<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0228</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Id-deliberazzjonijiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet fl-2024</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0170/2025 - Rapporteur:  Fredis Beleris)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2025 dwar id-deliberazzjonijiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet fl-2024 (2025/2114(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar id-deliberazzjonijiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 10 u 11 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 20, 24 u 227 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) dwar id-dritt taċ-ċittadini u r-residenti tal-UE li jressqu petizzjoni quddiem il-Parlament Ewropew,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 228 tat-TFUE dwar ir-rwol u l-funzjonijiet tal-Ombudsman Ewropew,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 44 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea dwar id-dritt ta’ petizzjoni quddiem il-Parlament Ewropew,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dispożizzjonijiet tat-TFUE fir-rigward tal-proċedura ta’ ksur u, b’mod partikolari, l-Artikoli 258 u 260 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 233(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A10-0170/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi wara l-elezzjonijiet Ewropej, li saru bejn is-6 u d-9 ta’ Ġunju 2024, u l-kostituzzjoni tal-Parlament il-ġdid fis-16 ta’ Lulju 2024, il-Kumitat għall-Petizzjonijiet organizza l-laqgħa kostituttiva tiegħu fit-23 ta’ Lulju 2024;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-għan tar-rapport annwali dwar id-deliberazzjonijiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet huwa li jippreżenta analiżi tal-petizzjonijiet riċevuti fl-2024 u tar-relazzjonijiet mal-istituzzjonijiet l-oħra, kif ukoll li jippreżenta stampa preċiża tal-objettivi milħuqa fl-2024;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi fl-2024, il-Parlament irċieva 1 518-il petizzjoni, li jirrappreżentaw żieda ta’ 4,3 % meta mqabbla mal-1 452 petizzjoni li rċieva fl-2023 u tnaqqis ta’ 19,8 % meta mqabbla mal-1 217-il petizzjoni li rċieva fl-2022; billi l-ammont totali ta’ petizzjonijiet li waslu għadu qed ikun sensibbilment anqas mill-ogħla livelli milħuqa fl-2013 u fl-2014, fejn il-Parlament irċieva 2 891 petizzjoni u 2 715-il petizzjoni rispettivament;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi fl-2024, 15 661 utent appoġġjaw petizzjonijiet fuq il-Portal tal-Petizzjonijiet tal-Parlament, li jirrappreżenta tnaqqis sinifikanti meta mqabbel ma’ 26 331 fl-2023 u 22 441 fl-2022; billi l-għadd ta’ klikks ta’ appoġġ naqas ukoll għal 17 745 fl-2024, meta mqabbel ma’ 29 287 fl-2023 u 27 927 fl-2022;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-għadd totali ta’ petizzjonijiet għadu modest meta mqabbel mal-popolazzjoni totali tal-UE, u dan juri li jeħtieġ li jsiru aktar sforzi biex jiżdied l-għarfien taċ-ċittadini dwar id-dritt tagħhom li jressqu petizzjoni, u dwar l-utilità possibbli tal-petizzjonijiet bħala mezz biex jiġbdu l-attenzjoni tal-istituzzjonijiet tal-UE u tal-Istati Membri għal kwistjonijiet li jaffettwaw u jikkonċernaw liċ-ċittadini direttament; billi l-Kumitat għall-Petizzjonijiet, li huwa popolari ħafna fost iż-żgħażagħ f’avvenimenti bħall-Avveniment Ewropew taż-Żgħażagħ (EYE) fi Strażburgu, huwa mezz effettiv biex jiġi promoss dan id-dritt u biex titqajjem kuxjenza dwar l-importanza tiegħu fost iċ-ċittadini, b’mod partikolari fost dawk aktar żgħażagħ; billi huwa għalhekk essenzjali li tiġi żgurata preżenza attiva u sistematika tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet f’kull edizzjoni tal-EYE sabiex jissaħħu l-viżibbiltà u l-aċċessibbiltà tiegħu; billi, fl-eżerċizzju tad-dritt li titressaq petizzjoni, iċ-ċittadini jistennew li l-istituzzjonijiet tal-UE jipprovdu valur miżjud biex tinstab soluzzjoni għall-problemi tagħhom; billi dan id-dritt ta’ petizzjoni jrid jippromwovi wkoll prinċipji fundamentali bħall-amministrazzjoni tajba tal-istituzzjonijiet Ewropej, il-libertà tal-espressjoni u r-rispett għall-espressjoni demokratika;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-kriterji għall-ammissibbiltà tal-petizzjonijiet huma stabbiliti fl-Artikolu 227 tat-TFUE u fl-Artikolu 232(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament, u dawn jirrikjedu li l-petizzjonijiet jitressqu minn ċittadin tal-UE jew minn persuna fiżika jew ġuridika, jew individwalment inkella f’assoċjazzjoni ma’ oħrajn, li tkun residenti ta’ Stat Membru jew li jkollha uffiċċju reġistrat fi Stat Membru, dwar kwistjonijiet li jaqgħu taħt l-oqsma tal-attività tal-UE u li jaffettwaw lill-petizzjonanti b’mod dirett, b’interpretazzjoni wiesgħa ħafna ta’ din l-aħħar kundizzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi, mill-1 518-il petizzjoni mressqa fl-2024, 611 ġew iddikjarati inammissibbli u 31 ġew irtirati; billi l-perċentwal għoli u li qed jiżdied ta’ petizzjonijiet inammissibbli fl-2024 (40,25 %) jikkonferma li għad hemm nuqqas mifrux ta’ fehim dwar l-ambitu tal-oqsma tar-responsabbiltà tal-UE; billi sabiex jitnaqqas l-għadd ta’ petizzjonijiet inammissibbli, għad iridu jsiru sforzi biex jiġi ċċarat aktar l-ambitu tal-oqsma tal-attività tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi d-dritt li titressaq petizzjoni quddiem il-Parlament huwa dritt fundamentali taċ-ċittadini tal-UE, li joffri liċ-ċittadini u lir-residenti mekkaniżmu miftuħ, demokratiku u trasparenti biex jindirizzaw direttament lir-rappreżentanti eletti tagħhom; billi ħafna persuni b’diżabbiltà jesperjenzaw nuqqas ta’ aċċess ugwali għall-informazzjoni u għall-komunikazzjoni minħabba d-disponibbiltà limitata ta’ formati aċċessibbli u minħabba l-fatt li l-lingwi tas-sinjali nazzjonali mhumiex rikonoxxuti bħala parti mill-multilingwiżmu tal-UE; billi din l-għodda essenzjali tagħti s-setgħa liċ-ċittadini li jipparteċipaw b’mod attiv u effettiv fil-ħajja tal-Unjoni; billi permezz tal-petizzjonijiet, iċ-ċittadini tal-UE jistgħu jilmentaw dwar każijiet ta’ nuqqas ta’ implimentazzjoni tad-dritt tal-UE u jgħinu biex jiġi identifikat ksur tad-dritt tal-UE, f’konformità mas-sovranità tal-Istati Membri u l-applikazzjoni tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-Parlament ilu fuq quddiem nett tal-iżvilupp tal-proċess tal-petizzjonijiet fuq livell internazzjonali u għandu l-aktar proċess tal-petizzjonijiet miftuħ u trasparenti fl-Ewropa, li jippermetti lill-petizzjonanti jipparteċipaw bis-sħiħ fl-attivitajiet tiegħu; billi l-pjattaforma online tal-petizzjonijiet tista’ ssir aktar intuwittiva sabiex ikun aktar faċli għall-utenti li jinnavigawha; billi l-inkorporazzjoni tal-IA tista’ tissimplifika r-riċerka u ttejjeb l-aċċessibbiltà tal-petizzjonijiet billi toffri funzjonalitajiet aktar avvanzati minn dawk offruti mill-format attwali;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-Kumitat għall-Petizzjonijiet jissottolinja l-importanza li jkun hemm trasparenza akbar fit-trattament tal-petizzjonijiet, inkluż feedback sistematiku lill-petizzjonanti fl-istadji fundamentali tal-proċedura u skeda ta’ żmien ċara għall-azzjonijiet ta’ segwitu mill-istituzzjonijiet tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-attivitajiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet huma bbażati fuq l-input tal-petizzjonanti u l-informazzjoni li jipprovdu; billi din l-informazzjoni, flimkien mal-għarfien espert offrut mill-Kummissjoni, mill-Istati Membri u minn korpi oħra, huma essenzjali għall-ħidma tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet; billi l-petizzjonijiet ammissibbli spiss jipprovdu input li huwa siewi għall-ħidma tal-kumitati parlamentari l-oħra; billi, għalhekk, il-petizzjonijiet jista’ jkollhom ukoll rwol fil-proċess leġiżlattiv, billi jipprovdu feedback konkret dwar l-impatt tal-politiki tal-UE u jippermettu politiki biex jiġu indirizzati ħtiġijiet emerġenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi d-dritt ta’ petizzjoni jsaħħaħ il-kapaċità ta’ rispons tal-Parlament għall-ilmenti u t-tħassib relatati mar-rispett tad-drittijiet fundamentali tal-UE u l-konformità mad-dritt ltal-Unjoni fl-Istati Membri; billi l-petizzjonijiet jistgħu jkunu sors utli ta’ informazzjoni dwar istanzi ta’ applikazzjoni ħażina jew ta’ ksur tad-dritt tal-UE u jippermettu lill-Parlament u lill-istituzzjonijiet l-oħra jivvalutaw it-traspożizzjoni u l-applikazzjoni tad-dritt tal-UE u l-impatt tiegħu fuq id-drittijiet taċ-ċittadini u r-residenti tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi kull petizzjoni tiġi kkunsidrata u eżaminata bir-reqqa, b’mod effiċjenti u trasparenti; billi l-petizzjonanti kollha għandhom id-dritt li jirċievu tweġiba li tinfurmahom bid-deċiżjoni dwar l-ammissibbiltà u l-azzjonijiet ta’ segwitu meħuda mill-kumitat fi żmien raġonevoli u bil-lingwa tagħhom stess jew bil-lingwa użata fil-petizzjoni; billi l-petizzjoni 1056/2016 diskussa fid-19 ta’ Marzu 2024 qed titlob li l-Parlament jippermetti t-tressiq tal-petizzjonijiet bil-lingwi tas-sinjali nazzjonali użati fl-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-Kumitat għall-Petizzjonijiet jagħti l-akbar importanza lill-eżami u lid-diskussjoni pubblika tal-petizzjonijiet fil-laqgħat tiegħu; billi l-petizzjonanti għandhom id-dritt li jippreżentaw il-petizzjonijiet tagħhom u spiss jitkellmu waqt id-diskussjoni, u b’hekk jikkontribwixxu b’mod attiv għall-ħidma tal-kumitat; billi fl-2024, il-Kumitat għall-Petizzjonijiet organizza 8 laqgħat tal-kumitat, minbarra l-laqgħa kostituttiva tiegħu, li fihom ġew diskussi 106 petizzjoni ma’106 petizzjonant preżenti u b’parteċipazzjoni attiva billi intervjenew fil-laqgħa;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi s-suġġetti ewlenin ta’ tħassib li tqajmu fil-petizzjonijiet imressqa fl-2024 kienu relatati mal-ambjent, id-drittijiet fundamentali, l-istat tad-dritt (inklużi d-dritt għal amministrazzjoni tajba, id-dritt għal aċċess għad-dokumenti, u l-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni), is-suq intern, il-ġustizzja, id-drittijiet tal-konsumatur u s-saħħa;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi meta jkun qed jadotta l-aġenda tal-laqgħat tiegħu, il-Kumitat għall-Petizzjonijiet jagħmel ħiltu li jiddiskuti l-petizzjonijiet u s-suġġetti b’livell għoli ta’ rilevanza għad-diskussjoni fil-livell tal-UE u l-ħtieġa li tinżamm kopertura ġeografika bbilanċjata tas-suġġetti skont il-petizzjonijiet riċevuti;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi 82 % tal-petizzjonijiet imressqa lill-Parlament fl-2024 saru permezz tal-Portal tal-Petizzjonijiet tal-Parlament, ċifra kważi identika għat-82,4 % tal-2023, u dan jafferma mill-ġdid il-portal bħala l-aktar mezz użat miċ-ċittadini biex iressqu petizzjonijiet lill-Parlament;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi l-Portal tal-Petizzjonijiet imġedded awtomatikament jippubblika l-informazzjoni dwar l-adozzjoni tal-petizzjonijiet u l-bidliet fl-istatus, l-informazzjoni addizzjonali (eż. pajjiż, temi) u s-sommarji bl-24 lingwa uffiċjali kollha tal-UE; billi matul l-2024, għal darb’oħra, il-petizzjonijiet kollha tħejjew u ġew ippubblikati f’waqthom, fi żmien ftit jiem mill-adozzjoni tagħhom, u t-talbiet interni u esterni kollha biex jingħata appoġġ fl-użu u l-kontenut tal-Portal tal-Petizzjonijiet twieġbu fil-ħin b’suċċess u bi kwalunkwe waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi fl-2024 ma saret l-ebda żjara ta’ tiftix tal-fatti għal petizzjonijiet li għalihom kienet għaddejja inkjesta, minħabba l-perjodu ta’ waqfa minħabba l-elezzjoni Ewropea; billi l-Kumitat wettaq il-valutazzjoni ta’ segwitu u adotta żewġ rapporti dwar żjarat preċedenti ta’ tiftix tal-fatti li saru fl-2023; billi żewġ żjarat ta’ tiftix tal-fatti kienu skedati għall-ewwel nofs tal-2025;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi fl-4 ta’ Novembru 2024, il-Kumitat għall-Petizzjonijiet ipparteċipa fis-seduta ta’ konferma tal-Kummissarju nnominat għall-Kummerċ u s-Sigurtà Ekonomika, ir-Relazzjonijiet Interistituzzjonali u t-Trasparenza, Maroš Šefčovič, bħala kumitat mistieden; billi, bi tweġiba għall-mistoqsijiet bil-miktub u għal tweġiba orali imressqa lilu mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet fil-kuntest tas-seduta ta’ konferma, Maroš Šefčovič wettaq għadd ta’ impenji dwar il-proċess tal-petizzjonijiet u t-trasparenza tal-azzjoni ta’ infurzar tal-Kummissjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi skont ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament, il-Kumitat għall-Petizzjonijiet huwa responsabbli wkoll għar-relazzjonijiet mal-Ombudsman Ewropew, li tinvestiga l-ilmenti dwar amministrazzjoni ħażina fl-istituzzjonijiet u fil-korpi tal-UE; billi fl-2024, il-Kumitat għall-Petizzjonijiet żvolġa rwol fundamentali fl-organizzazzjoni tal-elezzjoni tal-Ombudsman Ewropew billi organizza s-seduta ta’ smigħ pubbliku tal-kandidati skont l-Artikolu 237 tar-Regoli ta’ Proċedura; billi fis-17 ta’ Diċembru 2024, Teresa Anjinho ġiet eletta Ombudsman Ewropew għal-leġiżlatura 2024-2029;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi fl-2024, ir-relazzjonijiet bejn il-Kumitat għall-Petizzjonijiet u l-Ombudsman Ewropew baqgħu kostruttivi, kif muri mill-parteċipazzjoni attiva tal-Ombudsman Ewropew preċedenti, Emily O’Reilly, fil-laqgħat tal-kumitat; billi hi ppreżentat ir-rapport annwali tagħha għall-2023 lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet fil-laqgħa tagħha tal-4 ta’ Settembru 2024 u ħadet sehem fil-Workshop Annwali dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà fit-2 ta’ Diċembru 2024;
</CONS><CONS>
<NO.P>W.</NO.P>billi l-Kumitat għall-Petizzjonijiet huwa membru tan-Network Ewropew tal-Ombudspersons, li jinkludi wkoll lill-Ombudsman Ewropew, lill-ombudspersons nazzjonali u reġjonali u korpi simili fl-Istati Membri, lill-pajjiżi kandidati u lil pajjiżi oħra taż-Żona Ekonomika Ewropea, u li għandu l-għan li jippromwovi l-iskambju ta’ informazzjoni dwar id-dritt u l-politika tal-UE, u li jikkondividi l-aħjar prattika;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Ifakkar fir-rwol fundamentali tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet fil-protezzjoni u fil-promozzjoni tad-drittijiet taċ-ċittadini u tar-residenti tal-UE, u jisħaq fuq il-punt li jeħtiġlu jiżgura li t-tħassib u l-ilmenti tal-petizzjonanti jiġu eżaminati f’waqthom, b’mod effettiv, aċċessibbli u xieraq, u li l-petizzjonanti jiġu infurmati kif xieraq dwar l-azzjonijiet meħuda u l-progress li jkun sar dwar il-petizzjonijiet tagħhom; jiddispjaċih, madankollu, li dan mhuwiex dejjem il-każ fil-prattika; ifakkar li l-petizzjonijiet iridu jiġu trattati permezz ta’ proċess ta’ petizzjoni miftuħ, demokratiku u trasparenti, li l-Kumitat huwa mistenni li jirrispetta b’mod konsistenti; jirrakkomanda li jiġu riveduti l-proċeduri interni biex jiġi żgurat li petizzjonijiet simili jew ripetuti jiġu raggruppati flimkien u ttrattati b’mod aktar effiċjenti, filwaqt li jiġi ssalvagwardjat id-dritt ta’ kull petizzjonant li jinstema’ individwalment;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Itenni l-importanza ta’ dibattitu pubbliku kontinwu dwar l-oqsma ta’ attività tal-Unjoni mmirat biex jinforma liċ-ċittadini dwar l-ambitu tal-kompetenzi tal-Unjoni u l-livelli differenti ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, sabiex jitnaqqas l-għadd ta’ petizzjonijiet inammissibbli; itenni s-sejħa tiegħu għal kampanji ta’ sensibilizzazzjoni usa’, speċjalment fir-reġjuni remoti, kif ukoll fost il-gruppi sottorappreżentati ta’ ċittadini, inklużi ż-żgħażagħ, in-nisa, u l-komunitajiet rurali u insulari, permezz tal-involviment attiv tas-servizzi tal-komunikazzjoni eżistenti tal-UE fl-Unjoni kollha biex jgħinu ħalli jiżdied l-għarfien taċ-ċittadini dwar id-dritt tagħhom li jressqu petizzjoni, kif ukoll dwar l-ambitu tar-responsabbiltajiet tal-UE u dwar il-kompetenzi tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet; jappella għal komunikazzjoni aktar ċara u mingħajr lingwaġġ tekniku mal-petizzjonanti u spjegazzjoni pubblika aħjar tar-rwol u l-limiti tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, b’mod partikolari għall-utenti vulnerabbli jew ġodda;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Ifakkar fid-dimensjoni Ewropea tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, li tista’ tiġi indirizzata miċ-ċittadini mis-27 Stat Membru kollha dwar kwistjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattati tal-UE u tad-dritt tal-UE; jemmen li l-Kumitat, billi jirrispetta s-sovranità u l-ispeċifiċitajiet nazzjonali, għandu responsabbiltà speċjali li jirrispetta din id-dimensjoni Ewropea u li juri l-valur miżjud tal-għaqda u tal-integrazzjoni Ewropej għaċ-ċittadini;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jirrimarka li l-petizzjonijiet jikkostitwixxu opportunità unika għall-Parlament u għal istituzzjonijiet oħra tal-UE biex jingħaqdu b’mod dirett maċ-ċittadini tal-UE u jżommu djalogu regolari magħhom, b’mod partikolari f’każijiet fejn ikunu affettwati mill-applikazzjoni ħażina jew mill-ksur tad-dritt tal-UE; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ kooperazzjoni mtejba bejn l-istituzzjonijiet tal-UE u l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali dwar l-inkjesti li jirrigwardaw l-implimentazzjoni tad-dritt tal-UE u l-konformità miegħu; jemmen li tali kooperazzjoni hija kruċjali biex jiġi indirizzat u solvut it-tħassib taċ-ċittadini dwar l-applikazzjoni tad-dritt tal-UE u li hija tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-leġittimità demokratika u tal-obbligu ta’ rendikont tal-Unjoni; jappella, għalhekk, għall-parteċipazzjoni sinifikattiva tar-rappreżentanti tal-Istati Membri fil-laqgħat tal-kumitat u għal tweġibiet f’waqthom u dettaljati għat-talbiet biex tingħata kjarifika jew informazzjoni mibgħuta mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet lill-awtoritajiet nazzjonali sabiex jiġi żgurat segwitu xieraq tal-petizzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Ifakkar li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet irċieva għadd sinifikanti ta’ petizzjonijiet fil-bidu tal-2024 li jesprimu tħassib dwar theddid perċepit għall-istat tad-dritt fi Spanja; jieħu nota tad-dibattitu konġunt li sar f’Jannar 2024 dwar diversi petizzjonijiet li jindirizzaw l-iżviluppi fi Spanja, b’mod partikolari fir-rigward tal-proposta tal-gvern għal liġi dwar l-amnestija u l-implikazzjonijiet potenzjali tagħha għall-oqfsa legali Spanjoli u tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Ifakkar li l-petizzjonijiet jikkontribwixxu b’mod konsiderevoli għall-eżerċizzju tar-rwol tal-Kummissjoni bħala gwardjan tat-Trattati billi jipprovdu liċ-ċittadini għodda addizzjonali biex jirrapportaw allegat ksur tad-dritt tal-UE; jisħaq li l-kooperazzjoni kostruttiva bejn il-Kumitat għall-Petizzjonijiet u l-Kummissjoni permezz ta’ tweġibiet f’waqthom u dettaljati mill-Kummissjoni, li jkunu bbażati fuq eżami bir-reqqa tal-kwistjonijiet imqajma fil-petizzjonijiet, hija essenzjali biex jiġi żgurat it-trattament b’suċċess tal-petizzjonijiet; itenni li dawn it-tweġibiet, li jintbagħtu lill-petizzjonanti, għandhom ikunu ċari, sempliċi u enfatiċi sabiex iwasslu fehim aħjar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jilqa’ l-ħolqien ta’ paġna web ġdida tal-Kummissjoni dwar il-każijiet ta’ ksur, it-traspożizzjoni tad-direttivi u d-djalogu EU Pilot; itenni, madankollu, is-sejħa tiegħu lill-Kummissjoni biex taġġorna regolarment lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet dwar l-iżviluppi fil-proċedimenti ta’ ksur u tiżgura li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet ikollu aċċess għall-informazzjoni rilevanti dwar proċeduri ta’ ksur u proċeduri Pilota tal-UE li tnedew abbażi tal-petizzjonijiet miftuħin; itenni l-ħtieġa li tittejjeb it-trasparenza tal-proċeduri ta’ ksur kif ukoll il-komunikazzjoni mal-petizzjonanti dwar is-sitwazzjoni attwali ta’ tali proċeduri u jisħaq li dan ikun ta’ benefiċċju għall-proċess tal-petizzjoni; jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tinkludi l-petizzjonijiet fir-reġistru pubbliku tal-Kummissjoni tad-deċiżjonijiet ta’ ksur, kif ukoll l-inklużjoni ta’ link għar-reġistru pubbliku tal-Kummissjoni fil-Portal tal-Petizzjonijiet; jilqa’ l-impenn tal-Kummissarju Šefčovič li jgħaqqad aktar ir-reġistru pubbliku tal-Kummissjoni mal-portal tal-petizzjonijiet tal-Parlament; itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni biex tinkludi dawn ir-rekwiżiti kollha fil-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 304, 20.11.2010, p. 47, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2010/1120/oj.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jappella għal evalwazzjoni indipendenti u perjodika tal-kwalità u ċ-ċarezza tat-tweġibiet tal-Kummissjoni għall-petizzjonijiet, b’enfasi partikolari fuq il-leġġibbiltà, ir-rilevanza u s-sensittività għall-kuntesti tal-petizzjonanti sabiex tiġi żgurata interazzjoni sinifikanti u rispettuża maċ-ċittadini;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Iqis li kooperazzjoni aktar attiva bejn l-Istati Membri u l-Kumitat għall-Petizzjonijiet tista’ tkun utli biex jiġu żblokkati l-petizzjonijiet li jirrikjedu risponsi u reazzjonijiet fil-pront mingħand l-awtoritajiet nazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Ifakkar li l-bażi tad-data e-Petizzjoni hija għodda interna essenzjali li tippermetti lill-membri tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet jaċċessaw l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex isegwu s-sitwazzjoni attwali ta’ kull petizzjoni u jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar it-trattament tal-petizzjonijiet; jinnota li l-bażi tad-data e-Petizzjoni għandha wkoll rwol importanti fil-komunikazzjoni mal-petizzjonanti; jenfasizza l-ħtieġa li l-għodod diġitali tal-Kumitat għall-Petizzjoni jiġu modernizzati aktar u jissuġġerixxi li jiġi esplorat l-użu responsabbli u ggwidat mill-bniedem tal-intelliġenza artifiċjali biex ikompli jittejjeb aktar it-trattament tal-petizzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Ifakkar fl-impenn tal-Kummissjoni li toħloq għodda tal-IT interistituzzjonali bejn il-Kummissjoni u l-Parlament, bil-għan li jiġu kondiviżi l-informazzjoni u d-dokumenti dwar l-azzjonijiet kollha ta’ segwitu meħuda rigward il-petizzjonijiet, bħal proċeduri ta’ ksur, proposti leġiżlattivi jew tweġibiet mill-awtoritajiet nazzjonali, u b’hekk tissaħħaħ it-trasparenza u l-effiċjenza tat-trattament tal-petizzjonijiet, li, f’kuntest usa’, jikkontribwixxi biex tiżdied il-fiduċja taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet tal-UE u fil-proġett Ewropew; jitlob l-installazzjoni rapida ta’ tali għodda tal-IT interistituzzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Ifakkar li l-kooperazzjoni mal-kumitati l-oħra fil-Parlament hija essenzjali biex il-petizzjonijiet jiġu ttrattati b’mod komprensiv; jinnota li fl-2024, intbagħtu 30 talba għal opinjoni u 450 talba għal informazzjoni lil kumitati oħra; jinnota li sal-aħħar tal-2024 ġew riċevuti 26 opinjoni; ifakkar li l-petizzjonanti jiġu infurmati meta jkun hemm deċiżjoni li tintalab opinjoni minn kumitati oħra biex jiġu ttrattati l-petizzjonijiet tagħhom; jissottolinja li l-kumitati parlamentari għandhom iżidu l-isforzi tagħhom biex jikkontribwixxu b’mod attiv għall-eżami tal-petizzjonijiet billi jagħtu prova tal-għarfien espert tagħhom biex b’hekk il-Parlament ikun jista’ jwieġeb aktar malajr u b’mod aktar komprensiv għat-tħassib taċ-ċittadini;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jemmen li n-network tal-petizzjonijiet huwa għodda utli biex jiġi ffaċilitat is-segwitu għall-petizzjonijiet fil-ħidma parlamentari u leġiżlattiva; jinsab ċert li laqgħat regolari tan-network tal-petizzjonijiet huma kruċjali sabiex tissaħħaħ il-viżibbiltà tal-attivitajiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet u biex jiġi żgurat fehim aħjar tal-ħidma u tal-missjoni tiegħu, kif ukoll biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni mal-kumitati parlamentari l-oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jieħu nota li l-ambjent baqa’ l-qasam ta’ tħassib prinċipali għall-petizzjonanti fl-2024, fejn aktar minn 20 % tal-petizzjonijiet qajmu kwistjonijiet ambjentali; jinnota l-għadd sinifikanti ta’ petizzjonijiet li jiddenunzjaw il-ksur tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE f’diversi Stati Membri; jinnota li l-kwistjonijiet rappurtati mill-petizzjonanti u diskussi fil-kumitat jinkludu l-protezzjoni tal-lupu fl-UE, l-effetti tossiċi fit-tul tal-pestiċidi u l-ksur tad-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2024/1785 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ April 2024 li temenda d-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) u tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE dwar ir-rimi ta’ skart f’landfill (ĠU L, 2024/1785, 15.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1785/oj).</FIELD></FOOTNOTE> li jirriżulta mill-ġestjoni ta’ impjant tal-azzar; jisħaq fuq l-importanza li jiġu ssodisfati l-aspettattivi taċ-ċittadini tal-UE rigward il-protezzjoni tal-ambjent, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, tiżgura l-implimentazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni tal-UE fil-qasam ambjentali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jieħu nota tal-fatt li ġew trattati suġġetti oħra mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet, bħall-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal, inkluża s-sikurezza online, u t-titjib tal-benessri tal-annimali; jiġbed l-attenzjoni għall-petizzjonijiet li jiffokaw fuq il-ksur tad-drittijiet tal-passiġġieri; jinnota wkoll li bosta petizzjonijiet qajmu tħassib dwar il-protezzjoni tad-data u, b’mod partikolari, l-infurzar tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj).</FIELD></FOOTNOTE>; jenfasizza wkoll l-għadd ta’ petizzjonijiet li jindirizzaw il-kriżi tal-akkomodazzjoni fl-Istati Membri; jinnota li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet indirizza r-responsabbiltajiet tal-kumpaniji tal-fjuwils fossili fil-kriżi tal-għoli tal-ħajja, it-tħassib relatat mas-sikurezza ferrovjarja, u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema; jinnota l-kunsiderazzjoni tal-petizzjonijiet dwar il-kultura u l-wirt nazzjonali; ifakkar li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet iddiskuta diversi petizzjonijiet dwar il-kanċellazzjoni ta’ permessi ta’ residenza permanenti ta’ ċittadini Russi; jinnota li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet irċieva għadd sostanzjali ta’ petizzjonijiet dwar l-istat tad-dritt fl-Istati Membri, li ġew diskussi fil-Kumitat; jinnota l-petizzjonijiet imressqa dwar il-kundizzjonijiet tal-akkoljenza tal-immigranti u ta’ dawk li jfittxu ażil fl-Istati Membri u jinnota l-petizzjonijiet li jirrapportaw każijiet ta’ diskriminazzjoni; jistenna segwitu xieraq u informazzjoni aġġornata mill-Kummissjoni dwar dawn il-petizzjonijiet kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jisħaq fuq il-kontribut importanti li sar mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà, kif żvelat mit-trattament tiegħu ta’ għadd ta’ petizzjonijiet dwar dan is-suġġett, inkluża l-kunsiderazzjoni tal-petizzjoni 1056/2016 dwar is-sottomissjoni ta’ petizzjonijiet bil-lingwi tas-sinjali nazzjonali; jirrikonoxxi, f’dan il-kuntest, l-isforzi tas-servizzi tal-Parlament u jinnota li mhux biss trid tinstab l-aħjar soluzzjoni teknika iżda s-soluzzjoni l-aktar aċċessibbli għaċ-ċittadini torox sabiex jikkomunikaw magħhom bil-lingwa materna tagħhom stess – bil-lingwi tas-sinjali nazzjonali; jitlob il-modifika tar-Regoli ta’ Proċedura b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali sabiex jiġi eliminat l-obbligu tal-komunikazzjoni esklużivament bil-miktub maċ-ċittadini li huma utenti tal-lingwa tas-sinjali, torox jew li jbatu biex jisimgħu sabiex, fuq talba tagħhom, ikunu jistgħu jużaw il-lingwa tas-sinjali matul il-proċedura; jinnota li l-edukazzjoni tal-istudenti b’diżabbiltà, iċ-ċaħda tas-servizzi tal-kura tas-saħħa għall-persuni b’diżabbiltà u l-aċċessibbiltà tal-ispazji u s-servizzi pubbliċi kienu ta’ tħassib ulterjuri għall-petizzjonanti fl-2024; ifakkar fil-workshop annwali tat-2 ta’ Diċembru 2024 dwar id-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà li saret mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet, li ffukat fuq is-sitwazzjoni attwali tal-istrateġija għad-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà 2021-2030 u jħeġġeġ l-integrazzjoni rapida tas-sejbiet tal-petizzjonijiet fir-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-istrateġija dwar id-drittijiet tal-persuni b’diżabilità 2021–2030, b’miri li jistgħu jitkejlu u impenji baġitarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jissottolinja r-rwol ta’ protezzjoni speċifiku li jiżvolġi l-Kumitat għall-Petizzjonijiet fi ħdan l-UE fil-qafas tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà; jiġbed l-attenzjoni għall-ħidma importanti kontinwa tal-kumitat b’rabta ma’ petizzjonijiet li jikkonċernaw kwistjonijiet relatati mad-diżabbiltà; ifakkar li r-referenza għall-petizzjonijiet dwar il-ħtieġa ta’ kard tad-diżabbiltà fil-livell tal-UE ġiet inkluża fid-Direttiva (UE) 2024/2841 li tistabbilixxi l-Kard Ewropea tad-Diżabilità u l-Kard Ewropea għall-Parkeġġ<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2024/2841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2024 li tistabbilixxi l-Kard Ewropea tad-Diżabilità u l-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità (ĠU L, 2024/2841, 14.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/2841/oj).</FIELD></FOOTNOTE>; jissottolinja li l-petizzjonijiet jistgħu jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-proċess leġiżlattiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Ifakkar fil-fatt li r-relazzjonijiet mal-Ombudsman Ewropew jirrappreżentaw waħda mir-responsabbiltajiet mogħtija lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet mir-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament; jenfasizza r-rwol tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet fil-proċess elettorali tal-Ombudsman Ewropew, b’mod partikolari fl-organizzazzjoni tas-seduta ta’ smigħ pubblika mal-kandidati eliġibbli kollha, li saret fit-3 ta’ Diċembru 2024, li kienet miftuħa għall-Membri kollha tal-Parlament Ewropew, u b’hekk tathom l-opportunità demokratika u trasparenti li jiskambjaw il-fehmiet mal-kandidati u jivvalutaw l-indipendenza, il-kwalifiki u l-professjonaliżmu tagħhom kif ukoll il-viżjoni tagħhom għall-kariga tal-Ombudsman Ewropew fi ħdan l-arkitettura istituzzjonali tal-UE; jilqa’ l-kooperazzjoni kostruttiva tal-Parlament mal-Ombudsman Ewropew, li magħha l-Kumitat għall-Petizzjonijiet jikkondividi l-objettivi li jiġu żgurati t-trasparenza, il-professjonaliżmu u l-integrità tal-istituzzjonijiet tal-UE fil-konfront taċ-ċittadini Ewropej, kif ukoll l-involviment tiegħu fin-Network Ewropew tal-Ombudsmen;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Iħeġġeġ il-kontributi regolari kontinwi tal-Ombudsman Ewropew għall-ħidma tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet matul is-sena; jemmen bis-sħiħ li l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni jeħtiġilhom jiżguraw segwitu konsistenti u effikaċi għar-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman; jenfasizza r-rwol essenzjali tal-Ombudsman Ewropew fil-promozzjoni tat-trasparenza, l-amministrazzjoni tajba u l-protezzjoni tad-drittijiet taċ-ċittadini; jitlob kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn il-Kumitat għall-Petizzjonijiet u l-uffiċċju tal-Ombudsman;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jinnota li, minkejja l-waqfien tal-attivitajiet parlamentari minħabba l-elezzjonijiet Ewropej, il-Kumitat għall-Petizzjonijiet esprima l-pożizzjoni tiegħu u għamel rakkomandazzjonijiet dwar kwistjonijiet importanti mqajma fil-petizzjonijiet, inkluża l-adozzjoni ta’ żewġ rapporti ta’ missjoni wara żjarat ta’ tiftix tal-fatti li saru fit-tieni nofs tal-2023, jiġifieri missjoni lejn l-Irlanda dwar il-bini milqut mill-problema tal-majka u missjoni lejn Spanja dwar l-immersjoni lingwistika fil-Katalonja; jenfasizza l-importanza tal-implimentazzjoni min-naħa tal-awtoritajiet edukattivi tal-Katalonja tar-rakkomandazzjonijiet li saru mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet fir-rapport tiegħu tad-19 ta’ Marzu 2024, bl-għan li jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet lingwistiċi tal-istudenti u tal-familji tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jinnota l-għadd dejjem jikber ta’ petizzjonijiet relatati mal-politika tal-edukazzjoni, b’mod partikolari r-rikonoxximent tal-kwalifiki fil-qasam tat-tagħlim madwar l-Istati Membri; jenfasizza, f’dan ir-rigward, il-Mistoqsija Orali li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet għamel lill-Kummissjoni dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-għalliema fl-UE; jinsab allarmat bit-tweġiba orali tal-Kummissjoni li tikkonferma li l-iskarsezzi tal-għalliema huma sfida serja u li dan huwa rifless ukoll fir-riżultati reċenti tal-PISA, fejn lanqas Stat Membru wieħed ma rnexxielu jtejjeb il-prestazzjoni tiegħu fil-ħiliet bażiċi; jistieden, f’dan ir-rigward, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iżidu b’mod sinifikanti l-isforzi tagħhom biex itejbu s-sistemi tal-edukazzjoni skolastika tagħhom filwaqt li jżidu wkoll l-attraenza tal-professjoni tal-għalliema, inkluż permezz ta’ finanzjament u programmi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jilqa’ l-adozzjoni tar-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-10 ta’ April 2024 dwar il-ġestjoni ta’ vetturi tqal tal-merkanzija fil-punti ta’ qsim tal-fruntiera abbażi tal-Petizzjoni 0146/2023<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/1278, 13.3.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1278/oj.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jissottolinja li l-Portal tal-Petizzjonijiet huwa għodda essenzjali biex jiġi żgurat proċess tal-petizzjonijiet bla xkiel, effiċjenti u trasparenti; jilqa’ t-titjibiet li saru lill-portal għall-benefiċċju tal-petizzjonanti u jisħaq li l-isforzi biex il-portal isir aktar aċċessibbli jridu jitkomplew, inkluż li dan isir aktar aċċessibbli għall-utenti tal-lingwi tas-sinjali kif mitlub fil-petizzjoni 1056/2016 u għall-persuni b’diżabbiltà; jinnota li l-Portal tal-Petizzjonijiet huwa wieħed mis-siti web tal-Parlament li l-aktar iżuruh nies, u b’hekk, għal ħafna ċittadini tal-UE, iservi bħala l-ewwel punt ta’ kuntatt mal-Parlament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni u r-rapport tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Ombudsman Ewropew, lill-gvernijiet tal-Istati Membri kif ukoll lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-kumitati għall-petizzjonijiet tagħhom u lill-ombudsmen tagħhom jew lil entitajiet simili kompetenti.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>