<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0247</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-konsegwenzi istituzzjonali tan-negozjati għat-tkabbir tal-UE</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0177/2025 - Rapporteur: Sandro Gozi)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Ottubru 2025 dwar il-konsegwenzi istituzzjonali tan-negozjati għat-tkabbir tal-UE (2025/2041(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b’mod partikolari l-Artikoli 31(3), 48 u 49 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari l-Artikoli 81(3), 83, 136, 153(2), 192(2), 312(2) u 333 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-23-24 ta’ Ġunju 2022, tad-29-30 ta’ Ġunju 2023, tas-26-27 ta’ Ottubru 2023, tal-14-15 ta’ Diċembru 2023 u tas-27 ta’ Ġunju 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ Granada tal-Kunsill Ewropew tas-6 ta’ Ottubru 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport ta’ Progress tal-Presidenza tal-Kunsill dwar il-futur tal-Ewropa, tal-10 ta’ Ġunju 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-23 ta’ Marzu 2024 dwar ir-riformi ta’ qabel it-tkabbir u r-rieżami tal-politika (COM(2024)0146),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Frar 2017 dwar it-titjib tal-funzjonament tal-Unjoni Ewropea bl-isfruttament tal-potenzjal tat-Trattat ta’ Liżbona<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 252, 18.7.2018, p. 215.</FIELD></FOOTNOTE>, u tal-11 ta’ Lulju 2023 dwar l-implimentazzjoni tal-klawżoli passerelle fit-Trattati tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/3996, 17.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3996/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tad-9 ta’ Mejju 2022 dwar l-eżitu finali tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa u tar-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar is-segwitu għall-konklużjonijiet tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 465, 6.12.2022, p. 109.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tad-9 ta’ Ġunju 2022 dwar it-talba biex titlaqqa’ Konvenzjoni għar-reviżjoni tat-Trattati<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 493, 27.12.2022, p. 130.</FIELD></FOOTNOTE>, u tat-22 ta’ Novembru 2023 dwar proposti tal-Parlament Ewropew għar-reviżjoni tat-Trattati<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/4216, 24.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4216/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, anki permezz tal-attivazzjoni tal-Artikolu 48 tat-TUE li titlob lill-Kunsill Ewropew jaqbel dwar it-talba għal Konvenzjoni għar-riforma tat-Trattati,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta’ Frar 2024 dwar l-approfondiment tal-integrazzjoni tal-UE fid-dawl tat-tkabbir futur<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/6746, 26.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6746/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tad-9 ta’ Settembru 2024 ta’ Mario Draghi intitolat “The future of European competitiveness” (Il-futur tal-kompetittività Ewropea), ir-rapport tas-17 ta’ April 2024 ta’ Enrico Letta intitolat “Much more than a market” (Ħafna aktar milli suq) u r-rapport tat-30 ta’ Ottubru 2024 ta’ Sauli Niinistö intitolat “Safer Together – Strengthening Europe’s Civilian and Military Preparedness and Readiness” (Aktar Sikuri Flimkien – It-Tisħiħ tal-Preparatezza u l-Prontezza Ċivili u Militari tal-Ewropa),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A10-0177/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi disa’ pajjiżi mill-għaxra li bħalissa jaspiraw li jsiru membri tal-UE għandhom l-istatus ta’ pajjiż kandidat, u wħud minnhom ilhom bosta snin b’dan l-istatus; billi l-pajjiżi kandidati jinsabu f’varji fażijiet tal-proċess u tan-negozjati ta’ adeżjoni; billi fit-28 ta’ Novembru 2024 il-Georgia ssospendiet unilateralment in-negozjati ta’ adeżjoni mal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u l-isfidi ġeopolitiċi l-oħra, fosthom tibdil inkwetanti fir-relazzjonijiet trans-Atlantiċi, taw sinifikat ġeostrateġiku u impetu ġodda lill-proċess ta’ adeżjoni mal-UE u lill-unifikazzjoni Ewropea;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea trid tibqa’ proċess meritokratiku, ibbażat fuq valutazzjoni tar-rispett, min-naħa ta’ kull applikant, tal-kriterji ta’ Copenhagen u tal-implimentazzjoni tar-riformi neċessarji, b’mod partikolari fl-ambitu tar-rispett tal-“elementi fundamentali”, jiġifieri l-prinċipi tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-governanza tajba, kif ukoll l-allinjament mal-politika estera u ta’ sigurtà komuni tal-UE, bil-għan li jiġi żgurat li t-tkabbir isaħħaħ u mhux jhedded lill-UE u lis-suq uniku tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi t-tkabbir huwa impenn storiku, strument essenzjali tal-politika estera tal-UE, prijorità ġeopolitika strateġika u waħda mill-politiki li kisbet l-aktar suċċess tal-UE, u jirrappreżenta investiment fil-futur tal-kontinent Ewropew;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-pajjiżi fil-fażi ta’ adeżjoni għandhom jimplimentaw b’mod deċiż ir-riformi neċessarji u jiksbu progress konkret u irreversibbli fl-elementi fundamentali tal-proċess ta’ tkabbir; billi l-UE u l-Istati Membri għandhom isostnu lill-pajjiżi kandidati permezz tal-assistenza finanzjarja u teknika biex jissodisfaw dawn il-kriterji; billi il-valuri u l-prinċipji fundamentali tal-UE mhumiex negozjabbli;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi UE akbar tkun tikseb aktar poter u effett ta’ lieva f’termini politiċi, ekonomiċi u militari fix-xena dinjija, u b’hekk jissaħħu l-valuri demokratiċi kondiviżi fir-reġjun kollu tat-tkabbir tal-UE; billi suq uniku akbar huwa importanti kemm għall-UE kif ukoll għall-pajjiżi fil-fażi ta’ adeżjoni filwaqt li l-UE ssir attur ekonomiku saħansitra aktar kompetittiv u sieħeb kummerċjali attraenti; billi kwalunkwe falliment fil-progress fit-tkabbir tal-UE jkun jippreġudika l-interessi ekonomiċi u ta’ sigurtà tal-UE u jista’, fl-aħħar mill-aħħar, iġiegħel lill-pajjiżi mhux membri tal-UE fil-kontinent Ewropew jallinjaw ruħhom ekonomikament u politikament ma’ blokok oħra (pereżempju mar-Russja jew maċ-Ċina), u b’hekk, potenzjalment, jinħolqu żoni ekonomiċi rivali u tonqos l-influwenza ekonomika globali tal-UE, filwaqt li jinħolqu opportunitajiet għal sforzi ta’ destabbilizzazzjoni min-naħa tal-viċinat immedjat tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-pajjiżi li saru membri tal-UE fl-2004, kif ukoll l-UE kollha kemm hi, irreġistraw tkabbir ekonomiku sostanzjali u standards ogħla f’diversi oqsma, inkluża żieda tal-PDG <STRING ITALIC="on">per capita</STRING> ta’ 30 % bħala medja; billi, bħala medja, l-Istati Membri kollha rreġistraw żieda ta’ 12 % oħra ta’ tkabbir tal-PDG meta mqabbel mat-tkabbir ekonomiku previst li kieku ma kinux saru membri tal-UE u billi dan it-tkabbir ekonomiku kien jinħass fi żmien ħames snin mill-adeżjoni tagħhom; billi f’dawn l-aħħar 20 sena, l-ekonomija tal-UE kibret b’27 %; billi l-pajjiżi li diġà kienu parti mill-UE fiż-żmien tat-tkabbir tal-2004 wkoll irreġistraw tkabbir u prosperità, b’relazzjoni kawżali ċara mal-espansjoni tas-swieq, mal-konnettività u mal-investimenti li jirriżultaw mit-tkabbir; billi permezz tat-tkabbir kull reġjun kiber f’termini ekonomiċi, iżda l-ifqar reġjuni rreġistraw l-ogħla tkabbir ekonomiku relattiv;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-PDG <STRING ITALIC="on">per capita</STRING> tal-Balkani tal-Punent, tal-Ukrajna, tal-Moldova u tal-Georgia baqgħet madwar jew anqas minn 50 % meta mqabbel ma’ dak tal-UE, għad li ċerti pajjiżi kandidati wrew tkabbir ekonomiku kostanti f’dawn l-aħħar snin, u dan jippermetti approċċ ibbażat fuq il-mertu u b’viżjoni lejn il-futur; billi l-esperjenza miksuba wara l-mewġiet tat-tkabbir kollha tal-UE turi l-impatt pożittiv li l-adeżjoni mal-UE u mas-suq uniku tal-UE u l-aċċess għall-fondi strutturali għandhom fuq il-konverġenza ekonomika u soċjali; billi l-istudji juru li d-dħul ta’ 10 Stati Membri ġodda jkun inaqqas b’10 % d-distakk tal-PGD <STRING ITALIC="on">per capita</STRING> bejn l-UE u l-Istati Uniti; billi l-espansjoni tal-aċċess, fost l-oħrajn, għas-swieq tax-xogħol, għall-kapaċità industrijali, għat-teknoloġiji diġitali, b’mod partikolari l-IA, u għall-minerali kritiċi tal-art rari tkun tippermetti lill-UE tħaffef it-tranżizzjonijiet ekoloġika, diġitali u ġusta, filwaqt li tnaqqas il-kostijiet tagħha u fl-istess ħin issir aktar strateġikament awtonoma mir-Russja, miċ-Ċina u minn kompetituri sistemiċi oħrajn; billi x-xenarji li jgħaqqdu tkabbir sostanzjali ma’ konverġenza qawwija jistgħu jilħqu, skont l-istimi, l-USD 10 000 biljun tal-PDG tal-UE sal-2035;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-istrumenti ta’ qabel l-adeżjoni jiżvolġu rwol importanti peress ifornu esperjenza prezzjuża għat-tfassil ta’ strumenti ta’ appoġġ modernizzati adattati għall-bżonnijiet speċifiċi tal-pajjiżi, bħal fil-każ ta’ Phare (Programm ta’ Għajnuna Komunitarja għall-pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant), SAPARD (strument agrikolu ta’ qabel l-adeżjoni) u ISPA (Strument għall-Politika Strutturali għal Qabel l-Adeżjoni);
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi ċerti pajjiżi barra mill-UE qegħdin iħabbtu wiċċhom ma’ livelli differenti ta’ instabbiltà politika u billi l-implimentazzjoni tar-riformi relatati mal-adeżjoni mal-UE f’dawn il-pajjiżi, kif urew il-mewġiet ta’ tkabbir preċedenti, għandha tikkontribwixxi għall-istabbiltà u għall-istat tad-dritt fir-reġjun; billi l-UE għandha għad-dispożizzjoni tagħha ġabra wiesgħa ta’ strumenti biex tinforza l-konformità mal-valuri fundamentali fl-Istati Membri u tissalvagwardja l-istabbiltà politika tal-proġett Ewropew fl-intier tiegħu; billi din il-ġabra ta’ strumenti għad trid tiġi riformata u msaħħa, b’mod partikolari permezz tal-implimentazzjoni konsistenti tal-mekkaniżmu għall-istat tad-dritt u l-protezzjoni effikaċi tal-valuri fundamentali tal-UE minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE, anki billi jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet fil-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) attwali u li jmiss;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-Kummissjoni u l-Parlament għandhom jiżviluppaw kampanji ta’ sensibilizzazzjoni fl-Istati Membri u fil-pajjiżi kandidati biex iċ-ċittadini jkunu infurmati b’mod adegwat bl-opportunitajiet li joffri t-tkabbir, filwaqt li jiġġieldu kontra l-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-indħil barrani min-naħa tar-Russja u ta’ pajjiżi oħra biex jimminaw l-appoġġ tal-opinjoni pubblika favur it-tkabbir;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-qafas istituzzjonali tal-UE, u b’mod partikolari, il-proċessi deċiżjonali tagħha, jeħtieġ li jissaħħu u jitjiebu għall-Unjoni Ewropea attwali ta’ 27 Stat Membru; billi t-tħejjija għat-tkabbir tirrikjedi riformi interni fl-UE u billi l-proċess ta’ tkabbir għandu jitmexxa ’l quddiem b’mod parallel mar-riformi istituzzjonali u tat-teħid ta’ deċiżjonijiet meħtieġa biex tiġi salvagwardjata l-kapaċità ta’ integrazzjoni tal-UE; billi l-prospettiva ta’ mewġiet ta’ tkabbir futuri tagħmel ir-riforma tal-istituzzjonijiet, tal-politiki u tal-proċeduri deċiżjonali tal-UE aktar neċessarja u urġenti minn qatt qabel;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-mewġiet ta’ tkabbir preċedenti kienu preċeduti jew akkumpanjati minn riformi istituzzjonali interni fil-qasam tal-governanza tal-UE u billi dawk il-proċessi ta’ tkabbir servew bħala inċentiv qawwi għall-iżvilupp u għall-progress ekonomiku u demokratiku tal-pajjiżi kandidati;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi, fid-dikjarazzjoni ta’ Granada tas-6 ta’ Ottubru 2023, il-Kunsill Ewropew irrikonoxxa li l-aċċelerazzjoni neċessarja tal-isforzi ta’ riforma fil-pajjiżi kandidati għandha tkun akkumpanjata minn proċess parallel ta’ ħidma preparatorja u ta’ riforma fi ħdan l-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi, fil-konklużjonijiet tiegħu tas-27 ta’ Ġunju 2024, il-Kunsill Ewropew stabbilixxa pjan direzzjonali għall-ħidma futura dwar ir-riformi interni; billi l-Kunsill Ewropew jirrikonoxxi li t-tisħiħ tas-sovranità Ewropea u tal-UE jirrikjedi riformi li jippermettu lill-UE twettaq l-ambizzjonijiet fit-tul tagħha, twettaq il-politiki u l-prijoritajiet tagħha u tirrispondi għar-realtajiet u għall-isfidi ġeopolitiċi l-ġodda;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi, skont dawn il-konklużjonijiet, ir-riformi interni għandhom jimxu ’l quddiem b’mod parallel mal-proċess ta’ tkabbir, ħalli l-politiki jkunu adatti għall-futur u ffinanzjati b’mod adegwat u l-istituzzjonijiet tal-UE jkomplu jiffunzjonaw u jaġxxu b’mod effikaċi; billi l-Kunsill Ewropew stieden lill-Kummissjoni tippreżenta fl-2025 rieżami tal-politiki fil-fond iċċentrat fuq erba’ fergħat, jiġifieri l-valuri u l-istat tad-dritt, il-politiki, il-baġit u l-governanza;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-prospettiva ta’ tkabbir imminenti tesponi lill-UE għal sfida bi tliet modi, jiġifieri li tiżgura proċeduri deċiżjonali effiċjenti (l-isfida tal-effiċjenza), li tiġbor biżżejjed riżorsi biex tilħaq l-objettivi strateġiċi tagħha (l-isfida tal-poteri u tar-riżorsi) u li tissalvagwardja l-leġittimità demokratika u l-obbligu ta’ rendikont ta’ azzjonijietha (l-isfida tad-demokrazija);
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi r-riformi ta’ qabel it-tkabbir tal-qafas istituzzjonali tal-UE jimplikaw avvanzament possibbli ta’ soluzzjonijiet ta’ integrazzjoni differenzjati jekk jippermettu t-Trattati; billi l-proċeduri skont l-Artikoli 20, 42 u 46 tat-TUE dwar il-kooperazzjoni msaħħa u l-kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO) jippermettu lill-Istati Membri, li jkunu jixtiequ, japprofondixxu l-integrazzjoni tagħhom u jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom fil-qafas tal-kompetenzi mhux esklużivi tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi l-klawżoli “passerelle” jistgħu jintużaw immedjatament biex f’oqsma ta’ politika speċifiċi ssir bidla mir-rekwiżit tal-unanimità għall-votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata (VMK); billi t-TUE jistabbilixxi li l-għan aħħari tat-tfassil progressiv ta’ politika ta’ difiża komuni tal-UE huwa l-istabbiliment ta’ difiża komuni b’deċiżjoni unanima tal-Kunsill Ewropew, li trid tkun kompatibbli man-NATO;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi, minħabba l-flessibbiltà limitata tat-Trattati, għandha tiġi prevista riforma aktar fil-fond permezz ta’ bidliet immirati fit-Trattati; billi l-Parlament attiva l-proċedura ta’ reviżjoni tat-Trattati u ppreżenta lill-Kunsill proposti għall-emenda tat-Trattati f’konformità mal-Artikolu 48(2) tat-TUE;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-kost tan-nuqqas ta’ riforma ta’ UE akbar</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jafferma li l-UE u l-pajjiżi kandidati dejjem użaw it-tkabbir bħala strument politiku u ġeopolitiku biex jippromwovu d-demokrazija, l-istabbiltà, is-sigurtà u l-prosperità fil-kontinent kollu; huwa tal-fehma li t-tkabbir tal-UE jirrappreżenta investiment ġeostrateġiku fit-tul;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jisħaq fuq il-fatt li l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u l-isfidi ġeopolitiċi l-oħra jaċċentwaw l-urġenza li jsir progress fil-proċess ta’ tkabbir; isostni li tkabbir sostenibbli u ta’ suċċess jirrikjedi viżjoni politika fit-tul u deċiżjonijiet kuraġġużi, li jimmiraw lejn il-promozzjoni ta’ Ewropa effiċjenti, potenti u demokratika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Josserva li l-esperjenza turi li kull mewġa ġdida ta’ tkabbir iġġib magħha sfidi ġodda ta’ natura istituzzjonali u politika u opportunitajiet li għandhom jiġu indirizzati f’waqthom, preferibbilment qabel ma l-pajjiżi kandidati jsiru Stati Membri, bil-għan li jiġi żgurat il-funzjonament effikaċi tal-UE u tiġi evitata paraliżi istituzzjonali; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li kull tkabbir fl-istorja tal-proġett Ewropew ġie preċedut jew akkumpanjat mir-riformi istituzzjonali interni neċessarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-għan tal-unanimità huwa li jiġi żgurat li t-tħassib leġittimu tal-Istati Membri kollha jiġi indirizzat; jemmen, madankollu, li UE akbar se tirrikjedi koordinament aktar sofistikat biex jiġu indirizzati l-isfidi tal-proċess ta’ tkabbir attwali; jisħaq fuq l-importanza li jiġu indirizzati d-diffikultajiet kkawżati mill-unanimità fil-Kunsill, inkluż l-użu tal-unanimità għall-passi intermedji tal-proċess ta’ tkabbir, li jista’ jnaqqas ir-ritmu tal-adeżjoni tal-UE ta’ membri ġodda minħabba l-kwistjonijiet bilaterali; ifakkar li l-Artikolu 49 tat-TUE jippermetti bidla lejn VMK mingħajr ma jkun meħtieġ tibdil tat-Trattat; jieħu nota tal-istruttura u tal-governanza kkumplikati u obsoleti tal-baġit tal-UE u tar-ridistribuzzjoni possibbli fl-allokazzjoni tal-fondi agrikoli u ta’ koeżjoni; ifakkar li t-tkabbir tal-UE jirrappreżenta opportunità biex jiġu kkalibrati mill-ġdid il-politiki prinċipali tal-UE f’dan ir-rigward; isostni l-inizjattivi mmirati biex jagħmlu l-proċess deċiżjonali aktar effikaċi, u dan huwa fundamentali biex tissaħħaħ il-kompetittività tal-EU;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Itenni l-pożizzjoni tiegħu skont liema l-approfondiment tal-Unjoni, il-proċessi ta’ tkabbir tagħha u l-unifikazzjoni Ewropea għandhom jimxu id f’id; jisħaq li r-riformi istituzzjonali u finanzjarji tal-UE huma meħtieġa biex jiġu affrontati l-isfidi tal-proċess ta’ tkabbir attwali u biex jiġi żgurat li l-UE tkun kapaċi tassorbi lill-membri l-ġodda u tippromwovi l-integrazzjoni b’suċċess tagħhom mingħajr ma tiddestabbilizza lill-ekonomiji tal-Istati Membri l-oħra jew tħarrax it-tensjonijiet soċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jirrikonoxxi li s-soluzzjonijiet <STRING ITALIC="on">ad hoc</STRING> jistgħu jkunu espedjenti temporanji, iżda jonqsu mill-prevedibbiltà, mit-trasparenza demokratika u mill-obbligu ta’ rendikont kif ukoll mis-sostenibbiltà fit-tul li r-riformi strutturali biss jistgħu jġibu;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Objettivi tar-riformi istituzzjonali ta’ qabel it-tkabbir: effiċjenza, poteri u demokrazija</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jemmen b’konvinzjoni li r-riformi istituzzjonali tal-UE, tkun xi tkun il-proċedura deċiżjonali użata biex jiġu adottati, għandhom iżidu l-kapaċità tal-UE li tintervjeni b’mod effiċjenti u f’waqtu; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li r-riformi ta’ qabel it-tkabbir tal-qafas istituzzjonali tal-UE għandhom jilħqu l-objettivi li jtejbu l-effiċjenza tal-UE, jagħmlu lill-UE aktar potenti fix-xena internazzjonali u jżidu d-demokrazija, il-leġittimità u l-obbligu ta’ rendikont tal-UE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">L-isfida tal-effiċjenza</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jissottolinja li, bil-għan li titjieb l-effiċjenza ta’ UE akbar, għandha tiġi adattata l-kompożizzjoni tal-istituzzjonijiet tal-UE, kif ukoll għandhom jissaħħu l-funzjonament u l-effikaċja tagħhom; jissuġġerixxi li l-proċess ta’ tkabbir għandu jiġi sostnut bl-involviment bikri u mill-qrib tal-pajjiżi kandidati fil-funzjonament tal-istituzzjonijiet tal-UE, pereżempju permezz tal-istatus ta’ osservaturi; josserva li dan li jista’ jintlaħaq b’suċċess b’mod simili kif kien sar għat-tkabbir tal-2004; jieħu nota, bħala eżempju tajjeb ta’ tali integrazzjoni gradwali, tal-isforzi tal-Kummissjoni biex tinvolvi lill-pajjiżi kandidati fl-oqsma tas-sigurtà u tad-difiża, b’mod partikolari billi saret referenza għalihom fil-white paper dwar il-futur tad-difiża tal-UE u fl-istrateġija ta’ sigurtà interna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jinnota li r-riformi istituzzjonali ta’ qabel it-tkabbir iridu jindirizzaw l-implikazzjonijiet tat-tkabbir għall-kompożizzjoni tal-Parlament; jissottolinja li, filwaqt li tiġi żgurata rappreżentattività demokratika xierqa, il-Parlament għandu jibqa’ ta’ daqs li jippermettilu jaħdem; jisħaq fuq il-bżonn li tingħata prijorità lill-ħidma interna u interistituzzjonali dwar l-identifikazzjoni ta’ mekkaniżmu permanenti ta’ assenjazzjoni tas-siġġijiet, kapaċi li jiżgura rappreżentanza demografika u ġeografika ġusta, trasparenti u dejjiema li tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità digressiva; ifakkar fil-pożizzjoni tiegħu skont liema l-kompożizzjoni tal-Parlament għandha tiġi eżaminata flimkien mas-sistema tal-vot fi ħdan il-Kunsill;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Josserva li l-kompożizzjoni attwali tal-Kummissjoni trid tqis it-tkabbir; ifakkar, f’dan ir-rigward, fil-flessibbiltà prevista mit-Trattat ta’ Liżbona; jenfasizza l-fatt li kwalunkwe tnaqqis fid-daqs tal-Kulleġġ tal-Kummissarji, skont l-Artikolu 17(5) tat-TUE), irid ikompli jiżgura kompożizzjoni tal-Kummissjoni bbilanċjata f’termini ġeografiċi, demografiċi kif ukoll ta’ ġeneru;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jirrikonoxxi l-ħtieġa li ssir riflessjoni dwar ir-reviżjoni rapida tal-funzjonament u tal-proċess deċiżjonali tal-Kunsill fid-dawl tat-tkabbir; josserva li l-maġġoranza kwalifikata trid tiġi definita mill-ġdid biex jitjieb il-bilanċ bejn l-akbar pajjiżi u l-iżgħar u biex jinżammu limiti minimi ogħla għall-aktar deċiżjonijiet importanti u politikament delikati; ifakkar, f’dan ir-rigward, fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta’ Novembru 2023 dwar proposti tal-Parlament Ewropew għar-reviżjoni tat-Trattati, b’mod partikolari dwar il-maġġoranzi tal-vot fi ħdan il-Kunsill; jitlob l-akbar trasparenza u integrità fil-proċess deċiżjonali tal-Kunsill fil-kuntest tat-tkabbir;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jipproponi li l-proċedura fl-Artikolu 7 tat-TUE tissaħħaħ u tiġi riformata billi tintemm l-unanimità fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill Ewropew, tiġi ffissata kronoloġija ċara, u l-Qorti tal-Ġustizzja ssir l-arbitru tal-ksur;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">L-isfida tal-poteri u tar-riżorsi</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Itenni l-appell biex issir reviżjoni tal-governanza tal-QFP, b’mod partikolari billi jiġu attribwiti poteri koleġiżlattivi sħaħ fuq in-nefqa tal-baġit tal-UE, inkluża l-adozzjoni tal-QFP;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Huwa konvint li l-klawżola ta’ reviżjoni obbligatorja attwali fil-każ ta’ tkabbir għandha tinżamm fil-QFP li jmiss u li l-pakketti finanzjarji nazzjonali ma għandhomx jiġi milquta; jissottolinja li l-QFP li jmiss se jkollu jistabbilixxi wkoll miżuri xierqa ta’ tranżizzjoni u ta’ introduzzjoni gradwali għall-oqsma ewlenin tal-infiq, bħall-koeżjoni u l-agrikoltura, abbażi ta’ valutazzjoni bir-reqqa tal-impatti fuq varji setturi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Iqis li l-QFP li jmiss se jkun kruċjali biex l-UE titħejja għat-tkabbir u biex il-pajjiżi kandidati jitħejjew għall-adeżjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Ifakkar fil-pożizzjoni tiegħu li esprima fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Mejju 2025 dwar baġit imġedded fit-tul għall-Unjoni f’dinja li qed tinbidel<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2025)0090.</FIELD></FOOTNOTE>, skont liema l-baġit fit-tul tal-UE jrid jitbiegħed mil-livell storikament restrittiv u impost mill-Unjoni stess ta’ 1 % tal-introjtu nazzjonali gross aggregat; jenfasizza li r-rapporti Draghi u Letta wrew li riżorsi proprji addizzjonali sinifikanti huma meħtieġa biex l-UE ssir aktar kompetittiva, tlesti t-tranżizzjoni ekoloġika u ġusta u tkun f’qagħda li tiddefendi lilha nnifisha b’mod awtonomu kontra aggressjoni Russa sal-2030;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jisħaq fuq il-fatt li l-QFP ta’ wara l-2017 kif ukoll baġit aktar effikaċi, inkluż il-pakkett ta’ miżuri relatati mar-riżorsi proprji l-ġodda, għandhom jippermettu lill-UE timxi b’mod aktar deċiż lejn it-tkabbir, filwaqt li tissalvagwardja l-politiki, il-prijoritajiet u l-programmi attwali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">L-isfida tad-demokrazija</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li tissaħħaħ il-leġittimità demokratika tal-politiki tal-UE billi jissaħħu d-drittijiet deċiżjonali u ta’ skrutinju, inkluż dritt ta’ inkjesta sod, tal-Parlament Ewropew, li huwa l-unika istituzzjoni eletta direttament li tirrappreżenta liċ-ċittadini tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jisħaq fuq ir-rwol fundamentali li l-parlamenti tal-pajjiżi kandidati jiżvolġu fil-proċess ta’ adeżjoni mal-UE, b’mod partikolari fl-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni relatata mal-adeżjoni, u jenfasizza, f’dan ir-rigward, l-importanza tal-kooperazzjoni parlamentari u tal-bini tal-kunsens dwar il-kwistjonijiet marbuta mal-adeżjoni mal-UE; itenni d-disponibbiltà tal-Parlament Ewropew biex juża r-riżorsi politiċi u tekniċi tiegħu ħalli jgħin lill-parlamenti tal-pajjiżi fil-fażi ta’ adeżjoni jagħmlu progress fl-aġenda ta’ riformi relatata mal-UE, anki permezz ta’ attivitajiet ta’ sostenn għad-demokrazija; jilqa’ l-progress li sar f’għadd ta’ pajjiżi kandidati, anki permezz ta’ attivitajiet ta’ medjazzjoni u l-proċess ta’ djalogu Jean Monnet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jisħaq li r-riforma tal-proċess deċiżjonali tal-UE tirrikjedi li lill-Parlament jingħatawlu l-poteri ħalli jitqiegħed livell pariġġ mal-Kunsill; itenni l-appell tiegħu biex il-Parlament jikseb id-dritt sħiħ ta’ inizjattiva leġiżlattiva, jiġifieri d-dritt li jippreżenta, jemenda jew iħassar il-leġiżlazzjoni tal-UE; huwa konvint li dritt ta’ inizjattiva ġenerali u dirett ikun ikompli jsaħħaħ il-leġittimità demokratika tal-UE u jagħti s-setgħa liċ-ċittadini tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jirrikonoxxi li d-drittijiet ta’ inizjattiva diretti tal-Parlament huma ’l bogħod milli jkunu biżżejjed biex ikun jista’ jirrappreżenta liċ-ċittadini Ewropej, lis-soċjetà ċivili u lis-sħab soċjali fi ħdan l-istituzzjonijiet Ewropej, b’hekk difatti il-Kummissjoni titħalla bil-monopolju tal-inizjattiva leġiżlattiva;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jissottolinja li t-Trattat ta’ Liżbona diġà jagħti drittijiet ta’ inizjattiva diretti lill-Parlament, filwaqt li jirrikonoxxi l-kompetenza tiegħu li jorganizza lilu nnifsu, il-funzjoni ta’ skrutinju tiegħu u l-leġittimità demokratika tiegħu bħala l-unika istituzzjoni tal-UE eletta direttament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Iqis li huwa essenzjali li jitjiebu t-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont demokratiku tal-Parlament, billi tissaħħaħ id-dimensjoni Ewropea tal-elezzjonijiet u jiġu stabbiliti regoli elettorali uniformi fi ħdan l-UE; jistieden lill-bqija tal-Istati Membri jirratifikaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2018/994<FOOTNOTE><FIELD> Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2018/994 tat-13 ta’ Lulju 2018 li temenda l-Att li jikkonċerna l-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew b’vot universali dirett, anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 76/787/KEFA, KEE, Euratom tal-20 ta’ Settembru 1976 1976 (ĠU L 178, 16.7.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/994/oj).</FIELD></FOOTNOTE>; jistieden lill-Kunsill jaħdem fuq il-proposti mressqa fil-pożizzjoni tal-Parlament tat-3 ta’ Mejju 2022<FOOTNOTE><FIELD> Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Mejju 2022 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b’vot universali dirett, li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill (76/787/KEFA, KEE, Euratom) u l-Att li jikkonċerna l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b’vot dirett universali anness ma’ dik id-Deċiżjoni (ĠU C 465, 6.12.2022, p. 171).</FIELD></FOOTNOTE>; itenni l-appell tiegħu biex il-Parlament u l-Kunsill jagħmlu progress fid-diskussjonijiet dwar l-introduzzjoni ta’ mekkaniżmu permanenti għall-assenjazzjoni tas-siġġijiet tal-Parlament Ewropew;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Modi ta’ implimentazzjoni tar-riformi istituzzjonali ta’ qabel it-tkabbir</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Iqis li l-objettivi tar-riformi istituzzjonali ta’ qabel it-tkabbir imsemmijin hawn fuq jistgħu jkunu implimentati f’varji modi, anki billi jiġu attivati l-flessibbiltajiet offruti mit-Trattati attwali permezz ta’ emenda waħda jew aktar immirati tat-Trattati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Ifakkar li għadd ta’ strumenti ta’ flessibbiltà, bħall-klawżoli “passerelle”, il-kooperazzjoni msaħħa, l-astensjonijiet kostruttivi, il-PESCO u l-mekkaniżmi ta’ nonparteċipazzjoni (opt-out) diġà huma possibbli fl-ambitu tal-qafas leġiżlattiv attwali tal-UE, kif juru biċ-ċar l-esperjenzi taż-żona Schengen, waħda mill-akbar kisbiet tal-UE, u tal-munita unika; ifakkar li s-soluzzjonijiet ta’ introduzzjoni gradwali, id-derogi temporanji u l-perjodi ta’ tranżizzjoni jistgħu jiġu nnegozjati għal ċerti oqsma politiċi fil-kuntest tal-proċeduri ta’ adeżjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Itenni l-pożizzzjoni tiegħu skont liema l-integrazzjoni differenzjata għandha ssir dejjem fi ħdan il-qafas tat-Trattati, iżżomm l-għaqda tal-istituzzjonijiet tal-UE u tevita li twassal għall-ħolqien ta’ arranġamenti istituzzjonali paralleli jew arranġamenti li jmorru indirettament kontra l-ispirtu u l-prinċipji fundamentali tad-dritt tal-UE, iżda minflok għandha tippermetti li jiġu stabbiliti organi speċifiċi meta jkun xieraq, mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi u għar-rwol tal-istituzzjonijiet tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jenfasizza l-fatt li l-flessibbiltajiet previsti mit-Trattati fis-seħħ jippermettu li jsir aktar biex nimxu lejn Unjoni Ewropea tad-difiża, mingħajr ma jkun meħtieġ proċess komprensiv ta’ riforma tat-Trattati; jissottolinja li l-istabbiliment ta’ Unjoni Ewropea tad-difiża permanenti se jirrikjedi, fl-aħħar mill-aħħar, deċiżjoni unanima bi qbil mal-Artikolu 42(2) tat-TUE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jisħaq fuq il-fatt li, fil-qasam tad-difiża, il-PESCO (ex Artikolu 46 tat-TUE) tippermetti lil grupp ta’ Stati Membri jimxu lejn il-ħolqien tas-sistema ta’ difiża Ewropea; josserva li, minkejja li l-PESCO ntużat l-aktar għal proġetti ta’ difiża industrijali, hija għandha wkoll il-potenzjal aktar ġenerali li tippermetti lill-Istati Membri li jixtiequ jistituzzjonalizzaw mingħajr dewmien id-difiża komuni, anki fl-assenza ta’ unanimità fi ħdan il-Kunsill Ewropew;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jissottolinja li, f’konformità mad-dispożizzjonijiet fis-seħħ tat-Trattat, deċiżjoni meħuda b’maġġoranza kwalifikata tkun tippermetti l-ħolqien ta’ sistema Ewropea ta’ difiża skont l-Artikolu 42(6) tat-TUE u l-Artikolu 1(b) tal-Protokoll Nru 10, filwaqt li jħallu lill-Istati Membri l-oħra l-possibbiltà li jingħaqdu f’fażi aktar tard, bħal fil-każ tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja; jistieden, f’dan ir-rigward, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri li jixtiequ jattivaw mingħajr dewmien id-dispożizzjonijiet tal-PESCO għal dan il-għan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jikkomunikaw b’mod ċar ir-riżultati tar-rieżamijiet tal-politiki u jiżviluppaw, f’kooperazzjoni mal-Parlament, pjan direzzjonali realistiku u sekwenzjat għall-implimentazzjoni tar-riformi istituzzjonali neċessarji b’mod konġunt mal-proċess ta’ tkabbir;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>