<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0230</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Rispons magħqud għall-vjolazzjonijiet reċenti mir-Russja tal-ispazju tal-ajru u l-infrastruttura kritika tal-Istati Membri tal-UE</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0419, 0422, 0423, 0424 u 0437/2025)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2025 dwar rispons magħqud għall-vjolazzjonijiet reċenti mir-Russja tal-ispazju tal-ajru u l-infrastruttura kritika tal-Istati Membri tal-UE (2025/2901(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u l-prinċipji fundamentali tad-dritt internazzjonali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 42(7) u 24(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Ukrajna u r-Russja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-white paper bit-titolu “White Paper għall-Prontezza tad-Difiża Ewropea 2030” u r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Marzu 2025 dwarha<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/3151, 20.6.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3151/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2025/1106 tas-27 ta’ Mejju 2025 li jistabbilixxi l-Istrument ta’ Azzjoni għas-Sigurtà tal-Ewropa (SAFE) permezz tat-Tisħiħ tal-Industrija Ewropea tad-Difiża<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2025/1106, 28.5.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/1106/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Marzu 2024 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm għall-Industrija tad-Difiża Ewropea u qafas ta’ miżuri biex jiġu żgurati d-disponibbiltà u l-provvista f’waqthom ta’ prodotti tad-difiża (“EDIP”) (COM(2024)0150),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Ukrajna u dwar ir-Russja, b’mod partikolari dawk adottati minn meta seħħet l-invażjoni fuq skala kbira tal-Ukrajna mir-Russja fi Frar 2022 u l-annessjoni tal-peniżola tal-Krimea fid-19 ta’ Frar 2014,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-qafas legali internazzjonali għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu, inkluża r-Riżoluzzjoni 2341 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar il-protezzjoni tal-infrastruttura kritika minn atti terroristiċi, adottata fit-13 ta’ Frar 2017,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni tal-10 ta’ Settembru 2025 mill-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-10 ta’ Settembru 2025 tas-Segretarju Ġenerali tan-NATO Mark Rutte dwar il-vjolazzjoni mid-droni Russi tal-ispazju tal-ajru Pollakk,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-diskors li għamel il-Viċi Prim Ministru Pollakk Radosław Sikorski waqt is-sessjoni ta’ emerġenza tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fit-22 ta’ Settembru 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni li għamel ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà Kaja Kallas fit-22 ta’ Settembru 2025 dwar il-vjolazzjoni tal-ispazju tal-ajru Estonjan, waqt is-sessjoni ta’ emerġenza tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kunsill tal-Atlantiku tat-Tramuntana tat-23 ta’ Settembru 2025 dwar il-vjolazzjonijiet reċenti mir-Russja tal-ispazju tal-ajru,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kummissarju Andrius Kubilius tas-26 ta’ Settembru 2025 wara l-vidjokonferenza ta’ livell għoli dwar il-kooperazzjoni fid-difiża fin-naħa tal-Lvant,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kummenti tal-President tal-Kunsill António Costa fl-1 ta’ Ottubru 2025 fil-konferenza stampa wara l-laqgħa informali tal-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 136(2) u (4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi f’dawn l-aħħar snin, ir-Russja ripetutament involviet ruħha f’atti intenzjonati ta’ gwerra ibrida fit-territorju tal-Unjoni, inklużi attakki ċibernetiċi, kampanji ta’ diżinformazzjoni u interferenza elettorali, użu tal-enerġija bħala arma, attakki bi ħruq doluż, sabotaġġ ta’ infrastruttura kritika, disturbazzjoni u spoofing tas-Sistemi Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) (inkluża l-GPS), kif ukoll f’provokazzjonijiet militari, inkluż vjolazzjonijiet tal-ispazju tal-ajru minn inġenji tal-ajru tal-ġlied u droni ta’ attakk li jwasslu distanza twila, filwaqt li fittxet li xxerred il-biża’ fost iċ-ċittadini tal-UE, tiddestabbilizza s-sitwazzjoni politika fl-Istati Membri u tnaqqas l-appoġġ tal-UE għall-Ukrajna;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-intrużjonijiet tar-Russja fl-ispazju tal-ajru tan-NATO u tal-UE, li jirrappreżentaw vjolazzjoni sfaċċata tas-sovranità tal-Istati Membri u tad-dritt internazzjonali, ilhom iseħħu mill-bidu tal-invażjoni fuq skala sħiħa tal-Ukrajna mir-Russja, u dan l-aħħar laħqu skala bla preċedent, u qajmu mistoqsijiet dwar jekk ir-Russja hijiex qed tipprova tittestja d-determinazzjoni tan-NATO jew tiddevja l-attenzjoni u r-riżorsi tagħha mill-gwerra fl-Ukrajna;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi fit-28 ta’ Lulju 2025, dron Russu li kien qed iġorr splussivi daħal fl-ispazju tal-ajru Litwan mill-Belarussja u kkraxxja fit-territorju tiegħu f’poligonu militari; billi fl-4 ta’ Ottubru 2025, blalen tal-ajru meteoroloġiċi użati għall-kuntrabandu daħlu fl-ispazju tal-ajru Litwan mill-Belarussja, u ħolqu interferenza serja fl-attivitajiet tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Vilnius;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi fl-10 ta’ Settembru 2025, matul seba’ sigħat, madwar 20 dron Russu taru fil-baxx fit-territorju tal-Polonja qabel ma twaqqgħu minn inġenji tal-ajru tan-NATO jew ħabtu, u dan jimmarka l-ewwel involviment militari dirett bejn in-NATO u r-Russja mill-bidu tal-invażjoni fuq skala sħiħa;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi fid-19 ta’ Settembru 2025, tliet inġenji tal-ajru tal-ġlied Russi MiG-31 wettqu vjolazzjoni tal-ispazju tal-ajru Estonjan għal 12-il minuta, għamlu intrużjoni fiż-żona tas-sigurtà ta’ pjattaforma tat-tħaffir Pollakka fil-Baħar Baltiku, injoraw il-komunikazzjonijiet mill-bdoti tal-F-35 tan-NATO, u fl-aħħar mill-aħħar ġew skortati lura fl-ispazju tal-ajru internazzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi fil-25 ta’ Settembru 2025, inġenji tal-ajru tal-ġlied Ungeriżi tat-tip Gripen intbagħtu mil-Litwanja biex jinterċettaw formazzjoni ta’ ħames inġenji tal-ajru tal-ġlied Russi li kienu qed itiru qrib l-ispazju tal-ajru tan-NATO mingħajr ma jikkonformaw mar-regolamenti internazzjonali dwar is-sikurezza tat-titjiriet; billi l-inġenji tal-ajru ġew identifikati viżwalment fil-Punent tal-kosta Latvjana qabel ma ġew skortati barra mill-ispazju tal-ajru tan-NATO;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi minn Frar 2022, id-droni Russi daħlu fl-ispazju tal-ajru Rumen 11-il darba, u diversi frammenti tad-droni waqgħu fit-territorju Rumen f’39 okkażjoni oħra; billi aktar reċentement, fit-13 ta’ Settembru 2025, dron Geran Russu reġa’ wettaq vjolazzjoni tal-ispazju tal-ajru Rumen u ġie interċettat minn żewġ inġenji tal-ajru tal-ġlied F-16; billi inċidenti simili seħħew ukoll fir-Repubblika tal-Moldova;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi d-Danimarka, l-Iżvezja, in-Norveġja, il-Litwanja, Franza, il-Ġermanja u l-Belġju esperjenzaw inkursjonijiet koordinati tad-droni fuq jew qrib ajruporti ċivili u militari jew faċilitajiet militari, li kkawżaw għeluq temporanju tal-ajruporti;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi s-serje reċenti ta’ inkursjonijiet tad-droni fir-reġjun tal-Baħar Baltiku turi theddida ibrida sinifikanti għall-implimentazzjoni sikura u effettiva tal-inizjattiva tal-Ajru Uniku Ewropew; billi l-inkursjonijiet ikkawżaw ħsara lill-infrastruttura u telf ekonomiku;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi hemm ċans li d-droni ġew illanċjati minn bastimenti, inklużi dawk li jappartjenu għall-flotta mistura Russa li topera fil-Baħar Baltiku biex jiġu evitati s-sanzjonijiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-mexxejja Ewropej qiesu dawn l-inċidenti bħala provokazzjoni deliberata orkestrata mir-Russja, u kkunsidrawhom parti minn xejra ta’ mġiba Russa imprudenti u irresponsabbli, filwaqt li r-Russja b’mod konsistenti rrifjutat li taċċetta r-responsabbiltà għal inċidenti bħal dawn, u minflok ċaħdet l-evidenza kollha, akkużat lill-Istati Membri li qed jiffabbrikaw ir-rapporti, u xerrdet diżinformazzjoni biex tiskredita l-UE u l-alleati tagħha kif ukoll tefgħet il-ħtija b’mod falz fuq l-Ukrajna;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-alleati tan-NATO, inklużi l-Polonja u l-Estonja, invokaw l-Artikolu 4 tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana wara dawn l-inkursjonijiet; billi l-Istati Membri tal-UE ddiskutew dawn l-inkursjonijiet matul il-laqgħat tar-rappreżentanti permanenti tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi n-NATO nediet l-attività militari “Eastern Sentry” biex tissalvagwardja l-infrastruttura kritika ta’ taħt il-baħar fil-Baħar Baltiku, ittejjeb l-għarfien tas-sitwazzjoni marittima b’reazzjoni għas-sabotaġġ Russu u ssaħħaħ il-pożizzjonament tad-difiża tal-ajru tagħha tul in-naħa tal-Lvant kollha wara l-inċident Pollakk, u l-Finlandja, l-Iżvezja u d-Danimarka pparteċipaw fl-eżerċizzju “Protective Fence 25” biex jissaħħu l-kapaċità tad-difiża, id-deterrenza u l-prontezza minn formazzjonijiet imxerrda;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi r-Russja ilha mill-24 ta’ Frar 2022 twettaq gwerra ta’ aggressjoni fuq skala sħiħa illegali, mhux provokata u mhux ġustifikata kontra l-Ukrajna, bi vjolazzjoni flagranti tal-Karta tan-NU u tal-prinċipji fundamentali tad-dritt internazzjonali u tad-dritt umanitarju internazzjonali; billi l-forzi Russi qed ikomplu jwettqu attakki sistematiċi bid-droni u bil-missili fuq il-bliet Ukreni, immirati lejn iċ-ċivili, inkluż billi jattakkaw ambulanzi u persunal tas-salvataġġ; billi l-użu tad-droni kontra bersalli ċivili identifikabbli b’mod ċar, it-tixrid ta’ filmati ta’ dan il-qtil u l-pubblikazzjoni ta’ theddid espliċitu fuq il-media soċjali juru politika tal-istat ikkoordinata li għandha fil-mira li titterrorizza l-popolazzjoni u tisforza l-ispostament; billi matul attakki reċenti, intlaqtu binjiet tal-gvern Ukren, kif ukoll il-missjoni tal-UE u l-Ambaxxata tal-Polonja, u dan jindika immirar intenzjonat mill-Kremlin; billi r-Russja tipproduċi eluf ta’ droni kull xahar u qed tkompli żżid il-kapaċitajiet ta’ produzzjoni tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi s-sigurtà tal-Ukrajna hija interkonnessa mas-sigurtà Ewropea, transatlantika u globali, u r-Russja għandha l-għan li tiddevja l-attenzjoni u r-riżorsi tan-NATO lil hinn mill-appoġġ lill-Ukrajna biex tiddefendi t-territorju tagħha stess;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi xi pajjiżi tan-NATO, inkluża l-Polonja, wissew li lesti jwaqqgħu inġenji tal-ajru Russi li jidħlu fit-territorju tagħhom, filwaqt li n-NATO tenfasizza li d-deċiżjonijiet dwar jekk għandhomx jiġu involuti inġenji tal-ajru ta’ intrużjoni huma bbażati fuq l-intelligence disponibbli rigward it-theddida maħluqa, inklużi l-intenzjoni u l-armamenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-pożizzjoni tal-Istati Uniti dwar il-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna hija imprevedibbli, u dan jagħmel lill-UE u lill-Istati Membri tagħha alleati strateġiċi primarji tal-Ukrajna u jeħtieġ rispons Ewropew aktar b’saħħtu u unifikat biex jiġu difiżi ċ-ċittadini tal-UE, l-istabbiltà reġjonali u l-paċi internazzjonali; billi l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża tibqa’ kruċjali u għandha tissaħħaħ; billi d-deterrenza effettiva tal-aggressjoni Russa teħtieġ garanziji ta’ sigurtà robusti, ikkoordinati b’mod kollaborattiv mill-UE u mill-Istati Uniti;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi s-sistemi ta’ difiża tal-ajru biex jipprovdu protezzjoni kontra vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ (UAVs) huma bbażati fuq azzjoni kinetika jew kontromiżuri elettroniċi, b’mod partikolari disturbaturi, biex jiġi interrott il-kontroll tad-droni u/jew biex l-inġenju tal-ajru jkollu jinżel;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi għall-protezzjoni tal-laqgħa informali tal-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern tal-UE fl-1 u t-2 ta’ Ottubru 2025 f’Copenhagen, l-awtoritajiet Daniżi għamlu projbizzjoni fuq it-titjiriet ċivili kollha bid-droni fl-ispazju tal-ajru Daniż mid-29 ta’ Settembru sat-3 ta’ Ottubru 2025; billi diversi Stati Membri appoġġjaw lid-Danimarka biex tipprovdi dawn il-miżuri ta’ sigurtà għal-laqgħa informali;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi d-dikjarazzjoni tal-President tal-Kunsill António Costa fl-1 ta’ Ottubru 2025 wara l-laqgħa informali tal-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern tindika b’mod ċar ir-rieda li tittejjeb l-interoperabbiltà tal-kapaċitajiet kif ukoll impenn qawwi għall-inizjattiva ewlenija “Eastern Flank Watch”, inkluż permezz tal-koalizzjonijiet tal-kapaċità kkoordinati mill-pajjiżi ewlenin rispettivi, u l-inizjattiva tal-UE “ħajt kontra d-droni”, u tissottolinja l-impenn tal-UE u tan-NATO għad-difiża kollettiva kontra theddid konvenzjonali u ibridu u għat-tisħiħ tas-sigurtà u l-istabbiltà tar-reġjun;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi l-inkursjonijiet reċenti tal-ispazju tal-ajru jeżiġu rispons kuraġġuż u approċċ komprensiv fil-pjan direzzjonali li jmiss dwar il-prontezza tad-difiża għall-2030;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi l-proċess tal-bini ta’ difiża sħiħa tal-ispazju tal-ajru b’diversi saffi kellu jibda wara l-annessjoni illegali tal-Krimea; billi d-deċiżjonijiet, il-finanzjament, l-akkwist u l-kisba, u l-operabbiltà jieħdu ż-żmien;
</CONS><CONS>
<NO.P>W.</NO.P>billi jkun kruċjali għall-Bulgarija, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, il-Ġermanja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovakkja u l-Iżvezja li jkollhom kapaċità sħiħa tal-UAV tal-UE tul in-naħa tal-Lvant tan-NATO u fir-reġjuni tal-Baħar Baltiku u tal-Baħar l-Iswed; billi tali kapaċità tirrikjedi investiment Ewropew sinifikanti relatat mad-difiża fl-ambitu tal-oqfsa finanzjarji pluriennali (QFP) attwali u li jmiss;
</CONS><CONS>
<NO.P>X.</NO.P>billi hemm ħtieġa urġenti ta’ miżuri biex tissaħħaħ il-bażi industrijali u teknoloġika tad-difiża Ewropea (EDTIB) bil-għan li tittejjeb il-kapaċità tal-produzzjoni industrijali tad-difiża tal-UE, tissaħħaħ il-kompetittività tal-industrija tad-difiża Ewropea u tiġi żgurata l-provvista ta’ prodotti tad-difiża;
</CONS><CONS>
<NO.P>Y.</NO.P>billi huma meħtieġa sforzi u investiment kontinwi biex jiġu appoġġjati l-innovazzjoni teknoloġika u r-riċerka fid-difiża biex jiġu appoġġjati l-EDTIB u l-awtonomija strateġika Ewropea;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jesprimi s-solidarjetà sħiħa tiegħu mal-Moldova kif ukoll mad-Danimarka, l-Iżvezja, il-Polonja, il-Litwanja, il-Latvja, il-Finlandja, ir-Rumanija, l-Estonja u l-Istati Membri l-oħra kollha esposti għat-theddid dirett, il-provokazzjonijiet militari u l-atti tal-gwerra ibrida tar-Russja; iqis li t-tfixkil intenzjonat, mill-aġenti Russi, tat-traffiku tal-ajru tal-UE, li għandu fil-mira s-servizzi u l-infrastruttura militari kritiċi tal-UE, u tal-funzjonament tal-istituzzjonijiet politiċi tal-UE u tal-Istati Membri li jużaw l-UAVs huwa eskalatorju, jirriskja kalkoli ħżiena, jipperikola l-ħajjiet, jikkostitwixxi ksur serju tan-normi internazzjonali applikabbli u joħloq theddida serja għaċ-ċittadini tal-UE u għall-paċi u s-sigurtà fl-Ewropa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinkoraġġixxi kwalunkwe inizjattiva li tippermetti lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jieħdu azzjoni koordinata, magħquda u proporzjonata kontra l-vjolazzjonijiet kollha tal-ispazju tal-ajru tagħhom, inkluż it-twaqqigħ ta’ theddid mill-ajru; jikkundanna bil-qawwa l-azzjonijiet imprudenti u eskalatorji tar-Russja fejn wettqet vjolazzjoni tal-ispazju tal-ajru tal-Istati Membri tal-UE u l-alleati tan-NATO, il-Polonja, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u r-Rumanija, kif ukoll l-inkursjonijiet intenzjonati tad-droni mmirati lejn infrastruttura kritika fid-Danimarka, fl-Iżvezja u fin-Norveġja, li huma parti mill-gwerra militari u ibrida sistematika tar-Russja u provokazzjoni kontra l-UE u l-Istati Membri tagħha; jiddikjara li r-Russja għandha responsabbiltà sħiħa u inekwivoka għall-azzjonijiet li seħħew fl-ispazju tal-ajru Pollakk, Estonjan u Rumen;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jilqa’ r-rispons deċiżiv u proporzjonat mill-forzi tan-NATO, inklużi l-interċettazzjoni u l-iskorta ta’ inġenji tal-ajru tal-ġlied Russi barra mill-ispazju tal-ajru Estonjan, u t-twaqqigħ tad-droni Russi fuq il-Polonja; jirrikonoxxi r-rispons rapidu u koordinat tal-forzi armati ta’ xi wħud mill-Istati Membri u s-sħab tan-NATO fis-salvagwardja tas-sema Ewropew; jappoġġja bis-sħiħ l-isforzi tan-NATO biex issaħħaħ il-kapaċitajiet tagħha u ssaħħaħ id-deterrenza, id-difiża tal-ajru u l-pożizzjonament ta’ difiża kollettiva tagħha tul in-naħa tal-Lvant tagħha, inkluż permezz tat-tnedija tal-Operazzjoni “Eastern Sentry” u l-iżvilupp tal-ispettru sħiħ ta’ miżuri taħt din l-operazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jżidu l-effettività u l-impatt tas-sanzjonijiet fuq ir-Russja sabiex jimminaw b’mod definittiv il-kapaċità tar-Russja li tkompli twettaq il-gwerra brutali ta’ aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna u li thedded is-sigurtà ta’ pajjiżi ġirien oħra; jitlob l-adozzjoni immedjata tad-19-il pakkett ta’ sanzjonijiet robust immirat lejn is-sorsi primarji ta’ dħul tar-Russja; jistieden lill-Kunsill, flimkien mas-sħab Amerikani tiegħu, iżomm u jestendi l-politika ta’ sanzjonijiet tiegħu kontra r-Russja, u japplika politika ta’ sanzjonijiet simili għall-istati abilitanti kollha, inklużi l-Belarussja, l-Iran u l-Korea ta’ Fuq, u jissanzjona lill-entitajiet Ċiniżi li jfornu oġġetti b’użu doppju u oġġetti militari essenzjali għall-manifattura ta’ droni u missili; jappella għal sanzjonijiet immirati kontra l-flotta mistura tar-Russja u azzjoni ulterjuri kontriha bl-użu tal-iskala sħiħa tal-possibbiltajiet legali biex twaqqaf, tostakola jew timpedixxi l-operazzjonijiet tagħha, minħabba l-involviment possibbli tagħha fit-tnedija ta’ droni mmirati lejn infrastruttura kritika; jistieden lill-Kunsill jindirizza b’mod sistematiku l-kwistjoni taċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet minn entitajiet malizzjużi mhux tal-UE bbażati fl-UE permezz ta’ investigazzjonijiet bir-reqqa u penali aktar stretti għall-entitajiet li jiksru s-sanzjonijiet jew jonqsu milli jeżerċitaw id-diliġenza dovuta fil-kontrolli tal-esportazzjoni u l-verifika tal-utent finali; itenni li kwalunkwe forma ta’ appoġġ ipprovdut lill-aggressur minn Stati bħall-Iran, il-Korea ta’ Fuq jew iċ-Ċina jrid ikollu konsegwenzi diretti għar-relazzjonijiet l-oħra kollha ma’ dawn il-pajjiżi, inkluż il-kummerċ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jissottolinja li l-UE u l-Istati Membri tagħha jibqgħu impenjati bis-sħiħ favur l-ordni internazzjonali bbażata fuq ir-regoli u favur l-isforzi diplomatiċi kollha li għandhom l-għan li jiksbu paċi komprensiva, ġusta u dejjiema għall-Ukrajna, b’rispett sħiħ għas-sovranità, l-indipendenza u l-integrità territorjali tagħha fil-fruntieri tagħha rikonoxxuti internazzjonalment; jistieden, f’dan ir-rigward, lill-Istati Membri u lill-UE jikkoordinaw mill-qrib u b’mod effettiv l-inizjattivi diplomatiċi tagħhom f’organizzazzjonijiet multilaterali, inklużi n-NU, sabiex jiġġieldu kontra l-ksur sistematiku tad-dritt internazzjonali mir-Russja:
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jiżviluppaw pjan ta’ azzjoni ta’ miżuri li jipprevjenu u jiġġieldu l-eskalazzjoni tal-gwerra ibrida Russa kontra l-UE f’oqsma terrestri, tal-ajru, marittimi u diġitali; jirrimarka li oqfsa ta’ dan it-tip se jipprovdu għażliet għal miżuri ta’ ritaljazzjoni tal-UE li jaqblu mas-severità u l-intensità tal-attivitajiet ostili mwettqa kontra l-UE; jistieden lill-Istati Membri jirrieżaminaw, f’koordinazzjoni mal-alleati tan-NATO, ir-regoli tal-ingaġġ għal kull tip ta’ theddid biex jiżguraw li jkunu adegwati ħalli jirrispondu għat-theddid l-aktar innovattiv; jisħaq li l-UE jeħtiġilha tkun determinata u turi li kwalunkwe pajjiż mhux tal-UE li jagħmel tentattiv biex jikser is-sovranità tal-Istati Membri se jiffaċċja ritaljazzjoni minnufih;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jisħaq li firxa ta’ attivitajiet ibridi u ta’ sabotaġġ li r-Russja wettqet kontra l-UE jitqiesu bħala terroriżmu sponsorjat mill-istat, anke jekk jaqgħu taħt il-limitu ta’ attakk armat; jissottolinja, għalhekk, il-ħtieġa li jiġu applikati l-oqfsa legali disponibbli għall-ġlieda kontra t-terroriżmu fir-rigward tal-attivitajiet ostili tar-Russja, li jiksru s-sovranità territorjali tal-Istati Membri tal-UE, jimminaw l-integrità tal-istituzzjonijiet tagħhom u jheddu direttament is-sikurezza tal-popolazzjoni ċivili; jistieden lill-Kummissjoni tibda proċedura biex ir-Russja tiġi kklassifikata bħala pajjiż terz b’riskju għoli għall-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu skont ir-Regolament (UE) 2016/1675<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1675 tal-14 ta’ Lulju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jidentifika pajjiżi terzi b’riskju kbir b’nuqqasijiet strateġiċi (ĠU L 254, 20.9.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2016/1675/oj).</FIELD></FOOTNOTE> bħala waħda mill-miżuri biex tiġi limitata l-kapaċità tar-Russja li twettaq terroriżmu mill-istat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jikkundanna lir-Russja talli ddisturbat u wettqet spoofing tas-sinjali tal-GNSS (inkluż il-GPS) b’mod deliberat fir-reġjuni tal-Baħar Baltiku u tal-Baħar l-Iswed u f’żoni oħra, li joħloq riskju serju għas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili u tat-trasport marittimu; ifakkar li l-Kunsill tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali talab li r-Russja tissodisfa l-obbligi internazzjonali tagħha skont il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali u tiżgura li d-disturbi jieqfu immedjatament; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jieħdu miżuri xierqa biex jeżerċitaw pressjoni suffiċjenti fuq ir-Russja biex twaqqaf dawn l-attivitajiet malizzjużi u biex isaħħu l-istabbiltà tas-servizzi tan-navigazzjoni bis-satellita u r-reżiljenza tagħhom għall-interferenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jitlob li ssir reviżjoni tal-proċess tal-ippjanar tal-kapaċitajiet tal-UE; huwa konvint li l-proċess tal-għan ewlieni għandu jkopri mhux biss l-immaniġġjar tal-kriżijiet iżda wkoll id-difiża kollettiva, inkluż l-ispettru sħiħ tal-kapaċità skont l-objettivi tal-kapaċità nazzjonali u internazzjonali; iqis li l-UE għandha tqis ir-rekwiżiti tat-tqassim tal-kapaċitajiet għall-Istati Membri tagħha, li jirriflettu l-mudell tan-NATO; jemmen li tali proċess jista’ jitmexxa ’l quddiem fil-qafas ta’ semestru Ewropew tad-difiża; jinsisti fuq il-ħtieġa urġenti li nimxu lejn Unjoni Ewropea tad-Difiża ġenwina, li tikkomplementa lin-NATO, u li tibni fuq l-oqfsa attwali u tmur lil hinn minnhom bħal dak ipprovdut fil-White Paper għad-Difiża Ewropea – Prontezza 2030; jissottolinja li huwa biss jekk jiġu approfonditi l-integrazzjoni, il-koordinazzjoni u l-ġbir flimkien tar-riżorsi li l-UE tista’ twieġeb b’mod effettiv għat-theddid dejjem jikber tar-Russja; itenni li l-protezzjoni tas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Istati Membri kollha hija prinċipju fundamentali tal-UE, u jissottolinja l-ħtieġa ta’ rispons immedjat, sod, magħqud u proporzjonat biex jiġu protetti ċ-ċittadini u l-infrastruttura kritika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jappella għal avvanzi lejn struttura Ewropea ta’ kmand u kontroll li mhux biss tiġġestixxi l-kriżijiet f’konformità mal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni (PSDK), iżda sservi wkoll bħala l-ekwivalenti tal-Kwartieri Ġenerali Supremi tal-Potenzi Alleati fl-Ewropa (SHAPE) tan-NATO; jinnota li, biex tiġi evitata d-duplikazzjoni, tali struttura għandha tikkomplementa x-SHAPE u tipprovdi riżorsi xierqa lill-Istat Maġġuri tal-UE (EUMS); jisħaq fuq l-importanza ta’ koordinazzjoni msaħħa, inkluż l-istabbiliment possibbli ta’ ċellola tal-kriżijiet interistituzzjonali permanenti fir-rigward tar-Russja, bil-kompitu ta’ monitoraġġ f’ħin reali, kondiviżjoni rapida tal-informazzjoni u teħid rapidu ta’ deċiżjonijiet operazzjonali; jemmen li l-inkursjoni reċenti fl-ispazju tal-ajru tal-UE hija katalizzatur għal avvanzi rapidi u bir-reqqa f’oqsma bħall-kondiviżjoni tal-intelligence, il-loġistika komuni u l-interoperabbiltà tas-sigurtà u l-akkwist koordinat; jappella għal kooperazzjoni dejjem aktar mill-qrib bejn in-NATO u l-UE biex jissaħħu d-difiża u d-deterrenza tal-Ewropa; jissottolinja l-ħtieġa ta’ pilastru Ewropew b’saħħtu u definit b’mod preċiż fi ħdan in-NATO, li jkun kapaċi jindirizza t-theddida Russa u jaġixxi b’mod awtonomu min-NATO u b’komplementarjetà magħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jappella għal koordinazzjoni, unità u solidarjetà msaħħa bejn l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-UE u l-istrutturi tan-NATO, għall-monitoraġġ, l-interċettazzjoni u n-newtralizzazzjoni ta’ droni ostili, inkluż permezz ta’ taħriġ, provi u eżerċizzji konġunti u l-iskambju ta’ intelligence operazzjonali; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu stabbiliti ċentri konġunti ta’ kmand u kontroll għal kwalunkwe inizjattiva futura tal-UAV jew kontra l-UAV; jissottolinja l-ħtieġa li kwalunkwe kapaċità tal-UAVs tiġi integrata għalkollox fil-forzi tad-difiża tal-ajru konvenzjonali u li jiġi żgurat li s-sistemi tagħha jkunu interoperabbli mal-arkitettura tan-NATO ta’ Difiża Integrata kontra Attakki mill-Ajru u l-Missili; jirrakkomanda l-istabbiliment ta’ mekkaniżmi strutturati għall-kondiviżjoni kontinwa tal-għarfien, anke f’kuntest tal-UE-NATO, b’mod partikolari fl-oqsma tad-difiża diġitali u tal-kapaċitajiet ċibernetiċi li qed jevolvu malajr, għar-razzjonalizzazzjoni tal-eżerċizzji konġunti u tal-interoperabbiltà madwar l-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jgħammru lill-awtoritajiet bil-mezzi biex jiġġieldu d-droni f’siti ta’ infrastruttura kritika bħall-ajruporti u l-impjanti tal-enerġija; jinnota li tali mezzi jridu jkunu xierqa għall-kuntest ċivili u jsegwu mudell ta’ difiża b’diversi saffi u b’sistemi multipli li jistgħu jwaqqgħu d-droni b’mod kinetiku u elettroniku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li l-Istati Membri tul in-naħa tal-Lvant tan-NATO u r-reġjun tal-Baħar l-Iswed jiġu appoġġjati fl-iżvilupp ta’ kapaċitajiet għall-ġbir ta’ intelligence u d-detezzjoni u t-traċċar ta’ theddid li joriġina lil hinn mill-fruntieri esterni tal-UE, bħal operazzjonijiet ibridi, attakki fuq infrastruttura kritika, migrazzjoni strumentalizzata jew inkursjonijiet tad-droni, bil-għan li l-UE jkollha għarfien tas-sitwazzjoni aħjar, u tkun aktar kapaċi tantiċipa t-theddid b’mod effettiv; jirrimarka li tali kapaċitajiet għandhom jinkludu sistemi ta’ sorveljanza tad-droni u teknoloġiji oħra li jippermettu sorveljanza mill-ajru fir-reġjuni tal-fruntieri tal-UE, kif ukoll l-interċettazzjoni ta’ theddid tal-ajru li jkunu qed javvanzaw; jissottolinja li sistema ta’ rikonjizzjoni u difiża effettiva u mtarrġa hija essenzjali għall-protezzjoni taċ-ċittadini u l-infrastruttura kritika u għal deterrenza effettiva;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri u lill-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA) jikkonsolidaw b’mod urġenti l-proġett tal-Kooperazzjoni Strutturata Permanenti (PESCO) bl-isem Sistema Integrata b’Diversi Saffi ta’ Difiża kontra Attakki mill-Ajru u l-Missili (IMLAMD), speċjalment kontra t-theddida kkawżata minn UAVs bi prezz baxx u f’konformità mal-arkitettura tad-difiża integrata kontra attakki mill-ajru u l-missili tan-NATO, biex jiġi identifikat u interċettat it-theddid kollu li jidħol fl-ajru minn barra l-UE, speċjalment tul in-naħa tal-Lvant; jinsisti li l-investiment Ewropew f’sistemi ta’ armi ta’ preċiżjoni fuq distanza twila u fit-tisħiħ tad-difiża tal-ajru huwa kruċjali biex tiġi żgurata d-deterrenza u jitnaqqas ir-riskju li r-Russja tisfrutta l-vulnerabbiltajiet, u biex jiġu protetti iċ-ċittadini u l-infrastruttura kritika; jisħaq li ż-żieda fir-rati ta’ finanzjament tal-FEŻ għandha tapplika għal proġetti relatati ma’ dawk il-kapaċitajiet, kif diġà huwa l-każ għall-proġetti PESCO;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni taħdem mill-qrib mal-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment u l-EDA biex tiżgura approċċ komprensiv li jgħaqqad l-iżvilupp tal-kapaċitajiet u l-finanzjament u tadatta d-difiża u l-istrumenti tal-politika industrijali tad-difiża tagħha biex tiżgura li dawn ikunu adattati għall-iskop tagħhom; jistieden lill-Istati Membri jżidu b’mod sinifikanti l-persunal u l-baġit tal-EDA biex jiffaċilitaw l-iżvilupp adegwat u f’waqtu tal-kapaċitajiet u l-akkwist konġunt, u jistieden lill-EDA tistabbilixxi baġit flessibbli dedikat għall-UAVs li jkopri iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-kapaċitajiet; jenfasizza l-ħtieġa urġenti li jsir investiment qawwi fid-droni u fit-tagħmir kontra d-droni; jilqa’ l-użu tal-istrument SAFE u l-Faċilità ta’ Ekwità għad-Difiża biex tiżdied il-produzzjoni, jiġu żgurati l-ktajjen tal-provvista u tiġi appoġġjata l-parteċipazzjoni tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju fis-settur tal-vetturi mingħajr bdot abbord;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jilqa’ l-inizjattiva tal-UE għal ħajt Ewropew kontra d-droni, kif imħabbar mill-President tal-Kummissjoni von der Leyen, il-Kummissarju Andrius Kubilius u l-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u s-Sigurtà (VP/RGħ) Kaja Kallas, u l-inizjattiva “Eastern Flank Watch”, filwaqt li jinnota li l-iskadenza ambizzjuża msemmija mill-Kummissarju Kubilius għat-tlestija tagħha tirrikjedi implimentazzjoni rapida bħala parti minn tarka tad-difiża usa’ tul in-naħa tal-Lvant tal-UE u tan-NATO b’reazzjoni għall-ksur ripetut tal-ispazju tal-ajru mir-Russja, filwaqt li jissottolinja l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-Istati Membri kollha li qed jiffaċċjaw sfidi diretti għas-sigurtà tul in-naħa tan-Nofsinhar ikunu koperti b’mod komprensiv; jistieden lill-Kummissjoni, lill-VP/RGħ u lill-Istati Membri, f’koordinazzjoni mill-qrib man-NATO, jaċċelleraw l-iżvilupp ta’ pjan konkret u operazzjonali għall-attivazzjoni rapida tiegħu; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta pjan koerenti fil-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tat-23 u l-24 ta’ Ottubru 2025; jirrikonoxxi l-isfida ppreżentata mill-kost għoli tal-interċettazzjoni tad-droni u jappella għal programmi konġunti biex jippromwovu l-iżvilupp ta’ kapaċitajiet kosteffettivi ta’ kontra l-UAVs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tipproċessa malajr kwalunkwe talba mill-Istati Membri rigward l-adattament volontarju tal-pjanijiet nazzjonali tagħhom għall-irkupru u r-reżiljenza biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ finanzjament tal-iżvilupp tal-kapaċitajiet tal-UAVs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti ta’ sorveljanza marittima msaħħa u jemmen li d-dimensjoni operattiva l-ġdida tal-gwerra ibrida tirrikjedi l-integrazzjoni tas-sigurtà marittima u l-istrateġiji kontra l-UAV, anke permezz ta’ kapaċitajiet imsaħħa ta’ sorveljanza taħt l-ilma; jilqa’ l-varar ta’ operazzjonijiet immexxija min-NATO, bħal pereżempju l-Operazzjoni “Baltic Sentry” biex tiġi protetta l-infrastruttura kritika ta’ taħt il-baħar u jissaħħaħ l-għarfien tas-sitwazzjoni marittimu; jenfasizza l-importanza tal-istrateġija tal-UE għall-Baħar l-Iswed u taċ-ċentru tas-sigurtà marittima, bil-għan li jissaħħu s-sikurezza u s-sigurtà marittima;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tinvolvi ruħha bis-sħiħ mar-rappreżentanti tal-manifatturi tal-UAVs fl-Istati Membri, inkluż mal-manifatturi ta’ UAVs u satelliti b’użu doppju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jitlob li l-provvista ta’ materja prima tissaħħaħ u tiġi diversifikata aktar, fid-dawl tal-espansjoni tal-manifattura tal-UAVs, u jenfasizza, f’dan il-kuntest, l-importanza tal-Att tal-UE dwar il-Materja Prima Kritika<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2024/1252 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 li jistabbilixxi qafas li jiżgura provvista sigura u sostenibbli tal-materja prima kritika u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 168/2013, (UE) 2018/858, (UE) 2018/1724 u (UE) 2019/1020 (ĠU L, 2024/1252, 3.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1252/oj).</FIELD></FOOTNOTE> li jservi bħala punt tat-tluq għal azzjoni komprensiva, koeżiva u strateġika; jisħaq fuq l-importanza strateġika tas-sħubijiet tal-UE mal-Ukrajna, il-Kanada u l-Amerka Latina;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jissottolinja li l-evoluzzjoni teknoloġika tal-UAVs tirrikjedi flessibbiltà u titjib rapidu, li jeħtieġ li jiġu ffaċilitati minn inizjattivi futuri tal-UE; jinnota li l-UE aktarx tiffavorixxi soluzzjonijiet sofistikati, għaljin u avvanzati li spiss jinvolvu dewmien kbir; jappella għal investiment kontinwu fl-innovazzjoni u t-teknoloġija tad-difiża biex tiġi appoġġjata l-EDTIB u jingħalqu l-lakuni fl-investiment u fir-riċerka fit-teknoloġija tad-difiża, filwaqt li jinnota li l-ippjanar, ir-riċerka, l-iżvilupp, l-akkwist u l-ġestjoni tal-kapaċitajiet għandhom isiru b’mod konġunt u b’lenti Ewropea; jenfasizza l-importanza strateġika tal-produzzjoni relatata mad-difiża u l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-output tal-produzzjoni jkun jista’ jiżdied malajr fi żminijiet ta’ kriżi; jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu ambjent regolatorju u proċeduri ta’ akkwist li jikkoordinaw u jintegraw l-ekosistema Ewropea attwali ma’ sħab strateġiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jinnota li l-kapaċitajiet tal-UAVs jirrikjedu aċċellerazzjoni sinifikanti tal-kapaċitajiet ta’ mobbiltà militari kif ukoll moviment transfruntier rapidu ta’ tagħmir u persunal, b’enfasi partikolari fuq il-kontrolli fil-fruntieri, il-proċeduri doganali u l-proċessi ta’ awtorizzazzjoni; jisħaq li deterrenza kredibbli tirrikjedi mobbiltà militari msaħħa, ġenwina u effettiva minn fuq il-kurituri kollha tal-UE, u protezzjoni tal-fruntieri; jistieden lill-istituzzjoni tal-Unjoni japprovaw iż-żieda proposta b’għaxar darbiet fil-finanzjament għall-mobbiltà militari fil-QFP li jmiss u jinvestu bis-saħħa f’infrastruttura b’użu doppju, b’mod partikolari fir-reġjuni l-aktar esposti; jinnota, f’dan ir-rigward, il-ħtieġa kontinwa ta’ żona militari Schengen biex jiġi ffaċilitat il-moviment effiċjenti tar-riżorsi tad-difiża madwar l-UE; jieħu nota tal-proposta tal-Kummissjoni għal omnibus dwar il-mobbiltà militari bħala pass lejn l-indirizzar ta’ dawn ir-rekwiżiti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa ta’ miri kemm għall-iżvilupp tal-UAVs u kontra l-UAVs, biex jiġu żgurati kapaċitajiet komprensivi tal-UAVs; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi eżenzjonijiet mil-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE għall-faċilitajiet tal-manifattura tal-UAVs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jimpenjaw ruħhom bis-sħiħ biex jemendaw l-oqfsa regolatorji rilevanti tal-UE u dawk nazzjonali biex jiffaċilitaw kwalunkwe kapaċità futura tal-UAVs u kontra l-UAVs, speċjalment fid-dawl tal-involviment tal-forzi armati; jilqa’ l-proġetti konkreti kollha biex jimtlew il-lakuni fil-kapaċità fl-oqsma tal-gwerra bid-droni u kontra d-droni u biex tinħoloq żona profonda u b’diversi saffi ta’ sistemi teknoloġikament avvanzati; jistieden lill-Istati Membri jikkunsidraw li jużaw il-qafas tal-Proġetti Ewropej għad-Difiża ta’ Interess Komuni biex jistabbilixxu proġetti bħal dawn;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jenfasizza li l-provokazzjonijiet ċari tar-Russja huma strateġija attiva ta’ gwerra ibrida biex jinżergħu l-biża’ u n-nuqqas ta’ fiduċja, u huma maħsuba biex jittestjaw u jiddestabbilizzaw is-soċjetajiet tal-Istati Membri tal-UE u l-alleati tan-NATO; jisħaq, għalhekk, fuq l-importanza tar-reżiljenza u l-preparatezza tas-soċjetà, kif enfasizzat fir-rakkomandazzjonijiet tar-rapport ta’ Niinistö dwar il-preparatezza u t-tħejjija ċivili u militari Ewropea; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw implimentazzjoni rapida tal-istrateġija Ewropea ta’ sigurtà interna (ProtectEU) u l-istrateġija tal-preparatezza biex jiġu żgurati prontezza u protezzjoni komprensivi kontra t-theddid ikkawżat mill-vjolazzjonijiet mir-Russja tal-ispazju tal-ajru Ewropew u theddid ieħor; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ finanzjament suffiċjenti tal-UE f’dan ir-rigward skont il-QFP attwali u dak li jmiss; jirrakkomanda l-iżvilupp ta’ strateġiji ta’ difiża ċivili nazzjonali komprensivi kontra t-theddid mill-ajru u mill-missili, inklużi l-UAVs, li jiżguraw il-preparatezza fil-livelli nazzjonali, reġjonali, muniċipali, tal-komunità u tal-unitajiet domestiċi, u li dawn l-istrateġiji jenfasizzaw sistemi ta’ twissija bikrija għall-popolazzjonijiet lokali, istruzzjonijiet ċari dwar l-imġiba ta’ rispons u spazji protetti (kenn);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Ifakkar li, f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 833/2014<FOOTNOTE><FIELD> Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 229, 31.7.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/833/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, l-inġenji tal-ajru rreġistrati fir-Russja jew operati minn operaturi Russi mhumiex permessi jidħlu fl-Unjoni Ewropea, bi ftit eċċezzjonijiet; ifakkar li għalkemm bħalissa l-ebda linja tal-ajru tal-UE ma ttir lejn, minn jew fuq l-ispazju tal-ajru tal-Federazzjoni Russa, wara t-twaqqigħ tat-Titjira 17 tal-Malaysia Airlines, għadd ta’ trasportaturi minn pajjiżi mhux tal-UE għadhom jagħmlu dan minkejja r-riskji relatati mal-gwerra, u minkejja l-ħlas ta’ tariffi għat-titjiriet li jgħaddu minn fuq ir-Russja; jisħaq li tali tariffi fuq it-titjiriet li jgħaddu minn fuq it-territorju jirriżultaw f'madwar EUR 18 miljun li jitħallsu lir-Russja kull sena minn titjiriet operati miċ-Ċina li jitilqu mill-Ajruport ta’ Schiphol biss; ifakkar li t-trasport bl-ajru bejn l-UE u ċ-Ċina bħalissa huwa regolat minn ftehimiet bilaterali bejn l-Istati Membri u ċ-Ċina; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, fid-dawl tal-gwerra ta’ aggressjoni fuq skala sħiħa fl-Ukrajna, jeżaminaw mill-ġdid il-ftehimiet bilaterali u jipproponu miżuri biex iwaqqfu lir-Russja milli tibbenefika minn tariffi tat-titjiriet li jgħaddu minn fuq it-territorju tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa ta’ koordinazzjoni aktar b’saħħitha tal-ispazju tal-ajru ċivili-militari; jisħaq, f’dan il-kuntest, fuq il-ħtieġa ta’ approċċ olistiku li jiffoka wkoll fuq tgħammir aħjar tal-forzi tal-pulizija u l-awtoritajiet ċivili bil-mezzi biex jidentifikaw id-droni u jiddefendu kontrihom; jappoġġja l-espansjoni ta’ eżerċizzji konġunti ta’ simulazzjoni u interċettazzjoni li jinvolvu organizzazzjonijiet ċivili, tal-infurzar tal-liġi u militari biex tissaħħaħ il-preparatezza għal theddid f’diversi oqsma; jissottolinja li tali eżerċizzji għandhom jitwettqu b’mod regolari biex jiġu żgurati prontezza u interoperabbiltà sostnuti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw b’mod konġunt sistemi siguri, affidabbli u reżiljenti ta’ komunikazzjoni u ta’ kondiviżjoni tal-informazzjoni li għandhom jintużaw mill-aġenziji tal-infurzar tal-liġi, mill-aġenziji tas-sigurtà u mill-istituzzjonijiet ċivili għal kwistjonijiet ta’ sigurtà, b’mod partikolari fi żminijiet ta’ kriżi; itenni l-importanza li jissaħħu ċ-ċibersigurtà u l-komunikazzjoni strateġika dwar ir-riskji u l-miżuri ta’ protezzjoni għat-tisħiħ tar-reżiljenza kollettiva;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jattivaw l-Artikolu 42(7) tat-TUE fejn tali azzjonijiet aggressivi kbar jikkostitwixxu attakk armat jew jikkontribwixxu għat-tħejjija ta’ attakk imminenti; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jistabbilixxu proċeduri u mekkaniżmi operazzjonali fil-każ li Stat Membru jiskatta l-Artikolu 42(7) tat-TUE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jitlob li tissaħħaħ il-fruntiera tal-Lvant tal-UE, fid-dawl tal-pressjoni kontinwa mir-Russja u l-Belarussja fuq il-fruntieri esterni tal-UE permezz ta’ migrazzjoni strumentalizzata, sabiex jiġi pprovdut appoġġ rapidu u flessibbli lill-Istati Membri billi tiġi indirizzata kwalunkwe lakuna teknoloġika u operazzjonali meta dawn jinħolqu, kemm fl-arja, fuq l-art jew fl-ilma;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jappella li tiżdied b’mod sostanzjali l-kooperazzjoni mal-Ukrajna fil-qasam tad-difiż, b’mod partikolari fir-rigward kemm tat-teknoloġija tad-droni kif ukoll tal-kontromiżuri, inkluż it-tisħiħ tal-kooperazzjoni industrijali bejn l-Istati Membri u l-Ukrajna; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri u lill-industriji tad-difiża tagħhom jikkunsidraw li jagħtu appoġġ, jinvestu u jissieħbu fl-industrija tad-difiża Ukrena, biex jagħmlu użu mill-potenzjal sħiħ tal-kapaċitajiet ta’ produzzjoni fl-Ukrajna, f’konformità mal-“mudell Daniż”; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-industriji tad-difiża tagħhom jistabbilixxu impriżi konġunti, u jiżviluppaw sħubijiet mal-Ukrajna għall-iżvilupp konġunt ta’ prodotti tad-difiża fl-UE, b’mod partikolari fl-oqsma tad-droni, it-teknoloġiji kontra d-droni u l-kapaċitajiet ta’ attakk fuq distanza twila;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jilqa’ t-tħabbira tal-President tal-Ukrajna Volodymyr Zelenskyy li l-Ukrajna se tibda tipproduċi teknoloġiji ta’ difiża proprjetarji barra mill-pajjiż u tesportahom lil sħab preferuti Ewropej u tan-NATO; jirrikonoxxi l-għarfien u l-esperjenza sinifikanti li l-Ukrajna żviluppat fil-produzzjoni ta’ droni u teknoloġiji kontra d-droni u jistenna li l-UE u l-Istati Membri tagħha jitgħallmu minn dan l-għarfien espert, filwaqt li jinnota l-kontribut potenzjali tal-għarfien prattiku militari u industrijali tal-Ukrajna akkumulat matul l-invażjoni tar-Russja; jistieden lill-Kummissjoni, flimkien mal-EDA, tikkoordina x-xiri ta’ liċenzji tal-UAVs mill-Ukrajna, biex tippermetti lill-Istati Membri li jixtiequ jipproduċu l-UAVs jibdew jagħmlu dan; jistieden lill-Istati Membri jifformalizzaw il-kooperazzjoni u jistabbilixxu strutturi biex jiffaċilitaw l-iskambju tat-tagħlimiet meħuda, l-għarfien tekniku u l-aħjar prattika, inkluż fil-qafas tal-UE u tan-NATO; jappella għall-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO fl-istituzzjonalizzazzjoni tat-tagħlimiet meħuda mill-esperjenza tal-kamp tal-battalja tal-Ukrajna billi jintegraw l-innovazzjonijiet dottrinali u teknoloġiċi fit-tħejjijiet tagħhom għal kundizzjonijiet moderni ta’ ġlied;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jitlob li l-leġiżlazzjoni EDIP tiġi ffinalizzata malajr u li tintuża, flimkien mal-istrument SAFE, biex jiġu impenjati riżorsi finanzjarji għat-tagħlim mill-Ukrajna u għall-appoġġ għall-Ukrajna fil-gwerra permezz tal-UAVs; jirrikonoxxi r-rwol kontinwu tal-Koalizzjoni tad-Droni fl-istandardizzazzjoni tal-UAVs, l-għajnuna kritika tagħha lill-Ukrajna u r-rwol tagħha biex tiżgura li l-Istati Membri jżommu l-pass mar-rekwiżiti li jinbidlu malajr fil-kamp tal-battalja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Itenni li l-azzjonijiet aggressivi reċenti mir-Russja ma għandhomx, u mhux se jiskoraġġixxu lill-UE u lill-Istati Membri tagħha mill-impenn dejjiemi tagħhom li jappoġġjaw lill-Ukrajna fl-eżerċizzju tad-dritt inerenti tagħha għall-awtodifiża, filwaqt li jfakkar li s-sigurtà tal-Ukrajna tikkontribwixxi għal dik tal-Ewropa kollha kemm hi; jenfasizza li l-assistenza lill-Ukrajna fit-tisħiħ tal-kapaċitajiet tagħha ta’ difiża tal-ajru hija kruċjali, peress li l-involviment fl-ajru tal-Ukrajna jnaqqas ir-riskju li d-droni jaslu fit-territorju tal-UE; jemmen li l-eżitu tal-gwerra u l-pożizzjoni meħuda mill-komunità internazzjonali se jkollhom rwol kruċjali fl-influwenzar ta’ azzjoni aggressiva futura mir-Russja fl-Ewropa u lil hinn minnha; iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha jipprovdu minnufih assistenza militari addizzjonali u jinvolvu ruħhom f’akkwist konġunt ta’ kapaċitajiet addizzjonali għall-Ukrajna, b’mod partikolari munizzjon għad-difiża tal-ajru; jappella għat-tneħħija tar-restrizzjonijiet fuq l-użu ta’ sistemi ta’ armi tal-Punent ikkonsenjati lill-Ukrajna kontra miri militari fuq it-territorju Russu, peress li dawn jintużaw biex iniedu attakki fuq il-popolazzjoni tal-Ukrajna u infrastruttura ċivili kritika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu lill-Istati Membri, flimkien mas-sħab tagħhom tal-G7, biex japprovaw minnufih il-proposta tal-Kummissjoni li l-assi Russi kollha li jinsabu ffriżati jintużaw bħala pedament għal għotja u self sostanzjali lill-Ukrajna, b’rimborż kontinġenti fuq il-ħlas futur ta’ riparazzjonijiet tal-gwerra mir-Russja, bħala mod legalment sod u finanzjarjament sinifikanti biex jinżamm u jiżdied l-appoġġ tal-UE għall-ħtiġijiet militari tal-Ukrajna, inkluż id-difiża kontra d-droni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-NATO, u lill-President u lill-Parlament tal-Ukrajna.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>