<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0253</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">It-tiġdid tas-Sħubija UE-Afrika: it-tfassil ta’ prijoritajiet komuni fid-dawl tas-Summit fl-Angola</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0471, 0473, 0475 u 0477/2025)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2025 dwar it-tiġdid tas-Sħubija UE-Afrika: it-tfassil ta’ prijoritajiet komuni fid-dawl tas-Summit fl-Angola (2025/2933(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 136(2) u (4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-Afrika u l-Ewropa huma kontinenti ġirien li l-futur tagħhom huwa interkonness mill-qrib; billi l-UE għandu jkollha l-għan li tkun is-sieħeb ewlieni tal-Afrika fil-kummerċ, fl-investiment, fl-għajnuna għall-iżvilupp, fl-assistenza umanitarja, fil-paċi u s-sigurtà, fl-enerġija u fit-trasformazzjoni diġitali; billi l-pajjiżi Afrikani flimkien jikkostitwixxu r-raba’ l-akbar sieħeb kummerċjali tal-UE, filwaqt li l-Istati Membri tal-UE b’mod kollettiv jirrappreżentaw l-akbar suq ta’ esportazzjoni tal-Afrika; billi ż-żewġ kontinenti jiffaċċjaw sfidi komuni u interkonnessi f’realtà ġeopolitika dejjem aktar kumplessa;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Afrika hija sieħba indispensabbli biex jiġu indirizzati l-isfidi globali –	mill-iżgurar tal-aċċess sostenibbli għall-materja prima kritika sal-avvanz tat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, it-tisħiħ tas-sigurtà globali tal-ikel, l-appoġġ għal suq tax-xogħol dinamiku, il-prevenzjoni tal-kunflitti u l-konsolidazzjoni tal-paċi; billi d-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt huma valuri ewlenin kemm tal-UE kif ukoll tal-Unjoni Afrikana (UA), u n-nisa u ż-żgħażagħ huma aġenti ewlenin tal-bidla għall-futur demokratiku u ekonomiku tal-Afrika; billi ż-żieda fil-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Afrika tista’ tiftaħ opportunitajiet kondiviżi għall-innovazzjoni, l-iżvilupp industrijali, il-ħolqien tal-impjiegi, l-iżvilupp tal-bniedem, il-kisba tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-NU u l-prosperità fit-tul fiż-żewġ kontinenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-Ftehim ta’ Samoa<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2023/2862, 28.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2023/2862/oj.</FIELD></FOOTNOTE> jipprovdi pedament imġedded u modernizzat għar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, bil-għan li tissaħħaħ il-kapaċità tagħhom li jindirizzaw dawn l-isfidi globali flimkien u li jimxu b’mod deċiżiv lejn sħubija ta’ partijiet ugwali msejsa fuq ir-rispett reċiproku u l-interessi kondiviżi;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-Karta Afrikana dwar id-Demokrazija, l-Elezzjonijiet u l-Governanza tenfasizza l-importanza ta’ elezzjonijiet ħielsa u ġusti kif ukoll id-drittijiet tal-partiti politiċi u tal-oppożizzjoni; billi minkejja l-progress li sar matul dawn l-aħħar deċennji, l-iżviluppi reċenti juru xejra inkwetanti ta’ rigress demokratiku;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-Aġenda tal-UA 2063: “L-Afrika li Rridu”, tirrappreżenta pjan iddettaljat fit-tul tal-Afrika nnifisha għat-tkabbir inklużiv, l-integrazzjoni reġjonali, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-iżvilupp sostenibbli; billi l-impenn globali dejjem akbar tal-Afrika jirrifletti l-influwenza politika u dik ekonomika tagħha li dejjem qed jiżdiedu; billi dan jissottolinja l-importanza ta’ sħubija bbażata fuq il-prinċipji, trasparenti u ta’ benefiċċju reċiproku li tappoġġja kemm il-prijoritajiet Afrikani kif ukoll dawk Ewropej u tippromwovi l-istabbiltà u l-prosperità fit-tul;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-paċi, is-sigurtà u l-governanza tajba huma prerekwiżiti għall-prosperità, iżda diversi reġjuni Afrikani – b’mod partikolari dawk f’kuntesti fraġli – qed jibqgħu jħabbtu wiċċhom ma’ instabbiltà, terroriżmu, bidliet mhux kostituzzjonali tal-gvern u kriżijiet umanitarji; billi atturi esterni espandew l-impronta tagħhom fl-Afrika, b’mod partikolari ċ-Ċina u r-Russja, u dan sikwit għamluh permezz ta’ mezzi opaki jew koerċittivi, inklużi kampanji ta’ diżinformazzjoni u ta’ influwenza malizzjuża;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-UE għadha l-akbar donatur ta’ għajnuna għall-iżvilupp u għajnuna umanitarja fl-Afrika; billi s-sistema umanitarja globali qed tiffaċċja kriżi ta’ finanzjament mingħajr preċedent, u fl-2024 ntlaħqu biss 43 % mill-USD 50 biljun f’għajnuna umanitarja mitluba min-NU; billi din is-sitwazzjoni ġiet aggravata minn tnaqqis kontinwu fil-baġits tal-għajnuna barranija minn diversi donaturi ewlenin;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-popolazzjoni tal-Afrika qabżet il-1,5 biljun fl-2024 u hija pproġettata li tilħaq 2,5 biljuni sal-2050, u li l-maġġoranza kbira tan-nies huma taħt it-30 sena; billi dan id-dinamiżmu demografiku jippreżenta kemm opportunitajiet kif ukoll sfidi, u jirrikjedi investiment massiv fl-edukazzjoni, fl-impjiegi, fil-kura tas-saħħa u fl-infrastruttura; billi l-inugwaljanzi għadhom wieħed mill-ostakli ewlenin għall-kisba tal-SDGs;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-Afrika għandha potenzjal vast f’termini tal-enerġija rinnovabbli, tal-innovazzjoni u tal-iżvilupp sostenibbli; billi, minkejja li jikkontribwixxi b’mod minimu għall-emissjonijiet globali, il-kontinent qed isegwi b’mod attiv ir-reżiljenza għall-klima u t-tkabbir ekoloġiku; billi t-tmexxija konġunta bejn l-UE u l-UA tista’ taċċellera tranżizzjoni ġusta, inklużiva u sostenibbli;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi ż-Żona ta’ Kummerċ Ħieles Kontinentali Afrikana (AfCFTA) hija proġett trasformattiv għall-integrazzjoni u s-sovranità ekonomika tal-Afrika, iżda madankollu l-parteċipazzjoni tal-Afrika fil-kummerċ u l-investiment globali għadha limitata; billi l-appoġġ tal-UE għandu jiffoka fuq il-bini tal-kapaċità għall-armonizzazzjoni doganali u t-tħejjija tas-settur privat sabiex jiġu massimizzati l-benefiċċji tal-AfCFTA;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-migrazzjoni u l-mobbiltà bejn l-Afrika u l-Ewropa huma realtajietli ilhom jeżistu li jiġġeneraw sfidi kbar għaż-żewġ kontinenti u li jistgħu joffru opportunitajiet biss jekk jiġu indirizzati b’mod xieraq u responsabbli; billi l-UE u l-Afrika għandhom interess komuni li jistabbilixxu sħubijiet fit-tul u ta’ benefiċċju reċiproku li jikkontribwixxu għall-iżvilupp ekonomiku u l-istabbiltà fl-Afrika filwaqt li jindirizzaw it-tħassib tal-Ewropa rigward il-migrazzjoni irregolari, is-sigurtà, il-ġestjoni tal-fruntieri u l-ġlieda kontra t-terroriżmu; billi tali sħubijiet, kemm jekk iffokati esklużivament fuq il-migrazzjoni jew b’kamp ta’ applikazzjoni usa’ bil-migrazzjoni fil-qalba tagħhom, iridu jinkludu responsabbiltajiet u impenji ċari, iżidu l-kooperazzjoni dwar il-prevenzjoni tal-migrazzjoni irregolari, iż-żarmar tan-networks tal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin, it-titjib tar-ritorni u t-tisħiħ tal-ġestjoni tal-fruntieri, u jindirizzaw il-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni irregolari fil-pajjiżi ta’ oriġini u ta’ tranżitu;;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-2025 timmarka l-25 anniversarju tas-sħubija formali Afrika-UE, u tipprovdi opportunità storika biex jiġġeddu u jiġu elevati r-relazzjonijiet, filwaqt li tpoġġi lis-sħab fuq l-istess livell għall-ġenerazzjoni li jmiss;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-NU u l-Aġenda 2063 tal-UA jipprovdu boxxla kondiviża għas-sħubija u għandhom jiggwidaw l-ipprogrammar fl-ambitu tal-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali (NDICI) – Ewropa Globali attwali u l-istrateġija Global Gateway, b’enfasi fuq it-trasparenza, il-parteċipazzjoni inklużiva u r-riżultati li jistgħu jitkejlu;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-forom kollha ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp għandhom ikunu msejsa fuq il-prinċipji tal-effikaċja tal-għajnuna. billi l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Samoa u tal-Global Gateway iridu jallinjaw mal-Aġenda 2063 tal-UA u jirrispettaw il-prinċipji tal-ugwaljanza, tar-responsabbiltà reċiproka u tas-sjieda Afrikana fil-fergħat kollha tal-kooperazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi l-kriżi attwali tad-dejn sovran tal-Afrika intensifikat matul l-aħħar għaxar snin; billi, fi klima ta’ taqlib ġeopolitiku u rati tal-imgħax li qed jogħlew, il-proporzjon tad-dejn pubbliku tal-Afrika rdoppja bejn l-2010 u l-2022, u żdied minn 32,7 % għal 65 %;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi l-UE affermat ripetutament l-impenn tagħha għall-promozzjoni u l-protezzjoni tal-libertà tar-reliġjon fil-livell dinji, u ħadet passi biex tiġġieled il-persekuzzjoni u l-intolleranza reliġjużi f’diversi partijiet tad-dinja;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-Parlament appella b’mod konsistenti għat-tisħiħ tal-isforzi internazzjonali biex tiġi miġġielda l-persekuzzjoni reliġjuża u biex dawk responsabbli għall-attakki fuq il-komunitajiet minoritarji jagħtu kont ta’ għemilhom;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Sħubija strateġika ġdida bejn partijiet ugwali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jappella għal sħubija mġedda u li tħares ’il quddiem UE-Afrika mibnija fuq ir-rispett reċiproku, l-interessi kondiviżi u l-fehim li ż-żewġ kontinenti jeħtieġu lil xulxin u jkunu aktar b’saħħithom flimkien; jinnota li, fi żmien meta d-dinamika ġeopolitika qed tinbidel u qed tikber l-insigurtà globali, inkluża ż-żieda fl-estremiżmu u t-tnaqqis fl-infiq għall-iżvilupp u dak umanitarju, il-kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-UE u l-Afrika hija aktar essenzjali minn qatt qabel; jissottolinja li sħubija ġenwina bbażata fuq azzjoni multilaterali konġunta hija l-aktar modi effettivi biex jinqered il-faqar u jiġu promossi l-paċi, il-prosperità, id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt, il-kummerċ sostenibbli u l-iżvilupp tal-bniedem; jafferma mill-ġdid li l-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 tan-NU u l-SDGs iridu jservu bħala l-boxxla komuni tas-sħubija mġedda bejn l-UE u l-Afrika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jitlob li l-UE żżid l-azzjonijiet konkreti u l-komunikazzjoni strateġika u l-viżibbiltà tagħha madwar l-Afrika, filwaqt li turi b’mod ċar il-benefiċċji tanġibbli tas-sħubija UE-UA, li hija bbażata fuq ir-rispett reċiproku, it-trasparenza u s-sostenibbiltà; jisħaq fuq l-importanza ta’ involviment trasparenti u bbażat fuq il-valuri, għall-kuntrarju tal-influwenza tas-setgħat esterni, inklużi ċ-Ċina u r-Russja, li l-attivitajiet finanzjarji, ta’ sigurtà u ta’ diżinformazzjoni mhux trasparenti tagħhom jirriskjaw li jdgħajfu s-sovranità, l-istabbiltà u l-governanza demokratika fl-Afrika; jisħaq li l-UE jeħtiġilha “turi l-bandiera tagħha” b’mod aktar effettiv permezz ta’ diplomazija koerenti, investiment viżibbli u koordinazzjoni aktar mill-qrib bejn il-Kummissjoni, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), il-Parlament u l-Istati Membri, biex tipproġetta vuċi Ewropea magħquda;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jissottolinja l-importanza li d-dimensjoni parlamentari tas-summits futuri UE-UA tiġi istituzzjonalizzata bħala komponent integrali tal-qafas tagħhom b’tali mod li jiġu żgurati r-rappreżentanza taċ-ċittadini, is-sorveljanza pubblika u l-kontribut demokratiku għad-deliberazzjonijiet u l-eżiti tas-sħubija; jappoġġja l-isforzi biex tingħata ħajja ġdida lid-djalogu parlamentari konġunta bejn il-Parlament Ewropew u l-Parlament Pan-Afrikan bħala forum għad-djalogu demokratiku u s-sorveljanza; jinkoraġġixxi li jsiru laqgħat tematiċi regolari bejn il-kumitati parlamentari miż-żewġ kontinenti biex jiġi żgurat l-obbligu ta’ rendikont fil-qafas tas-sħubija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jistieden lit-22 Stat Membru tal-UE u lis-66 sieħeb Afrikan li għadhom ma rratifikawx il-Ftehim ta’ Samoa biex jagħmlu dan mingħajr dewmien, biex jgħaddu mill-applikazzjoni proviżorja għad-dħul fis-seħħ sħiħ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni twettaq, mingħajr eċċezzjoni, valutazzjonijiet tal-impatt bir-reqqa u konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati, inkluż mal-kontropartijiet Afrikani milquta direttament mil-leġiżlazzjoni tal-UE, u tibbaża l-proposti tagħha fuq l-evidenza sħiħa disponibbli; jimpenja ruħu li jikkonsulta mal-kontropartijiet Afrikani dwar il-leġiżlazzjoni li jmiss tal-UE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-paċi, is-sigurtà u l-governanza globali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jafferma mill-ġdid li l-paċi sostenibbli hija prerekwiżit għall-iżvilupp u l-prosperità; jappoġġja l-isforzi għall-paċi mmexxija mill-Afrika fil-qafas tal-Arkitettura Afrikana għall-Paċi u s-Sigurtà (APSA) u jfaħħar l-appoġġ tal-UE permezz tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi; jappella għal finanzjament prevedibbli tal-operazzjonijiet b’mandat tal-Unjoni Afrikana (UA), inkluż permezz ta’ kontribuzzjonijiet ivvalutati min-NU; jenfasizza li l-kooperazzjoni trid tirrispetta d-dritt internazzjonali, tipproteġi l-popolazzjoni ċivili u tippromwovi r-riforma tal-governanza; jesprimi tħassib serju dwar it-tixrid tal-kunflitti, it-terroriżmu ġiħadista, il-kolpi ta’ stat militari u l-każijiet ta’ kollass tal-Istat, ir-rigress demokratiku u l-estremiżmu vjolenti f’diversi partijiet tal-Afrika; jappella għal approċċ komprensiv li jgħaqqad id-difiża, il-konsolidazzjoni tal-paċi, il-miżuri ta’ sigurtà, il-prevenzjoni, id-deradikalizzazzjoni u l-iżvilupp soċjoekonomiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jesprimi tħassib kbir dwar is-sitwazzjoni umanitarja u tas-sigurtà li qed tiddeterjora fir-reġjun kollu tas-Saħel, b’mod partikolari fil-Mali, fin-Niġer u fil-Burkina Faso, fejn żoni kbar għadhom taħt il-kontroll ta’ gruppi armati, u ċ-ċivili jiffaċċjaw spostament mifrux u insigurtà tal-ikel; jisħaq li l-kriżi qed tinfirex fid-demokraziji kostali tal-Afrika tal-Punent u, wara l-irtirar tal-missjonijiet internazzjonali, qed tiġġenera vakwu tal-poter perikoluż; jikkundanna l-istrateġija destabbilizzanti tar-Russja fir-reġjun, inkluża d-deċiżjoni tagħha li tassorbi l-Grupp Wagner fil-Korp Afrikan ikkontrollat mill-gvern, l-operazzjonijiet ta’ diżinformazzjoni tagħha u l-prattiki predatorji tagħha ta’ akkwist tar-riżorsi; jinnota li d-dipendenza fuq tali appoġġ mill-juntas militari naqset milli tistabbilizza s-sitwazzjoni u ppermettiet lil gruppi terroristiċi jirpiljaw; jiddispjaċih li l-Missjoni ta’ Taħriġ tal-UE fil-Mali, il-Missjoni ta’ Sħubija Militari tal-UE fin-Niġer u l-Missjoni tal-UE ta’ Bini tal-Kapaċità fin-Niġer u skjeramenti internazzjonali oħra ma wasslux għal paċi dejjiema; jappella biex titwettaq valutazzjoni fil-fond u bbażata fuq l-evidenza tal-mandati, ir-rwoli u l-politiki u li titfassal, fl-ambitu tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni, strateġija tal-UE għar-reġjun tas-Saħel riveduta b’mod profond u integrata li tkun koerenti mal-politika tal-iżvilupp u appoġġjata mill-Faċilità Ewropea għall-Paċi; jipprijoritizza l-aċċess umanitarju u l-protezzjoni tal-popolazzjoni ċivili u l-kundizzjonijiet tal-assistenza tas-sigurtà tal-UE b’rispett sħiħ għad-dritt umanitarju internazzjonali u d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem; jappella għal azzjoni kkoordinata u bbażata fuq il-prinċipji bejn l-UE u l-UA msejsa fuq id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, inklużi miżuri biex jiġu miġġielda l-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-interferenza minn barranin, jitkissru l-ekonomiji bbażati fuq riżorsi illeċiti u fuq l-attivitajiet kriminali li jiffinanzjaw il-gruppi armati, u jsir investiment fil-governanza, fl-għoti tas-servizzi u fl-opportunitajiet ekonomiċi lokali biex jiġu indirizzati l-fatturi strutturali li jiffavorixxu l-instabbiltà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar il-vjolenza, l-instabbiltà politika u l-kriżijiet umanitarji li qed jippersistu f’diversi partijiet tal-Afrika; ifakkar b’mod partikolari fil-kunflitt devastanti fis-Sudan, fejn il-ġlied bejn il-Forzi Armati Sudaniżi u l-Forzi ta’ Appoġġ Rapidu wassal għal għadd kbir ta’ vittmi ċivili, spostamenti tal-massa u ksur mifrux tad-drittijiet tal-bniedem; jikkundanna bil-qawwa l-atroċitajiet kollha, inklużi l-attakki intenzjonati kontra persuni ċivili u l-użu tal-vjolenza sesswali bħala arma tal-gwerra, u jappella għall-obbligu ta’ rendikont sħiħ u għal aċċess umanitarju mingħajr xkiel; jilqa’ l-isforzi diplomatiċi fil-livell reġjonali u mmexxija min-NU u jħeġġeġ lill-UE tintensifika l-koordinazzjoni mal-UA u mal-istati ġirien biex tappoġġja n-negozjati dwar il-waqfien mill-ġlied u l-konsolidazzjoni ta’ paċi inklużiva; jinnota bi tħassib il-fraġilità persistenti u n-nuqqas ta’ rikonċiljazzjoni nazzjonali fil-Libja, li l-instabbiltà tagħha għadha taffettwa s-sigurtà kemm Afrikana kif ukoll Ewropea; iħeġġeġ għal impenn imġedded tal-UE, f’kooperazzjoni mill-qrib man-NU, biex tippromwovi proċess politiku unifikat, elezzjonijiet trasparenti u l-irtirar tal-merċenarji barranin; jilqa’ l-kontribut tal-Missjoni ta’ Assistenza Militari tal-UE fil-Mozambique biex tirrestawra s-sigurtà f’Cabo Delgado filwaqt li jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu integrati d-drittijiet tal-bniedem, ir-reżiljenza tal-komunitajiet u l-prinċipji ta’ governanza tajba biex jiġu żgurati stabbiltà dejjiema u fiduċja lokali; jissottolinja r-rwol tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Bini tal-Kapaċità fis-Somalja biex issaħħaħ il-kapaċitajiet tal-pulizija Somala, kif ukoll is-sigurtà marittima u l-istat tad-dritt; jappella għal koordinazzjoni aktar mill-qrib mas-sħab internazzjonali u għall-integrazzjoni tal-ħidma tal-missjoni fl-ambitu ta’ sforzi usa’ tal-UE biex issaħħaħ il-governanza, il-ġustizzja u r-reżiljenza kontra t-terroriżmu fil-Qarn tal-Afrika; għadu allarmat bis-sitwazzjoni fl-Etjopja, inkluż fir-reġjun tat-Tigray, fejn ġew irrappurtati abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-awtoritajiet Etjopjani jiggarantixxu aċċess umanitarju mingħajr restrizzjonijiet, isegwu djalogu nazzjonali ġenwin u jirrispettaw l-istat tad-dritt u l-libertajiet fundamentali; jissottolinja li l-involviment kollu tal-UE f’kuntesti affettwati minn kunflitti u f’kuntesti tranżizzjonali jrid jippromwovi d-demokrazija, l-obbligu ta’ rendikont u s-sjieda Afrikana, u jiżgura l-koordinazzjoni mal-UA u l-inizjattivi reġjonali, biex jitrawmu r-rikonċiljazzjoni, l-istabbiltà u l-iżvilupp sostenibbli madwar il-kontinent;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jitlob li l-UE żżid l-isforzi tagħha biex tippromwovi l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà madwar il-kontinent Afrikan; jappella għal finanzjament prevedibbli u fit-tul tal-operazzjonijiet ta’ paċi b’mandat tal-UA, inkluż permezz ta’ kontribuzzjonijiet ivvalutati min-NU f’konformità mar-Riżoluzzjoni 2719 (2023) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ rappreżentanza Afrikana permanenti fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU; jappoġġa l-operazzjonijiet ta’ paċi u l-isforzi ta’ medjazzjoni mmexxija mill-Afrika fil-qafas tal-APSA;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jsaħħu l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Afrika fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża, inkluż billi jistabbilixxu kapaċità konġunta effettiva biex tiġġieled kontra t-terroriżmu, l-estremiżmu vjolenti u l-interferenza esterna, b’mod partikolari fi stati fraġli; jissottolinja li tali kooperazzjoni trid tikkomplementa u ssaħħaħ l-isforzi mmexxija mill-Afrika fil-qafas tal-APSA u tirrispetta bis-sħiħ id-dritt internazzjonali, is-sorveljanza demokratika u l-prinċipji ta’ sħubija bejn partijiet ugwali; jenfasizza li l-operazzjonijiet kontra t-terroriżmu jridu jirrispettaw bis-sħiħ id-dritt umanitarju internazzjonali u d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem; jappoġġja l-programmi tal-UE għar-reżiljenza tal-komunitajiet, l-involviment tan-nisa u ż-żgħażagħ u r-rikostruzzjoni ta’ wara l-kunflitti; iħeġġeġ kemm lill-UE kif ukoll lill-UA jimplimentaw l-aġenda tan-NU dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà u l-aġenda tan-NU dwar iż-Żgħażagħ, il-Paċi u s-Sigurtà, filwaqt li jiżguraw parteċipazzjoni ugwali fit-teħid tad-deċiżjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jilqa’ l-ftehim ta’ paċi reċenti bejn ir-Rwanda u r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK), iżda għadu mħasseb ħafna dwar il-vjolenza u l-insigurtà persistenti fil-Lvant tar-RDK, b’mod partikolari f’Kivu ta’ Fuq u f’Ituri; jitlob li l-UE tiżvolġi rwol attiv u kkoordinat biex tappoġġja l-implimentazzjoni tal-proċess ta’ paċi, b’enfasi fuq it-tisħiħ tal-inklużività u l-parteċipazzjoni tan-nisa, l-aċċess umanitarju u l-protezzjoni tal-persuni ċivili; jisħaq li, sabiex tinkiseb stabbiltà dejjiema, iridu jiġu indirizzati d-dimensjonijiet ekonomiċi tal-kunflitt, inkluż l-isfruttament illegali tar-riżorsi naturali u l-materja prima, u trid tiġi żgurata l-ġustizzja għall-vittmi tad-delitti tal-gwerra, inkluża l-vjolenza sesswali relatata mal-kunflitti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jissospendu minnufih il-Memorandum ta’ Qbil bejn l-UE u r-Rwanda dwar ktajjen tal-valur tal-materja prima sostenibbli sa ma r-Rwanda turi li qed twaqqaf l-indħil tagħha u l-esportazzjoni tagħha ta’ minerali estratti minn żoni kkontrollati mill-grupp paramilitari M23; jistieden lill-atturi kollha jżidu t-trasparenza u jipprojbixxu b’mod effettiv id-dħul fl-UE tal-minerali kollha li jirriżultaw mit-tixrid tad-demm; jappella biex l-UE tippromwovi t-tiftix ta’ sorsi ta’ provvista responsabbli, it-trasparenza fil-ktajjen tal-provvista u l-investiment fil-valur miżjud fir-RDK u fir-reġjun tal-Lagi l-Kbar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jissottolinja l-importanza vitali tad-demokrazija u elezzjonijiet ħielsa u ġusti, peress li huma l-uniku mod biex jiġu żgurati l-obbligu ta’ rendikont veru u r-rappreżentanza vera tal-interessi u l-prijoritajiet tal-poplu; jappella għal kooperazzjoni msaħħa dwar l-osservazzjoni elettorali u l-bini tad-demokrazija, fi sħubija mal-UA u l-organizzazzjonijiet reġjonali; jappella għal finanzjament iddedikat għan-nisa lokali li jimmedjaw u li jikkonsolidaw il-paċi, iż-żgħażagħ li jikkonsolidaw il-paċi u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; jafferma mill-ġdid ir-rwol essenzjali tan-nisa u ż-żgħażagħ fil-konsolidazzjoni tal-paċi u l-governanza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Ifakkar li l-Insara huma l-aktar komunità reliġjuża ppersegwitata fid-dinja; jinnota bi tħassib partikolari s-sitwazzjoni tal-Insara fir-reġjun tas-Saħel;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jissottolinja li l-knejjes huma fornituri vitali ta’ servizzi soċjali essenzjali fl-Afrika; jistieden lill-Kummissjoni tinvolvi lil dawn is-sħab fl-implimentazzjoni tal-programmi tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni u lill-SEAE f’dan il-kuntest jippromwovu d-djalogu mal-knejjes fil-pajjiżi sħab;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jinsab imħasseb dwar l-influwenza politika dejjem akbar taċ-Ċina fl-Afrika u l-espansjoni tal-inizjattivi globali tagħha, inkluża l-Inizjattiva “Belt and Road”; jinnota li, filwaqt li dawn il-proġetti mmobilizzaw investiment sinifikanti, spiss huma nieqsa mit-trasparenza u jistgħu joħolqu dipendenzi ekonomiċi; jitlob li l-UE żżid l-isforzi tagħha biex toffri alternattiva sostenibbli, ibbażata fuq il-valuri u trasparenti, imsejsa fuq is-sjieda lokali, il-kompetizzjoni ġusta u l-benefiċċju reċiproku; jitlob li l-UE ssaħħaħ il-komunikazzjoni strateġika u l-viżibbiltà tagħha, tippromwovi proġetti konġunti bejn l-UA u l-UE fl-infrastruttura, id-diġitalizzazzjoni u l-innovazzjoni, u tappoġġja inizjattivi tal-media indipendenti u tal-edukazzjoni biex turi l-vantaġġi fit-tul tal-mudell ta’ sħubija bejn l-UE u l-UA ; jirrikonoxxi l-importanza strateġika tal-materja prima kritika kemm għall-Afrika kif ukoll għall-Ewropa u jisħaq li l-kooperazzjoni f’dan il-qasam trid tkun ibbażata fuq il-benefiċċju reċiproku, it-trasparenza u s-sostenibbiltà; jitlob li r-reżiljenza tal-Ewropa tissaħħaħ permezz tad-diversifikazzjoni ’l hinn minn dipendenzi eċċessivi permezz ta’ sħubijiet li jippromwovu l-estrazzjoni responsabbli, il-valur miżjud lokali u l-iżvilupp tal-ħiliet; jissottolinja li l-inizjattivi fl-ambitu tal-Pakkett ta’ Investiment tal-Global Gateway Afrika-Ewropa għandhom irawmu ktajjen tal-provvista reżiljenti, ġusti u ambjentalment responsabbli, filwaqt li jiżguraw li l-kooperazzjoni fir-riżorsi tikkontribwixxi għat-tkabbir sostenibbli u inklużiv u d-diversifikazzjoni ekonomika fil-pajjiżi Afrikani;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-iżvilupp u t-tkabbir sostenibbli, il-kummerċ u l-infrastruttura</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jappoġġja l-implimentazzjoni sħiħa tal-Ftehim dwar iż-Żona ta’ Kummerċ Ħieles Kontinentali Afrikana bħala mutur tal-integrazzjoni kontinentali u jitlob lill-UE tipprovdi assistenza teknika u finanzjarja għall-istituzzjonijiet tagħha, l-armonizzazzjoni doganali u t-tħejjija tas-settur privat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jissottolinja r-rwol ċentrali tal-NDICI-Ewropa Globali bħala l-qafas ewlieni ta’ finanzjament estern tal-UE għall-appoġġ tal-kooperazzjoni mal-Afrika; jisħaq li l-użu effettiv tal-NDICI-Ewropa Globali u tal-istrument suċċessur tiegħu huwa essenzjali biex tiġi żgurata l-koerenza bejn il-prijoritajiet ta’ politika, l-investimenti tal-Global Gateway u l-inizjattivi ta’ Tim Ewropa, kif ukoll biex jiġu ggarantiti t-trasparenza, l-obbligu ta’ rendikont u r-riżultati li jistgħu jitkejlu fl-azzjoni ta’ żvilupp tal-UE, u biex jiġu ssodisfati l-obbligi tat-Trattat tal-UE, inkluż il-promozzjoni tal-qerda tal-faqar, l-iżvilupp sostenibbli, id-drittijiet tal-bniedem, il-kooperazzjoni internazzjonali u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jwettqu valutazzjoni bir-reqqa tan-nuqqasijiet fl-approċċi preċedenti tagħhom għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp mal-Afrika u l-assistenza esterna għaliha, u jirrevedu u jaġġustaw mill-ġdid l-istrateġiji tagħhom fir-rigward tal-Afrika bil-għan li jrawmu prosperità sostenibbli fil-kontinent u jiksbu sħubijiet ġenwinament ta’ benefiċċju reċiproku; jisħaq fuq l-importanza li tiġi żgurata l-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp (PCD) fil-politiki esterni kollha tal-UE, filwaqt li jitqies it-tħassib dwar il-kummerċ, il-migrazzjoni, il-klima u s-sigurtà; jenfasizza l-importanza tan-Network tal-PCD tal-Parlament biex jinkiseb allinjament aħjar tal-politiki esterni tal-UE; jissottolinja li l-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp (ODA) tibqa’ indispensabbli fil-pajjiżi l-anqas żviluppati, fil-pajjiżi b’introjtu baxx u fl-istati fraġli; jistieden lill-Istati Membri jsostnu u jżidu l-progress lejn il-mira li ilha teżisti tan-NU li talloka 0,7 % tal-introjtu nazzjonali gross lill-ODA u jżidu s-sehem dirett lejn il-pajjiżi l-anqas żviluppati, f’konformità mal-impenji tal-UE u dawk internazzjonali; jinkoraġġixxi l-esplorazzjoni ta’ għodod ta’ finanzjament innovattivi u legalment sodi, inkluża r-riallokazzjoni volontarja tad-drittijiet speċjali ta’ prelevament tal-Fond Monetarju Internazzjonali fejn fattibbli, u l-użu ta’ swaps strutturati u trasparenti ta’ dejn għall-klima jew ta’ dejn għall-iżvilupp biex jissaħħaħ il-finanzjament għall-adattament u r-reżiljenza għat-tibdil fil-klima; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu l-interessi tar-reġjuni ultraperiferiċi meta jiffirmaw ftehimiet mal-pajjiżi Afrikani;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar il-piż tad-dejn li qed jiżdied li qed jiffaċċjaw ħafna pajjiżi Afrikani; jitlob li l-UE u li sħab rilevanti oħra jappoġġjaw ir-ristrutturar komprensiv tad-dejn u r-riforma tal-arkitettura finanzjarja internazzjonali biex jiġu żgurati termini aktar ġusti u trasparenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jirrikonoxxi l-isforzi biex l-azzjoni esterna tal-UE ssir aktar koerenti permezz tal-istrument Ewropa Globali u l-istrateġija Global Gateway, filwaqt li jisħaq li l-flessibbiltà trid tkun akkumpanjata minn prevedibbiltà, obbligu ta’ rendikont, trasparenza u sorveljanza parlamentari; jistieden lill-Kummissjoni, lis-SEAE, lill-Kunsill u lill-Istati Membri jiżguraw li l-Pakkett ta’ Investiment tal-Global Gateway Afrika-Ewropa jagħti riżultati tanġibbli billi jallinja l-proġetti mal-prijoritajiet tal-Afrika, jipprevjeni dejn mhux sostenibbli, jappoġġja l-qerda tal-faqar u jippromwovi l-iżvilupp tal-bniedem f’konformità mal-SDGs u mal-obbligi tat-Trattat; jirrikonoxxi li l-inizjattivi ta’ investiment fuq skala kbira waħedhom ma jistgħux jindirizzaw ir-realtajiet kumplessi ta’ ambjenti fraġli u affettwati minn kunflitti, u lanqas il-vulnerabbiltajiet tal-pajjiżi l-anqas żviluppati u b’dejn kbir; jitlob għalhekk strateġija tal-UE ddedikata għall-involviment f’kuntesti fraġli fl-ambitu tal-istrument futur Ewropa Globali, li tintegra d-djalogu politiku, il-konsolidazzjoni tal-paċi, l-għajnuna umanitarja u l-azzjoni għall-iżvilupp, filwaqt li jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ għajnuna umanitarja delimitata fil-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss; jissottolinja l-ħtieġa li jittejbu l-viżibbiltà u l-koordinazzjoni tal-proġetti ffinanzjati mill-UE permezz ta’ delegazzjonijiet tal-UE aktar b’saħħithom u sħubijiet ġenwini mal-partijiet ikkonċernati Afrikani;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jinnota bi tħassib serju l-evidenza mifruxa tal-estrazzjoni illegali u l-kuntrabandu tal-minerali, u l-impatt negattiv li jirriżulta fuq l-istabbiltà u l-iżvilupp f’reġjuni għonja fir-riżorsi; ifakkar fir-rabtiet bejn l-estrazzjoni u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, id-degradazzjoni ambjentali, il-ħtif tal-art u l-kunflitti vjolenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jitlob li jinħoloq patt iddedikat għall-industrijalizzazzjoni bejn l-UE u l-Afrika taħt l-awspiċji konġunti tal-UA, l-UE u l-banek tal-iżvilupp reġjonali, biex jiġi mobilizzat il-kapital pubbliku u privat, li jiżgura li l-Afrika ma tkunx biss sors ta’ materja prima, iżda ċentru għall-ipproċessar, il-manifattura u l-innovazzjoni; jisħaq li din l-inizjattiva tkun espressjoni tanġibbli ta’ sħubija bejn partijiet ugwali, filwaqt li trawwem tkabbir fit-tul u ktajjen tal-valur sostenibbli fiż-żewġ kontinenti; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-irtirar tal-Aġenzija tal-Istati Uniti għall-Iżvilupp Internazzjonali (USAID) u t-tnaqqis tal-programmi tagħha, li ħoloq lakuni sinifikanti fil-finanzjament fis-servizzi essenzjali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jallinjaw mill-ġdid il-programmazzjoni tal-NDICI-Ewropa Globali u ta’ Tim Ewropa mal-objettivi u l-miri minimi ta’ nfiq maqbula uffiċjalment għall-Afrika sub-Saħarjana u l-programmi tematiċi, u jużaw dawn l-istrumenti biex jimlew tali lakuni malajr, fejn xieraq, filwaqt li jagħtu prijorità lill-qerda tal-faqar, is-saħħa, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, l-edukazzjoni, is-sigurtà tal-ikel u l-adattament għat-tibdil fil-klima fl-aktar pajjiżi Afrikani vulnerabbli; jenfasizza li n-natura bbażata fuq il-ħtiġijiet tal-għajnuna umanitarja tirrikjedi finanzjament delimitat, distint minn finanzjament ieħor tal-azzjoni esterna; jenfasizza l-importanza ta’ djalogu mill-qrib bejn l-Istati Uniti, l-UE u l-UA fuq l-istess livell sabiex jintlaħqu l-objettivi konġunti tat-trawwim tad-demokrazija, l-iżvilupp u l-prosperità fl-Afrika u rieżami tal-politika dwar il-“paċi għar-riżorsi”;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-investiment fin-nisa, iż-żgħażagħ, l-iżvilupp tal-bniedem u l-mobbiltà</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jisħaq li ż-żgħażagħ Afrikani jeħtiġilhom ikunu fil-qalba ta’ sħubija mġedda bejn l-UE u l-Afrika; jisħaq li s-sħubija bejn l-UE u l-UA sservi bħala opportunità għall-gvernijiet Afrikani biex jipprovdu possibilitajiet, inkluż il-ħolqien tal-impjiegi, għaċ-ċittadini tagħhom, u li l-UE tista’ tassisti u tappoġġja sforzi bħal dawn immexxija mill-Afrika; jissottolinja li t-tlaqqigħ taż-żgħażagħ miż-żewġ kontinenti, permezz ta’ fehim reċiproku akbar u rabtiet aktar b’saħħithom, huwa essenzjali għal sħubija dejjiema u ugwali; jappella għat-tisħiħ ta’ programmi ta’ skambju tal-istudenti u tar-riċerka; jappoġġja ż-żieda fil-parteċipazzjoni tal-istudenti Ewropej fi programmi ta’ skambju mal-universitajiet Afrikani; jappella, barra minn hekk, għal aktar appoġġ għall-universitajiet, l-istituti vokazzjonali u l-inizjattivi mmexxija miż-żgħażagħ Afrikani biex jissaħħu l-ħiliet, l-innovazzjoni u l-iskambju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jappella għal fond iddedikat għall-innovazzjoni taż-żgħażagħ Afrika-UE biex jiffinanzja start-ups u proġetti komunitarji mmexxija minn intraprendituri żgħażagħ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-migrazzjoni hija realtà kondiviża li tiġġenera sfidi kbar għaż-żewġ kontinenti u li tista’ toffri opportunitajiet biss jekk tiġi indirizzata b’mod xieraq u responsabbli; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jkomplu jiżviluppaw u jimplimentaw sħubijiet strateġiċi u mfassla apposta mal-pajjiżi Afrikani, kemm jekk iddedikati għall-migrazzjoni kif ukoll b’kamp ta’ applikazzjoni usa’ bil-migrazzjoni fil-qalba tagħhom, mibnija fuq interessi kondiviżi u impenji li jistgħu jitkejlu fl-oqsma tal-ġestjoni tal-fruntieri, ir-ritorn u r-riammissjoni, u l-ġlieda kontra l-migrazzjoni illegali, il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti, it-traffikar tal-bnedmin u t-terroriżmu; jappella b’mod partikolari għal kooperazzjoni msaħħa mal-pajjiżi ta’ oriġini u ta’ tranżitu biex tiġi evitata l-migrazzjoni irregolari, jiġu żarmati n-networks ta’ faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin u jittejbu r-ritorni, kif ukoll biex tiġi approfondita l-kooperazzjoni fil-qasam tas-sigurtà u tal-ġlieda kontra t-terroriżmu; jissottolinja li tali kooperazzjoni trid tikkontribwixxi għall-istabbiltà fit-tul u għal eżiti ta’ benefiċċju reċiproku għaż-żewġ kontinenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jitlob li l-UE u l-UA jiddefendu u jippromwovu d-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, jiżguraw l-aċċess għall-edukazzjoni u t-twettiq tas-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi, jippromwovu l-parteċipazzjoni sħiħa, ugwali u sinifikanti tan-nisa fit-teħid tad-deċiżjonijiet u fis-suq tax-xogħol u jiġġieldu l-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-prattiki ta’ ħsara; itenni li l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa huma prerekwiżiti għal tkabbir inklużiv u żvilupp sostenibbli; jitlob li l-UE tiżgura finanzjament iddedikat għall-programmi tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri f’konformità mal-Pjan ta’ Azzjoni tagħha dwar il-Ġeneru III; jappella għal miri ta’ finanzjament ambizzjużi biex javvanzaw l-SDG 5 dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u jagħtu s-setgħa lill-inizjattivi ta’ rispons mmexxija min-nisa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jenfasizza l-importanza tal-ġlieda kontra l-ksur tad-drittijiet tan-nisa fl-Afrika, speċjalment il-mutilazzjoni ġenitali femminili;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jisħaq li s-sigurtà tas-saħħa hija sfida globali kondiviża u jesprimi tħassib li tnaqqis sinifikanti fil-baġit fis-settur jhedded li jġib fix-xejn għexieren ta’ snin ta’ progress fis-saħħa globali, u b’hekk ipoġġi miljuni ta’ ħajjiet f’riskju; jilqa’ l-appoġġ tal-UE għaċ-Ċentri Afrikani għall-Kontroll u l-Prevenzjoni tal-Mard, għaċ-ċentri tal-manifattura tal-vaċċini u għall-Aġenzija Afrikana għall-Mediċini; jenfasizza r-rwol vitali tal-UE fil-finanzjament ta’ programmi tas-saħħa li jsalvaw il-ħajja, inklużi l-prevenzjoni u t-trattament tal-HIV u l-AIDS, u l-programmi dwar is-saħħa sesswali u riproduttiva; jappella għal kooperazzjoni kontinwa dwar it-tħejjija għall-pandemiji, il-produzzjoni farmaċewtika lokali u l-kopertura universali tas-saħħa;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-klima, l-ambjent u l-kooperazzjoni multilaterali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jappella għal progress konġunt fis-suq uniku tal-elettriku Afrikan, l-interkonnessjonijiet transfruntiera u l-urbanizzazzjoni sostenibbli; jitlob li l-UE tipprovdi s-sehem ġust tagħha ta’ finanzjament għall-klima għall-adattament u l-mitigazzjoni tal-klima Afrikana, filwaqt li jappoġġja inizjattivi bħall-Ħajt il-Kbir l-Aħdar u NaturAfrika li jikkombinaw il-protezzjoni ambjentali mal-impjiegi u l-iżvilupp rurali; jirrikonoxxi t-tibdil fil-klima bħala sfida kondiviża u opportunità għall-kooperazzjoni bejn l-Afrika u l-UE; jilqa’ l-Inizjattiva għall-Enerġija Ekoloġika bejn l-Afrika u l-Ewropa biex twassal 50 GW ta’ kapaċità rinnovabbli u aċċess għall-elettriku għal 100 miljun persuna sal-2030;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jappella għal azzjoni aktar b’saħħitha bejn l-UA u l-UE u promozzjoni konġunta fil-laqgħat tal-Konferenza tal-Partijiet biex jiġu żgurati finanzjament ġust għall-klima, trasferiment tat-teknoloġija u finanzjament għall-Fond għat-Telf u l-Ħsara; jisħaq li l-emittenti ewlenin kollha tal-gassijiet serra, inklużi l-membri tal-G20, jeħtiġilhom imexxu l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi; jilqa’ s-sħubija permanenti tal-Afrika fil-G20 u jappoġġja rappreżentanza Afrikana akbar fil-governanza globali; jipproponi li l-UA u l-UE jistabbilixxu djalogu annwali ta’ livell għoli dwar il-klima u s-sostenibbiltà sabiex jimmonitorjaw il-progress u jallinjaw il-politiki dwar l-enerġija, il-bijodiversità u l-protezzjoni ambjentali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">It-triq ’il quddiem</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jilqa’ l-organizzazzjoni tas-seba’ Summit UE-UA f’Luanda bħala opportunità sinifikanti għall-mexxejja Afrikani u Ewropej biex jaffermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom għas-sħubija UE-UA; jistieden lill-parteċipanti jaħtfu din l-okkażjoni biex iħabbru impenji li jistgħu jitkejlu għall-ħames snin li ġejjin, b’mod partikolari permezz tal-adozzjoni ta’ pjan ta’ azzjoni konġunt 2025-2030, pjan direzzjonali biex jiġu rduppjati l-kummerċ u l-investiment bejn l-Afrika u l-UE sal-2030, u qafas konġunt imġedded dwar it-trasformazzjoni diġitali u s-sħubijiet tal-enerġija ekoloġika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lis-SEAE jistabbilixxu djalogi annwali ta’ livell għoli mal-Kummissjoni tal-UA u l-Komunitajiet Ekonomiċi Reġjonali f’erba’ oqsma ta’ prijorità: il-paċi u s-sigurtà, il-kummerċ u l-kooperazzjoni ekonomika, il-migrazzjoni u l-mobbiltà, u s-sostenibbiltà u l-azzjoni klimatika, sabiex jiġu evalwati l-prijoritajiet tas-sħubija, tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni u jingħata kontribut kemm għall-proċess tas-summit UA-UE kif ukoll għall-qafas finanzjarju pluriennali tal-UE; jipproponi li l-konsultazzjonijiet UA-UE jiġu istituzzjonalizzati fil-livell ministerjali u ta’ uffiċjali għolja kull sena, filwaqt li jiġu żgurati koordinazzjoni kontinwa, obbligu ta’ rendikont u tfassil ta’ politika adattiva;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li tissaħħaħ id-dimensjoni parlamentari tas-sħubija Afrika-Ewropa; jitlob li tiġi organizzata laqgħa ta’ qabel is-summit bejn il-Membri tal-Parlament Ewropew u l-membri tal-Parlament Pan-Afrikan biex jiġi żgurat li l-ilħna tar-rappreżentanti eletti miż-żewġ kontinenti jgħinu fit-tfassil tal-aġenda, tal-prijoritajiet u tal-eżiti tas-summit li jmiss bejn l-UE u l-UA; jissottolinja li tali djalogu jsaħħaħ il-leġittimità demokratika, irawwem fehim reċiproku u jiżgura li l-konklużjonijiet tas-summit jirriflettu t-tħassib u l-aspirazzjonijiet taċ-ċittadini madwar l-Afrika u l-Ewropa; jisħaq ukoll fuq l-importanza tal-involviment sinifikanti tas-soċjetà ċivili fis-sħubija u fis-summits; ifaħħar id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li jiftaħ uffiċċju f’Addis Ababa sabiex isegwi mill-qrib l-attivitajiet u l-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UA u tal-Parlament Pan-Afrikan tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jistieden lill-President tiegħu tistieden lill-kapijiet ta’ stat Afrikani jindirizzaw lill-Parlament fuq bażi aktar regolari sabiex tiġi żgurata rappreżentanza ġeografika bbilanċjata u jitrawwem djalogu politiku aktar profond bejn iż-żewġ kontinenti;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-President tal-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni tal-Unjoni Afrikana, lill-Parlament Pan-Afrikan, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri tal-UE u tal-Istati Membri tal-Unjoni Afrikana, u lis-Segretarji Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-Organizzazzjoni tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>