<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0242</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Qafas leġiżlattiv ġdid għall-prodotti li jkun idoneu għat-tranżizzjoni diġitali u sostenibbli </STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0189/2025 - Rapporteur: David Cormand)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2025 dwar qafas leġiżlattiv ġdid għall-prodotti li jkun idoneu għat-tranżizzjoni diġitali u sostenibbli (2024/2119(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Jannar 2023 dwar it-30 anniversarju tas-suq uniku: niċċelebraw il-kisbiet u nħarsu lejn żviluppi futuri<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 214, 16.6.2023, p. 8.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Mejju 2025 dwar sfidi qodma u prattiki kummerċjali ġodda fis-suq intern<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2025)0107.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni għall-2025 (COM(2025)0045),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tal-Qafas Leġiżlattiv Ġdid (QLĠ) (SWD(2022)0365),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/765/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti u li tħassar id-Deċiżjoni 93/465/KEE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/768(1)/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1020/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (MSR),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Frar 2025 bit-titolu “Sett ta’ għodod komprensiv tal-UE għal kummerċ elettroniku sikur u sostenibbli” (COM(2025)0037),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta għal regolament, tas-17 ta’ Mejju 2023, li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni u l-Awtorità Doganali tal-Unjoni Ewropea, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 (COM(2023)0258),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Jannar 2025 bit-titolu “Boxxla għall-Kompetittività tal-UE” (COM(2025)0030),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/1025/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (Regolament dwar l-Istandardizzazzjoni),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2024/2853 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2024 dwar ir-responsabbiltà għall-prodotti difettużi u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/2853, 18.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/2853/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (Direttiva dwar ir-Responsabbiltà għall-Prodotti ),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2019/771 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw kuntratti għall-bejgħ ta’ oġġetti, li temenda r-Regolament (UE) 2017/2394 u d-Direttiva 2009/22/KE, u li tħassar id-Direttiva 1999/44/KE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 136, 22.5.2019, p. 28, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2019/771/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2019 bit-titolu “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew” (COM(2019)0640),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>Wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2024/1799 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar regoli komuni għall-promozzjoni tat-tiswija ta’ oġġetti u li temenda r-Regolament (UE) 2017/2394 u d-Direttivi (UE) 2019/771 u (UE) 2020/1828<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1799, 10.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1799/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 345, 27.12.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/2394/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (ir-Regolament dwar il-Protezzjoni tal-Konsumatur),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2020/1828 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi, u li tħassar id-Direttiva 2009/22/KE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 409, 4.12.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2020/1828/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Avviż tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Ġunju 2022 bit-titolu “Il-“Gwida Blu” dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-prodotti tal-UE tal-2022”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 247, 29.6.2022, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni bit-titolu “Executive Summary of the Fitness Check of EU consumer law on digital fairness” (Sommarju eżekuttiv tal-kontroll tal-idoneità tal-liġi tal-konsumatur tal-UE dwar il-ġustizzja diġitali) (SWD(2024)0231),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 277, 27.10.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2065/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2022/1925 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2022 dwar swieq kontestabbli u ġusti fis-settur diġitali u li jemenda d-Direttivi (UE) 2019/1937 u (UE) 2020/1828 (l-Att dwar is-Swieq Diġitali)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 265, 12.10.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/1925/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Marzu 2020 bit-titolu “Pjan ta’ Azzjoni ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari għal Ewropa aktar nadifa u kompetittiva” (COM(2020)0098),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/1781 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 li jistabbilixxi qafas għall-istabbiliment ta’ rekwiżiti tal-ekodisinn għal prodotti sostenibbli, li jemenda d-Direttiva (UE) 2020/1828 u r-Regolament (UE) 2023/1542 u li jħassar id-Direttiva 2009/125/KE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1781, 28.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1781/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (ir-Regolament dwar l-Ekodisinn għal Prodotti Sostenibbli),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 197, 24.7.2012, p. 38, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2012/19/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A10-0189/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-qafas leġiżlattiv ġdid (QLĠ) tejjeb il-konsistenza u l-effiċjenza tal-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti fis-suq uniku permezz ta’ definizzjonijiet u obbligi armonizzati għall-operaturi ekonomiċi, valutazzjonijiet tal-konformità, sorveljanza tas-suq u akkreditazzjoni tal-korpi nnotifikati, flimkien mal-applikazzjoni volontarja ta’ standards armonizzati biex tintwera l-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-prodotti;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-QLĠ wera li huwa għodda effettiva għat-trawwim tal-kompetittività Ewropea, u l-introduzzjoni tiegħu mmarkat evoluzzjoni importanti mill-“approċċ l-antik” għall-“approċċ il-ġdid”; billi dan jiffoka fuq rekwiżiti essenzjali u jippermetti ambjent regolatorju flessibbli li jrawwem l-innovazzjoni u l-iżvilupp sostenibbli permezz ta’ sħubija pubblika-privata b’saħħitha fi ħdan is-sistema Ewropea ta’ standardizzazzjoni, sabiex jiġi żgurat li l-prodotti konformi biss jitqiegħdu fis-suq;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-evalwazzjoni tal-2022 tal-QLĠ toffri opportunità siewja biex is-sejbiet tagħha jiġu integrati fil-proċess ta’ reviżjoni, u jiġi żgurat li l-qafas regolatorju tal-UE jibqa’ adattabbli għall-avvanzi teknoloġiċi, għad-diġitalizzazzjoni, għas-sostenibbiltà, u għall-ħtiġijiet tas-suq li qed jevolvu; billi l-proċess ta’ reviżjoni tal-QLĠ joffri opportunità siewja biex jiġu vvalutati l-effettività, l-effiċjenza u r-rilevanza tiegħu, b’attenzjoni partikolari fuq il-prijoritajiet tal-Parlament, inklużi l-inklużività soċjali, ir-responsabbiltà ambjentali, is-sikurezza u l-konformità tal-prodotti, il-kompetittività, it-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi bla bżonn u t-tisħiħ tas-suq uniku;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-QLĠ jistabbilixxi sett unifikat ta’ regoli biex jiġi żgurat li l-prodotti li jitqiegħdu fis-suq tal-UE jissodisfaw standards konsistenti ta’ sikurezza u kwalità, li jikkontribwixxu għal livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur rikonoxxut fl-Istati Membri kollha;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-QLĠ, bħala element tas-sistema ta’ standardizzazzjoni Ewropea, għandu wkoll rwol importanti fil-kompetittività tal-industrija Ewropea billi jippromwovi l-innovazzjoni, jinkoraġġixxi kontribuzzjonijiet volontarji minn esperti tekniċi u jġib teknoloġiji sikuri u tal-ogħla livell fis-suq uniku tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-modernizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti, b’mod partikolari permezz tad-diġitalizzazzjoni, għandha l-potenzjal li tissimplifika l-proċeduri ta’ konformità u tnaqqas il-piżijiet amministrattivi bla bżonn għall-operaturi ekonomiċi, speċjalment għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), filwaqt li żżomm standards għoljin ta’ sikurezza u konformità regolatorja;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi r-reviżjoni tal-QLĠ trid tevolvi kontinwament biex tindirizza r-riskji emerġenti, bħall-preżenza dejjem akbar ta’ teknoloġiji ġodda fil-prodott; billi trid tqis ukoll it-tħassib dejjem jikber dwar il-preżenza ta’ sustanzi perikolużi fil-prodotti; billi r-reviżjoni tal-QLĠ se tkun għodda ewlenija biex jissaħħaħ il-qafas tas-sorveljanza tas-suq, sabiex jiġu indirizzati l-isfidi li jippreżentaw il-kummerċ elettroniku u n-natura li qed tevolvi tal-prodotti konnessi b’mod diġitali, kif ukoll biex ikun hemm adattament għar-rekwiżiti l-ġodda tal-ekonomija ċirkolari;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-evalwazzjoni tar-Regolament dwar is-Sorveljanza tas-Suq, għalkemm għadha mhijiex parti mir-reviżjoni tal-QLĠ, hija parti mill-isforz ta’ infurzar usa’ biex jiġi żgurat li l-prodotti fis-suq tal-UE jissodisfaw standards għoljin ta’ sikurezza u ma joħolqux riskji għall-konsumaturi u għall-ambjent;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-passaport diġitali tal-prodotti (DPP) għandu jservi bħala strument ċentrali għall-promozzjoni tat-trasparenza, it-traċċabbiltà, u t-teħid ta’ deċiżjonijiet infurmati kemm mill-konsumaturi kif ukoll mill-awtoritajiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi implimentazzjoni orizzontali u transsettorjali tal-passaport diġitali tal-prodotti, li tkopri prodotti ġodda, second-hand, rinnovati u rimanifatturati, kieku tnaqqas il-frammentazzjoni fir-rapportar dwar is-sostenibbiltà u tiżgura l-konsistenza fis-suq intern kollu;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-kummerċ elettroniku għandu rwol sostanzjali fit-tiswir tal-esperjenzi tal-konsumatur billi jiffaċilita konvenjenza mtejba, iwessa’ l-aċċess għal firxa wiesgħa ta’ prodotti u servizzi, u jippermetti lill-konsumaturi jibbenefikaw minn għażliet ta’ xiri aktar affordabbli; billi, fl-istess ħin, joħloq sfidi sinifikanti għall-protezzjoni tal-konsumatur, inkluż l-esponiment għal prodotti mhux sikuri jew mhux konformi, id-disparitajiet fl-aċċessibbiltà, fiċ-ċarezza u fil-komparabbiltà tal-informazzjoni, u l-prattiki kummerċjali mfassla biex jisfruttaw il-preġudizzji fl-imġiba u l-vulnerabbiltajiet tal-konsumaturi;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>Billi s-suq tal-kummerċ mill-ġdid tal-UE kien ivvalutat għal EUR 94 biljun fl-2022-2023, li jirrappreżenta 12,3 % tal-kummerċ elettroniku totali, u huwa mbassar li jikber għal EUR 120 biljun, li jammonta għal 14 % tal-kummerċ elettroniku sal-2025; jissottolinja li t-tkabbir mgħaġġel tiegħu huwa mmexxi minn diversi fatturi, inkluża żieda fis-sensibilizzazzjoni tal-konsumaturi dwar tħassib ambjentali u fuq is-sostenibbiltà, żieda fid-domanda għal alternattivi affordabbli, u interess dejjem jikber f’oġġetti uniċi, peress li l-kummerċ mill-ġdid jiffaċilita l-aċċess għal oġġetti vintage u li ma għadhomx jiġu prodotti;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi ż-żieda fil-bejgħ online tal-prodotti tirrappreżenta sfida sinifikanti minħabba li d-diffikultà fl-identifikazzjoni ta’ partijiet responsabbli, bħal bejjiegħa jew intermedjarji mhux tal-UE, toħloq problemi ta’ infurzar; billi għad hemm lakuni fit-traċċar u fit-teħid ta’ azzjoni kontra bejjiegħa online li jonqsu milli jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni tal-UE, u dan jippermetti li prodotti mhux konformi jinbiegħu mingħajr sorveljanza adegwata;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-pjattaformi tal-kummerċ elettroniku huma soġġetti għal diversi obbligi skont l-Att dwar is-Servizzi Diġitali (DSA) u r-Regolament dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2023/988 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar is-sikurezza ġenerali tal-prodotti, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva (UE) 2020/1828 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE (ĠU L 135, 23.5.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/988/oj).</FIELD></FOOTNOTE> (GPSR) u jistgħu jinżammu responsabbli skont id-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà għall-Prodotti (PLD) f’ċirkostanzi speċifiċi; billi, f’dan ir-rigward, il-pjattaformi online huma responsabbli jekk ma jirrispettawx l-obbligi speċifiċi tagħhom bħala intermedjarji; billi l-kummerċ elettroniku, b’mod partikolari fuq pjattaformi online kbar ħafna u pjattaformi mhux tal-UE, għadu jippreżenta sfidi sinifikanti għall-kompetittività tal-UE u jqajjem tħassib dwar id-drittijiet tal-konsumatur u s-saħħa u s-sikurezza, b’mod partikolari peress li ċerti kategoriji ta’ prodotti jqajmu tħassib urġenti dwar l-impatt tagħhom fuq gruppi ta’ konsumaturi vulnerabbli;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi, għalkemm il-QLĠ jimmira għal infurzar armonizzat, l-implimentazzjoni u s-sorveljanza tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità jvarjaw fost l-Istati Membri tal-UE; billi xi pajjiżi jistgħu jkunu aktar diliġenti meta jwettqu l-ispezzjonijiet u jinfurzaw il-konformità, filwaqt li oħrajn jistgħu jiffaċċjaw dewmien jew nuqqas ta’ prijoritizzazzjoni; billi dan l-infurzar inkonsistenti jista’ joħloq disparitajiet fil-livelli tas-sikurezza tal-prodotti u jgħawweġ is-suq intern;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi l-QLĠ irid jiżgura li l-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità jkunu armonizzati, robusti, u jibqgħu adattati għall-iskop tagħhom biex jindirizzaw il-kumplessità dejjem akbar tal-prodotti diġitali u interkonnessi, inklużi r-riskji taċ-ċibersigurtà u l-karatteristiċi teknoloġiċi li qed jevolvu, filwaqt li jipprijoritizzaw is-sikurezza u d-drittijiet tal-konsumaturi;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-QLĠ għandu jinkludi linji gwida ċari biex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti fl-Istati Membri kollha, jinżammu standards għoljin ta’ sikurezza tal-prodotti, u jiġu promossi l-ġustizzja u t-trasparenza fis-suq intern;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi r-rwol tal-korpi nnotifikati fil-proċess tal-valutazzjoni tal-konformità jrid jissaħħaħ billi jiżdiedu t-trasparenza, l-indipendenza u l-kompetenza fi ħdan is-sistema ta’ akkreditazzjoni, jiġi ffaċilitat ir-rikonoxximent tal-prodotti fl-Istati Membri kollha tal-UE u jiġi żgurat li jkunu jistgħu jirrispondu b’mod effettiv għall-isfidi tad-diġitalizzazzjoni u tal-ekonomija ċirkolari, filwaqt li jiġu ssalvagwardjati kemm l-interessi tan-negozji, b’mod partikolari l-SMEs, kif ukoll tal-konsumaturi;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi diversi Stati Membri diġà implimentaw tnaqqis tal-VAT għal prodotti użati mill-ġdid, rinnovati, imsewwija u użati, inklużi dawk mibjugħin minn organizzazzjonijiet tal-karità u pjattaformi tal-ekonomija soċjali, bil-għan li jippromwovu l-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari u jagħtu spinta lill-ekonomija lokali;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-operaturi ekonomiċi</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa ta’ mudell li jibqa’ validu fil-futur li jżomm il-prinċipji fundamentali tal-QLĠ, filwaqt li jintegra l-prijoritajiet ta’ politika emerġenti u s-sejbiet mill-evalwazzjoni tal-2022, b’mod partikolari s-sostenibbiltà, id-diġitalizzazzjoni u s-sorveljanza mtejba tas-suq; jenfasizza li r-reviżjoni għandha tkun ta’ benefiċċju għall-konsumaturi u n-negozji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa ta’ qafas leġiżlattiv ġdid li jkun allinjat mal-objettivi ġenerali li jiżdiedu ċ-ċertezza legali u t-trasparenza, kemm għall-konsumaturi kif ukoll għan-negozji, kif ukoll li jissaħħu l-kompetittività u l-infurzar tal-UE bi proċeduri ta’ konformità simplifikati mingħajr ma jitnaqqsu l-istandards tas-sikurezza jew tal-kwalità; jissottolinja li għandha ssir simplifikazzjoni biex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi bla bżonn mingħajr ma jiġu mminati l-objettivi ta’ politika miftiehma jew tiddgħajjef il-protezzjoni tal-konsumatur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jappella għar-reviżjoni biex tiġi żgurata l-konsistenza fil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-prodotti, inkluż mar-Regolament dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti, id-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà għall-Prodotti, ir-Regolament dwar l-Ekodisinn għal Prodotti Sostenibbli (ESPR), l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2024/1689 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 li jistabbilixxi regoli armonizzati dwar l-intelliġenza artifiċjali u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 300/2008, (UE) Nru 167/2013, (UE) Nru 168/2013, (UE) 2018/858, (UE) 2018/1139 u (UE) 2019/2144 u d-Direttivi 2014/90/UE, (UE) 2016/797 u (UE) 2020/1828 (l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali) (ĠU L, 2024/1689, 12.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1689/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, u l-Att dwar is-Servizzi Diġitali u bil-ħsieb li jiġi żgurat il-moviment liberu ta’ prodotti sikuri u konformi fis-suq intern; jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi u, fejn applikabbli, taġġorna r-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-operaturi ekonomiċi u l-obbligi korrispondenti tagħhom skont id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE, sabiex tissaħħaħ iċ-ċertezza legali, tissaħħaħ il-protezzjoni tal-konsumatur u jiġi żgurat li l-operaturi ekonomiċi tal-UE jkunu jistgħu joperaw fuq l-istess livell fis-suq intern u fil-konfront ta’ kumpaniji mhux tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jissottolinja li l-persuna responsabbli fl-UE li taġixxi f’isem in-negozjanti mhux tal-UE għall-konformità tal-prodotti spiss ma jkollhiex il-kapaċità li tipprovdi rimedju jew kumpens lill-konsumatur, b’mod partikolari meta taġixxi bħala rappreżentant awtorizzat; jirrikonoxxi, barra minn hekk, in-nuqqas ta’ rekwiżiti armonizzati biex jiġi żgurat li dawn l-atturi jkunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi tagħhom; iħeġġeġ lill-Kummissjoni taċċellera l-evalwazzjoni fil-fond tagħha tal-effikaċja tad-dispożizzjonijiet relatati mal-“persuna responsabbli għall-prodotti introdotti fis-suq tal-Unjoni”, u wkoll li tibni fuq ir-riżultati tar-rapport interim dwar l-Artikolu 4 tar-Regolament dwar is-Sorveljanza tas-Suq; Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra l-introduzzjoni ta’ rekwiżit obbligatorju għan-negozjanti mhux tal-UE biex jaħtru persuna responsabbli fl-UE b’responsabbiltà legali u finanzjarja miżjuda biex jiġi żgurat li l-konsumaturi ma jitħallewx mingħajr rimedju, filwaqt li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni bejn il-kumpaniji tal-UE u dawk mhux tal-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, barra minn hekk, tistabbilixxi rekwiżiti operattivi għall-persuni responsabbli, li jistgħu jinkludu aspetti relatati mas-solvenza ekonomika tagħhom jew il-kapaċità li jwettqu b’mod effettiv il-kompiti rispettivi tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jenfasizza li l-QLĠ irid jevolvi biex jappoġġja l-integrazzjoni tar-rekwiżiti tal-ekonomija ċirkolari u d-diġitalizzazzjoni, kif enfasizzat fil-kontroll tal-idoneità u l-evalwazzjoni tal-QLĠ; jinnota li dan jinkludi li jiġi żgurat li l-valutazzjonijiet tal-konformità jindirizzaw b’mod effettiv l-isfidi ppreżentati mit-teknoloġiji li javvanzaw malajr, bħall-aġġornamenti tas-software u tal-hardware, il-konnettività tal-prodotti u l-intelliġenza artifiċjali, li għandhom il-potenzjal li jbiddlu l-karatteristiċi essenzjali tal-prodott wara li jkunu ġew introdotti fis-suq, filwaqt li jappoġġjaw ukoll il-kompetittività u l-proċeduri ta’ konformità simplifikati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-applikazzjoni xierqa tal-QLĠ, li jrid ikun konsistenti mal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni, inkluż mad-dispożizzjonijiet li jsaħħu l-protezzjoni tal-konsumatur fir-rigward tal-użu tal-intelliġenza artifiċjali u t-teħid awtomatizzat tad-deċiżjonijiet; ifakkar, f’dan ir-rigward, fid-dispożizzjonijiet eżistenti fir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (EU) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj).</FIELD></FOOTNOTE> u l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali li jgħidu li l-konsumaturi jeħtiġilhom ikunu infurmati b’mod ċar meta jittieħdu deċiżjonijiet bl-użu tal-intelliġenza artifiċjali jew l-ipproċessar awtomatizzat, b’mod partikolari meta tkun involuta data personali u li l-konsumaturi għandu jkollhom l-għażla li jfittxu intervent uman f’każijiet bħal dawn;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jenfasizza l-importanza ta’ implimentazzjoni effettiva u konsistenti tar-Regolament dwar is-Sorveljanza tas-Suq bħala pedament tal-QLĠ; jissottolinja r-rwol essenzjali li għandhom l-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq fl-iżgurar tas-sikurezza u l-konformità tal-prodotti mqiegħda fis-suq tal-UE, inklużi dawk mibjugħin online; jappella għat-tisħiħ tal-kapaċità operattiva u l-koordinazzjoni tagħhom, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak tal-UE, b’mod partikolari permezz ta’ ppjanar aħjar ibbażat fuq ir-riskju u azzjonijiet konġunti, u jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-ħtieġa ta’ awtorità tas-sorveljanza tas-suq tal-UE; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żgurati riżorsi adegwati għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, kooperazzjoni mtejba, skambju ta’ informazzjoni msaħħaħ u l-użu ta’ għodod diġitali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jappoġġjaw mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni bħan-Network tal-UE għall-Konformità tal-Prodotti, u jiżguraw prattiki ta’ infurzar konsistenti bejn is-setturi u l-fruntieri, sabiex tiġi żgurata sistema ta’ sorveljanza tas-suq li tiffunzjona tajjeb, li hija kruċjali għas-salvagwardja tal-protezzjoni tal-konsumatur, il-kompetizzjoni ġusta u l-fiduċja fis-suq uniku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jinnota li l-evalwazzjoni tar-Regolament dwar is-Sorveljanza tas-Suq għadha mhijiex parti mir-reviżjoni tal-QLĠ iżda għandha tiġi ffinalizzata sa Diċembru 2026 flimkien ma’ proposta għal reviżjoni; jenfasizza li r-Regolament dwar is-Sorveljanza tas-Suq għandu rwol ċentrali fit-tisħiħ tal-effettività tas-sorveljanza tas-suq madwar l-UE; Jissuġġerixxi li jinżamm l-użu tal-valutazzjoni tar-riskju tar-Regolament dwar is-Sorveljanza tas-Suq biex jiġu identifikati prodotti ta’ riskju għoli u jiġi mmonitorjat ir-rekord tal-konformità tal-operaturi ekonomiċi, b’mod partikolari dawk minn pajjiżi terzi; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-fattibbiltà ta’ sistema ta’ notifika ta’ twissija bbażata fuq ir-riskju għall-operaturi b’rekord fqir ta’ konformità li tista’ tippermetti monitoraġġ imsaħħaħ tas-sorveljanza tas-suq; jissuġġerixxi l-introduzzjoni ta’ mekkaniżmu superviżorju aktar proattiv u diġitalizzat li jkun fdat f’idejn l-awtoritajiet nazzjonali maħtura mill-Istati Membri, bil-għan li tiġi żgurata sorveljanza aktar effettiva u konsistenti; jisħaq, f’dan il-kuntest, fuq l-importanza li r-Regolament dwar is-Sorveljanza tas-Suq jiġi aġġornat sabiex jiġu ssimplifikati u standardizzati l-azzjonijiet tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-iskambju ta’ informazzjoni fl-UE; jirrakkomanda l-iżvilupp ta’ indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex tiġi evalwata l-konformità b’mod sistematiku u oġġettiv;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Passaport diġitali tal-prodotti (DPP)</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jenfasizza l-benefiċċji ta’ passaport diġitali tal-prodotti orizzontali u interoperabbli bħala għodda li tista’ tipprovdi aċċess għal informazzjoni armonizzata dwar il-karatteristiċi tal-prodott, il-konformità tal-prodott, il-ktajjen tal-provvista, l-effiċjenza enerġetika, il-metrika dettaljata tal-prestazzjoni mil-lat ta’ sostenibbiltà u data essenzjali dwar il-kompożizzjoni tal-prodott, id-durabbiltà, il-possibbiltà ta’ tiswija, il-possibbiltà ta’ użu mill-ġdid, il-possibbiltà li jiġi riċiklat, il-kostijiet tal-manutenzjoni, u l-prezz u d-disponibbiltà tal-ispare parts; jinnota li l-informazzjoni speċifika li għandha tiġi inkluża fil-passaport diġitali tal-prodotti trid tikkunsidra l-kategorija ta’ prodotti bi drittijiet ta’ aċċess differenti skont l-atturi involuti; jemmen li l-passaport diġitali tal-prodotti għandu jsir il-punt ta’ riferiment għall-konsumaturi, l-awtoritajiet u n-negozji tul il-katina tal-valur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Iqis li l-passaport diġitali tal-prodotti għandu jissostitwixxi d-dikjarazzjonijiet ta’ konformità eżistenti sabiex jiġu ssimplifikati r-rekwiżiti ta’ konformità; jilqa’ f’dan il-kuntest ir-regolament li ġej is-sikurezza tal-ġugarelli li jippermetti lill-operaturi ekonomiċi jiddependu bis-sħiħ fuq il-passaport diġitali tal-prodotti minflok ma jfasslu dikjarazzjonijiet ta’ konformità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jenfasizza l-valur tal-passaport diġitali tal-prodotti fl-għoti tas-setgħa lill-konsumaturi biex jagħmlu għażliet infurmati, u b’hekk tinbena l-fiduċja tal-konsumatur u jiġu ffaċilitati l-flussi ċirkolari tal-prodotti; jissottolinja l-potenzjal tiegħu li jappoġġja konsum sostenibbli f’konformità mal-għanijiet klimatiċi u ambjentali tal-UE u li jikkontribwixxi biex il-konsumaturi jimpenjaw ruħhom favur ekonomija sostenibbli fis-suq uniku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jisħaq li passaport diġitali tal-prodotti orizzontali jtejjeb b’mod sinifikanti l-ħidma tas-sorveljanza tas-suq u tal-awtoritajiet doganali, peress li jippermetti l-iskrinjar effiċjenti tal-informazzjoni essenzjali dwar il-konformità tal-prodotti għall-verifiki tal-konformità; jissottolinja li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jiżguraw li l-operaturi ekonomiċi dejjem jipprovdu d-data meħtieġa u li din tibqa’ kontinwament aċċessibbli għall-konsumaturi, għall-awtoritajiet pubbliċi, għar-rinnovaturi u għal dawk li jsewwu, f’konformità mal-limiti ta’ żmien, id-drittijiet ta’ aċċess u dispożizzjonijiet rilevanti oħra stabbiliti fil-leġiżlazzjoni korrispondenti; jenfasizza li l-Kummissjoni għandha tipprovdi assistenza mfassla apposta, linji gwida ċari, proċeduri simplifikati u għodod ta’ bini tal-kapaċità għall-operaturi ekonomiċi rilevanti, speċjalment l-SMEs, sabiex tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-passaport diġitali tal-prodotti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi strateġija ambizzjuża biex tiżgura l-interoperabbiltà bejn il-passaport diġitali tal-prodotti u l-bażijiet tad-data eżistenti, inklużi s-Safety Gate tal-UE, is-Sistema ta’ Informazzjoni u Komunikazzjoni għas-Sorveljanza tas-Suq, is-Certex, u l-pjattaforma tad-data doganali futura tal-UE, kif ukoll ma’ mekkaniżmi żviluppati skont ir-Regolament dwar il-Protezzjoni tal-Konsumatur; jemmen li d-data li tinsab fil-passaport diġitali tal-prodotti għandha tkun tista’ tinqara minn magna u tkun tista’ tiġi trasferita faċilment bejn dawn is-sistemi, sabiex jiġi żgurat li l-prodotti identifikati bħala mhux sikuri jew mhux konformi minn awtorità tas-sorveljanza tas-suq jew minn awtorità doganali jiġu senjalati awtomatikament lil kulħadd;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa l-fattibbiltà tal-integrazzjoni progressiva tal-passaport diġitali tal-prodotti fil-QLĠ bħala rekwiżit orizzontali għall-prodotti rilevanti kollha li jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni; jinnota, madankollu, li l-passaport diġitali tal-prodotti għadu fi stadji bikrija ta’ żvilupp u jirrikjedi approċċ gradwali biex jiġi żgurat li l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu jadattaw biex jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli, bil-ħsieb li tinkiseb implimentazzjoni sħiħa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jirrikonoxxi li diversi kumpaniji qed jiżviluppaw b’mod attiv soluzzjonijiet għall-passaport diġitali tal-prodotti mfassla għal oġġetti użati u li l-għodod teknoloġiċi għall-monitoraġġ taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ tali prodotti diġà huma disponibbli; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta tali inizjattivi u tikkunsidra jekk introduzzjoni gradwali tal-passaport diġitali tal-prodotti għal oġġetti użati tistax, ladarba l-passaport diġitali tal-prodotti għal prodotti ġodda jiġi implimentat bis-sħiħ, tikkontribwixxi għall-promozzjoni ta’ mudelli ta’ negozju tal-ekonomija ċirkolari, tibni l-fiduċja tal-konsumatur, tappoġġja l-objettivi ambjentali, filwaqt li żżomm l-istandards tas-sikurezza, billi tippermetti kemm lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq kif ukoll lill-konsumaturi jivvalutaw il-leġittimità, il-kwalità u l-prestazzjoni tal-prodotti użati; jenfasizza, madankollu, l-implikazzjonijiet speċifiċi assoċjati mal-prodotti użati, fejn il-kapaċità tal-bejjiegħ, li spiss ikun konsumatur, li jaġġorna b’mod korrett il-passaport diġitali tal-prodotti tista’ tkun limitata; jinnota, għalhekk, li għall-operaturi bħar-rinnovaturi, il-manifatturi mill-ġdid u l-importaturi ta’ oġġetti użati, jista’ jkun diffiċli li jiksbu l-informazzjoni oriġinali; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra l-passaport diġitali tal-prodotti u r-rekwiżiti relatati fil-kuntest ta’ prodotti ċirkolari u tivvaluta kif l-aħjar li jistgħu jippromwovu l-ekonomija ċirkolari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Iqis li l-passaport diġitali tal-prodotti għandu jiġi implimentat b’mod li jappoġġja lill-operaturi ekonomiċi billi jissimplifika l-obbligi ta’ konformità tagħhom, jippermetti li aktar informazzjoni obbligatorja tiġi kkomunikata b’mod diġitali, inaqqas ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni stampata u joffri għodda unika għar-rekwiżiti kollha relatati mal-konformità tal-prodotti u mal-informazzjoni; jisħaq, madankollu, li l-informazzjoni li hija vitali biex tiġi żgurata s-sikurezza tal-konsumaturi għandha tiġi pprovduta wkoll f’format stampat għall-utenti, li jista’ jkun li ma jkollhomx il-litteriżmu diġitali jew il-mezzi tekniċi meħtieġa biex jaċċessaw tali informazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-markatura CE kienet ta’ benefiċċju għax tippermetti li l-manifatturi juru l-konformità tal-prodott, li mbagħad tista’ tiġi vvalutata mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq; jirrikonoxxi l-ħtieġa li jittejjeb l-għarfien dwar il-markatura CE u r-riskji ta’ tikketta ta’ sikurezza jew kwalità qarrieqa għall-konsumaturi; jirrimarka li, sabiex jiġu evitati kunċetti żbaljati u biex jiġi ssimplifikat il-fluss ta’ informazzjoni permezz tal-passaport diġitali tal-prodotti, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-fattibbiltà li tapplika l-markatura CE b’modi li huma xierqa għal kategoriji differenti ta’ prodotti u tivvaluta jekk il-markatura CE għandhiex tiġi applikata f’format fiżiku fuq il-prodott jew pjuttost espressa biss permezz tal-passaport diġitali tal-prodotti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra li tissimplifika l-informazzjoni rilevanti dwar il-marka CE permezz tal-passaport diġitali tal-prodotti, sabiex ittejjeb it-trasparenza u tipprovdi informazzjoni komprensiva dwar il-prodott; jemmen li l-Kummissjoni għandha żżid l-isforzi tagħha biex tiżgura li l-mezzi tad-data tal-passaport diġitali tal-prodotti (bħal kodiċijiet QR, barcodes jew RFIDs) jinkorporaw miżuri ta’ sigurtà tekniċi xierqa u proporzjonati mmirati biex inaqqsu b’mod sinifikanti r-riskju ta’ kontrafazzjoni speċifiċi għal kull kategorija ta’ prodotti, bil-għan li jiġu żgurati l-awtentiċità u l-integrità tad-data, tiġi evitata d-duplikazzjoni mhux awtorizzata, u jissaħħu l-mekkaniżmi ta’ sorveljanza tas-suq, u b’hekk jikkontribwixxu għal sostenibbiltà akbar u protezzjoni msaħħa tal-konsumaturi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa l-użu possibbli ta’ metodoloġiji armonizzati fil-passaport diġitali tal-prodotti għall-kejl ambjentali, tad-durabbiltà u tal-prestazzjoni, bil-ħsieb li jiġi appoġġjat l-istabbiliment possibbli ta’ indikaturi tas-sostenibbiltà fl-UE kollha adattati għall-karatteristiċi ta’ kull prodott, li jintegraw il-metriċi rilevanti, bħat-traċċabbiltà, ir-riċiklabbiltà u l-prestazzjoni f’termini ta’ ċirkolarità; jisħaq li dan l-indiċi għandu jkun aċċessibbli direttament u faċilment bl-użu tal-passaport diġitali tal-prodotti permezz ta’ mezz ta’ data, bħal kodiċi QR, imqiegħed fuq il-prodott, li jippermetti lill-konsumaturi jaċċessaw informazzjoni ċara, strutturata, standardizzata u verifikabbli dwar il-prodott, sabiex jissaħħu l-fiduċja u s-sensibilizzazzjoni tal-konsumatur; jemmen li n-negozji tal-UE jibbenefikaw ukoll minnha, minħabba li l-użu ta’ metodoloġiji armonizzati jiffaċilitaw l-iżvilupp tal-indiċijiet ta’ sostenibbiltà tagħhom u jnaqqsu l-kostijiet tal-konformità, filwaqt li t-trasparenza miżjuda tippermettilhom jikkompetu fuq il-bażi ta’ kwalità u sostenibbiltà aktar milli fuq prezz jew volum;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jisħaq fuq il-potenzjal għall-integrazzjoni tal-passaport diġitali tal-prodotti mal-prinċipji tal-ġerarkija tal-iskart b’mod li jista’ jiġi appoġġjat minn indikaturi xierqa sabiex l-użu mill-ġdid jingħata prijorità fuq ir-riċiklaġġ; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-manifatturi jżommu d-dettalji ewlenin tal-prodott għal perjodi estiżi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Mudelli kummerċjali u xejriet ta’ konsum sostenibbli</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jappoġġja l-allinjament tal-QLĠ ma’ inizjattivi usa’ tal-UE li jippromwovu s-sostenibbiltà, il-possibbiltà ta’ tiswija u d-disinn ta’ prodotti b’ħajja estiża, bħall-Ekodisinn, id-Dritt għat-Tiswija, l-Għoti tas-Setgħa lill-Konsumaturi għat-Tranżizzjoni Ekoloġika, ir-Regolament dwar l-Istandardizzazzjoni u d-Direttiva Qafas dwar l-Iskart<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2008/98/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, u b’hekk iħeġġeġ lill-konsumaturi biex jitbiegħdu minn xejriet ta’ konsum mhux sostenibbli, filwaqt li jiġi żgurat li r-reviżjoni tal-QLĠ trawwem id-diġitalizzazzjoni u l-proċeduri simplifikati, u ssaħħaħ il-kompetittività tan-negozji tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-fattibbiltà tal-integrazzjoni tal-iskemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur fi ħdan il-QLĠ sabiex jiġi adottat qafas armonizzat, li jista’ jinkludi miżuri bħal inċentivi finanzjarji u vawċers ta’ tiswija; jemmen li l-Kummissjoni għandha tevalwa jekk definizzjonijiet u delineazzjonijiet ċari tar-responsabbiltajiet fi ħdan il-QLĠ jistgħux jipprevjenu d-duplikazzjonijiet u jiżguraw li d-dispożizzjonijiet tar-responsabbiltà estiża tal-produttur isaħħu, aktar milli jidduplikaw, il-leġiżlazzjoni settorjali u dwar l-iskart, irawmu l-kompetittività billi jissimplifikaw ir-rekwiżiti ta’ konformità, b’mod partikolari ta’ oġġetti prodotti lokalment b’impronta ambjentali aktar baxxa, iżidu t-trasparenza, u jiżguraw kompetizzjoni ġusta fis-suq intern;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jemmen bis-sħiħ li d-durabbiltà hija kruċjali għall-promozzjoni ta’ prodotti ta’ kwalità għolja u li jservu fit-tul, u li, f’konformità mar-Regolament dwar l-Ekodisinn għal Prodotti Sostenibbli, il-QLĠ għandu jfittex li jiżgura li l-manifatturi jagħmlu l-ispare parts u s-servizzi ta’ manutenzjoni disponibbli fuq perjodu estiż, skont il-kategoriji tal-prodott, u jiżguraw li l-prodotti jibqgħu jiffunzjonaw u jnaqqsu l-frekwenza tar-rimi qabel iż-żmien;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jistieden ukoll lill-Kummissjoni tistabbilixxi dispożizzjonijiet armonizzati fi ħdan il-QLĠ rigward ir-riċiklaġġ u r-rimi xieraq tal-prodotti fi tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, filwaqt li tqis ir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament dwar l-Ekodisinn għal Prodotti Sostenibbli u fid-Direttiva Qafas dwar l-Iskart; jissuġġerixxi li dan jista’ jinkludi dispożizzjonijiet relatati ma’ skemi li jieħdu lura l-oġġetti u miżuri ta’ appoġġ iddedikati biex jippromwovu r-rinnovazzjoni, l-użu mill-ġdid, u l-ġestjoni sostenibbli ta’ tagħmir diġitali u ta’ prodotti oħrajn;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jinsab imħasseb dwar l-impatt ambjentali, soċjali u ekonomiku tal-moda veloċi u tal-moda ultraveloċi, u l-implikazzjonijiet attwali u potenzjali tagħhom għall-protezzjoni tal-konsumatur; jissotolinja li tali prattiki jirrappreżentaw sfidi konsiderevoli ta’ konformità għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u jistgħu jqajmu problemi fir-rigward tal-kompetizzjoni ġusta; jinnota bi tħassib li ħafna prodotti li tqiegħdu fis-suq ma jissodisfawx ir-rekwiżiti kimiċi u ta’ sikurezza tal-UE, filwaqt li mill-operaturi ekonomiċi sikwit huwa mistenni obbligu ta’ rendikont limitat; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-fattibbiltà tal-iżvilupp ta’ definizzjonijiet ċari u armonizzati ta’ “moda veloċi” u “moda ultraveloċi” biex jiġu indirizzati r-riskji speċifiċi assoċjati ma’ dawn il-mudelli ta’ negozju, filwaqt li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi għall-parteċipanti kollha tas-suq u tiġi evitata l-frammentazzjoni regolatorja fis-suq intern; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tivvaluta d-dispożizzjonijiet li jiżguraw id-disponibbiltà ta’ għodod kompletament effettivi biex jiġu indirizzati l-isfidi ppreżentati mill-proliferazzjoni ta’ prodotti “ultraveloċi” u ta’ kwalità baxxa, inklużi proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità aktar robusti u għodod ta’ infurzar imsaħħa, biex jiġi żgurat suq intern li jiggarantixxi l-ogħla livelli ta’ protezzjoni tal-konsumatur, filwaqt li jippermetti t-tkabbir ta’ prodotti u ideat innovattivi u jnaqqas kwalunkwe piż amministrattiv bla bżonn fuq negozji responsabbli u prodotti konformi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Bejjiegħa ta’ oġġetti second-hand, rinnovaturi, sewwejja, u operaturi assoċjati fil-mudell ta’ negozju tal-ekonomija ċirkolari</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jenfasizza, b’mod partikolari, il-ħtieġa li jiġu stabbiliti definizzjonijiet armonizzati ta’ “manifatturi mill-ġdid” “rinnovaturi”, “sewwejja”, u, fejn xieraq, atturi emerġenti oħra tal-ekonomija soċjali, ekonomika u ċirkolari; jinnota li, fin-nuqqas ta’ dawn id-definizzjonijiet komuni, tali atturi jistgħu jiġu kklassifikati bi żball bħala manifatturi jew importaturi u b’hekk jitqiesu mhux konformi mal-obbligi applikabbli għal dawk il-kategoriji, u potenzjalment jiġu esposti għal sanzjonijiet; jemmen li tali definizzjonijiet għandhom ikunu proporzjonali u jintroduċu aktar ċertezza legali u trasparenza dwar id-drittijiet u l-obbligi ta’ dawn l-atturi ekonomiċi; iqis li jeħtieġ li dawn id-definizzjonijiet jiġu armonizzati f’allinjament mad-definizzjonijiet tal-attivitajiet korrispondenti fir-Regolament dwar l-Ekodisinn għal Prodotti Sostenibbli, fejn dawn jeżistu, sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tar-rekwiżiti dwar is-sostenibbiltà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jenfasizza li l-istabbiliment ta’ definizzjonijiet komuni għandu jqis l-obbligi speċifiċi li l-operaturi ekonomiċi, inklużi r-rinnovaturi u s-sewwejja u operaturi ekonomiċi emerġenti oħrajn huma raġonevolment kapaċi jikkonformaw magħhom, fid-dawl tan-natura u tal-limiti tal-mudelli ta’ negozju rispettivi tagħhom; iqis li ċarezza legali msaħħa tista’ tgħin biex jitrawwem l-iżvilupp tas-suq tas-second-hand u tikkontribwixxi favur mudell ta’ konsum aktar sostenibbli u reżiljenti, b’benefiċċji partikolari għall-SMEs u għall-attivitajiet ekonomiċi lokali; jenfasizza, f’dan ir-rigward, l-importanza tar-regoli stabbiliti fl-ambitu tad-Dritt għat-Tiswija sabiex it-tiswija tal-prodotti ssir aktar faċli u tkun tappella aktar għall-konsumaturi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jirrikonoxxi l-importanza li tissaħħaħ il-fiduċja tal-konsumaturi fil-prodotti second-hand u jitlob li jiġi stabbilit mekkaniżmu ta’ ċertifikazzjoni għall-UE kollha għar-rinnovaturi u għal dawk li jsewwu; iqis li tali mekkaniżmu għandu jkun ibbażat fuq metodoloġiji komuni, li għandhom jiġu żviluppati filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet lokali, bil-għan li jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta’ mudelli ta’ negozju sostenibbli u kompetittivi li jagħtu spinta wkoll lill-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità tajba fl-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-QLĠ ma jagħtix aċċess lir-rinnovaturi indipendenti għal dokumentazzjoni teknika jew dikjarazzjonijiet tal-konformità; jissottolinja li dan in-nuqqas ta’ aċċess ixxekkel ir-rinnovazzjoni legali u sikura tal-prodotti, b’mod partikolari għal prodotti kumplessi bħal dawk elettroniċi u l-makkinarju, fejn tali aċċess huwa meħtieġ biex tiġi żgurata l-konformità; jemmen li l-passaport diġitali tal-prodotti jista’ jagħlaq din il-lakuna billi jippermetti lill-atturi involuti f’attivitajiet leġittimi ta’ tiswija u rinnovazzjoni aċċess għal informazzjoni rilevanti dwar il-konformità u s-sikurezza meħtieġa biex il-prodotti jiġu restawrati legalment għal stat konformi; iqis li tali aċċess għandu jkun limitat għal dak li huwa meħtieġ biex tiġi żgurata s-sikurezza u biex ikun possibbli t-twettiq xieraq tal-kompiti tagħhom, filwaqt li titqies il-protezzjoni ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żviluppata definizzjoni ċara u armonizzata ta’ “modifika sostanzjali” li tista’ tintuża bħala bażi għal leġiżlazzjoni speċifika għall-prodott, sabiex tkun distinta minn manutenzjoni jew minn operazzjonijiet ta’ manutenzjoni ta’ rutina; jemmen li proċedura ta’ valutazzjoni standardizzata biex tiddetermina n-natura sostanzjali ta’ modifika ssaħħaħ iċ-ċertezza legali u tappoġġja l-operaturi ekonomiċi tas-second-hand; jemmen li hemm ħtieġa urġenti li jiġu żviluppati linji gwida, li jkunu soġġetti għal rieżami regolari, għall-proċessi komuni ta’ rinnovazzjoni u tiswija, b’mod partikolari għat-tagħmir elettroniku, bħas-sostituzzjoni ta’ skrins, batteriji, jew kameras, inkluż indikazzjoni tal-komponenti kompatibbli, bil-ħsieb li tiġi stabbilita preżunzjoni ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli, u b’hekk jitrawwem l-iżvilupp ta’ mudelli ta’ negozju ċirkolari u tiġi appoġġjata l-ħidma tal-awtoritajiet rilevanti u tal-operaturi ekonomiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jisħaq fuq il-potenzjal ekonomiku sinifikanti tal-kummerċ mill-ġdid (recommerce) – li jinvolvi lir-rinnovaturi, lil min isewwi u lil atturi emerġenti oħrajn – bħala alternattiva vijabbli għall-mudelli ta’ konsum mhux sostenibbli; jistieden lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tal-konsumatur iwettqu kampanji ta’ sensibilizzazzjoni dwar il-benefiċċji tal-alternattivi tal-użu mill-ġdid u tal-kummerċ mill-ġdid;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Standardizzazzjoni u valutazzjonijiet tal-konformità</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jemmen li l-istandards armonizzati jikkostitwixxu element ċentrali tas-suq uniku fl-appoġġ tal-objettivi ta’ interess pubbliku stabbiliti fid-dritt tal-UE; jissottolinja li l-Kummissjoni hija responsabbli għall-ħruġ ta’ talbiet ta’ standardizzazzjoni bil-għan li tissalvagwardja l-interessi tal-konsumatur, is-saħħa, is-sikurezza, il-protezzjoni ambjentali u s-sigurtà tad-data, kif ukoll trawwem l-inklużjoni soċjali, tappoġġa l-kompetittività, tippromwovi l-innovazzjoni, tnaqqas il-piżijiet amministrattivi bla bżonn, u tissimplifika l-proċeduri ta’ konformità; jinnota, f’dan ir-rigward, li huwa r-rwol tal-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni li jirrispondu għal tali talbiet, bl-objettiv li jitqies l-interess pubbliku ġenerali kif minqux fl-atti legali tal-UE, u biex jgħinu jmexxu l-prijoritajiet strateġiċi tal-Unjoni, inkluża t-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima, effiċjenza fir-riżorsi msaħħa, u l-iżvilupp ta’ mudelli ta’ ekonomija ċirkolari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-istrateġija tas-suq uniku tirrikonoxxi li n-negozji għadhom qed jiffaċċjaw sfidi minħabba n-nuqqas jew id-dewmien fid-disponibbiltà ta’ standards armonizzati f’waqthom u effettivi, li jwasslu għal żieda fl-ispejjeż, inċertezza legali, kompetittività mnaqqsa, sorveljanza tas-suq imdgħajfa u adozzjoni aktar bil-mod ta’ teknoloġiji ġodda; jinnota li dan huwa wkoll il-każ f’setturi li qed jevolvu malajr bħall-intelliġenza artifiċjali; jesprimi t-tħassib li, fin-nuqqas ta’ standards adegwati u applikabbli fil-ħin tal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni ġdida, il-manifatturi u l-innovaturi, kif ukoll il-konsumaturi, jistgħu jħabbtu wiċċhom ma’ konsegwenzi ħżiena, peress li l-prodotturi jistgħu jiċċertifikaw il-prodotti tagħhom huma stess taħt klassifikazzjonijiet ta’ riskju inkorretti, u b’hekk jipperikolaw l-objettivi tad-dritt tal-Unjoni u jikkompromettu l-protezzjoni tal-utenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jissottolinja li d-dewmien fil-publikazzjoni tal-istandards armonizzati fil-Ġurnal Uffiċjali jibqa’ kwistjoni sinifikanti għal diversi parteċipanti fis-suq u konsumaturi u jillimita l-kapaċità tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq li jinfurzaw il-konformità; jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi skadenzi massimi għat-talbiet ta’ standardizzazzjoni u biex tissimplifika l-proċess tal-istandardizzazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jenfasizza l-importanza tal-istandardizzazzjoni fil-promozzjoni tal-moviment liberu tal-merkanzija u t-tnaqqis tal-ostakli fis-suq intern, kif ukoll fit-tisħiħ tal-kompetittività tan-negozji Ewropej billi tiġi ffaċilitata l-konformità mad-dritt tal-Unjoni; jissottolinja, f’dan il-kuntest, il-benefiċċji tas-sħubija pubblika-privata li ilha teżisti bejn l-istituzzjonijiet Ewropej u l-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni, li kienet strumentali fl-iżvilupp ta’ prodotti li huma aktar sikuri u allinjati aħjar mal-objettivi tat-tranżizzjoni diġitali u dik ekoloġika, filwaqt li jiġi żgurat ukoll li l-istandards ikunu mmexxija mis-suq, u b’hekk jiġu żviluppati b’rispons għall-ħtiġijiet tas-suq u l-innovazzjoni, mingħajr ma tiġi kompromessa s-sikurezza tal-konsumatur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jenfasizza l-importanza tal-istandardizzazzjoni għall-kompetittività internazzjonali tan-negozji Ewropej; jistieden lill-Kummissjoni żżid l-isforzi tagħha biex tikkoordina approċċ Ewropew komuni għall-pożizzjonijiet fil-fora internazzjonali tal-istandardizzazzjoni għall-prodotti kollha soġġetti għall-istandards internazzjonali; jemmen li approċċ Ewropew komuni jista’ jkun kruċjali għat-titjib tal-koordinazzjoni u l-involviment Ewropej fil-livell internazzjonali fir-rigward tal-istandardizzazzjoni ma’ sħab globali tal-istess fehma; jenfasizza li l-adozzjoni ta’ standards internazzjonali għandha tiġi ffaċilitata jekk dawn l-istandards ikunu konformi mal-objettivi ta’ politika u l-interessi strateġiċi tal-UE, sabiex jinfetħu swieq addizzjonali għall-prodotti Ewropej, tiġi evitata duplikazzjoni bla bżonn, tiġi promossa l-konsistenza fl-ambjent regolatorju globali u jiġi ffaċilitat il-kummerċ internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jisħaq li r-reviżjoni tal-QLĠ għandha tikkontribwixxi għall-inklussività, it-trasparenza u l-effettività akbar tal-proċess tal-istandardizzazzjoni, kemm fil-fażi ta’ żvilupp kif ukoll f’dik tal-implimentazzjoni, inkluż fl-allokazzjoni tal-fondi tal-UE lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni; ifakkar li biex jiġi żgurat appoġġ finanzjarju sostanzjali, fit-tul u stabbli għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u għall-SMEs huwa essenzjali biex tiġi ffaċilitata l-partiċipazzjoni effettiva tagħhom fil-proċess tal-istandardizzazzjoni; iqis li r-reviżjoni tal-QLĠ għandha ssir b’mod parallel mar-reviżjoni tar-Regolament dwar l-Istandardizzazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li jinżamm il-prinċipju li permezz tiegħu il-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità jservu biex jivverifikaw il-konformità tal-prodotti mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-UE skont il-QLĠ; jemmen li tali proċeduri kienu ta’ suċċess biex jiżguraw is-sikurezza, il-prestazzjoni u l-affidabbiltà tal-prodotti, u kkontribwew ukoll għall-armonizzazzjoni tar-regoli tas-suq intern; jissottolinja, madankollu, il-ħtieġa li jiġi vvalutat ir-rieżami tal-funzjonament u ċ-ċarezza tal-moduli eżistenti ta’ valutazzjoni tal-konformità, fid-dawl ta’ inċertezza legali persistenti, applikazzjoni inkonsistenti fis-setturi kollha u riskji emerġenti li jirriżultaw minn żviluppi teknoloġiċi, bħall-prodotti konnessi; jemmen li tali rieżami għandu jaderixxi mal-prinċipju li l-livell ta’ riskju assoċjat ma’ prodott għandu jiddetermina l-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità meħtieġa; jistieden lill-Kummissjoni tkompli bl-isforzi biex tindirizza dawn il-kwistjonijiet, inkluż permezz ta’ sorveljanza aħjar tas-suq, standards aġġornati, u proċessi ssimplifikati għall-operaturi ekonomiċi, b’mod partikolari l-SMEs, u għaldaqstant tiġi żgurata sistema li tibqa’ valida għall-futur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jisħaq li l-korpi notifikati jeħtiġilhom joperaw b’mod kompetenti, imparzjali u indipendenti; jesprimi tħassib dwar il-varjazzjoni sinifikanti bejn l-Istati Membri ta’ kif il-kompetenza tagħhom tiġi vvalutata, u dan iwassal għal inċertezza legali persistenti u prattiki diverġenti; jiddispjaċih li, f’xi każijiet, il-korpi notifikati joħorġu ċertifikati ta’ konformità mingħajr ma jivverifikaw b’mod adegwat il-konformità sħiħa mal-klawżoli rilevanti kollha tal-istandards armonizzati applikabbli, u dan jista’ jipperikola serjament il-kredibbiltà tas-sistema tal-istandardizzazzjoni u jimpedixxi b’mod sinifikanti l-ħidma effettiva tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq; jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tesplora l-possibbiltà tal-akkreditazzjoni obbligatorja tal-korpi nnotifikati, sabiex tiżgura l-kompetenza, l-imparzjalità u l-indipendenza tagħhom fl-Istati Membri kollha; iqis li dan huwa essenzjali biex jiġu indirizzati prattiki diverġenti, tittejjeb iċ-ċertezza legali u tissaħħaħ il-fiduċja fis-sistema ta’ valutazzjoni tal-konformità;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>