<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0229</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Is-sitwazzjoni fl-Afganistan: nappoġġjaw lin-nisa u lill-komunitajiet milquta mit-terremoti reċenti</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0415, 0417, 0418, 0420, 0425 u 0427/2025)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2025 dwar is-sitwazzjoni fl-Afganistan: nappoġġjaw lin-nisa u lill-komunitajiet milquta mit-terremoti reċenti (2025/2872(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-10 ta’ Diċembru 1948 u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tas-16 ta’ Diċembru 1966,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta’ Kull Forma ta’ Diskriminazzjoni kontra n-Nisa tat-18 ta’ Diċembru 1979 u l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-20 ta’ Novembru 1989, li t-tnejn ġew ratifikati mill-Afganistan,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tas-7 ta’ Lulju 2025 dwar is-sitwazzjoni fl-Afganistan,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-NU tal-11 ta’ Ġunju 2025 lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, bit-titolu “The situation in Afghanistan and its implications for international peace and security” (Is-sitwazzjoni fl-Afganistan u l-implikazzjonijiet tagħha għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU tat-28 ta’ Lulju 1951 dwar l-Istatus tar-Rifuġjati u l-Protokoll tagħha tal-1967,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-prinċipju ta’ non-refoulement skont id-dritt internazzjonali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tat-tielet laqgħa tal-Mibgħuta Speċjali tan-NU dwar l-Afganistan, li saret f’Doha, il-Qatar fit-30 ta’ Ġunju u l-1 ta’ Lulju 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-sitwazzjoni fl-Afganistan, b’mod partikolari r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Settembru 2024 dwar is-sitwazzjoni li qed tiddeterjora tan-nisa fl-Afganistan minħabba l-adozzjoni reċenti tal-liġi dwar il-“Promozzjoni tal-Virtù u l-Prevenzjoni tal-Vizzju”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/7211, 10.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7211/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2022 dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà, u l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-15 ta’ Settembru 2021 dwar l-Afganistan, li ddeskrivew ħames kriterji ta’ riferiment għall-involviment tal-UE mal-awtoritajiet <STRING ITALIC="on">de facto</STRING> mmexxija mit-Talibani,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) tal-4 ta’ Ottubru 2024<FOOTNOTE><FIELD> Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta’ Ottubru 2024, AH, FN vs Bundesamt für Fremdenwesen und asyl, C-608/22, C-609/22, ECLI:EU:C:2024:828.</FIELD></FOOTNOTE>, li ddeċidiet li d-diskriminazzjoni sistemika bħal dik li jiffaċċjaw in-nisa Afgani taħt ir-regola tat-Talibani tammonta għal persekuzzjoni skont id-dritt tal-UE dwar l-ażil,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Kooperazzjoni dwar Sħubija u Żvilupp bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan, min-naħa l-oħra<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 67, 14.3.2017, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2017/434/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, iffirmat fit-18 ta’ Frar 2017,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-linji gwida tematiċi tal-UE dwar id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal, u dwar il-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet u l-ġlieda kontra l-forom kollha ta’ diskriminazzjoni kontrihom,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Marzu 2021 dwar l-azzjoni umanitarja tal-UE: sfidi ġodda, l-istess prinċipji (COM(2021)0110), li tagħti prijorità lill-protezzjoni, il-preparatezza għad-diżastri u l-ħtiġijiet tan-nisa u tal-gruppi vulnerabbli,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Pajjiż dwar l-Afganistan għall-2024 tal-Programm Dinji tal-Ikel, ippubblikat fis-27 ta’ Marzu 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Indiċi tal-Iżvilupp tal-Bniedem għall-2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta mill-Kunsill u r-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni tat-30 ta’ Ġunju 2017 bit-titolu “Il-Kunsens Ewropew Ġdid għall-Iżvilupp – Id-Dinja Tagħna, id-Dinjità Tagħna, il-Futur Tagħna”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-analiżi tal-Grupp ta’ Kriżi Internazzjonali bit-titolu “Afghanistan: The Taliban Restrict Women’s Rights, Worsening the Humanitarian Crisis” (Afganistan: it-Talibani jirrestrinġu d-Drittijiet tan-Nisa, u jħarrxu l-Kriżi Umanitarja), ippubblikat fil-31 ta’ Jannar 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-appell għal finanzjament umanitarju tal-UNICEF għall-2025, imniedi fil-5 ta’ Diċembru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-appell għal finanzjament ta’ emerġenza għall-Afganistan imniedi mill-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għar-Rifuġjati f’Settembru 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-appell għar-risposta għat-terremot fl-Afganistan tal-UNICEF għall-2025, imniedi fid-9 ta’ Settembru 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Pjan ta’ Rispons għall-Kriżi tal-Afganistan 2025 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni, ippubblikat fis-16 ta’ Diċembru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Appell għall-Emerġenzi tas-Saħħa 2025 tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, ippubblikat fis-16 ta’ Jannar 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-mandati ta’ arrest maħruġa fit-8 ta’ Lulju 2025 mill-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI) għall-Mexxej Suprem tat-Talibani Haibatullah Akhundzada u l-Prim Imħallef tat-Talibani Abdul Hakim Haqqani,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-sentenza tal-QĠUE tas-16 ta’ Jannar 2024 fil-kawża C-621/21 dwar l-għoti ta’ protezzjoni internazzjonali lil nisa li jiffaċċjaw vjolenza abbażi tal-ġeneru<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Jannar 2024, WS vs Intervyuirasht organ na Darzhavna agentsia za bezhantsite pri Ministerskia savet, il-Kawża C-621/21, ECLI:EU:C:2024:47</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 136(2) u (4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi fil-31 ta’ Awwissu 2025, terremot fatali b’kobor ta’ 6,0 laqat il-provinċja ta’ Kunar fil-Lvant tal-Afganistan u kkawża aktar minn 2 200 mewta, b’eluf oħra midruba, kemm f’Kunar kif ukoll fil-provinċja tal-viċinat, Nangarhar; billi aktar minn 6 700 dar tfarrku, u rħula sħaħ saru terrapien, u dan ħalla mill-anqas 11 000 persuna jgħixu f’tined, b’riskju ta’ ipotermja, hekk kif ix-xitwa qiegħda toqrob; billi t-tnaqqis fl-għajnuna umanitarja globali kellu impatt qawwi fuq ir-rispons għall-kriżi;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi t-tmexxija tat-Talibani iżolat b’mod sever lill-Afganistan fuq livell internazzjonali u dan irriżulta f’dewmien fl-għoti ta’ għajnuna internazzjonali; billi n-nisa ġew affettwati b’mod sproporzjonat mit-terremot minħabba l-kodiċi soċjali strett tat-Talibani, li jipprevjeni lill-voluntiera rġiel milli jmissu lin-nisa, u b’hekk fixkel l-isforzi ta’ salvataġġ u t-trattament mediku; billi mill-5 ta’ Settembru 2025, it-Talibani żammew lill-persunal u lill-kuntratturi nisa Afgani milli jidħlu f’komposti tan-NU f’Kabul, u b’hekk irrestrinġew severament it-twassil ta’ għajnuna umanitarja lin-nisa u lill-bniet; billi l-konsegwenzi fuq il-kura tas-saħħa tal-apartheid tal-ġeneru impost fuq l-Afganistan mir-reġim Taliban kellhom impatt negattiv fuq ir-rispons għall-għajnuna għall-vittmi nisa u bniet; billi n-nuqqas ta’ tobba nisa u r-restrizzjonijiet stretti fuq l-ivvjaġġar għan-nisa u l-bniet ikkontribwew għal għadd kbir ta’ mwiet mit-terremoti; billi l-ħaddiema umanitarji nisa żvolġew irwol kritiku biex jilħqu l-irħula affettwati, jipprovdu kura tas-saħħa u appoġġ psikosoċjali u jqassmu l-għajnuna;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi mindu rritornaw fil-poter f’Awwissu 2021, it-Talibani imponew interpretazzjoni u infurzar radikali tal-liġi tax-Xarija, li wassal għall-eliminazzjoni kważi totali tan-nisa u l-bniet mill-ħajja pubblika; billi dan ġie infurzat permezz ta’ restrizzjonijiet estensivi fuq in-nisa u l-bniet, inklużi interdizzjonijiet fuq l-attendenza fl-edukazzjoni sekondarja u għolja, projbizzjonijiet fuq l-involviment fil-biċċa l-kbira tal-forom ta’ impjieg, ċaħda tal-aċċess għall-ispazji pubbliċi u l-isport, l-impożizzjoni ta’ kodiċijiet stretti tal-ilbies, iż-żarmar ta’ sistemi ta’ appoġġ għall-vittmi tal-vjolenza, u rekwiżiti li n-nisa jivvjaġġaw biss meta jkunu akkumpanjati minn kustodju raġel; billi digrieti ulterjuri, bħall-projbizzjoni ta’ Diċembru 2024 fuq in-nisa li jsegwu edukazzjoni medika jew li jagħmlu eżamijiet finali fil-mediċina, naqqsu drastikament l-għadd ta’ professjonisti mediċi nisa fl-Afganistan;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi, fl-2024, il-QĠUE ħarġet tliet sentenzi<FOOTNOTE><FIELD> Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Jannar 2024, WS vs Intervyuirasht organ na Darzhavna agentsia za bezhantsite pri Ministerskia savet, il-Kawża C-621/21, ECLI:EU:C:2024:47; Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Ġunju 2024, K, L vs Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid, il-Kawża C‑646/21, ECLI:EU:C:2024:487; Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta’ Ottubru 2024, AH, FN vs Bundesamt für Fremdenwesen und asyl, il-Kawża C-608/22, il-Kawża C-609/22, ECLI:EU:C:2024:82.</FIELD></FOOTNOTE> dwar il-vjolenza u l-persekuzzjoni abbażi tal-ġeneru, li jindikaw li l-Istati Membri huma intitolati li jqisu l-ġeneru u n-nazzjonalità biss meta jwettqu valutazzjoni individwali ta’ applikazzjoni għall-ażil minn mara ta’ nazzjonalità Afgana;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi mit-30 ta’ Settembru sat-2 ta’ Ottubru 2025, it-Talibani imponew l-għeluq tal-internet mal-pajjiż kollu, li fixkel il-komunikazzjoni, it-titjiriet, is-servizzi bankarji u s-servizzi essenzjali, u ċaħħad lil miljuni ta’ Afgani mill-aċċess għall-informazzjoni u l-edukazzjoni, b’mod partikolari billi ġab fi tmiemha waħda mill-aħħar possibbiltajiet li kien għad fadal għan-nisa u l-bniet biex isegwu opportunitajiet ta’ tagħlim, minħabba l-projbizzjoni tat-Talibani fuq l-edukazzjoni tagħhom lil hinn mis-sitt sena tal-iskola;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, 422 faċilità tas-saħħa fl-Afganistan għalqu minħabba nuqqas ta’ finanzjament, u dan affettwa 3,08 miljun persuna; billi l-Afganistan qed jesperjenza diversi emerġenzi tas-saħħa, li jaggravaw dak li diġà kien wieħed mill-ogħla proporzjonijiet ta’ mortalità materna fuq livell globali;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi s-sitwazzjoni umanitarja fl-Afganistan hija mwiegħra, b’24 miljun persuna dipendenti fuq l-assistenza umanitarja u kważi 15-il miljun ruħ isofru minn insigurtà akuta tal-ikel; billi bejn Jannar u Ottubru 2024, aktar minn 1,1 miljun Afgan u Afgana rritornaw lejn l-Afganistan, bosta minnhom għax ġew sforzati, u dan poġġa pressjoni fuq il-komunitajiet diġà taħt pressjoni; billi hemm aktar minn 3,2 miljun persuna spostata internament fi ħdan l-Afganistan, u 5,3 miljun rifuġjat Afgan u persuna li tfittex ażil fil-pajjiżi ġirien;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi t-tnaqqis fil-finanzjament tal-għajnuna barranija tal-Istati Uniti laqat serjament is-sistema tal-kura tas-saħħa u l-programmi ta’ assistenza alimentari tal-Afganistan; billi l-UE u l-Istati Membri tagħha għadhom fost l-akbar donaturi umanitarji għall-Afganistan, hekk kif approvaw EUR 1 miljun f’finanzjament ta’ emerġenza, minbarra l-EUR 161 miljun f’għajnuna umanitarja li diġà allokaw fl-2025 u destinati għal organizzazzjonijiet madwar l-Afganistan; billi l-għajnuna umanitarja tal-UE fl-Afganistan titwassal biss permezz ta’ sħab umanitarji;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-Afganistan għadu qed jiffaċċja livell għoli ta’ attività terroristika minn gruppi estremisti Iżlamisti, inklużi t-Talibani, Al-Qaeda u ISIS-Khorasan, li deliberatament għandhom fil-mira tagħhom liċ-ċivili, lill-minoranzi u lill-ħaddiema umanitarji; billi l-UE ġustament ma żżommx relazzjonijiet mal-awtoritajiet Afgani <STRING ITALIC="on">de facto</STRING>;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar is-sitwazzjoni umanitarja f’Kunar, f’Nangarhar u fil-provinċji tal-viċinat, bħala riżultat tat-terremoti, jestendi l-kondoljanzi lill-familji tal-vittmi u jħeġġeġ lill-atturi internazzjonali jgħinu biex jingħata appoġġ fil-post lis-superstiti mill-aktar fis possibbli; jinsisti li jridu jiżdiedu r-risponsi ta’ emerġenza għal popolazzjonijiet li mhumiex moqdijin biżżejjed, li l-migranti li jirritornaw iridu jingħataw assistenza fil-punti tal-fruntiera, u li jridu jissaħħu, b’mod partikolari, is-servizzi tal-kura tas-saħħa materna u tat-tfal; jistieden lill-awtoritajiet <STRING ITALIC="on">de facto</STRING> tal-Afganistan ineħħu r-restrizzjonijiet kollha li jillimitaw l-aċċess għall-għajnuna umanitarja jew id-distribuzzjoni tagħha; jiddenunzja bħala delitt kontra l-umanità l-abbandun intenzjonat li għalih ir-reġim Afgan ikkundanna lill-vittmi nisa u bniet ta’ din it-traġedja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-miżuri ta’ repressjoni bħall-għeluq reċenti tal-internet impost mit-Talibani fil-pajjiż kollu; itenni li dawn il-prattiki jkomplu jiżolaw lill-poplu tal-Afganistan, b’mod speċifiku lin-nisa li qed ifittxu opportunitajiet ta’ tagħlim online, u jħallu impatt negattiv fuq l-operazzjonijiet ta’ għajnuna umanitarja u l-ekonomija diġà fraġli tal-pajjiż; jistieden lill-awtoritajiet <STRING ITALIC="on">de facto</STRING> jżommu lura milli jadottaw prattiki bħal dawn fil-futur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Iħeġġeġ lill-komunità internazzjonali tikkoordina l-isforzi fiż-żieda u fit-twassil ta’ għajnuna umanitarja, fil-bini mill-ġdid tal-infrastruttura u fl-għoti ta’ appoġġ mediku u psikoloġiku għas-superstiti, inkluża l-kura tat-trawma; jappella għal investiment akbar fir-reżiljenza bbażata fil-komunità, inklużi akkomodazzjoni reżistenti għat-terremoti, sistemi tal-kura tas-saħħa lokali, is-sigurtà tal-ikel, u l-għajxien għan-nisa; jistieden lill-Kummissjoni żżid b’mod urġenti l-appoġġ lill-Afganistan għall-ħtiġijiet bażiċi u l-għajxien, u żżid il-pakkett nazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni tkompli taħdem permezz tar-rabta bejn l-aspett umanitarju, l-iżvilupp u l-paċi; ifakkar li s-sitwazzjoni umanitarja li sejra għall-agħar u n-nuqqas ġenerali ta’ prospetti għal futur aħjar jistgħu jirriżultaw f’żieda fid-destabbilizzazzjoni u r-radikalizzazzjoni, kif ukoll l-ispostament tal-popolazzjoni fi ħdan l-Afganistan u lil hinn mill-fruntieri tiegħu; jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni, kif espressa fil-proposta tagħha għal Ewropa Globali<FOOTNOTE><FIELD> Il-proposta tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Lulju 2025 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Ewropa Globali (COM(2025)0551).</FIELD></FOOTNOTE>, li żżid l-appoġġ tal-UE għal azzjonijiet ta’ reżiljenza u reazzjonijiet integrati għall-fraġilità, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-finanzjament flessibbli u pluriennali f’dan ir-rigward; iħeġġeġ lill-UE żżid l-involviment mas-sħab reġjonali u mal-organizzazzjonijiet mhux governattivi ta’ fiduċja biex tiżgura li t-twassil ta’ għajnuna umanitarja jevita l-indħil tat-Talibani kull fejn ikun possibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jinnota bi tħassib serju li r-reġjun milqut mit-terremot qed jesperjenza influss massiv ta’ familji Afgani li qed jirritornaw lejn djar imfarrka u raba’ meqruda, wara t-tkeċċija furzata tagħhom mill-Iran u l-Pakistan; jikkundanna l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem li qed iseħħ matul dawn id-deportazzjonijiet; jesprimi tħassib kbir dwar il-pressjoni miżjuda li qed tirrizulta fuq l-infrastruttura tal-għajnuna umanitarja f’dawn il-provinċji; jistieden lill-Iran u lill-Pakistan iwaqqfu immedjatament id-deportazzjonijiet lejn l-Afganistan; jenfasizza, f’dan ir-rigward, l-importanza li jiġi rispettat il-prinċipju ta’ non-refoulement, speċjalment minħabba l-kunflitt u l-instabbiltà li għaddejjin bħalissa fl-Afganistan u l-persekuzzjoni ta’ gruppi etniċi, nisa u avversarji politiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jinnota bi tħassib is-sitwazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, ġurnalisti u personalitajiet pubbliċi oħra Afgani li appoġġjaw l-iżvilupp demokratiku fl-Afganistan matul l-aħħar għaxar snin u li ngħataw dokumentazzjoni li tippermettilhom status temporanju fil-Pakistan; jappella lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jassistu, fejn rilevanti u possibbli, l-proċess ta’ applikazzjoni għal dawn l-individwi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa d-diversi restrizzjonijiet ibbażati fuq il-ġeneru u l-politiki diskriminatorji tat-Talibani li jipprevjenu lin-nisa Afgani milli jaċċessaw l-edukazzjoni, it-taħriġ mediku, il-kura tas-saħħa u l-ħidma umanitarja, li jwassal għall-istabbiliment ta’ apartheid tal-ġeneru; jappella lill-UE biex tappoġġja r-rikonoxximent tal-apartheid tal-ġeneru bħala delitt kontra l-umanità; jistieden lill-awtoritajiet <STRING ITALIC="on">de facto</STRING> tal-Afganistan ineħħu r-restrizzjonijiet kollha fuq in-nisa u jappella għar-restawr immedjat tal-parteċipazzjoni sħiħa, ugwali u sinifikanti tan-nisa u l-bniet fil-ħajja pubblika; itenni t-talbiet tiegħu lill-UE u lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jippermettu lin-nisa Afgani jieħdu sehem b’mod sinifikanti f’fora u negozjati internazzjonali; iħeġġeġ b’mod speċifiku lill-awtoritajiet <STRING ITALIC="on">de facto</STRING> jiftħu mill-ġdid iċ-ċentri tal-edukazzjoni medika għan-nisa, minħabba n-nuqqas drastiku tal-pajjiż ta’ persunal mediku femminili;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jistieden lill-awtoritajiet <STRING ITALIC="on">de facto </STRING>jneħħu minnufih ir-restrizzjonijiet fuq il-ħaddiema umanitarji u l-istudenti nisa, jippermettu lin-nisa jipparteċipaw bis-sħiħ fir-rispons għad-diżastri, u jippermettu lill-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tan-nisa jkunu jistgħu jkomplu l-ħidma tagħhom fl-Afganistan; jistieden b’mod speċifiku lill-awtoritajiet ineħħu minnufih ir-restrizzjonijiet kollha fuq in-nisa li jaħdmu għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, kemm fil-livell lokali kif ukoll f’dak internazzjonali, sabiex ikunu jistgħu jkomplu ħidmiethom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jikkundanna l-persistenza tal-vjolenza kontra n-nisa fl-Afganistan, inkluż l-istupru u l-vjolenza sesswali, iż-żwieġ furzat (tat-tfal), il-vjolenza domestika u l-każijiet ta’ mutilazzjoni ġenitali femminili;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jinsisti li t-Talibani jeħtiġilhom ma jħallux lil al-Qaeda, Daesh, ISIS-Khorasan u gruppi u individwi terroristiċi oħrajn jużaw it-territorju tal-Afganistan biex jheddu jew jiksru s-sigurtà ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor, li jirrifjutaw li jospitaw membri ta’ dawn il-gruppi, u li ma jħalluhomx iwettqu attivitajiet ta’ reklutaġġ, taħriġ jew ġbir ta’ fondi; jesprimi tħassib li dawn l-impenji mhumiex qed jiġu ssodisfati; iħeġġeġ lis-sħab rilevanti kollha jsaħħu l-isforzi tagħhom biex iżarmaw in-networks kollha ta’ finanzjament tat-terroriżmu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jżidu l-pressjoni fuq it-Talibani, inkluż permezz ta’ sanzjonijiet immirati, iffriżar tal-assi u projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar kontra l-mexxejja Talibani responsabbli għal ksur sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem, u joqogħdu lura milli jżommu r-relazzjonijiet diplomatiċi mat-Talibani f’konformità mal-ħames kriterji ta’ riferiment stabbiliti fil-konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ Settembru 2021 dwar l-Afganistan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jistieden lill-komunità internazzjonali żżomm lit-Talibani responsabbli, inkluż permezz tal-istabbiliment ta’ mekkaniżmu investigattiv indipendenti tan-NU għall-Afganistan, u teżegwixxi l-mandati ta’ arrest tal-QKI ta’ Lulju 2025 għall-Mexxej Suprem tat-Talibani Haibatullah Akhundzada u l-Prim Imħallef tat-Talibani Abdul Hakim Haqqani, li nħarġu għal raġunijiet ta’ delitti kontra l-umanità relatati mal-persekuzzjoni tan-nisa u l-bniet; jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-investigazzjonijiet li għaddejjin dwar il-persekuzzjoni abbażi tal-ġeneru u ksur ieħor tad-drittijiet tal-bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jilqa’ l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ta’ investigazzjoni indipendenti għall-Afganistan bi tweġiba għat-talba tal-vittmi Afgani bħala pass sinifikanti fit-tfittxija tal-verità, il-ġustizzja u l-obbligu ta’ rendikont għall-poplu tal-Afganistan, li qed isofri minn delitti internazzjonali u minn ksur tal-liġi internazzjonali mwettqa fil-pajjiż; jilqa’ wkoll it-tiġdid tal-mandat tar-Rapporteur Speċjali tan-NU u jtenni l-appell tiegħu għall-obbligu ta’ rendikont;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Mibgħut Speċjali tal-UE għall-Afganistan u lill-awtoritajiet <STRING ITALIC="on">de facto </STRING>tal-Afganistan.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>