<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0246</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Kwittanza 2023: L-Aġenziji</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0169/2025 - Rapporteur: Erik Marquardt)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><NR>1.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Ottubru 2025 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil għas-sena finanzjarja 2023 (2024/2030(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil għas-sena finanzjarja 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2023, flimkien mar-risposti tal-aġenziji<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/6332, 24.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6332/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/6041, 10.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6041/oj.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2023 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta’ Frar 2025 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2023 (05755/2025 – C10‑0024/2025),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tas-7 ta’ Mejju 2025<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2025/1663, 8.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1663/oj.</FIELD></FOOTNOTE> li tipposponi d-deċiżjoni ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja 2023, kif ukoll ir-risposti tad-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1046/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/2509, 26.09.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Ażil<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 132, 29.5.2010, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/439/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 36 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/2303 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2021 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 439/2010<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 468, 30.12.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/2303/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 55 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2019/715/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 102 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A10-0169/2025),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><DECISION><TI><NR>2.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Ottubru 2025 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil għas-sena finanzjarja 2023 (2024/2030(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil għas-sena finanzjarja 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2023, flimkien mar-risposti tal-aġenziji<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/6332, 24.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6332/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/6041, 10.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6041/oj.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2023 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta’ Frar 2025 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2023 (05755/2025 – C10‑0024/2025),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tas-7 ta’ Mejju 2025<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2025/1663, 8.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1663/oj.</FIELD></FOOTNOTE> li tipposponi d-deċiżjoni ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja 2023, kif ukoll ir-risposti tad-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1046/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/2509, 26.09.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Ażil<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 132, 29.5.2010, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/439/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 36 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/2303 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2021 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 439/2010<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 468, 30.12.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/2303/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 55 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2019/715/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 102 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A10-0169/2025),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil għas-sena finanzjarja 2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><RESOL><TI><NR>3.</NR> <STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Ottubru 2025 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenziji tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2023 (2024/2030(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil għas-sena finanzjarja 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 102 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-funzjonament tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil, ir-rispett u l-implimentazzjoni u l-infurzar xierqa tar-regoli u l-appoġġ finanzjarju sostenibbli u adegwat tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil huma essenzjali biex tiġi żgurata s-sistema ta’ responsabbiltà kondiviża u solidarjetà fost l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea;
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport Finali tal-OLAF (OC-2022-0717) dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil li ġie ffinalizzat f’Ottubru 2024, u li sar disponibbli f’Marzu 2025 għall-Membri tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ittri li ntbagħtu mill-President tal-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil f’Marzu 2025 u mid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil f’Lulju 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-iskambju ta’ fehmiet mar-rappreżentanti tal-OLAF, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil u DĠ Home fil-15 ta’ Lulju 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A10-0169/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-aġenziji deċentralizzati kollha tal-Unjoni jeħtiġilhom ikunu trasparenti u jagħtu rendikont sħiħ liċ-ċittadini tal-Unjoni għall-fondi fdati lilhom bħala korpi tal-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil, bħala korp tal-Unjoni fdat b’responsabbiltajiet u riżorsi sinifikanti, għandha dmir korrispondenti li taġixxi bl-ogħla standards ta’ trasparenza, obbligu ta’ rendikont u mġiba eżemplari, u b’hekk tiżgura l-fiduċja taċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi r-rwol tal-Parlament fir-rigward tal-kwittanza tal-baġit huwa speċifikat fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), fir-Regolament Finanzjarju u fir-Regolament Finanzjarju Qafas;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-OLAF, bħala l-korp tal-Unjoni kontra l-frodi, għandu d-dmir li jipprovdi lill-Parlament Ewropew b’aċċess f’waqtu u adegwat għas-sejbiet tiegħu sabiex jippermetti skrutinju effettiv tal-kwittanza;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Ifakkar ir-rwol tal-Parlament fil-proċedura ta’ kwittanza, kif regolat mit-TFUE, mir-Regolament Finanzjarju u mir-Regoli ta’ Proċedura tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Ifakkar li fis-7 ta’ Mejju 2025 il-Parlament iddeċieda li jipposponi d-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-2023 tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil (“l-Aġenzija”);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jissottolinja l-importanza assoluta li taġixxi b’mod responsabbli u trasparenti fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni; jinsisti li kwalunkwe nuqqas ta’ rispett ta’ dawn il-prinċipji jimmina serjament il-fiduċja tal-pubbliku;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-eżitu tal-investigazzjoni tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF)</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jinnota li l-OLAF għamel verżjoni anonimizzata tar-rapport finali tiegħu dwar l-investigazzjoni disponibbli għall-Membri tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit f’Marzu 2025 u għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern f’Lulju 2025; jiddeplora d-dewmien fl-aċċess għall-investigazzjoni, li ngħata biss f’Marzu minkejja t-talba li saret mir-rapporteur f’Diċembru 2024, bir-risposta tal-OLAF li tikkwota oġġezzjonijiet mill-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil; jinsisti li l-aċċess għar-rapport kellu jingħata lill-membri tal-Kumitat CONT aktar kmieni biex l-eżerċizzju tal-mandat tagħhom ikun garantit b’mod adegwat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Huwa konxju li l-investigazzjonijiet tal-OLAF għandhom jitwettqu kontinwament tul perjodu li jrid ikun proporzjonat għaċ-ċirkostanzi u għall-kumplessità tal-każ; huwa mħasseb dwar it-tul tal-investigazzjonijiet tal-OLAF peress li dan jimmina l-kapaċità tal-awtorità ta’ kwittanza li tikkunsidra s-sejbiet tagħhom b’mod effiċjenti: jinsisti dwar ir-rwol kruċjali tal-investigazzjonijiet f’waqthom biex tinżamm sorveljanza effettiva tal-Parlament; jistieden lill-OLAF jirrieżamina u jħaffef il-proċedura tat-tlestija u l-kondiviżjoni tal-investigazzjonijiet mal-Awtorità ta’ Kwittanza; jisħaq li tali dewmien jimmina l-kapaċità tal-membri tal-Kumitat CONT li jeżerċitaw b’mod effettiv il-mandat ta’ sorveljanza tagħhom u jappella għal miżuri li jiżguraw aċċess fil-pront għar-rapporti ta’ investigazzjoni fil-futur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jisħaq li l-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni trid tibqa’ valur ewlieni ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, li l-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni huma marbuta li jirrispettaw, inklużi aġenziji u korpi deċentralizzati li jridu jagħtu eżempju ċar ta’ responsabbiltà u trasparenza fl-użu tal-fondi pubbliċi Ewropej; itenni l-ħtieġa ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni msaħħa fi ħdan il-qafas istituzzjonali kontra l-frodi, b’mod partikolari biex tiġi indirizzata l-ħtieġa ta’ investigazzjonijiet tal-OLAF aktar rapidi u aktar effiċjenti, u b’hekk dawn l-isforzi jiġu allinjati mal-għan usa’ li jiġu ssalvagwardjati l-finanzi tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jistieden lill-Aġenzija u lill-OLAF jagħmlu disponibbli għall-pubbliku sommarju anonimizzat tar-rapport tal-OLAF, sa fejn huwa legalment possibbli, fl-interess tat-trasparenza u l-fiduċja pubblika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jieħu nota li l-OLAF ħareġ rakkomandazzjonijiet dixxiplinari u amministrattivi wara l-investigazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="DASH"><INT.LI LEVEL="0">Josserva li, fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet dixxiplinari, il-Bord tat-Tmexxija ddeċieda, bħala segwitu, li ma jiftaħx proċedimenti dixxiplinari u minflok ħareġ rakkomandazzjonijiet bil-miktub bi twissija u talab lid-Direttur Eżekuttiv għal proposti konkreti permezz ta’ azzjonijiet korrettivi, u skeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni tagħhom mill-aktar fis possibbli; jirrikonoxxi li f’konformità ma’ din it-talba, id-Direttur Eżekuttiv ippreżenta lill-Bord tat-Tmexxija d-dokumenti li ġejjin, li jinkludu:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>ir-rakkomandazzjonijiet li saru mill-Bord tat-Tmexxija;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>is-sitwazzjoni attwali tal-Aġenzija fir-rigward ta’ kull rakkomandazzjoni; u</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>l-azzjonijiet korrettivi addizzjonali li għandhom jiġu implimentati bl-inklużjoni ta’ kronoloġija proviżorja għall-implimentazzjoni tagħhom; jistieden lill-Bord tat-Tmexxija jsegwi r-rakkomandazzjonijiet u jirrapporta lura lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-implimentazzjoni sħiħa u f’waqtha tagħhom;</ITEM></LIST>
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jiddispjaċih li l-Bord tat-Tmexxija ddeċieda, wara deliberazzjonijiet intensi, li ma jimplimentax ir-rakkomandazzjonijiet dixxiplinari tal-OLAF, inkluż il-bidu ta’ proċedimenti dixxiplinari kontra d-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija jew kwalunkwe persunal ieħor fl-Aġenzija, minkejja s-sejbiet sinifikanti tal-OLAF, li jidhru li huma sistematiċi u li jimminaw il-fiduċja fit-tmexxija tal-Aġenzija; jenfasizza li din id-deċiżjoni tqajjem mistoqsijiet dwar l-impenn tal-Bord għall-obbligu ta’ rendikont u r-responsabbiltà, f’konformità mal-aspettattivi istituzzjonali, u jirrikonoxxi l-għażla deliberata tal-Bord li ma jimplimentax ir-rakkomandazzjonijiet wara li jirrieżamina l-kwistjonijiet imqajma; jenfasizza li l-Parlament se jibqa’ partikolarment attent għall-azzjonijiet korrettivi meħuda; jistenna li l-Aġenzija turi segwitu eżemplari, standards għoljin, responsabbiltà ċara għall-implimentazzjoni ta’ miżuri korrettivi u obbligu ta’ rendikont sħiħ; jistieden lill-Aġenzija tiżgura r-rapportar trasparenti lill-Parlament billi, fost l-oħrajn, taqsam il-minuti tad-deliberazzjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija mal-Parlament, sabiex issaħħaħ is-sorveljanza parlamentari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jinnota li d-Direttur Eżekuttiv ħejja “Vision Statement on leadership implementing the changes in EUAA” (Stqarrija tal-viżjoni dwar it-tmexxija li timplimenta l-bidliet fl-EUAA) b’azzjonijiet korrettivi li ġew implimentati u azzjonijiet korrettivi li għandhom jiġu implimentati; jitlob lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-azzjonijiet korrettivi li ġew implimentati u li għandhom jiġu implimentati, flimkien mal-iskadenzi għat-tlestija tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jesprimi tħassib li r-rakkomandazzjonijiet amministrattivi indirizzaw il-prattika ta’ evalwazzjonijiet tal-persunal mill-kapijiet tas-settur aktar milli mill-kapijiet tal-unità, kif ukoll nuqqasijiet fil-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess fi ħdan l-Aġenzija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li mill-2025, il-kapijiet ta’ unità se jwettqu evalwazzjonijiet tal-persunal kif previst fir-regoli applikabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jiddeplora bil-qawwa d-dgħufijiet fil-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess fi ħdan l-Aġenzija, b’mod partikolari t-trattament ħażin tal-ilmenti mill-Bord tat-Tmexxija kontra deċiżjonijiet li saru mid-Direttur Eżekuttiv; jinsisti li tali prattiki jimminaw l-integrità u l-kredibbiltà tal-Aġenzija; jistieden lill-Aġenzija tinforma minnufih lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-azzjonijiet korrettivi u l-bidliet organizzattivi li ġew stabbiliti; jenfasizza li qafas robust u eżemplari għall-ġestjoni tal-kunflitt ta’ interess biss se jitqies aċċettabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jinnota r-rikonoxximent kemm mill-Bord tat-Tmexxija kif ukoll mid-Direttur Eżekuttiv tas-serjetà tal-allegazzjonijiet u l-kwistjonijiet imqajma; jirrikonoxxi, madankollu, li d-Direttur Eżekuttiv esprima xettiċiżmu, filwaqt li kkwota ammont ta’ xogħol straordinarju matul il-kriżijiet, li ma jistax jintuża bħala ġustifikazzjoni biex jiġu miċħuda s-sejbiet; iqis li r-rikonoxximent irid ikun akkumpanjat minn miżuri korrettivi deċiżivi, implimentazzjoni f’waqtha u obbligu ta’ rendikont sħiħ lill-awtorità ta’ kwittanza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jinnota bi tħassib il-fallimenti ripetuti fil-governanza, inkluż in-nuqqas ta’ kapaċità tal-Bord tat-Tmexxija li jeżerċita sorveljanza f’waqtha u effettiva; jiddispjacih li ħafna mill-irregolaritajiet setgħu ġew evitati permezz ta’ kontrolli interni aħjar u involviment proattiv mill-Bord tat-Tmexxija; jinsisti li dan il-falliment istituzzjonali jrid jiġi indirizzat b’mod strutturali, mhux biss b’mod proċedurali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jiddeplora l-kwistjonijiet ta’ amministrazzjoni ħażina, speċjalment fil-qasam tar-riżorsi umani, b’irregolaritajiet serji, b’mod partikolari fil-proċeduri ta’ ħatra u selezzjoni li jiksru r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra; huwa konxju li matul il-perjodu mill-2019 sal-2022, l-Aġenzija ħabtet wiċċha ma’ ċirkostanzi mill-aktar diffiċli bħall-pandemija tal-COVID-19, l-attivazzjoni tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni Temporanja, jew id-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Aġenzija<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2021/2303 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2021 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 439/2010 (ĠU L 468, 30.12.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/2303/oj).</FIELD></FOOTNOTE> b’mandat, kompetenzi u responsabbiltajiet ġodda; jirrifjuta madankollu kwalunkwe tentattiv biex tali ċirkostanzi jintużaw bħala ġustifikazzjoni għan-nuqqas ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni vinkolanti; jistieden lill-Aġenzija tallinja bis-sħiħ il-proċessi ta’ reklutaġġ tagħha mar-regoli applikabbli, u jinsisti fuq l-adozzjoni ta’ proċeduri stretti, trasparenti u bbażati fuq il-mertu, akkumpanjati minn linji gwida infurzabbli u soġġetti għal sorveljanza mill-qrib mill-awtorità ta’ kwittanza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-prattika li jinħatru maniġers <STRING ITALIC="on">ad interim</STRING> waqfet minn Jannar 2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Ifakkar li wieħed mid-dmirijiet ewlenin tal-Bord tat-Tmexxija huwa li jagħti orjentazzjoni ġenerali għall-attivitajiet tal-Aġenzija u jiżgura li l-Aġenzija twettaq il-mandat tagħha b’mod effettiv; iqis li sabiex jagħti orjentazzjoni ġenerali, il-Bord tat-Tmexxija jeħtieġ li jkun konxju u infurmat kif xieraq dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-Aġenzija kif ukoll dwar żviluppi kritiċi fil-ġestjoni tal-Aġenzija; jiddeplora n-nuqqasijiet ripetuti f’dan ir-rigward u jistieden lill-Aġenzija tistabbilixxi proċeduri ta’ komunikazzjoni effiċjenti, sistematiċi u trasparenti mal-Bord tat-Tmexxija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea, li għandha żewġ siġġijiet fuq il-Bord tat-Tmexxija, tappoġġa u tassisti lill-membri l-oħra tal-bord biex jifhmu r-regoli applikabbli għall-Aġenzija, u tidentifika u taqsam it-tagħlimiet li ttieħdu minn dan il-każ partikolari bħala parti mill-isforzi ta’prevenzjoni usa’; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lura lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-miżuri meħuda biex tittejjeb il-komunikazzjoni mal-Bord tat-Tmexxija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jilqa’ s-suġġeriment li għamlet il-Kummissjoni waqt l-iskambju ta’ fehmiet dwar il-possibbiltà li s-Servizzi Konġunti jiġu kondiviżi f’ċerti oqsma orizzontali mal-aġenziji deċentralizzati, peress li dan jgħin biex il-proċessi jiġu ġestiti aħjar u biex isir użu aktar effiċjenti tar-riżorsi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tesplora din il-possibbiltà u tipproponi azzjonijiet konkreti f’dan ir-rigward;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jistieden lill-Aġenzija biex tistabbilixxi funzjoni ta’ etika interna indipendenti u jenfasizza l-importanza li jkun hemm regoli ta’ protezzjoni tal-informaturi robusti f’konformità mad-Direttiva (UE) 2019/1937; jisħaq li l-kanali ta’ rapportar interni jridu jkunu kunfidenzjali, kredibbli u fdati mill-persunal fil-livelli kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jenfasizza li għalkemm uħud mill-avvenimenti jmorru lura għas-snin 2021, 2022 u qabel, l-investigazzjoni tal-OLAF ġiet konkluża biss fl-2024; jenfasizza li għadu ma jistax jiġi konkluż li dawn il-kwistjonijiet ġew għal kollox solvuti; jisħaq li l-Awtorità ta’ Kwittanza żżomm id-dritt sħiħ li teżerċita r-responsabbiltajiet ta’ sorveljanza tagħha sakemm is-sitwazzjoni tkun rimedjata u ċċarata għalkollox; jistieden lid-Direttur Eżekuttiv u lill-Bord tat-Tmexxija jirrikonoxxu u jindirizzaw kwalunkwe dgħufijiet strutturali kemm fl-amministrazzjoni tar-riżorsi umani tal-Aġenzija kif ukoll fil-funzjonijiet ta’ sorveljanza tal-Bord tat-Tmexxija, u jieħdu miżuri effettivi biex jipprevjenu r-rikorrenza ta’ kwistjonijiet simili u, jekk l-Aġenzija tonqos milli twettaq riforma strutturali sħiħa, jirriżerva d-dritt li jżomm jew jikkondizzjona deċiżjonijiet ta’ kwittanza futuri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jinnota bi tħassib partikolari r-rati estremament għoljin ta’ dawran tal-persunal kif imsemmi fir-rapport tal-OLAF, mingħajr ma l-amministrazzjoni tkun tista’ tipprovdi spjegazzjoni sodisfaċenti; jistieden lid-Direttur Eżekuttiv u lill-Bord tat-Tmexxija, u b’mod partikolari lir-rappreżentanti tal-Kummissjoni fi ħdanu, jistabbilixxu intervisti sistematiċi ta’ ħruġ mal-persunal kollu li rriżenja, jiddokumentaw is-sejbiet b’mod komprensiv u jirrapportaw lill-awtorità ta’ kwittanza dwar ir-riżultati u l-progress miksub f’dan ir-rigward fil-qafas tal-proċedura ta’ kwittanza tal-2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Ifaħħar lill-persunal tal-Aġenzija għad-dedikazzjoni u l-impenn tagħhom fl-eżekuzzjoni tal-kompiti tagħhom minkejja ċirkostanzi diffiċli; iqis li huwa essenzjali li jitrawwem ambjent tax-xogħol pożittiv billi jiġu promossi prattiki tajbin fil-livell tar-riżorsi umani u billi jiġu premjati prestazzjonijiet ibbażati fuq il-mertu; iħeġġeġ lill-Bord tat-Tmexxija u lid-Direttur Eżekuttiv jiżguraw li l-Aġenzija hija post tax-xogħol sikur u ta’ appoġġ li jinkoraġġixxi komunikazzjoni miftuħa u jsaħħaħ il-pożizzjoni tal-individwi biex jitkellmu mingħajr biżà ta’ ritaljazzjoni; jistieden lill-Aġenzija tiżgura li r-rapporti kollha ta’ mġiba professjonali ħażina jittieħdu bis-serjetà u jiġu investigati bir-reqqa, u li jittieħdu azzjonijiet ta’ segwitu xierqa biex jinżammu l-integrità u l-fiduċja fi ħdan l-organizzazzjoni;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jirreferi, f’dan ir-rigward, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Mejju 2025<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2025/1681, 8.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/res/2025/1681/oj.</FIELD></FOOTNOTE> bil-kummenti li jiffurmaw parti integrali mid-deċiżjonijiet tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenziji tal-Unjoni Ewropea.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>