<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0248</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-polarizzazzjoni u ż-żieda tar-repressjoni fis-Serbja, sena wara t-traġedja ta’ Novi Sad</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0459, 0463, 0465, 0466 u 0468/2025)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ Ottubru 2025 dwar il-polarizzazzjoni u ż-żieda tar-repressjoni fis-Serbja, sena wara t-traġedja ta’ Novi Sad (2025/2917(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikoli 2 u 6 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-Serbja, b’mod partikolari dawk tat-8 ta’ Frar 2024 dwar is-sitwazzjoni fis-Serbja wara l-elezzjonijiet<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/6339, 7.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6339/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, tas-7 ta’ Mejju 2025 dwar ir-rapporti tal-Kummissjoni tal-2023 u tal-2024 dwar is-Serbja<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2025)0093.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ottubru 2024 bit-titolu “Serbia 2024 Report” (Rapport 2024 dwar is-Serbja) (SWD(2024)0695) li jakkumpanja l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ottubru 2024 bit-titolu “Komunikazzjoni tal-2024 dwar il-politika ta’ tkabbir tal-UE” (COM(2024)0690),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet preċedenti tal-UE dwar is-Serbja, b’mod partikolari l-ittra miftuħa dwar is-Serbja tal-5 ta’ Frar 2025 tal-Kummissarju għat-Tkabbir, Marta Kos, u ż-żjara sussegwenti tagħha fis-Serbja f’April 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-miżura provviżorja tad-29 ta’ April 2025 maħruġa mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem li tagħti istruzzjonijiet lis-Serbja biex ma tużax apparat soniku għall-kontroll tal-folla,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni li għamlu diversi Rapporteurs Speċjali tan-NU, fl-4 ta’ Awwissu 2025, li tikkundanna r-repressjoni vjolenti tal-Gvern Serb fil-konfront ta’ dimostranti paċifiċi,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-bosta rapporti u dikjarazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet domestiċi u internazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, tal-media indipendenti u tal-gruppi ċiviċi li ddokumentaw l-abbużi sistemiċi fis-Serbja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-applikazzjoni tas-Serbja biex tissieħeb fl-UE, ippreżentata fit-22 ta’ Diċembru 2009,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 278, 18.10.2013, p. 16, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2013/490/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2013,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Diċembru 2006, il-konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ Marzu 2020 u l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew f’Copenhagen tal-21-22 ta’ Ġunju 1993, magħrufa wkoll bħala l-kriterji ta’ Copenhagen,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Ottubru 2011 dwar l-applikazzjoni tas-Serbja biex tissieħeb fl-Unjoni Ewropea (COM(2011)0668), id-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tal-1 ta’ Marzu 2012 biex jingħata status ta’ pajjiż kandidat lis-Serbja u d-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tas-27-28 ta’ Ġunju 2013 biex jinfetħu n-negozjati mas-Serbja dwar l-adeżjoni tal-UE,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni (UNCAC) tal-31 ta’ Ottubru 2003, li tagħha s-Serbja hija firmatarja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 136(2) u (4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, fl-1 ta’ Novembru 2024, sfronda saqaf estern tal-konkrit li kien għadu kif ġie rinnovat fl-istazzjon ferrovjarju ta’ Novi Sad u ħalla 16-il ruħ mejta u oħrajn midruba; billi sena wara t-traġedja, għadu ma sarx progress fl-investigazzjonijiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-preżenza u l-influwenza taċ-Ċina fis-Serbja żdiedu b’mod sinifikanti f’dawn l-aħħar snin permezz ta’ investimenti infrastrutturali fuq skala kbira, u dan qajjem tħassib dwar it-trasparenza, l-aderenza mal-istandards tal-UE u l-konformità ambjentali; billi l-proġett tal-istazzjon kien jifforma parti mil-linja ferrovjarja ta’ veloċità għolja bejn Belgrad u Budapest u twettaq minn żewġ kumpaniji Ċiniżi fil-qafas ta’ ftehim intergovernattiv Serbja-Ċina, barra mill-ambitu tal-qafas leġiżlattiv ordinarju tal-UE fil-qasam tal-akkwist pubbliku<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/24/oj).</FIELD></FOOTNOTE>; billi r-rapport tal-Kummissjoni tal-2024 dwar is-Serbja diġà kien wissa dwar iċ-ċirkomvenzjoni tar-regoli dwar l-akkwist permezz ta’ tali ftehimiet; billi f’Marzu 2025, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew nieda investigazzjoni dwar l-użu ħażin potenzjali tal-fondi tal-UE allokati għar-rikostruzzjoni tal-istazzjon ferrovjarju Novi Sad;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-isfrondar tas-saqaf qanqal protesti mingħajr preċedent fil-pajjiż kollu, immexxija mill-istudenti li qegħdin jitolbu ġustizzja, akkontabbiltà istituzzjonali, trasparenza, elezzjonijiet bikrin, integrità elettorali, rispett għal-libertajiet ċivili, separazzjoni tas-setgħat, libertà tal-media, tmiem il-korruzzjoni sistemika u investiment fl-edukazzjoni; billi l-protesti minn dak iż-żmien ’l hawn infirxu mas-soċjetà Serba kollha;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi minn Frar sa tmiem Settembru 2025 saru aktar minn 10 700 protesta f’aktar minn 630 komunità u 1 200 assemblea tal-komunitajiet lokali, fosthom l-akbar dimostrazzjoni li qatt saret fl-istorja tas-Serbja, fil-15 ta’ Marzu 2025 u t-tieni l-akbar waħda fit-28 ta’ Ġunju 2025, u għalhekk dan jirrappreżenta l-akbar moviment ta’ bażi f’għexieren ta’ snin;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-protesti organizzati mill-moviment tal-istudenti kienu fil-biċċa l-kbira paċifiċi, għalkemm sfortunatament kien hemm ftit inċidenti vjolenti matul is-sajf tal-2025;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi kien hemm każijiet iżolati fejn intwerew simboli radikali u ntużat retorika estrema nazzjonalistika, pro-Russa u xovinista matul il-protesti tal-massa, li ffaċċjaw kritika sinifikanti minn barra l-pajjiż u mis-Serbja;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-elezzjonijiet preċedenti, imfixkla minn pressjoni fuq il-votanti, xiri ta’ voti u trasport organizzat għall-votanti fis-Serbja u minn barra l-pajjiż, twettqu f’kundizzjonijiet li ma kinux ġusti, u l-involviment deċiżiv tal-president u tal-vantaġġi sistemiċi tal-partit fil-gvern ikkompromettew il-proċess elettorali ġenerali; billi skont ir-rapporti tal-osservaturi indipendenti, l-elezzjonijiet lokali li saru dan l-aħħar f’Zaječar u f’Kosjerić la kienu ħielsa u lanqas ġusti;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-awtoritajiet Serbi rrikorrew għall-vjolenza kontra l-avversarji politiċi u l-użu ta’ forza eċċessiva kontra d-dimostranti fil-pajjiż kollu; billi sal-bidu tal-2025, ir-repressjoni kienet eskalat;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi, skont sorsi indipendenti, f’Marzu 2025, matul l-akbar protesta fl-istorja tas-Serbja, id-dimostranti sfaw attakkati minn arma sonika u dan qajjem tħassib serju dwar il-proporzjonalità u l-legalità tal-użu tal-forza; billi l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem ġabru t-testimonjanzi ta’ 3 400 parteċipant li ntlaqtu mill-inċident, minkejja li l-awtoritajiet uffiċjalment ċaħdu; billi l-Gvern Serb stieden lis-Servizz tas-Sigurtà Federali tar-Russja (FSB) jinvestiga l-inċident; billi l-investigazzjoni uffiċjali dwar l-inċident, li tinkludi aktar minn 170 stqarrija ta’ xhieda, għadha f’fażi bikrija, mingħajr l-ebda att ta’ akkuża;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi mill-aħħar xhur tal-2024, il-protesti sabu quddiemhom repressjoni, inklużi swat, arresti arbitrarji, l-użu tal-gass tad-dmugħ, detenzjonijiet b’motivazzjoni politika, deportazzjonijiet u sorveljanza tal-massa; billi ġew irreġistrati aktar minn 1 028 arrest u mill-anqas 340 inċident vjolenti, li wħud minnhom ikkawżaw korrimenti serji u involvew studenti tal-iskola sekondarja, filwaqt li osservaturi indipendenti jisħqu li din iċ-ċifra mhijiex eżawrjenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi minn Awwissu 2025, il-vjolenza kompliet tiħrax, inklużi l-brutalità min-naħa tal-pulizija, it-tortura, il-vjolenza sesswali fuq l-istudenti, it-theddid mill-membri tas-servizz tal-protezzjoni tal-pulizija (JZO), il-prosekuzzjonijiet b’motivazzjoni politika min-naħa tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Superjuri, u l-kampanji ta’ malafama mill-media favur il-gvern;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-aġenziji tas-sigurtà rrekordjaw u xandru fuq it-televiżjoni konverżazzjonijiet privati b’mod illegali, li wħud minnhom imbagħad intużaw biex jakkużaw lill-istudenti u lill-attivisti li ħejjew attakki kontra l-ordni kostituzzjonali u s-sigurtà tas-Serbja, filwaqt li l-unità militari tal-elit Cobras ġiet mobilizzata bħala rispons għall-ġlied domestiku, u saħansitra darba minnhom sparat munizzjon attiv;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-folol favur il-gvern u ex ikkundannati ġew protetti mill-pulizija matul il-kontrodimostrazzjonijiet vjolenti, filwaqt li l-esponenti tal-oppożizzjoni, l-istudenti u membri tal-parlament Serb issawtu u ġew issekwestrati minn uffiċjali tal-pulizija pajżana;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi bejn Lulju u Awwissu 2025, il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa u l-Uffiċċju tan-NU tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem ħeġġew lill-awtoritajiet Serbi juru moderazzjoni, iġibu fi tmiemha r-repressjoni kontra l-moviment tal-istudenti u jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem u l-libertà akkademika;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi tqajjem tħassib mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili dwar l-abbozz ta’ liġi propost dwar l-emendi għall-Kodiċi Kriminali, il-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali u l-Liġi tal-2005 dwar id-Delinkwenti Minorenni u l-Protezzjoni Penali tal-Minorenni, li jintroduċu reati ġodda u pieni aktar ħorox li jistgħu jirrestrinġu b’mod sproporzjonat il-libertà tal-espressjoni u tal-għaqda; billi tali dispożizzjonijiet jirriskjaw li jikkriminalizzaw forom ta’ protesta paċifika jew imġiba ċivika ta’ kuljum li ma jipperikolawx is-sikurezza pubblika jew l-ordni kostituzzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi l-President Vučić, li skont il-Kostituzzjoni Serba ma għandu l-ebda awtorità formali fuq il-pulizija, ippreżenta l-protesti bħala “rivoluzzjonijiet tal-lewn” organizzati u ffinanzjati minn servizzi sigrieti barranin tal-istati tal-Punent, u ttrażmetta din l-idea permezz tal-media favur il-gvern; billi s-Servizz tal-Intelligence Barranija (SVR) tar-Russja appoġġja din in-narrattiva u akkuża lill-UE li wettqet “attivitajiet sovversivi” biex tħeġġeġ il-protesti; billi għadd ta’ ġurnalisti ġew attakkati jew miċħuda mill-protezzjoni filwaqt li kienu qed jirrapportaw dwar il-protesti;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-President Vučić qed jinqeda wkoll b’lingwaġġ deumanizzanti fil-konfront tal-politiċi tal-UE, inklużi l-Membri tal-Parlament Ewropew (MPE), li esprimew l-appoġġ tagħhom għad-dimostranti;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi l-gvern u l-elit fil-poter innormalizzaw ir-repressjoni permezz ta’ maħfriet għall-attakki vjolenti mwettqa mis-sostenituri tal-gvern, tas-sospensjoni tat-trasport pubbliku biex jiġu mblukkati l-protesti, tat-tkeċċija fuq motivazzjoni politika ta’ ċittadini barranin u tal-okkupazzjoni taċ-ċentru ta’ Belgrad mid-dimostranti favur il-gvern;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi aktar minn 150 persuna barranija b’tendenzi favur ir-Russja ngħataw taħriġ fis-Serbja bl-intenzjoni li jinċitaw l-inkwiet qabel l-elezzjonijiet parlamentari tal-Moldova tal-2025; billi l-awturi ta’ dan ir-reat, li wieħed minnhom kellu rabtiet ma’ uffiċjal Serb ta’ grad għoli, ġew arrestati biss wara li xxandru mill-media; billi l-Gvern Serb eżerċita pressjoni diretta fuq l-elezzjonijiet parlamentari tal-2025 fil-Kosovo;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi grupp ta’ ċittadini Serbi, li aktar tard ġew arrestati mill-awtoritajiet Serbi tal-infurzar tal-liġi fuq talba tal-awtoritajiet nazzjonali barranin, wettqu reati ta’ mibegħda fost diversi gruppi etniċi u reliġjużi fi Franza u fil-Ġermanja bl-intenzjoni li jinċitaw il-biża’ u l-vjolenza;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi l-awtoritajiet Serbi ddikjaraw ripetutament li s-Serbja għadha impenjata li tingħaqad mal-UE u li timplimenta r-riformi meħtieġa, iżda r-ritmu tal-progress f’oqsma ewlenin bħall-istat tad-dritt, il-libertà tal-media, l-indipendenza ġudizzjarja u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, pjuttost treġġa’ lura;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi l-President tal-Kummissjoni von der Leyen żaret is-Serbja fil-15 ta’ Ottubru 2025;
</CONS><CONS>
<NO.P>W.</NO.P>billi f’Ġunju 2025, il-Kummissjoni ħabbret l-inklużjoni, skont ir-Regolament (UE) 2024/1252<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2024/1252 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 li jistabbilixxi qafas li jiżgura provvista sigura u sostenibbli tal-materja prima kritika u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 168/2013, (UE) 2018/858, (UE) 2018/1724 u (UE) 2019/1020 (ĠU L, 2024/1252, 3.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1252/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, tal-proġett ta’ estrazzjoni tal-litju u tal-boron immexxi minn Rio Tinto f’Jadar fil-lista ta’ proġetti strateġiċi li jinsabu f’pajjiżi terzi;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Ifakkar il-memorja, sena wara t-traġedja, tas-16-il vittma li tilfu ħajjithom minħabba li, fl-1 ta’ Novembru 2024, sfronda saqaf estern tal-istazzjon ferrovjarju ta’ Novi Sad u jesprimi s-solidarjetà tiegħu ma’ dawk li ndarbu; itenni l-appell tiegħu biex isiru proċedimenti ġudizzjarji sħaħ u trasparenti wara l-investigazzjoni mill-awtoritajiet, biex dawk responsabbli jitressqu quddiem il-ġustizzja, f’konformità mal-istat tad-dritt; jitlob eżami tekniku indipendenti tal-falliment strutturali, rieżami komprensiv tal-permessi tal-kostruzzjoni u tal-proċeduri ta’ sorveljanza, u valutazzjoni sħiħa tal-potenzjal ta’ korruzzjoni jew negliġenza; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Serbi jiggarantixxu lill-familji tal-vittmi aċċess effettiv għall-ġustizzja u kumpens adegwat; jissottolinja l-ħtieġa li jiġi eżaminat b’mod usa’ sa liema punt il-korruzzjoni wasslet biex l-istandards tas-sikurezza tbaxxew u kkontribwiet għal din it-traġedja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jappoġġja d-dritt tal-istudenti u ċ-ċittadini Serbi għal protesti paċifiċi li jitolbu l-akkontabbiltà u r-riformi demokratiċi marbuta direttament mal-istat tad-dritt, li l-UE tistenna mis-Serbja; jisħaq fuq l-importanza tal-kuraġġ ċiviku, tal-impenn għan-nonvjolenza, u tal-involviment taż-żgħażagħ għall-avvanz tal-perkors Ewropew tas-Serbja; jinnota l-lista tal-istudenti Serbi magħżula bħala finalisti għall-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb 2025; jappoġġja t-tentattivi ġenwini ta’ djalogu dwar kif il-gvern jista’ jissodisfa t-talbiet tal-istudenti; jinsab imħasseb ħafna dwar il-fatt li s-sitwazzjoni fis-Serbja għadha mimlija tensjoni u polarizzazzjoni li tista’ faċilment twassal għall-vjolenza, li hija riżultat dirett ta’ diskors ta’ mibegħda, ta’ promozzjoni tal-vjolenza, ta’ kampanji ta’ malafama kontra l-avversarji, ta’ propaganda kontra l-UE u favur ir-Russja mifruxa b’mod wiesa’ permezz ta’ media kkontrollata mill-gvern kif ukoll minn uffiċjali tal-gvern, kif ukoll ta’ falliment enormi mil-lat uffiċjali li jiġi kkonfrontat u aċċettat il-passat tas-Serbja; jistieden lill-atturi politiċi u soċjali kollha fis-Serbja joqogħdu lura minn tali retorika u jikkontribwixxu għat-trawwim ta’ klima ta’ rispett reċiproku, djalogu demokratiku u tnaqqis tat-tensjoni; iħeġġeġ lill-Gvern Serb jippromwovi parteċipazzjoni politika inklużiva u jiggarantixxi aċċess ugwali għall-media lill-partiti politiċi u lill-kandidati kollha; jisħaq l-importanza tad-depolarizzazzjoni tad-diskors pubbliku u t-trawwim ta’ kultura politika msejsa fuq it-tolleranza, il-kompromess u r-rispett għall-istituzzjonijiet demokratiċi; jistieden lis-soċjetà ċivili, lill-media u lill-istituzzjonijiet edukattivi jaqdu rwol attiv biex jingħelbu d-diviżjonijiet tas-soċjetà u tissaħħaħ ir-reżiljenza demokratika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar l-approfondiment tal-polarizzazzjoni politika fis-Serbja; jistieden lill-atturi politiċi kollha, lir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u lill-partijiet ikkonċernati rilevanti fis-Serbja jinvolvu ruħhom fi djalogu kostruttiv u ħieles minn indħil jew pressjoni esterni, bl-għan li titnaqqas il-polarizzazzjoni politika u soċjali, tinbena l-fiduċja fost l-istituzzjonijiet u tinstab triq sostenibbli ’l quddiem għall-pajjiż; jenfasizza li s-sovranità u l-perkors politiku tas-Serbja għandhom jirriflettu l-aspirazzjonijiet taċ-ċittadini tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jikkundanna bl-aktar mod qawwi l-mewġa ta’ vjolenza u ta’ intimidazzjonijiet sponsorizzati mill-Istat fil-konfront tad-dimostranti paċifiċi, tal-ġurnalisti, tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tar-rappreżentanti tal-oppożizzjoni fis-Serbja, kif ukoll l-arresti indiskriminati tagħhom; jikkundanna l-kampanji ta’ malafama, l-intimidazzjonijiet fil-konfront tal-media u l-użu abbużiv tad-data personali biex jiġu skreditati d-dimostranti u jħeġġeġ lill-awtoritajiet Serbi jiżguraw il-libertà tal-media; jistieden lill-uffiċjali għolja jġibu fi tmiemha r-retorika xewwiexa li tinċita l-ostilità jew il-vjolenza; jikkundanna l-użu ta’ sorveljanza illegali kontra d-dimostranti, bħal permezz tal-użu ta’ Pegasus, ta’ Cellebrite u ta’ NoviSpy; jesprimi tħassib partikolari dwar l-użu ta’ apparat akustiku fuq medda twila u l-użu estensiv tal-gass tad-dmugħ kontra ċ-ċivili; iħeġġeġ l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ protokolli ċari dwar it-teknoloġiji legali ta’ kontroll tal-folla u dwar il-mekkaniżmi ta’ sorveljanza indipendenti; jistieden lill-Gvern Serb jiggarantixxi u jirrispetta bis-sħiħ id-dritt tal-poplu ta’ għaqda u l-libertà tal-espressjoni f’konformità mal-Kostituzzjoni Serba, id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem; jikkundanna wkoll il-forom kollha ta’ diskors ta’ mibegħda u inċitament għall-mibegħda, b’mod partikolari kontra l-minoranzi nazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Iqis lill-mexxejja Serbi politikament responsabbli għar-repressjoni li ħraxet, għan-normalizzazzjoni tal-vjolenza u għall-imminar tal-istituzzjonijiet demokratiċi; jiddeplora l-fatt li l-biċċa l-kbira tal-uffiċjali statali tal-ogħla livell qegħdin ixerrdu b’mod attiv teoriji ta’ komplott dwar is-saqaf estern li sfronda bħala att ta’ sabotaġġ jew attakk terroristiku; huwa mħasseb bin-nuqqas ta’ reazzjoni mill-istituzzjonijiet statali, fosthom l-aġenziji inkarigati mill-infurzar tal-liġi u l-ġudikatura, biex jirrespinġu dawn l-affermazzjonijiet infondati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Iwissi kontra l-użu ħażin tad-dritt kriminali biex titrażżan il-parteċipazzjoni ċivika; jisħaq li l-emendi għall-Kodiċi Kriminali, il-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali u l-Liġi tal-2005 dwar id-Delinkwenti Minorenni u l-Protezzjoni Kriminali tal-Minorenni ma jridux jirriżultaw fil-kriminalizzazzjoni ta’ mġiba paċifika jew forom mhux vjolenti ta’ protesta; ifakkar li l-applikazzjoni proporzjonali tas-sanzjonijiet kriminali hija pedament tal-istat tad-dritt u tal-obbligi tas-Serbja skont il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jinsab imħasseb dwar l-arresti illegali li saru qabel il-protesti tal-15 ta’ Marzu u tat-28 ta’ Ġunju 2025, li kienu preċeduti minn reġistrazzjonijiet żvelati tal-konverżazzjonijiet tas-suspettati ppubblikati mill-media favur il-gvern; josserva li diversi attivisti politiċi u membri tal-partit fl-oppożizzjoni, Moviment taċ-Ċittadini Liberi (PSG), ġew arrestati fuq dawn ir-raġunijiet u li wħud għadhom f’detenzjoni domiċiljari jew f’eżilju; jitlob li dawn jinħelsu minnufih;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jitlob li jsiru investigazzjonijiet urġenti, imparzjali u trasparenti tal-allegazzjonijiet kollha ta’ użu mhux neċessarju u sproporzjonat tal-forza, arresti arbitrarji, detenzjonijiet, torturi, vjolenza sesswali fuq persuni detenuti, prosekuzzjonijiet b’motivazzjoni politika u abbużi gravi oħra tad-drittijiet tal-bniedem, bħal uffiċjali li jobżqu fuq persuni detenuti mrażżna u li jsawtuhom, li jiddegradawhom verbalment u li jhedduhom bil-mewt; jistieden lill-awtoritajiet jeżaminaw bir-reqqa l-allegazzjonijiet skont liema dan il-ksur joriġina minn uffiċjali ta’ livell għoli tas-servizzi ta’ protezzjoni tal-pulizija (JZO), b’mod partikolari l-uffiċjal kmandant tagħhom, Marko Kričak; itenni li dawn l-azzjonijiet jistgħu jammontaw għal trattament inuman u degradanti li huwa pprojbit mid-dritt internazzjonali u mill-protokolli tal-pulizija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jieħu nota tar-riżenja tal-Prim Ministru Miloš Vučević, li ġiet ikkonfermata mill-Assemblea Nazzjonali fid-19 ta’ Marzu 2025, u l-ħatra sussegwenti tal-gvern il-ġdid immexxi minn Đuro Macut fis-16 ta’ April 2025;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jinnota l-arrest f’Awwissu 2025 tal-ex ministri tal-gvern Tomislav Momirović and Goran Vesić, u l-ħelsien sussegwenti tagħhom, fuq akkużi ta’ abbuż tal-uffiċċju u suspett ta’ danni għall-baġit statali Serb ta’ mill-anqas USD 115-il miljun b’rabta mar-rikostruzzjoni tal-linja ferrovjarja bejn Belgrad u Budapest, inkluż is-saqaf estern li sfronda tal-istazzjon ferrovjarju ta’ Novi Sad; jiddispjaċih ħafna dwar it-tfixkil tal-ġustizzja li impedixxa lil dawk responsabbli għall-isfrondar tas-saqaf tal-istazzjon ferrovjarju milli jinżammu akkontabbli; jikkundanna l-kampanji ta’ malafama mxerrda permezz ta’ kanali favur il-gvern kontra l-imħallfin u l-prosekuturi li jaħdmu biex jinfurzaw l-istat tad-dritt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa r-repressjoni tal-gvern fil-konfront tal-impjegati fis-setturi tal-edukazzjoni u l-kultura talli appoġġjaw il-protesti, inkluż it-telf ta’ xogħol, it-tnaqqis tas-salarji, il-preżenza tal-pulizija fil-campuses universitarji u r-revoka tal-finanzjamenti għall-universitajiet pubbliċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jistieden lill-awtoritajiet Serbi jerġgħu minnufih jibdew jagħtu finanzjamenti lill-universitajiet; jistieden lill-istituzzjonijiet kompetenti jiżguraw il-parteċipazzjoni mingħajr xkiel tal-komunità akkademika u tar-riċerka fil-proġetti ffinanzjati mill-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jikkundanna l-azzjonijiet tal-membri tal-partit fil-gvern, speċifikament l-organizzazzjoni ta’ kamp illegali fil-park Pionirski quddiem il-bini tal-presidenza u l-espansjoni sussegwenti tiegħu fil-pjazza ta’ quddiem l-Assemblea Nazzjonali; jinsab imħasseb serjament dwar il-bosta rapporti ta’ individwi bi sfond kriminali li qed jiġu mobilizzati mill-partit fil-gvern fl-ambitu ta’ attivitajiet kontra l-protesti, biex jattakkaw id-dimostranti b’pirotekniċi, u dan ikompli jeskala t-tensjonijiet, il-vjolenza u l-polarizzazzjoni fil-pajjiż; jikkundanna l-azzjonijiet li jqiegħdu fil-mira lill-membri ta’ minoranzi nazzjonali, inklużi l-Islovakki f’Bački Petrovac, ir-Rumeni, il-Bulgari u l-Kroati, u l-użu ta’ insulti etniċi mill-media favur il-gvern;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jikkundanna l-użu arbitrarju tal-maħfra presidenzjali favur persuni kkundannati jew suġġetti għal prosekuzzjoni talli kkommettew vjolenza fuq studenti u ċittadini oħra li pparteċipaw fil-protesti paċifiċi, inkwantu jqis li tali azzjonijiet jikkostitwixxu ndħil dirett fil-ġustizzja u jikkompromettu bis-serjetà l-istat tad-dritt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jistieden lill-awtoritajiet Serbi jippermettu r-ritorn sikur taċ-ċittadini kollha li ħarbu mill-pajjiż minħabba r-repressjoni politika, l-intimidazzjonijiet jew il-biża’ ta’ persekuzzjonijiet u jiggarantixxu l-protezzjoni sħiħa tagħhom u r-reintegrazzjoni sħiħa tagħhom f’konformità mad-dritt u mal-obbligi internazzjonali tas-Serbja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-arrest u t-tkeċċija illegali ta’ ċittadini tal-UE li għamlu dikjarazzjonijiet favur l-istudenti li qed jipprotestaw, kif ukoll l-iżvelar pubbliku, min-naħa ta’ kriminali tal-gwerra kkundannati, tad-data personali ta’ ċittadini tal-UE; jesprimi tħassib dwar l-għadd dejjem jikber ta’ każijiet ta’ detenzjoni li jinvolvu ċittadini tal-UE fil-fruntieri tas-Serbja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jikkundanna bl-aktar mod qawwi possibbli l-attakki verbali fuq il-Membri tal-PE mill-ogħla uffiċjali Serbi minħabba l-parteċipazzjoni tagħhom fil-protesti tal-istudenti, jew id-dikjarazzjonijiet li saru fil-kuntest tagħhom, bl-aktar eżempju prominenti tagħhom ikun l-attakk tal-President Vučić fuq il-Membri tal-PE mill-Grupp Verts/ALE fil-5 ta’ Settembru 2025;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jikkundanna l-indħil b’mod apert tal-Federazzjoni Russa fil-protesti Serbi permezz tad-diżinformazzjoni mxerrda mill-uffiċjali tagħha, inkluż Vladimir Putin, li jallega li l-protesti jiffurmaw parti minn “rivoluzzjoni tal-lewn” appoġġjata mill-Punent; jirrifjuta l-allegazzjonijiet kollha tal-uffiċjali Serbi u tal-media favur il-gvern skont liema l-UE u wħud mill-Istati Membri tagħha kienu involuti fl-organizzazzjoni tal-protesti tal-istudenti bil-għan li jqanqlu “rivoluzzjoni tal-lewn”; jistieden lill-awtoritajiet Serbi jieħdu azzjoni kontra tali propaganda malizzjuża fil-media nazzjonali, minflok ma tipparteċipa fit-tixrid tagħha; Jibqa’ mħasseb dwar in-narrattivi nazzjonalistiċi preżenti f’partijiet tal-moviment ta’ protesta; jiddeplora l-użu kontinwu ta’ narrattivi nazzjonalistiċi, bħall-kunċetti “Serbja l-Kbira” u “Dinja Serba”, li fil-passat ġew promossi minn ċerti membri tal-Gvern Serb; ifakkar li tali retorika ma għandha l-ebda post fir-relazzjonijiet bejn l-UE u s-Serbja u ddgħajjef l-istabbiltà reġjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jinnota bi tħassib li, b’mod parallel mal-protesti li għaddejjin, il-Gvern Serb jidher li kien qed jinnegozja mas-sidien tal-kumpanija United Media sabiex din “iddgħajjef” il-mezzi tal-media indipendenti li joperaw taħtha; iwissi li, jekk jiġi kkonfermat, dan jirrappreżenta attakk serju fuq il-pluraliżmu tal-media li diġà jinsab fil-periklu fis-Serbja; jistieden lis-Serbja tallinja ruħha mal-politiki tal-UE fil-ġlieda kontra l-indħil barrani u l-kampanji ta’ diżinformazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jitlob għall-implimentazzjoni immedjata u sħiħa tar-rakkomandazzjonijiet kollha tal-missjonijiet internazzjonali ta’ osservazzjoni elettorali tal-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) biex jiġu żgurati elezzjonijiet ħielsa u ġusti fis-Serbja, b’mod partikolari dawk dwar awditjar indipendenti tar-reġistru elettorali, il-ħatra trasparenti u pluralistika tal-membri tal-Kunsill tal-Awtorità Regolatorja għall-Media Elettronika (REM) u l-forniment ta’ aċċess ġust u ndaqs għall-atturi politiċi kollha għall-ispazju televiżiv u fuq ir-radju fuq ix-xandir pubbliku RTS;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jistieden lill-awtoritajiet Serbi jwettqu spezzjoni teknika ta’ sikurezza komprensiva u kompletament trasparenti tal-faċilitajiet infrastrutturali kollha, inklużi dawk tul il-linja ferrovjarja minn Belgrad, li tgħaddi minn Novi Sad, sal-fruntiera mal-Ungerija, sabiex jiġu żgurati l-integrità, is-sikurezza u l-konformità tal-istruttura tagħhom mal-istandards internazzjonali; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Serbi ma jħaddmux faċilitajiet infrastrutturali li ma jkollhomx il-permessi u ċ-ċertifikati meħtieġa għal użu sikur u mingħajr interruzzjonijiet, b’mod partikolari dawk li jinsabu f’kurituri tat-trasport importanti f’livell internazzjonali u reġjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jinkoraġġixxi lis-Serbja ssaħħaħ il-kooperazzjoni mal-Grupp ta’ Stati kontra l-Korruzzjoni (GRECO) u timplimenta bis-sħiħ l-obbligi tagħha fl-ambitu tal-UNCAC; jitlob aktar trasparenza tas-sjieda u tal-finanzjamenti fl-akkwist pubbliku għall-proġetti infrastrutturali; jisħaq li s-Serbja jeħtiġilha tissalvagwardja l-istandards ambjentali u d-drittijiet tal-komunitajiet minoritarji lokali u nazzjonali meta tapprova tali proġetti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimmonitorjaw b’attenzjoni l-implimentazzjoni tar-riformi permezz tal-proċess ta’ adeżjoni mal-UE u tal-aġenda ta’ riforma adottata fl-ambitu tal-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir; jirrikonoxxi l-progress tas-Serbja f’ċerti oqsma, inklużi t-tkabbir ekonomiku, il-konnettività tal-infrastruttura reġjonali u l-kooperazzjoni mal-UE dwar il-ġestjoni tal-migrazzjoni u s-sigurtà tal-enerġija; jilqa’ l-parteċipazzjoni tas-Serbja fi proġetti ffinanzjati mill-UE fl-ambitu tal-Pjan ta’ Tkabbir għall-Balkani tal-Punent u l-Aġenda Ekoloġika; iħeġġeġ lis-Serbja tkompli tavvanza r-riformi f’allinjament mal-istandards tal-UE, u jafferma mill-ġdid ir-rieda tal-UE li tappoġġja lill-poplu Serb fl-isforzi tiegħu lejn futur demokratiku, prosperu u Ewropew;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jissottolinja l-impenn fit-tul tiegħu għall-perspettiva Ewropea tas-Serbja u s-sħubija futura fl-UE, filwaqt li jissottolinja b’mod ċar li l-progress fl-adeżjoni mal-UE jiddependi fuq ir-rispett sħiħ għall-valuri tal-UE, proċess ġenwinament ibbażat fuq il-mertu, u l-aderenza mad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, li huma fost il-kriterji ta’ Copenhagen;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Itenni li n-negozjati ta’ adeżjoni mal-UE mas-Serbja għandhom jimxu ’l quddiem biss abbażi ta’ progress sostenibbli u li jista’ jitkejjel fil-ġabra tal-elementi fundamentali, b’mod partikolari l-istat tad-dritt, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, l-indipendenza tal-ġudikatura, il-libertà tal-media, ir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika, l-allinjament sħiħ mal-politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK) tal-UE, u s-sanzjonijiet kontra r-Russja; ifakkar li s-Serbja tibqa’ eċċezzjoni notevoli fil-Balkani tal-Punent fir-rigward tal-allinjament mal-PESK; jenfasizza li l-allinjament progressiv mal-PESK huwa rekwiżit ewlieni għall-pajjiżi kandidati kollha tal-UE; jistieden lill-awtoritajiet Serbi jrawmu diskussjoni miftuħa u bbażata fuq il-fatti dwar l-adeżjoni mal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Itenni l-appoġġ qawwi tiegħu għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-attivisti indipendenti Serbi li jaħdmu biex isaħħu d-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura finanzjament adegwat u aċċessibbli u mekkaniżmi ta’ protezzjoni effettivi għall-atturi tas-soċjetà ċivili; jikkundanna kwalunkwe forma ta’ intimidazzjoni, fastidju jew pressjoni amministrattiva kontra organizzazzjonijiet u attivisti mhux governattivi; jenfasizza r-rwol vitali tas-soċjetà ċivili fil-promozzjoni tat-trasparenza, il-monitoraġġ tal-istandards demokratiċi u ż-żamma tal-awtoritajiet pubbliċi akkontabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jappoġġja l-organizzazzjoni malajr ta’ missjoni ta’ ġbir ta’ informazzjoni <STRING ITALIC="on">ad hoc </STRING>tal-UE fis-Serbja, bil-parteċipazzjoni tal-Parlament Ewropew, bil-għan li jiġu vvalutati fuq il-post il-qagħda tad-demokrazija, il-protesti li għaddejjin, l-attakki fuq id-dimostranti u r-repressjoni fil-konfront tal-istudenti, tal-akkademiċi, tal-edukaturi u tal-impjegati fis-settur pubbliku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jistieden lill-uffiċjali tal-ogħla livell tal-UE jastjenu milli jagħmlu dikjarazzjonijiet infondati li jfaħħru l-proċess ta’ riforma fis-Serbja; jilqa’ l-fatt li, waqt iż-żjara li għamlet dan l-aħħar fis-Serbja, il-President tal-Kummissjoni biddlet it-ton, u dan jirrifletti valutazzjoni aktar preċiża tal-problemi sottostanti tas-Serbja u tar-riżultati negattivi f’dawk li huma riformi fundamentali; jieħu nota tal-ftehim imħabbar fir-rigward tal-verifika indipendenti tar-reġistru elettorali u tal-Kunsill tal-Awtorità Regolatorja għall-Media Elettronika (REM), filwaqt li jissottolinja li l-progress huwa vvalutat abbażi tal-implimentazzjoni tar-riformi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tniedi inizjattiva għall-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet individwali mmirati fil-konfront ta’ dawk responsabbli minn ksur gravi tad-dritt u tad-drittijiet tal-bniedem fis-Serbja, bi qbil mar-reġim globali ta’ sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-drittijiet tal-bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri tal-UE jsaħħu l-miżuri ta’ protezzjoni għall-persuni f’riskju, inklużi l-viżi ta’ emerġenza u l-programmi ta’ trasferiment; iħeġġeġ lill-missjonijiet diplomatiċi tal-UE u tal-Istati Membri jimmonitorjaw mill-qrib il-proċedimenti ġudizzjarji kollha li għaddejjin relatati mal-protesti; iħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE jadottaw rispons magħqud għar-rigress demokratiku tas-Serbja, inkluż billi jikkunsidraw sanzjonijiet immirati kontra individwi responsabbli għal ksur serju tad-dritt u tad-drittijiet tal-bniedem fis-Serbja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jistieden lill-pajjiżi kollha li se jipparteċipaw fl-Expo 2027 fis-Serbja jieħdu kont tat-tħassib u tal-provi gravi ta’ korruzzjoni mifruxa b’rabta mal-awtoritajiet fil-poter, kif ukoll tan-nuqqas, skont rapporti, ta’ konformità mal-istandards tal-kostruzzjoni bażiċi u mar-rekwiżiti ġuridiċi fl-organizzazzjoni u fil-kostruzzjoni tal-espożizzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-President, lill-Gvern u lill-Assemblea Nazzjonali tas-Serbja, lill-Uffiċċju tal-OSKE għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem, lill-Assemblea Parlamentari tal-OSKE, u lill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>