi ta’ inċentivi fiskali għar-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż) jipprovdu valur għall-flus, permezz ta’ evalwazzjoni regolari u l-adozzjoni ta’ inċentivi mmirati li jixprunaw l-investiment u t-tkabbir, u jsaħħu l-kompetittività tal-UE fix-xena globali, f’konformità mal-proposti tar-rapport ta’ Draghi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni twettaq aktar studji dwar il-kosteffettività tat-tipi differenti ta’ inċentivi fiskali għar-R&Ż u għall-innovazzjoni, biex tissaħħaħ il-kompetittività tal-UE fix-xena globali, f’konformità mal-proposti tar-rapport ta’ Draghi, filwaqt li tiżgura li dawn l-inċentivi jkunu mfassla tajjeb biex jintlaħqu l-objettivi ta’ politika stabbiliti, mingħajr ma jitnaqqas id-dħul mit-taxxa u mingħajr ma jingħata kontribut għar-riskju ta’ evitar tat-taxxa; jistieden lill-Kummissjoni tesplora soluzzjonijiet u mekkaniżmi differenti biex tappoġġja r-riċerka u l-iżvilupp għall-istart-ups, inklużi, fost affarijiet oħra, krediti tat-taxxa trasferibbli, f’approċċ koordinat mal-Istati Membri u abbażi ta’ kriterji komuni, biex jittejbu l-aċċessibbiltà u l-effettività ta’ tali miżuri; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tivvaluta l-effetti transfruntiera ta’ tali inċentivi fi Stati Membri oħra, inklużi r-riskji ta’ evitar tat-taxxa; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ disponibbiltà usa’ ta’ inċentivi fiskali, inklużi l-ħelsien mit-taxxa, il-krediti, id-deprezzament aċċellerat u s-super tnaqqis; jistieden lill-Kummissjoni, f’dan ir-rigward, toħroġ rakkomandazzjonijiet u tintegra kif xieraq l-inċentivi fiskali, speċifikament relatati mar-R&Ż meta dan ikun xieraq, mingħajr ma taggrava l-asimmetriji ekonomiċi fl-UE; jisħaq li jkun prudenti li l-inċentivi favur l-innovazzjoni u r-R&Ż jiġu allinjati mal-inċentivi mfassla apposta favur l-investiment; jappella għal kooperazzjoni u fiduċja msaħħa bejn l-Istati Membri, biex jiġu promossi kundizzjonijiet ekwi għall-kummerċ elettroniku, għas-servizzi diġitali u għal setturi oħra li qed jikbru malajr;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li jiġi żgurat li l-inċentivi fiskali jibqgħu konsistenti għalkollox mal-qafas kurrenti tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat; jenfasizza l-valur tal-qafas tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat biex jippreserva l-kompetizzjoni ġusta fis-suq intern u jiżgura ċertezza legali u kundizzjonijiet ekwi għall-Istati Membri kollha;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>