<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0232</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Dikjarazzjoni ta’ prinċipji għal soċjetà li tħaddan l-ugwaljanza bejn il-ġeneri</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0406/2025)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2025 dwar id-dikjarazzjoni ta’ prinċipji għal soċjetà li tħaddan l-ugwaljanza bejn il-ġeneri (2025/2780(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Marzu 2025 bit-titolu “Pjan Direzzjonali għad-Drittijiet tan-Nisa” (COM(2025)0097) u l-anness tagħha bit-titolu “Dikjarazzjoni tal-prinċipji għal soċjetà ugwali bejn il-ġeneri”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar id-dikjarazzjoni ta’ prinċipji għal soċjetà li tħaddan l-ugwaljanza bejn il-ġeneri (O-000024/2025 – B10-0009/2025),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 142(5) u 136(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri hija valur ewlieni tal-UE u d-dritt għal trattament ugwali huwa dritt fundamentali rikonoxxut fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u huma essenzjali għall-iżvilupp ulterjuri tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Parlament Ewropew huwa impenjat bis-sħiħ li jipprojbixxi d-diskriminazzjoni u li jippromwovi l-ugwaljanza fil-leġiżlazzjoni u l-politiki tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-Kummissjoni tistieden lill-partijiet interessati kollha, speċjalment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, lis-sħab soċjali, lill-atturi tas-soċjetà ċivili u lil organizzazzjonijiet rilevanti oħra, japprovaw id-dikjarazzjoni dwar id-drittijiet tan-nisa annessa mal-komunikazzjoni tagħha tas-7 ta’ Marzu 2025 matul is-sena;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Itenni u jafferma mill-ġdid l-impenn tiegħu favur id-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jilqa’ l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Marzu 2025 u jqisha bħala bażi tajba għat-tħejjija tal-istrateġija li jmiss dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tqis kif xieraq il-pożizzjoni tal-Parlament li għandha tiġi espressa fir-riżoluzzjoni li jmiss tagħha dwar l-istrateġija dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri 2025 meta tiżviluppa l-istrateġija l-ġdida dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri għal wara l-2025;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Japprova l-prinċipji inklużi fid-dikjarazzjoni annessa mal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Marzu 2025;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>