<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0243</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Ebda oġġezzjoni għal att delegat: in-nomenklatura għad-dimensjonijiet u l-kodiċijiet għat-tipi ta’ intervent għall-FEŻR, il-FSE+, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-JTF</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0460/2025)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Settembru 2025 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-nomenklatura għad-dimensjonijiet u l-kodiċijiet għat-tipi ta’ intervent għall-FEŻR, il-FSE+, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-JTF (C(2025)06376 – 2025/2888(DEA))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-regolament delegat tal-Kummissjoni (C(2025)06376),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Settembru 2025, li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-regolament delegat,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, bid-data l-14 ta’ Ottubru 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1060/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 113 u l-Artikolu 114(6) tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 114(6) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra li l-ebda oġġezzjoni ma saret fil-perjodu stabbilit fit-tielet u r-raba’ inċiżi tal-Artikolu 114(6) tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu, li skada fil-21 ta’ Ottubru 2025,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jwettqu riprogrammazzjoni b’sinifikat fil-kuntest tar-rieżami ta’ nofs it-terminu u jiffukaw ir-riżorsi fuq il-prijoritajiet strateġiċi l-ġodda tal-Unjoni stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1060, il-Kummissjoni, fl-4 ta’ April 2025, ippreżentat talba biex tapplika l-proċedura urġenti f’konformità mal-Artikolu 170 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew għall-proposta tagħha għal Regolament li jemenda r-Regolamenti (UE) 2021/1058 u (UE) 2021/1056 fir-rigward ta’ miżuri speċifiċi biex jiġu indirizzati sfidi strateġiċi fil-kuntest tar-rieżami ta’ nofs it-terminu<FOOTNOTE><FIELD> COM(2025/123) final.</FIELD></FOOTNOTE>; billi l-Kummissjoni ppreżentat dik il-proposta fil-laqgħa tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali fid-9 ta’ April 2025;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi fil-laqgħa tiegħu tal-5 ta’ Mejju 2025, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali ddeċieda li jappoġġja t-talba għall-applikazzjoni ta’ proċedura urġenti skont l-Artikolu 170(5) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu li wasslet għall-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2025/1914 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2025/1914 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Settembru 2025 li jemenda r-Regolamenti (UE) 2021/1058 u (UE) 2021/1056 fir-rigward ta’ miżuri speċifiċi sabiex jiġu indirizzati sfidi strateġiċi fil-kuntest tar-rieżami ta’ nofs it-terminu (ĠU L, 2025/1914, 19.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/1914/oj).</FIELD></FOOTNOTE>,
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi r-regolament delegat tal-Kummissjoni huwa meħtieġ biex jiġu żgurati l-allinjament u l-konsistenza bejn ir-Regolament (UE) 2021/1060 u r-regolamenti speċifiċi għall-fondi (ir-Regolamenti dwar il-FEŻR/il-Fond ta’ Koeżjoni, il-FSE+ u l-JTF) bl-għan li jiġi żgurat li l-objettivi speċifiċi emendati u li għadhom kif ġew introdotti skont ir-Regolament (UE) 2025/1914 ikunu jistgħu jiġu implimentati permezz taż-żieda ta’ oqsma ta’ intervent korrispondenti fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/1060 u biex jagħti lok għall-użu tagħhom fl-implimentazzjoni u r-rappurtar tal-programmi;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-regolament delegat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST></SDOCTA>