<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0245</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Kwittanza 2023: baġit ġenerali tal-UE – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0167/2025 - Rapporteur: Joachim Stanisław Brudziński)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><NR>1.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Ottubru 2025 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2023, Taqsima II – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill (2024/2021(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2023<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 58, 23.2.2023, p. 1 http://data.europa.eu/eli/budget/2023/1/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2023 (COM(2024)0272 – C10‑0069/2024)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/5462, 10.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5462/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kunsill lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2023, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/5882, 9.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5882/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/6041, 10.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6041/oj.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2023 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tas-7 ta’ Mejju 2025<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2025/1596, 8.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1596/oj.</FIELD></FOOTNOTE> li tipposponi d-deċiżjoni ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja 2023, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li takkumpanjaha,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1046/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikoli 118, 260, 261 u 262 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikoli 59, 118, 266, 267 u 268 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 102 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A10-0167/2025),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill għas-sena finanzjarja 2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><RESOL><TI><NR>2.</NR> <STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Ottubru 2025 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2023, Taqsima II – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill (2024/2021(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2023, Taqsima II – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 102 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A10-0167/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kwittanza, l-awtorità ta’ kwittanza tixtieq tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ aktar il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta’ titjib tat-trasparenza u tal-obbligu ta’ rendikont u l-implimentazzjoni ta’ governanza tajba tar-riżorsi umani;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi, skont l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Parlament huwa l-unika istituzzjoni responsabbli mill-għoti tal-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni, u billi l-baġit tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill huwa taqsima tal-baġit tal-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi, skont l-Artikolu 15(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kunsill Ewropew ma għandux jeżerċita funzjonijiet leġiżlattivi;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi, skont l-Artikolu 317 tat-TFUE, il-Kummissjoni għandha timplimenta l-baġit tal-Unjoni taħt ir-responsabbiltà tagħha stess, wara li tqis il-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, u billi, skont il-qafas stabbilit, il-Kummissjoni għandha tagħti lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni s-setgħat meħtieġa għall-implimentazzjoni tat-taqsimiet tal-baġit relatati magħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi, skont l-Artikoli 235(4) u 240(2) tat-TFUE, il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill (il-“Kunsill”) huma megħjuna mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, u billi s-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill huwa kompletament responsabbli mill-ġestjoni tajba tal-approprjazzjonijiet imdaħħla fit-Taqsima II tal-baġit tal-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-Parlament ilu kważi għoxrin sena jimplimenta l-prattika konsolidata u rispettata tal-għoti tal-kwittanza lill-istituzzjonijiet, lill-korpi, lill-uffiċċji u lill-aġenziji kollha tal-Unjoni, u billi l-Kummissjoni taqbel li l-prattika li tingħata l-kwittanza lil kull istituzzjoni, korp, uffiċċju u aġenzija tal-Unjoni għan-nefqa amministrattiva tagħhom għandha tkompli tiġi segwita;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi, skont l-Artikolu 59(1) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha tagħti lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni s-setgħat meħtieġa għall-implimentazzjoni tat-taqsimiet tal-baġit li huma relatati magħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi, mill-2009 ’l hawn, in-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-Kunsill fil-proċedura ta’ kwittanza rriżulta fir-rifjut tal-Parlament li jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-Kunsill Ewropew u l-Kunsill, bħala istituzzjonijiet tal-Unjoni u riċevituri tal-baġit ġenerali tal-Unjoni, għandhom ikunu trasparenti u responsabbli b’mod demokratiku lejn iċ-ċittadini tal-Unjoni u soġġetti għal skrutinju demokratiku tal-infiq tal-fondi pubbliċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi r-rakkomandazzjoni tal-Ombudsman Ewropew (l-“Ombudsman”) fl-inkjesta strateġika OI/2/2017/TE dwar it-trasparenza tal-proċess leġiżlattiv tal-Kunsill indikat li l-prattika tal-Kunsill fir-rigward tat-trasparenza fil-proċess leġiżlattiv ikkostitwiet amministrazzjoni ħażina u għandha tiġi indirizzata sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jsegwu l-proċess leġiżlattiv tal-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tikkonferma d-dritt tal-kontribwenti u tal-pubbliku li jinżammu infurmati dwar l-użu tad-dħul pubbliku u li l-Qorti Ġenerali, fis-sentenza tagħha tal-25 ta’ Jannar 2023 fil-Kawża T-163/21<FOOTNOTE><FIELD> Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Jannar 2023, <STRING ITALIC="on">De Capitani</STRING> vs <STRING ITALIC="on">Il-Kunsill</STRING>, T-163/21, ECLI:EU:T:2023:15.</FIELD></FOOTNOTE>, <STRING ITALIC="on">De Capitani</STRING> vs <STRING ITALIC="on">Il-Kunsill</STRING>, iddikjarat dwar it-trasparenza fil-proċess leġiżlattiv tal-Unjoni li d-dokumenti prodotti mill-Kunsill fil-gruppi ta’ ħidma tiegħu mhumiex ta’ natura teknika iżda huma ta’ natura leġiżlattiva u għalhekk huma soġġetti għal talbiet ta’ aċċess għal dokumenti;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jesprimi dispjaċir kbir għall-fatt li mill-2009 u għal darb’oħra għas-sena finanzjarja 2023, il-Kunsill kompla jirrifjuta li jikkoopera mal-Parlament dwar il-proċedura ta’ kwittanza, u għaldaqstant il-Parlament ma setax jieħu deċiżjoni infurmata bbażata fuq skrutinju serju u bir-reqqa tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill u kellu jirrifjuta li jagħti l-kwittanza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinnota li, fl-20 ta’ Settembru 2024, is-servizzi rilevanti tal-Parlament, f’isem ir-rapporteur għall-proċedura ta’ kwittanza, bagħtu kwestjonarju lis-Segretarjat tal-Kunsill b’90 mistoqsija importanti mill-Parlament sabiex jingħata lok għal skrutinju bir-reqqa tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill u tal-ġestjoni tal-Kunsill; jinnota wkoll li ntbagħtu kwestjonarji simili lill-istituzzjonijiet l-oħra kollha, li kollha kemm huma taw lill-Parlament tweġibiet dettaljati għall-mistoqsijiet kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-fatt li, fit-23 ta’ Settembru 2024, is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill informa lill-Parlament għal darb’oħra li ma kienx se jwieġeb għall-kwestjonarju tal-Parlament u li l-Kunsill ma kienx se jipparteċipa fis-seduta ta’ smigħ li kienet ippjanata li ssir fit-12 ta’ Novembru 2024 bħala parti mill-proċedura ta’ kwittanza, u li fiha pparteċipaw l-istituzzjonijiet mistiedna l-oħra kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jenfasizza l-prerogattivi tal-Parlament li jagħti kwittanza skont l-Artikolu 319 tat-TFUE, kif ukoll id-dispożizzjonijiet applikabbli tar-Regolament Finanzjarju u tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament, f’konformità mal-interpretazzjoni u l-prattika attwali, jiġifieri, is-setgħa li jagħti l-kwittanza sabiex tinżamm it-trasparenza u tiġi żgurata r-responsabbiltà demokratika fil-konfront tal-kontribwenti tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jissottolinja li l-Artikolu 59(1) tar-Regolament Finanzjarju jiddikjara li l-Kummissjoni għandha tagħti s-setgħat meħtieġa lill-istituzzjonijiet l-oħrajn tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tat-taqsimiet tal-baġit li huma relatati magħhom u, għalhekk, għal darb’oħra jsibha inkomprensibbli li l-Kunsill jemmen li huwa xieraq li għandha tingħata kwittanza lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jisħaq fuq il-prattika stabbilita sew u rispettata segwita mill-Parlament matul kważi għoxrin sena mill-għoti ta’ kwittanza lill-istituzzjonijiet, lill-korpi, lill-uffiċċji u lill-aġenziji kollha tal-Unjoni; ifakkar li l-Kummissjoni ddikjarat in-nuqqas ta’ kapaċità tagħha li tissorvelja l-implimentazzjoni tal-baġits tal-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni; jisħaq fuq il-fehma mtennija tal-Kummissjoni li l-prattika li tingħata kwittanza lil kull istituzzjoni tal-Unjoni għan-nefqa amministrattiva tagħha għandha tkompli tiġi segwita mill-Parlament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jisħaq li s-sitwazzjoni attwali tippermetti li l-Parlament jista’ biss jivverifika r-rapporti tal-Qorti tal-Awdituri u tal-Ombudsman kif ukoll l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-Kunsill, għax il-Kunsill qed ikompli bil-prattika ħażina tiegħu li ma jikkooperax mal-Parlament, u dan jagħmilha impossibbli li l-Parlament iwettaq dmirijietu b’mod xieraq u jieħu deċiżjoni infurmata dwar l-għoti tal-kwittanza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jiddeplora l-fatt li l-Kunsill, għal kważi 15-il sena, wera nuqqas ta’ rieda politika li jikkollabora mal-Parlament fil-kuntest tal-proċedura annwali ta’ kwittanza; jissottolinja li din l-attitudni kellha effett negattiv dejjiemi fuq iż-żewġ istituzzjonijiet, skreditat il-ġestjoni u l-iskrutinju demokratiku tal-baġit tal-Unjoni u għamlet ħsara lill-fiduċja taċ-ċittadini fl-Unjoni bħala entità trasparenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jafferma mill-ġdid il-frustrazzjoni profonda tiegħu fir-rigward tal-attitudni tal-Kunsill lejn il-proċedura ta’ kwittanza, li qed twassal messaġġ mhux xieraq liċ-ċittadini tal-Unjoni fi żmien meta huwa essenzjali li jkun hemm trasparenza akbar; jissottolinja li l-Kunsill jeħtieġlu jaderixxi mal-istess standards ta’ responsabbiltà li jistenna minn istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jenfasizza li l-istituzzjonijiet l-oħra kollha tal-Unjoni jirrikonoxxu u jifhmu l-prinċipju li, minħabba d-delega tas-setgħa li tikkonċerna l-implimentazzjoni tal-baġit, il-Parlament għandu kemm id-dritt kif ukoll l-obbligu li jiskrutinizza l-baġits tagħhom u l-eżekuzzjoni tagħhom bħala parti mill-proċedura ta’ kwittanza; fid-dawl ta’ dan, jesprimi d-diżapprovazzjoni qawwija tiegħu li l-Kunsill jippersisti fir-rifjut tiegħu li jikkoopera mal-Parlament f’dan ir-rigward;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Ifakkar li l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tappoġġja d-dritt tal-kontribwenti u li l-pubbliku jinżamm infurmat dwar l-użu tad-dħul pubbliku; jitlob, għalhekk, rispett sħiħ għall-prerogattiva u r-rwol tal-Parlament bħala garanti tal-prinċipju tar-responsabbiltà demokratika; jistieden lill-Kunsill isegwi kif xieraq ir-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Parlament fil-kuntest tal-proċedura ta’ kwittanza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jisħaq li s-sitwazzjoni attwali trid tittejjeb permezz ta’ kooperazzjoni interistituzzjonali aħjar fi ħdan il-qafas eżistenti tat-Trattati; iqis li reviżjoni possibbli tat-Trattati tista’ tagħmel il-proċedura ta’ kwittanza aktar ċara u aktar trasparenti billi tagħti s-setgħa b’mod espliċitu lill-Parlament biex jagħti kwittanza individwalment lill-istituzzjonijiet, lill-korpi, lill-uffiċċji u lill-aġenziji kollha tal-Unjoni u jħeġġeġ lill-Kunsill jinvolvi ruħu b’mod attiv mal-Parlament biex jindirizza s-sitwazzjoni attwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jinnota li fis-6 ta’ Mejju 2025, matul l-intervent tiegħu fil-plenarja tal-Parlament, ir-Rappreżentant tal-Presidenza tal-Kunsill esprima r-rieda ta’ din tal-aħħar “li tinvolvi ruħha f’kooperazzjoni sinifikattiva u prammatika bejn l-istituzzjonijiet tagħna” f’dak li jirrigwarda l-kwittanza fir-rigward tat-taqsima tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill tal-baġit tal-Unjoni, u jappella sabiex din l-intenzjoni tiġi tradotta f’passi konkreti fi żmien xieraq; jistieden, għalhekk, lill-Kunsill ikompli kemm jista’ jkun malajr in-negozjati mal-Parlament fl-ogħla livell, bl-involviment tas-Segretarji Ġenerali u l-Presidenti taż-żewġ istituzzjonijiet, sabiex jintemm l-impass u tinstab soluzzjoni filwaqt li jiġu rispettati r-rwoli rispettivi tal-Parlament u tal-Kunsill fil-proċedura ta’ kwittanza u jiġu żgurati t-trasparenza u l-kontroll demokratiku xieraq tal-implimentazzjoni tal-baġit;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jisħaq li l-kummenti tal-Parlament dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja, il-ġestjoni interna, il-prestazzjoni u l-kontroll intern, ir-riżorsi umani, l-ugwaljanza u l-benesseri, il-qafas etiku u t-trasparenza, id-diġitalizzazzjoni, iċ-ċibersigurtà u l-protezzjoni tad-data, il-bini, l-ambjent u s-sostenibbiltà, il-kooperazzjoni u l-komunikazzjoni interistituzzjonali mir-riżoluzzjoni ta’ kwittanza tiegħu tas-7 ta’ Mejju 2025, għadhom validi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Itenni d-dispjaċir tiegħu li l-baġit tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill ma nqasamx f’żewġ baġits separati b’mod ċar kif irrakkomandat mill-Parlament f’riżoluzzjonijiet ta’ kwittanza preċedenti sabiex jittejbu t-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont, mhux l-anqas rigward il-Kunsill Ewropew, peress li bħalissa huwa impossibbli li tinkiseb informazzjoni affidabbli dwar il-kostijiet tiegħu; jisħaq fuq l-importanza ta’ data affidabbli għal kontroll oġġettiv; jappella għall-konformità mar-rakkomandazzjoni tal-awtorità ta’ kwittanza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jiddispjaċih ħafna dwar il-pożizzjoni ostruttiva tal-Gvern Ungeriż fil-Kunsill Ewropew; jinnota li l-istaġnar politiku li għaddej bħalissa u l-progress insuffiċjenti fir-riformi tat-trasparenza għadhom jimminaw il-fiduċja u l-effettività tal-Kunsill Ewropew; jappella għal riformi mmirati tat-trattati biex jissaħħu t-teħid ta’ deċiżjonijiet demokratiku u t-trasparenza fi ħdan il-Kunsill Ewropew;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jilqa’ d-deċiżjoni li jiġu adottati konklużjonijiet appoġġati minn 26 Stat Membru dwar l-appoġġ kontinwu u sod tal-Unjoni għall-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna, kif stabbilit fid-dokument tal-Kunsill Ewropew EUCO 16/25 adottat fis-26 ta’ Ġunju 2025; jiddispjaċih li tali kors kien meħtieġ minħabba għadd ta’ veto persistenti; jappella għall-iżvilupp ta’ mekkaniżmi alternattivi biex jiġu evitati l-veto fi kwistjonijiet urġenti, sakemm isiru bidliet fit-trattati biex jittejbu l-effiċjenza fit-teħid tad-deċiżjonijiet u l-unità fi ħdan il-Kunsill Ewropew; jissottolinja li l-baġit tal-Unjoni għall-2023 diġà mmobilizza riżorsi sostanzjali biex jappoġġa lill-Ukrajna, u jisħaq fuq l-importanza li jiġi żgurat li d-deċiżjonijiet baġitarji futuri jirriflettu dan l-impenn strateġiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kunsill jiżgura li l-Presidenza tal-Kunsill titmexxa strettament f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, mal-prinċipji u mal-kredibbiltà tal-Unjoni; jiddeplora l-imġiba ħażina min-naħa tal-Gvern Ungeriż tal-Presidenza tal-Kunsill fit-twettiq ta’ attivitajiet bilaterali li jikkontradixxu l-valuri fundamentali tal-Unjoni; iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kunsill biex jikkundanna tali mġiba.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>