<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0254</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-Konferenza tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima 2025 f’Belém, il-Brażil (COP30)</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0445/2025)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2025 dwar il-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima 2025 f’Belém, il-Brażil (COP30) (2025/2666(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) u l-Protokoll ta’ Kjoto tagħha,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim adottat fil-21 Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC (COP21) f’Pariġi fit-12 ta’ Diċembru 2015 (il-Ftehim ta’ Pariġi),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-29 Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC (COP29), id-19-il sessjoni tal-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta’ Kjoto (CMP 19), is-sitt sessjoni tal-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala l-Laqgħa tal-Partijiet għall-Ftehim ta’ Pariġi (CMA 6), u l-Patt Klimatiku ta’ Glasgow adottat fis-26 Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC (COP26) fi Glasgow fit-13 ta’ Novembru 2021,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ftehim li sar fis-27 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima (COP27) biex jinħoloq fond speċifiku għat-telf u l-ħsara, l-istabbiliment ta’ kumitat tranżitorju dwar l-operazzjonalizzazzjoni tal-arranġamenti l-ġodda ta’ finanzjament għar-rispons għat-telf u l-ħsara fit-28 Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC (COP28), u n-Network ta’ Santiago dwar it-Telf u l-Ħsara,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Novembru 2024 dwar il-Konferenza tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima 2024 f’Baku, l-Ażerbajġan (COP29)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/808, 11.2.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/808/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ftehim li sar fil-COP29 dwar l-Għan Kollettiv Ġdid Kwantifikat dwar il-Finanzjament għall-Klima (NCQG) dwar il-finanzjament għall-klima u l-objettiv li l-finanzjament għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw jittrippla għal USD 300 biljun fis-sena sal-2035 u li jiġu żgurati sforzi mill-atturi kollha biex jaħdmu flimkien sabiex iżidu l-finanzjament għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw, minn sorsi kemm pubbliċi kif ukoll privati, għal USD 1,3 triljun fis-sena sal-2035,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Lulju 2025 dwar l-implimentazzjoni u t-twettiq tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli fid-dawl tal-Forum Politiku ta’ Livell Għoli 2025<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2025)0159.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport speċjali tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) tal-2018 dwar l-impatti tat-tisħin globali ta’ 1,5 ºC ogħla mil-livelli preindustrijali, ir-rapport speċjali tiegħu dwar it-tibdil fil-klima u l-art, ir-rapport speċjali tiegħu dwar l-oċean u l-krijosfera fi klima li qed tinbidel u s-sitt rapport ta’ valutazzjoni tiegħu (AR6),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ sinteżi tal-UNFCCC tat-28 ta’ Ottubru 2024 dwar il-kontributi stabbiliti fil-livell nazzjonali (NDCs) fl-ambitu tal-Ftehim ta’ Pariġi,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Organizzazzjoni Meteoroloġika Dinjija (WMO) tad-19 ta’ Marzu 2025 bit-titolu “State of the Global Climate 2024” (L-Istat tal-Klima Globali 2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-15 ta’ April 2025 imħejji mis-Servizz dwar it-Tibdil fil-Klima ta’ Copernicus u d-WMO, bit-titolu “European State of the Climate – Report 2024” (L-Istat Ewropew tal-Klima – Rapport 2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport tal-2024 tal-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent (UNEP) dwar id-Diskrepanza fl-Emissjonijiet, ippubblikat fl-24 ta’ Ottubru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2019 bit-titolu “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew” (COM(2019)0640),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Frar 2025 bit-titolu “Il-Patt għal Industrija Nadifa: Pjan direzzjonali konġunt għall-kompetittività u d-dekarbonizzazzjoni” (COM(2025)0085),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-leġiżlazzjoni tal-UE li tbiddel il-miri tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet netti b’tal-anqas 55 % sal-2030 meta mqabbla mal-livelli tal-1990 u lejn l-ilħuq tal-mira vinkolanti tal-UE għan-newtralità klimatika sal-2050 (il-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %”) f’politiki konkreti f’diversi setturi,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (UE) 2022/591 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ April 2022 dwar Programm Ġenerali ta’ Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2030<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 114, 12.4.2022, p. 22, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/591/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, kif ukoll ir-rapport tal-20 ta’ Frar 2025 mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent li jimmonitorja l-progress lejn l-objettivi tat-8 Programm ta’ Azzjoni Ambjentali (EAP), u r-rapport tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Marzu 2024 dwar ir-rieżami ta’ nofs it-terminu tat-tmien programm ta’ azzjoni ambjentali (COM(2024)0123),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta’ Novembru 2019 dwar l-emerġenza klimatika u ambjentali<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 232, 16.6.2021, p. 28.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Frar 2024 bit-titolu “Niżguraw il-futur tagħna – Il-mira klimatika Ewropea għall-2040 u l-perkors għan-newtralità klimatika sal-2050 aħna u nibnu soċjetà sostenibbli, prospera u ġusta” (COM(2024)0063),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Marzu 2024 bit-titolu “Il-ġestjoni tar-riskji klimatiċi - nipproteġu l-poplu u l-prosperità” (COM(2024)0091),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Mejju 2025 bit-titolu “Valutazzjoni madwar l-UE tal-pjanijiet nazzjonali għall-enerġija u l-klima aġġornati finali – Inwasslu l-objettivi enerġetiċi u klimatiċi għall-2030 tal-Unjoni” (COM(2025)0274),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-11 ta’ Marzu 2024 tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent bit-titolu “European Climate Risk Assessment” (Valutazzjoni tar-Riskju Klimatiku fl-Ewropa),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-15 ta’ Ġunju 2023 tal-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima bit-titolu “Scientific advice for the determination of an EU-wide 2040 climate target and a greenhouse gas budget for 2030-2050” (Konsulenza xjentifika għad-determinazzjoni ta’ mira klimatika għall-UE kollha għall-2040 u baġit għall-gassijiet serra għall-2030-2050),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tat-2 ta’ Ġunju 2025 tal-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima bit-titolu “Scientific advice for amending the European Climate Law - Setting climate goals to strengthen EU strategic priorities” (Parir xjentifiku għall-emendar tal-Liġi Ewropea dwar il-Klima - L-istabbiliment ta’ għanijiet klimatiċi biex jissaħħu l-prijoritajiet strateġiċi tal-UE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tat-28 ta’ Ġunju 2023 bit-titolu “Prospettiva ġdida rigward ir-rabta bejn il-klima u s-sigurtà: Nindirizzaw l-impatt tat-tibdil fil-klima u tad-degradazzjoni ambjentali fuq il-paċi, is-sigurtà u d-difiża” (JOIN(2023)0019), u d-dokument ta’ ħidma konġunt tal-persunal tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tas-17 ta’ Frar 2025 bit-titolu “Progress Report on the implementation of the Joint Communication - ‘A New Outlook on the Climate and Security Nexus’” (Rapport ta’ Progress dwar l-implimentazzjoni tal-Komunikazzjoni Konġunta - “Perspettiva Ġdida dwar ir-Rabta bejn il-Klima u s-Sigurtà”) (SWD(2025)0049),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Qafas Globali dwar is-Sustanzi Kimiċi – Għal Pjaneta Mingħajr Ħsara minn Sustanzi Kimiċi u Skart, adottat fil-ħames Konferenza Internazzjonali dwar il-Ġestjoni tas-Sustanzi Kimiċi, organizzata mill-UNEP f’Settembru 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Qafas Globali tal-Bijodiversità ta’ Kunming-Montreal, adottat fil-15-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Diversità Bijoloġika (COP15 tal-KDB) f’Diċembru 2022, u s-16-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Diversità Bijoloġika (COP16 tal-KDB), li ġiet konkluża fi Frar 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim fil-qafas tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar fuq il-konservazzjoni u fuq l-użu sostenibbli tal-bijodiversità marina fiż-żoni lil hinn mill-ġuriżdizzjoni nazzjonali (il-Ftehim BBNJ), adottat fid-19 ta’ Ġunju 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/1991 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2024 dwar ir-restawr tan-natura u li jemenda r-Regolament (UE) 2022/869<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1991, 29.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1991/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (Liġi dwar ir-Restawr tan-Natura),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tal-10 ta’ April 2024 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Monitoraġġ u r-Reżiljenza tal-Ħamrija<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2024)0204.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/3012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2024 li jistabbilixxi qafas ta’ ċertifikazzjoni tal-Unjoni għall-assorbiment permanenti tal-karbonju, tnaqqis tal-emissjonijiet mill-ħamrija, il-kultivazzjoni karbonika u l-ħżin tal-karbonju fil-prodotti<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/3012, 6.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/3012/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>	wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/1787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-metan fis-settur tal-enerġija u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/942<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1787, 15.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1787/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni adottata mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU fit-12 ta’ Lulju 2019 bit-titolu “Human Rights and Climate Change” (Id-Drittijiet tal-Bniedem u t-Tibdil fil-Klima) (A/HRC/RES/41/21),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni bit-titolu “Supporting the Conditions for a Just Transition Internationally” (Appoġġ għall-Kundizzjonijiet għal Tranżizzjoni Ġusta Internazzjonalment) tal-4 ta’ Novembru 2021, adottata fil-COP26,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-finanzjament għall-klima tal-10 ta’ Ottubru 2025 fid-dawl tat-30 Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC (COP30) f’Belém,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-mistoqsijiet lill-Kummissjoni u lill-Kunsill dwar il-Konferenza tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima tal-2025 f’Belém, il-Brażil (COP30) (O-000028/2025 – B10‑0011/2025 u O-000029/2025 – B10‑0012/2025),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 142(5) u 136(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, il-Klima u s-Sikurezza tal-Ikel,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-Parlament Ewropew iddikjara emerġenza klimatika u ambjentali u impenja ruħu li jiġġieled u jrażżan din it-theddida b’mod urġenti; billi studji xjentifiċi reċenti<FOOTNOTE><FIELD> Forster, P. M., Smith, C., Walsh, T., Lamb, W. F., Lamboll, R. <STRING ITALIC="on">et al.</STRING>, “Indicators of Global Climate Change 2024: annual update of key indicators of the state of the climate system and human influence” (Indikaturi tat-Tibdil fil-Klima Globali 2024: aġġornament annwali tal-indikaturi ewlenin tal-istat tas-sistema klimatika u l-influwenza tal-bniedem), <STRING ITALIC="on">Earth System Science Data</STRING>,, Vol. 17, Ħarġa 6, id-19 ta’ Ġunju 2025.</FIELD></FOOTNOTE> jindikaw li t-tisħin globali kkawżat mill-bniedem u ż-żidiet fil-livelli tal-baħar qed jaċċeleraw b’pass saħansitra aktar mgħaġġel milli kien antiċipat qabel;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Ftehim ta’ Pariġi daħal fis-seħħ fl-4 ta’ Novembru 2016; billi s-sena 2025 tfakkar l-għaxar anniversarju tal-adozzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi skont ir-Rapport tal-2024 tal-UNEP dwar id-Diskrepanza fl-Emissjonijiet<FOOTNOTE><FIELD> Il-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent, “<STRING ITALIC="on">Emissions Gap Report 2024</STRING>” (Rapport tal-2024 dwar id-Diskrepanza fl-Emissjonijiet), l-24 ta’ Ottubru 2024.</FIELD></FOOTNOTE>, l-implimentazzjoni sħiħa tal-NDCs mingħajr kundizzjonijiet magħmula skont il-Ftehim ta’ Pariġi għall-2030 tpoġġi lid-dinja fit-triq it-tajba biex tillimita ż-żieda fit-temperatura għal 2,8 °C matul dan is-seklu, u l-implimentazzjoni sħiħa tal-NDCs kundizzjonali tnaqqas din iż-żieda fit-temperatura għal 2,6 °C;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi r-rapport ta’ sinteżi tal-NDC tal-2024<FOOTNOTE><FIELD> Segretarjat tal-UNFCCC, <STRING ITALIC="on">024 NDC Synthesis Report</STRING> (Rapport ta’ Sinteżi tal-NDC tal-2024), it-28 ta’ Ottubru 2024.</FIELD></FOOTNOTE> jiddikjara li l-livell totali globali tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra (GHG) fl-2030 huwa previst li jkun 2,6 % taħt il-livell tal-2019; billi l-IPCC jikkonkludi li, f’xenarji li jillimitaw it-tisħin għal 1,5 °C, l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra jeħtieġ li jkunu 43 % taħt il-livell tal-2019 sal-2030;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-UE għandha tibqa’ mexxejja fin-negozjati internazzjonali dwar il-klima; billi huwa meħtieġ sforz kollettiv min-naħa tal-partijiet kollha biex jintlaħqu l-miri klimatiċi globali; billi d-dekarbonizzazzjoni fl-UE waħedha mhux se tkun biżżejjed; billi l-Istati Uniti jirrappreżentaw 23,8 % tal-emissjonijiet kumulattivi globali tas-CO<STRING SUBSCRIPT="on">2</STRING>, l-Istati Membri tal-UE jirrappreżentaw 16,5 %, iċ-Ċina 15 %, ir-Russja 6,7 % u r-Renju Unit 4,4 %; billi l-UE bħalissa hija r-raba’ l-akbar emittent annwali ta’ CO<STRING SUBSCRIPT="on">2</STRING> fid-dinja, billi tirrappreżenta madwar 6 % tal-emissjonijiet dinjija, wara ċ-Ċina, l-Istati Uniti u l-Indja; billi l-UE tirrappreżenta 5,7 % tal-popolazzjoni globali u 14,7 % tal-PDG globali<FOOTNOTE><FIELD> Eurostat, <STRING ITALIC="on">Key figures on the EU in the world – 2025 edition</STRING> (Ċifri ewlenin dwar l-UE fid-dinja – edizzjoni 2025), 2025.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi li l-perkorsi li jillimitaw it-tisħin globali għal 1,5 °C jirrikjedu li jintlaħqu emissjonijiet negattivi netti wara l-2050;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-biċċa l-kbira tal-azzjonijiet ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima li dehru fis-Sitt Rapport ta’ Valutazzjoni tal-IPCC, ippubblikat fl-2023, jinkludu l-qbid u l-ħżin tal-karbonju, u l-assorbiment tal-karbonju;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-IPCC jistma li l-baġit globali tal-karbonju b’kont meħud ta’ probabbiltà ta’ 67 % li t-tisħin globali jiġi limitat għal 1,5 °C huwa ta’ madwar 400 gigatunnellata ta’ CO<STRING SUBSCRIPT="on">2</STRING> mill-2020 ’il quddiem<FOOTNOTE><FIELD> IPCC, “Summary for Policymakers” (Sommarju għal min ifassal l-politika), f’“Climate Change 2021 – The Physical Science Basis. Contribution of Working Group I to the Sixth Assessment Report of the Intergovernmental Panel on Climate Change” (It-Tibdil fil-Klima 2021 – Il-Bażi tax-Xjenza Fiżika. Kontribut tal-Grupp ta’ Ħidma I għas-Sitt Rapport ta’ Valutazzjoni tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima), 2021.</FIELD></FOOTNOTE>; billi, fil-livelli globali attwali tal-emissjonijiet, dan il-baġit globali tal-karbonju huwa mistenni li jiġi eżawrit sal-2030;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-metan kien responsabbli għal madwar 30 % taż-żieda fit-temperaturi globali mir-rivoluzzjoni industrijali; billi l-UE nediet b’mod konġunt il-Wegħda Globali b’rabta mal-Metan (GMP) fil-COP26 biex sal-2030 tnaqqas l-emissjonijiet tal-metan għal 30 % tal-livelli tal-2020; billi r-rapport tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija ta’ Mejju 2025 bit-titolu “Global Methane Tracker 2025” (Tracker tal-Methan Globali 2025) juri li l-emissjonijiet tal-metan għadhom qed jiżdiedu u li l-implimentazzjoni tal-Wegħda Globali b’rabta mal-Metan għadha dgħajfa;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi s-sejba tal-IPCC tiddikjara li l-bjar tal-art u tal-oċeani assorbew 56 % tal-emissjonijiet tas-CO<STRING SUBSCRIPT="on">2</STRING> ikkawżati mill-bniedem matul dawn l-aħħar sitt deċennji<FOOTNOTE><FIELD> IPCC, “Sections” (Taqsimiet) f’“<STRING ITALIC="on">Climate Change 2023: Synthesis Report. Contribution of Working Group I, II to the Sixth Assessment Report of the Intergovernmental Panel on Climate Change</STRING>” (It-Tibdil fil-Klima 2023: Rapport ta’ Sinteżi. Kontribut tal-Gruppi ta’ Ħidma I, II u III għas-Sitt Rapport ta’ Valutazzjoni tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima), 2023.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi nqabżu sitta mid-disa’ limiti tal-pjaneta, analizzati miċ-Ċentru ta’ Reżiljenza ta’ Stokkolma<FOOTNOTE><FIELD> Richardson, K., Steffen, W., Lucht, W., Bendtsen, J., Cornell, S. <STRING ITALIC="on">et al</STRING>.,”‘Earth beyond six of nine planetary boundaries” (Id-dinja qed taqbeż sitta mid-disa’ limiti tal-pjaneta), <STRING ITALIC="on">Science Advances</STRING>, Vol. 9, Ħarġa 37, it-13 ta’ Settembru 2023.</FIELD></FOOTNOTE>, inkluż il-limitu tal-pjaneta għall-klima;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-UNEP jiddeskrivi l-emerġenzi ambjentali interkonnessi tat-tibdil fil-klima, it-tniġġis u t-telf tal-bijodiversità bħala “l-kriżi planetarja tripla”, peress li t-tibdil fil-klima jiggrava t-telf tal-bijodiversità, it-tniġġis iħaffef kemm it-tibdil fil-klima kif ukoll il-kollass tal-ekosistema, u t-telf tal-bijodiversità jdgħajjef ir-reżiljenza għall-klima;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-protezzjoni, il-konservazzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u l-ekosistemi, inkluż permezz ta’ sforzi akbar biex jitwaqqfu u jitreġġgħu lura d-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti, huma azzjonijiet meħtieġa biex jintlaħaq l-għan dwar it-temperatura tal-Ftehim ta’ Pariġi;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-Qafas Globali tal-Bijodiversità (GBF) ta’ Kunming-Montreal fih miżuri konkreti biex jitwaqqaf u jitreġġa’ lura t-telf tan-natura, inklużi miri għar-restawr ta’ 30 % tal-ekosistemi degradati kollha sal-2030 u mira għall-konservazzjoni ta’ 30 % tal-art, l-ilmijiet u l-ibħra;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi l-2024 kienet l-aktar sena sħuna li qatt ġiet irreġistrata u l-ewwel darba li t-temperaturi globali qabżu 1,5 °C ’il fuq mil-livelli preindustrijali; billi d-data ta’ Copernicus għall-ewwel nofs tal-2025 turi xi wħud mill-ogħla temperaturi rreġistrati, bis-sena 2024 biss tkun aktar sħuna għax-xahar ta’ Mejju<FOOTNOTE><FIELD> Copernicus, “Copernicus: Exceptionally dry spring in parts of north-western Europe - Second-warmest May globally” (Rebbiegħa eċċezzjonalment niexfa f’partijiet mill-Majjistral tal-Ewropa - It-tieni l-aktar Mejju sħun li qatt ġie rreġistrat fid-dinja), is-sit web ta’ Copernicus, l-10 ta’ Ġunju 2025.</FIELD></FOOTNOTE>; billi kull waħda minn dawn l-aħħar għaxar snin tikklassifika wkoll fost l-għaxar snin l-aktar sħan irreġistrati; billi l-Ewropa hija l-kontinent li qed jisħon l-aktar malajr fid-dinja, hekk kif qed tisħon b’madwar id-doppju tar-rata medja globali mis-snin 80 ’l hawn, skont id-data ta’ Copernicus<FOOTNOTE><FIELD> Copernicus, <STRING ITALIC="on">Copernicus Global Climate Report 2024</STRING> (Rapport tal-2024 dwar il-Klima Globali ta’ Copernicus), is-sit web ta’ Copernicus, l-10 ta’ Jannar 2025.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi l-Assemblea Ġenerali tan-NU rrikonoxxiet id-dritt ta’ aċċess għal ambjent nadif, tajjeb għas-saħħa u sostenibbli bħala dritt universali tal-bniedem<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU 76/300 tat-28 ta’ Lulju 2022 bit-titolu “The human right to a clean, healthy and sustainable environment” (Id-dritt tal-bniedem għal ambjent nadif, tajjeb għas-saħħa u sostenibbli).</FIELD></FOOTNOTE> u l-Artikolu 37 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jistabbilixxi l-prinċipju li l-protezzjoni ambjentali trid tiġi integrata fil-politiki tal-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi t-tniġġis tal-arja huwa theddida kbira għall-ambjent u għas-saħħa pubblika u huwa marbut b’mod inseparabbli mal-kriżi klimatika, kemm f’termini ta’ sorsi tal-enerġija kondiviżi bħall-kombustjoni tal-fjuwils fossili kif ukoll il-ħtieġa ta’ soluzzjonijiet ta’ politika integrati; billi s-sustanzi inkwinanti ta’ ħajja qasira, bħall-metan u l-karbonju iswed, huma responsabbli għal kważi nofs il-livelli ta’ tisħin globali attwali u jikkawżaw impatti severi fuq is-saħħa, b’mod partikolari fost il-popolazzjonijiet vulnerabbli<FOOTNOTE><FIELD> Szopa, S., Naik, V., Adhikary, B., Artaxo, P., Berntsen, T., “Short-Lived Climate Forcers” (Sustanzi Inkwinanti ta’ Ħajja Qasira) f’<STRING ITALIC="on">Climate Change 2021: The Physical Science Basis. Contribution of Working Group I to the Sixth Assessment Report of the Intergovernmental Panel on Climate Change</STRING> (It-Tibdil fil-Klima 2021: Il-Bażi tax-Xjenza Fiżika. Kontribut tal-Grupp ta’ Ħidma I għas-Sitt Rapport ta’ Valutazzjoni tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima), Ġunju 2023.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi l-Istati Uniti ddeċidew għat-tieni darba li jirtiraw unilateralment mill-Ftehim ta’ Pariġi; billi l-irtirar tal-Istati Uniti mill-multilateraliżmu u mill-għoti ta’ għajnuna għall-iżvilupp, għajnuna umanitarja u finanzjament internazzjonali għall-klima se jħalli diskrepanza sinifikanti; billi l-UE għandha responsabbiltà u interess strateġiku li tgħin biex tingħalaq dik id-diskrepanza;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi l-konsistenza bejn il-flussi finanzjarji globali u perkors lejn ekonomija b’emissjonijiet żero netti u reżiljenti għall-klima tikkostitwixxi għan essenzjali għat-tranżizzjoni ekoloġika f’konformità mal-Artikolu 2 tal-Ftehim ta’ Pariġi;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi r-rapport tal-Kumitat Permanenti dwar il-Finanzi tal-UNFCCC tal-2021, bit-titolu “First report on the determination of the needs of developing country Parties” (L-ewwel rapport dwar id-determinazzjoni tal-ħtiġijiet tal-Partijiet li huma pajjiżi li qed jiżviluppaw), jiddikjara li r-rapporti nazzjonali ppreżentati mill-Partijiet li huma pajjiżi li qed jiżviluppaw għall-UNFCCC juru li l-ispejjeż biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħhom sal-2030, fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima u l-Ftehim ta’ Pariġi, jammontaw b’mod kumulattiv għal USD 5,8-5,9 triljun<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kumitat Permanenti tal-UNFCCC dwar il-Finanzi, “First report on the determination of the needs of developing country Parties related to implementing the Convention and the Paris Agreement” (L-ewwel rapport dwar id-determinazzjoni tal-ħtiġijiet tal-Partijiet li huma pajjiżi li qed jiżviluppaw relatati mal-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni u tal-Ftehim ta’ Pariġi), is-sit web tal-UN Climate Change, 2021.</FIELD></FOOTNOTE>; billi l-NCQG tal-UNFCCC dwar il-finanzjament għall-klima jinkludi impenn biex il-finanzjament jiżdied għall-ammont ta’ mill-anqas USD 1,3 triljun fis-sena sal-2035;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi l-Inizjattiva tat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Fjuwil Fossili hija ispirata mit-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari, u tappella għal trattat internazzjonali vinkolanti biex titwaqqaf l-espansjoni tal-fjuwils fossili, tiġi eliminata gradwalment il-produzzjoni eżistenti u tiġi appoġġjata tranżizzjoni globali ġusta; billi sa issa 17-il pajjiż biss approvaw it-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Fjuwils Fossili, u l-ebda wieħed minn dawn mhu Stat Membru tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> Inizjattiva tat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Fjuwils Fossili, “Governments participating in discussions on a fossil fuel treaty” (Gvernijiet li jipparteċipaw f’diskussjonijiet dwar trattat dwar il-fjuwils fossili), is-sit web tal-Inizjattiva tat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Fjuwils Fossili.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi l-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima jirrakkomanda l-eliminazzjoni gradwali u urġenti tas-sussidji fuq il-fjuwils fossili fl-UE, f’konformità mal-impenji eżistenti; billi t-8 EAP jirrikjedi l-istabbiliment ta’ skadenza ċara għat-tmiem ta’ tali sussidji f’konformità ma’ din l-ambizzjoni klimatika;
</CONS><CONS>
<NO.P>W.</NO.P>billi t-tfal huma partikolarment vulnerabbli għall-impatti tat-tibdil fil-klima, inkluż permezz ta’ mard fatali, tniġġis, insigurtà tal-ikel u tal-ilma, u eventi ta’ temp estrem; billi kważi biljun tifel u tifla jgħixu fi 33 pajjiż ikklassifikati bħala “b’riskju għoli ħafna” minħabba taħlita ta’ esponiment għal perikli klimatiċi u ambjentali u livelli għoljin ta’ vulnerabbiltà<FOOTNOTE><FIELD> UNICEF, “The climate crisis is a child rights crisis – Introducing the Children’ s Climate Risk Index” (Il-kriżi klimatika hija kriżi tad-drittijiet tat-tfal – L-introduzzjoni tal-Indiċi tar-Riskju Klimatiku tat-Tfal), Awwissu 2021.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>X.</NO.P>billi l-oqfsa klimatiċi multilaterali ambizzjużi u l-azzjonijiet allinjati magħhom iservu l-interessi strateġiċi tal-UE u jippreżentaw opportunitajiet għall-UE bħala mexxejja globali fit-tranżizzjoni ekoloġika;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Rendikont globali, NDCs u l-COP30 f’Belém</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jenfasizza l-fatt li l-eżitu tal-ewwel rendikont globali (GST) fil-COP28, li jirrikonoxxi li l-perkorsi li jillimitaw it-tisħin globali għal 1,5 °C mingħajr ma tinqabeż jew billi tinqabeż bi ftit din iċ-ċifra u għal 2 °C jirrikjedu l-ilħuq tal-ogħla livell globali ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra qabel l-2025 u li l-limitazzjoni tat-tisħin globali għal 1,5 °C mingħajr ma tinqabeż jew billi tinqabeż bi ftit din iċ-ċifra tirrikjedi tnaqqis profond, malajr u sostnut fl-emissjonijiet globali ta’ gassijiet serra ta’ 43 % sal-2030 u 60 % sal-2035 meta mqabbel mal-livell tal-2019, u b’hekk jintlaħqu emissjonijiet żero netti ta’ gassijiet serra sal-2050;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jieħu nota tal-progress relattiv li sar f’xi oqsma fil-COP29 f’Baku, speċjalment fir-rigward tal-NCQG dwar il-finanzjament għall-klima, il-progress biex il-fond għat-telf u l-ħsara jsir operattiv, u l-ftehim dwar is-suq tal-karbonju; jesprimi dispjaċir, madankollu, għan-nuqqas ta’ progress suffiċjenti fil-mitigazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota bi tħassib li t-tnaqqis aggregat tal-emissjonijiet mill-NDCs ippreżentati ma jilħaqx b’mod sinifikanti l-perkorsi tal-emissjonijiet meħtieġa biex tiġi rrispettata l-mira tal-Ftehim ta’ Pariġi u l-konklużjonijiet tal-ewwel GST; iħeġġeġ lill-COP30 tafferma mill-ġdid l-impenn għall-mira ta’ 1,5 °C u taqbel dwar il-ħtieġa li tkompli tissaħħaħ l-ambizzjoni, u tieħu deċiżjonijiet konkreti biex tappoġġja l-implimentazzjoni tal-NDCs; iqis li l-GSTs għandhom isiru aktar ta’ spiss u jitlob lill-partijiet kollha li mhumiex fit-triq it-tajba biex jilħqu l-għan tal-Ftehim ta’ Pariġi jaġġornaw u jsaħħu l-NDCs tagħhom kull sentejn, flimkien maċ-ċiklu ta’ rieżami ta’ kull ħames snin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jisħaq li huma meħtieġa sforz kollettiv u azzjoni ulterjuri mill-partijiet kollha biex tingħalaq id-diskrepanza fl-emissjonijiet u jiġu implimentati l-azzjonijiet inklużi fl-ewwel GST permezz ta’ miri konkreti, u biex tiżdied l-azzjoni stabbilita fil-livell nazzjonali; jissottolinja r-responsabbiltà partikolari tal-emittenti ewlenin kollha, inklużi l-ekonomiji emerġenti u l-pajjiżi tal-G20, li juru tmexxija, f’dan ir-rigward; jistieden lill-UE u lis-sħab tal-istess fehma jmexxu koalizzjoni ta’ ambizzjoni għolja u jaħdmu b’mod kollaborattiv mal-partijiet kollha biex jiżguraw eżitu ta’ suċċess fil-COP30;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jesprimi dispjaċir kbir għad-deċiżjoni tal-Gvern tal-Istati Uniti li jirtira, għat-tieni darba, mill-Ftehim ta’ Pariġi; jitlob lill-Istati Uniti jikkunsidraw mill-ġdid l-irtirar tagħhom, u jikkontribwixxu s-sehem ġust tagħhom għall-isforz globali biex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima u għall-finanzjament globali għall-klima f’konformità mal-Ftehim ta’ Pariġi, speċjalment fir-rigward tar-responsabbiltà tagħhom, abbażi tal-emissjonijiet kumulattivi tal-passat tagħhom; iħeġġeġ lill-istati tal-Istati Uniti u lill-atturi mhux statali jkomplu jinvolvu ruħhom f’kooperazzjoni internazzjonali dwar il-klima, inkluż fil-konferenzi tan-NU dwar it-tibdil fil-klima; jinnota li l-ebda pajjiż ieħor ma segwa l-Istati Uniti billi rtira mill-Ftehim ta’ Pariġi; jissottolinja r-responsabbiltà partikolari u l-interess strateġiku tal-UE li tipprovdi tmexxija u treġġa’ lura l-fiduċja fl-azzjoni klimatika globali, inkluż permezz ta’ miżuri li jipprevjenu kwalunkwe rtirar ulterjuri mill-Ftehim ta’ Pariġi; iqis li l-aspetti kollha tal-azzjoni esterna tal-UE, inklużi l-politika kummerċjali u l-politika tal-iżvilupp, jistgħu jikkontribwixxu għal dawn l-għanijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Itenni l-prinċipju tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp, li għalih impenjaw ruħhom l-UE u l-Istati Membri tagħha u li għandu l-għan li jimminimizza l-kontradizzjonijiet u jibni sinerġiji bejn il-politiki differenti tal-UE; jinsisti fuq approċċ koerenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi u l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli kemm fil-politiki interni kif ukoll f’dawk esterni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Ifakkar li fl-ewwel GST, il-Partijiet għall-UNFCCC irrikonoxxew il-ħtieġa ta’ tnaqqis profond, malajr u sostnut fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra f’konformità mal-perkorsi ta’ 1,5 °C u impenjaw ruħhom li jikkontribwixxu għall-isforz globali biex il-kapaċità tal-enerġija rinnovabbli globalment tiżdied bit-triplu u r-rata annwali medja globali tat-titjib fl-effiċjenza enerġetika tiżdied b’darbtejn sal-2030; jibqa’ mħasseb dwar il-progress insuffiċjenti lejn l-ilħuq ta’ dawn il-miri; jissottolinja li huwa essenzjali li l-COP30 tibni fuq dawn il-miri, tieħu deċiżjonijiet konkreti dwar l-implimentazzjoni tagħhom u tieħu miżuri addizzjonali jekk tibqa’ diskrepanza fl-ambizzjoni; jafferma mill-ġdid l-impenn tiegħu li jirrispetta l-kunsens milħuq fid-Dikjarazzjoni tal-COP28 dwar il-Klima u s-Saħħa; jieħu nota tal-impenn li jikkontribwixxi għall-aċċelerazzjoni tal-iżvilupp ta’ teknoloġiji b’emissjonijiet żero u baxxi; ifakkar f’dan ir-rigward fil-punt (e) tal-paragrafu 28 tal-ewwel GST kif adottat fil-COP28;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Ifakkar li fl-ewwel GST, il-pajjiżi impenjaw ruħhom li jħaffu l-isforzi lejn it-tnaqqis gradwali tal-enerġija mill-faħam mingħajr tnaqqis u l-eliminazzjoni gradwali tas-sussidji tal-fjuwils fossili ineffiċjenti, u biex jitbiegħdu mill-fjuwils fossili fis-sistemi tal-enerġija b’mod ġust, ordnat u ekwu, bil-ħsieb li tiġi aċċelerata l-azzjoni f’dan id-deċennju kritiku, sabiex tinkiseb ekonomija b’emissjonijiet żero netti sal-2050, f’konformità max-xjenza; jistieden lill-Partijiet kollha jżidu l-isforzi f’din id-direzzjoni u jinvolvu ruħhom fl-iżvilupp ta’ trattat dwar in-nonproliferazzjoni tal-fjuwils fossili; jistenna li l-COP30 issaħħaħ l-impenn għat-tranżizzjoni lil hinn mill-fjuwils fossili u jinsisti fuq il-ħtieġa urġenti ta’ pjanijiet ambizzjużi u marbuta biż-żmien biex jiġu eliminati gradwalment is-sussidji fuq il-fjuwils fossili u l-produzzjoni tal-fjuwils fossili;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jinnota li l-2025 hija l-iskadenza għall-pajjiżi biex jippreżentaw l-NDCs tagħhom għall-2035, li huma essenzjali għaż-żieda fl-ambizzjoni klimatika, għat-traċċar tal-progress u għat-tisħiħ tar-reżiljenza; iqis li huwa essenzjali li l-UE tmexxi bl-eżempju u jitlob lill-UE u lill-Partijiet kollha li għadhom ma għamlux dan biex jirrispondu għall-GST tal-COP28 u minflok miri relattivi jippreżentaw miri assoluti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet li jkopru l-gassijiet serra kollha, u s-setturi u l-kategoriji kollha, għall-ekonomija kollha, allinjati mal-għan ta’ 1,5 °C malajr kemm jista’ jkun u ferm qabel il-COP30; jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-biċċa l-kbira tal-partijiet naqsu milli jissodisfaw l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-NDCs aġġornati tagħhom u jisħaq fuq l-importanza li jiġu rispettati l-proċessi kollha tal-UNFCCC u l-iskadenzi għas-sottomissjoni għall-funzjonament tajjeb tal-multilateraliżmu fil-politika dwar it-tibdil fil-klima;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza ta’ rapportar granulari u trasparenti li jivvaluta l-progress fir-rigward tal-NDCs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jirrikonoxxi l-progress fl-implimentazzjoni tal-Artikolu 6 tal-Ftehim ta’ Pariġi u jenfasizza li l-użu tal-Artikolu 6 għandu dejjem jirriżulta f’benefiċċju nett garantit għall-klima u jistieden, għalhekk, lill-Partijiet kollha jiżguraw li l-proġetti kkunsidrati skont l-Artikolu 6 ma jiskoraġġux it-tnaqqis tal-emissjonijiet domestiċi; iħeġġeġ lill-Korp Superviżorju u lill-Partijiet kollha biex jappoġġjaw il-Ftehim ta’ Glasgow, u b’hekk jiżguraw li l-attivitajiet kollha approvati tal-Mekkaniżmu għal Żvilupp Nadif jikkonformaw mal-metodoloġiji tal-Artikolu 6.4 sa mhux aktar tard minn tmiem l-2025; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi u tappoġġja l-iżvilupp ta’ qafas ta’ governanza internazzjonali robust għar-riżultati ta’ mitigazzjoni trasferiti fil-livell internazzjonali (ITMOs) fuq livell internazzjonali li jinkludi standards vinkolanti dwar il-krediti internazzjonali tal-karbonju biex tiġi ggarantita l-integrità ambjentali, klimatika u soċjali, il-kondiviżjoni ġusta tal-benefiċċji ta’ mitigazzjoni, regoli ċari ta’ implimentazzjoni biex jiġu żgurati t-trasparenza, l-addizzjonalità u l-permanenza, obbligi ta’ rapportar stretti, u mekkaniżmi ta’ sorveljanza effettivi għall-proġetti kollha tal-Artikolu 6, sabiex jiġi eliminat ir-riskju ta’ għadd doppju u tiġi ssalvagwardjata l-integrità ambjentali tas-sistema; jappella għal regoli ċari dwar il-kondiviżjoni tar-responsabbiltà għall-monitoraġġ u għar-riskji li l-karbonju jerġa’ jsib ruħu fl-atmosfera, biex jiġu evitati piżijiet żejda fuq il-Partijiet ospitanti; jenfasizza l-ħtieġa li l-inizjattivi tas-suq privat tal-karbonju jimplimentaw l-ogħla standards ta’ integrità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jistieden lill-Partijiet kollha jagħmlu progress sinifikattiv fil-COP30 biex jiżguraw li t-tieni GST, li jibda fl-2026, ikun iggwidat mill-aqwa xjenza disponibbli u jintegra kwistjonijiet trażversali bħall-ekwità tal-ġeneru, id-drittijiet tal-bniedem u l-protezzjoni tal-ekosistema;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Finanzjament internazzjonali għall-klima u finanzjament sostenibbli</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jenfasizza li l-għoti ta’ finanzjament adegwat għall-klima huwa kruċjali biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Ftehim ta’ Pariġi; ifakkar li l-NDCs ta’ ħafna pajjiżi li qed jiżviluppaw ikunu kundizzjonali għall-finanzjament internazzjonali għall-klima; jisħaq li, skont diversi rapporti tan-NU, id-diskrepanza fil-finanzjament globali għall-klima bejn dak li huwa meħtieġ u dak li huwa pprovdut bħalissa hija kbira u qed tikber, u li din id-diskrepanza dejjem tikber tirriżulta minn għadd ta’ fatturi, li kollha kemm huma għandhom jiġu indirizzati b’mod adegwat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jisħaq fuq il-fatt li d-dewmien fil-mobilizzazzjoni tal-finanzjament għall-klima se jwassal għal żieda fl-ispejjeż, żieda fl-ispejjeż tal-opportunità u tnaqqis fir-redditi klimatiċi; jinnota, f’dan ir-rigward, li l-AIE tistma li, għal kull dollaru Amerikan mhux investit f’enerġija nadifa qabel l-2030, jistgħu jkunu meħtieġa erba’ jew ħames dollari sussegwentement bħala kumpens;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jisħaq li l-adattament mhuwiex iffinanzjat biżżejjed, u li l-NCQG ma jirrispondix biżżejjed għall-ħtiġijiet ta’ finanzjament għall-adattament; jenfasizza l-fatt li, filwaqt li huma meħtieġa s-sorsi kollha ta’ finanzjament, kemm pubbliċi kif ukoll privati, huwa meħtieġ finanzjament pubbliku internazzjonali b’mod partikolari biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet ta’ adattament u jiġu indirizzati t-telf u l-ħsara;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jinnota li l-UE u l-Istati Membri tagħha jipprovdu madwar terz tal-finanzjament pubbliku globali għall-klima, li jagħmilhom l-akbar fornituri globalment, b’EUR 28,6 biljun ipprovduti minn sorsi pubbliċi fl-2023 u EUR 7,2 biljun f’finanzjament privat mobilizzati wkoll; itenni li l-baġits tal-UE u dawk nazzjonali għandhom jiġu adattati biex jissodisfaw l-NCQG miftiehem, sabiex l-UE tagħti s-sehem ġust tagħha ta’ finanzjament internazzjonali għall-klima, inkluż billi timmobilizza l-finanzjament privat għall-klima; iqis li l-NCQG jirrappreżenta l-limitu inferjuri għall-mobilizzazzjoni tal-finanzjament għall-klima;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-UE kellha rwol sinifikanti fin-negozjati għal ftehim dwar l-NCQG; jistieden lill-Partijiet kollha jikkontribwixxu s-sehem ġust tagħhom biex jintlaħaq l-NCQG, li għandu jinkludi għanijiet sekondarji għall-finanzjament għall-mitigazzjoni u l-adattament u għat-telf u l-ħsara; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jżidu l-finanzjament ġdid u addizzjonali għall-klima, permezz ta’ mekkaniżmu ta’ finanzjament pubbliku tal-UE ddedikat u prevedibbli, għall-konformità mal-NCQG miftiehem; ifakkar li, sabiex jinkisbu l-livelli ta’ finanzjament globali meħtieġa għall-klima, hija meħtieġa bażi usa’ ta’ kontributuri li tirrifletti l-kapaċitajiet finanzjarji li qed jevolvu tal-Partijiet; jistenna li l-pajjiżi b’introjtu medju superjuri u b’emissjonijiet għoljin jikkontribwixxu s-sehem ġust tagħhom u jżidu l-kontribuzzjonijiet tagħhom aktar milli huwa l-każ bħalissa; jistieden lill-partijiet kollha jidentifikaw sorsi ġodda u innovattivi ta’ finanzjament pubbliku u privat; jistieden lill-Partijiet, meta jiffinanzjaw l-NCQG, jagħtu prijorità lil strumenti u miżuri li huma bbażati fuq l-għotjiet u li ma jwasslux għad-dejn sabiex jiżguraw li l-pajjiżi riċevituri jkunu jistgħu jimplimentaw il-miżuri ta’ mitigazzjoni u adattament meħtieġa mingħajr ma jżidu l-piż tad-dejn tagħhom; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li l-NCQG jiġi ssodisfat permezz tar-rikategorizzazzjoni ta’ fondi oħra; jindika wkoll tħassib dwar l-ambigwità b’rabta mat-tipi ta’ finanzjament li jikkontribwixxu għall-NCQG, b’mod partikolari l-kwistjoni tal-għadd doppju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jistieden lill-atturi kollha jiżguraw li l-pjan direzzjonali minn Baku għal Belém jipprovdi pjan ċar u azzjonabbli għall-mobilizzazzjoni tar-riżorsi rilevanti; iħeġġeġ lill-Partijiet kollha jrawmu kooperazzjoni pubblika-privata b’saħħitha u jimmobilizzaw l-investiment privat fuq skala kbira billi jsaħħu l-oqfsa regolatorji għal investiment responsabbli u sostenibbli; jinnota li l-investiment privat se jkollu jkopri l-akbar sehem tal-investiment meħtieġ fit-tranżizzjoni klimatika globali; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-pjan direzzjonali jinkludi mekkaniżmu ta’ obbligu ta’ rendikont robust u indipendenti biex tiġi żgurata t-trasparenza u biex il-progress jiġi segwit b’mod effettiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jinnota li ħafna pajjiżi vulnerabbli għall-klima, inklużi diversi pajjiżi l-anqas żviluppati, u li l-finanzjament għall-klima għandu għaldaqstant jiġi allokat b’mod li ma jiggravax il-piż tad-dejn tagħhom, filwaqt li tingħata prijorità lill-finanzjament ibbażat fuq l-għotjiet; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jivvalutaw l-għażliet tagħhom biex jikkontribwixxu ħalli jtaffu din id-diffikultà ta’ dejn u jieħdu azzjoni rilevanti mingħajr dewmien;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jisħaq li hemm kunsens fost il-korpi tan-NU li l-finanzjament għall-klima ma jistax jiżdied b’mod ekwu sakemm ma tiġix indirizzata l-kriżi tad-dejn; jenfasizza l-importanza, f’dan il-kuntest, tal-istrumenti għas-serħan mid-dejn;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lis-sħab internazzjonali jintegraw il-mikrofinanzjament għall-klima bħala komponent ewlieni tal-istrateġiji ta’ adattament għat-tibdil fil-klima u l-mitigazzjoni tiegħu, billi jappoġġjaw lill-istituzzjonijiet lokali tal-mikrofinanzjament biex jiżviluppaw u jespandu l-prodotti finanzjarji għall-popolazzjonijiet vulnerabbli, inkluż il-mikrokreditu għat-teknoloġiji ekoloġiċi, il-mikroassigurazzjoni kontra r-riskji klimatiċi, u l-mikroffrankar għar-reżiljenza tal-komunità, b’enfasi partikolari fuq in-nisa, iż-żgħażagħ u l-komunitajiet rurali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti li l-proċeduri ta’ finanzjament għall-klima jiġu ssimplifikati, imħaffa u adattati għar-realtajiet tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, b’mod partikolari billi jiġu stabbiliti punti ta’ aċċess għal tieqa unika, jiġu armonizzati l-kriterji ta’ applikazzjoni u tiġi pprovduta assistenza teknika għat-tħejjija tal-proġetti, biex jiġi żgurat li l-finanzjament għall-klima jkun aċċessibbli, rapidu u effettiv għall-organizzazzjonijiet u l-komunitajiet lokali li huma l-aktar affettwati mit-tibdil fil-klima;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Iqis li huwa essenzjali li jsir progress fil-COP30 fl-operazzjonalizzazzjoni tal-Artikolu 2.1(c) tal-Ftehim ta’ Pariġi u li dan isir punt permanenti fuq l-aġendi tal-COP; jitlob lill-UE tinvolvi ruħha f’inizjattivi internazzjonali bħall-Inizjattiva 3.0 ta’ Bridgetown; jappella għal riforma aktar malajr tal-arkitettura finanzjarja internazzjonali, u jistieden lill-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali ewlenin kollha u lill-banek multilaterali tal-iżvilupp jassumu r-rwol tagħhom bħala banek klimatiċi u jallinjaw il-portafolli u l-politiki ta’ self tagħhom mal-Ftehim ta’ Pariġi b’mod li jkun finanzjarjament sostenibbli fit-tul; jistieden ukoll lis-sistemi finanzjarji domestiċi u internazzjonali jindirizzaw aħjar l-isfidi tat-tibdil fil-klima billi jneħħu l-ostakli biex jiġi aċċessat il-finanzjament għall-klima għal teknoloġiji nodfa u billi jċaqilqu l-flussi finanzjarji pubbliċi u privati lil hinn minn attivitajiet b’intensività ta’ emissjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Iqis li l-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) għandu jservi bħala l-bank klimatiku tal-Unjoni u jieħu nota għalhekk tal-pjan direzzjonali tal-bank klimatiku tiegħu u tal-politika aġġornata dwar is-self fis-settur tal-enerġija, kif ukoll l-isforzi addizzjonali tal-Fond Ewropew tal-Investiment, bħala passi importanti fit-tmexxija tal-investiment fil-klima;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Adattament, telf u ħsara, u tranżizzjoni ġusta</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa li jiżdiedu l-adattament, ir-reżiljenza u t-tħejjija għat-tibdil fil-klima fl-UE u globalment biex jiġu minimizzati l-effetti negattivi tat-tibdil fil-klima u t-telf tal-bijodiversità u li dan jiġi indirizzat b’mod komprensiv fil-COPs filwaqt li jiġi enfasizzat ir-rwol importanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ dawn l-azzjonijiet; jirrikonoxxi l-importanza tal-kooperazzjoni globali u l-iskambju tal-għarfien prattiku u tal-aħjar xjenza disponibbli u tal-aħjar prattiki fl-adattament għat-tibdil fil-klima; jisħaq li l-ispejjeż tal-adattament se jiżdiedu b’nuqqas ta’ azzjoni u b’dewmien fl-azzjoni, kemm f’termini ta’ mitigazzjoni kif ukoll ta’ adattament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Itenni t-tħassib serju tiegħu dwar l-intensità u l-frekwenza dejjem akbar ta’ eventi ta’ temp estrem fl-UE u globalment, inklużi n-nirien fis-selvaġġ, in-nixfiet, il-mewġiet ta’ sħana u l-għargħar, u l-impatt tagħhom fuq is-saħħa tal-bniedem u ż-żieda fl-imwiet; jinnota li l-livelli tal-baħar huma mistennija li jiżdiedu aktar malajr matul dan is-seklu fix-xenarji kollha tal-IPCC, u dan iwassal għal spejjeż finanzjarji u jikkawża t-telf ta’ żoni kostali madwar id-dinja kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li, fil-COP30, jiġi operazzjonalizzat il-qafas għall-għan globali dwar l-adattament, inkluż permezz tal-adozzjoni ta’ indikaturi li jħallu impatt u li jistgħu jiġu ġestiti u sistemi ta’ traċċar robusti u komprensivi u l-indirizzar tal-mezzi ta’ implimentazzjoni sabiex ikun jista’ jsir monitoraġġ effettiv tal-progress lejn il-miri ta’ adattament stabbiliti fil-COP28; jirrimarka li filwaqt li l-finanzjament u l-implimentazzjoni tal-mitigazzjoni għamlu progress, l-isforzi ta’ adattament għadhom lura, b’diskrepanza li qed tikber kemm fil-finanzjament kif ukoll fl-azzjoni konkreta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jenfasizza l-importanza tal-pjanijiet ta’ adattament nazzjonali u jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu allinjati mal-pjan direzzjonali minn Baku għal Belém; jistieden lill-Partijiet li għadhom ma għamlux dan biex jistabbilixxu l-pjanijiet ta’ adattament nazzjonali tagħhom malajr kemm jista’ jkun, u jistieden lill-Partijiet kollha jagħmlu progress fl-implimentazzjoni tagħhom sal-2030, u jinkludu enfasi fuq soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura; jistieden lill-Partijiet kollha jintegraw elementi trażversali bħall-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-drittijiet tal-bniedem fil-pjanijiet tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jappella għal aktar investiment f’sistemi ta’ twissija bikrija u sistemi ta’ ġestjoni tar-riskju f’reġjuni vulnerabbli, filwaqt li jiġi enfasizzat ir-rwol essenzjali tagħhom fil-protezzjoni tal-ħajja, is-salvagwardja tal-għajxien u t-tisħiħ tar-reżiljenza għar-riskji klimatiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jinkoraġġixxi appoġġ akbar għall-ġbir, il-kondiviżjoni u l-analiżi tad-data dwar il-klima u r-riskju ta’ diżastri, kif ukoll il-varar ta’ teknoloġiji xierqa għal dawn l-attivitajiet, sabiex jittejbu d-disponibbiltà u l-kwalità tal-informazzjoni għall-popolazzjonijiet f’riskju; jirrakkomanda li l-inizjattivi kollha ta’ twissija bikrija appoġġjati mill-UE jallokaw riżorsi ddedikati għall-manutenzjoni u l-aġġornamenti kontinwi tas-sistema, speċjalment fid-dawl tal-isfidi globali għall-osservazzjoni u l-proċeduri bbażati fuq ix-xjenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jilqa’ d-deċiżjoni fil-COP28 li jiġi stabbilit il-Fond għat-Telf u l-Ħsara u jistenna aktar progress fl-implimentazzjoni u l-finanzjament tiegħu; jistieden lill-Partijiet kollha jiżguraw regoli trasparenti f’dan ir-rigward; jisħaq fuq l-importanza li jiġi rikonoxxut il-karattru distint tat-telf u l-ħsara billi jiġu ttrattati separatament mill-adattament, inkluż fil-qafas tal-GST;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jistieden lill-Partijiet kollha jiżguraw wegħdiet trasparenti u mekkaniżmi eżekuttivi prevedibbli għall-finanzjament tat-telf u l-ħsara, inklużi żborżi bikrija mill-Fond għar-rispons għal Telf u Ħsara; jistieden lill-Partijiet kollha jiżguraw li r-riżorsi diretti għall-fond ikunu żieda għall-kontribuzzjonijiet eżistenti ta’ finanzjament għall-klima; jemmen bis-sħiħ li l-finanzjament għat-telf u l-ħsara għandu jagħti prijorità lill-għotjiet u jkun supplimentari għall-għajnuna għall-iżvilupp uffiċjali u distint minnha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Itenni s-sejħa tiegħu biex it-telf u l-ħsara jkunu punt permanenti tal-aġenda fil-laqgħat tal-COP;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jistieden lill-Partijiet kollha javvanzaw il-Programm ta’ Ħidma għal Tranżizzjoni Ġusta billi jippromwovu azzjonijiet konkreti li jindirizzaw l-inugwaljanzi ggravati mit-tibdil fil-klima; iqis li l-programm ta’ ħidma għandu jinkludi l-objettivi tal-ħolqien ta’ xogħol deċenti u tranżizzjoni ġusta għal kulħadd, u jistieden lill-Partijiet kollha jippromwovu d-djalogu soċjali mal-organizzazzjonijiet tal-impjegaturi u tal-ħaddiema u l-involviment tal-partijiet ikkonċernati bħala bażi biex jinħoloq kunsens soċjali b’saħħtu; jistieden lill-Partijiet kollha jaħdmu b’mod kostruttiv biex jilħqu ftehim dwar implimentazzjoni ulterjuri tal-programm ta’ ħidma, filwaqt li jirrikonoxxu li l-mezzi ta’ implimentazzjoni jridu jitwasslu b’mod urġenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jisħaq li t-tibdil fil-klima qed jhedded id-drittijiet fundamentali u l-benesseri tat-tfal u taż-żgħażagħ; jenfasizza l-ħtieġa li d-drittijiet tat-tfal u l-ekwità interġenerazzjonali jiġu integrati fl-aspetti kollha tal-politika dwar it-tibdil fil-klima, inklużi l-adattament, il-mitigazzjoni, it-telf u l-ħsara, u l-finanzjament għall-klima;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-politika tal-UE dwar it-tibdil fil-klima allinjata mal-Ftehim ta’ Pariġi</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jenfasizza l-fatt li l-leġiżlazzjoni attwali tal-UE dwar il-klima, jekk tiġi implimentata bis-sħiħ, se tnaqqas l-emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra tal-UE b’madwar 57 % sal-2030 meta mqabbla mal-livelli tal-1990; jinnota li l-UE bħalissa tinsab fit-triq it-tajba biex tnaqqas l-emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra b’madwar 54 % biss sal-2030, meta mqabbla mal-livelli tal-1990, jekk l-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ il-miżuri nazzjonali eżistenti u ppjanati u l-politiki tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Mejju 2025 bit-titolu “Valutazzjoni madwar l-UE tal-pjanijiet nazzjonali għall-enerġija u l-klima aġġornati finali – Inwasslu l-objettivi enerġetiċi u klimatiċi għall-2030 tal-Unjoni” (COM(2025)0274).</FIELD></FOOTNOTE>; jistieden lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jindirizzaw din id-diskrepanza, u jistieden lill-Kummissjoni tieħu miżuri addizzjonali biex tappoġġja lill-Istati Membri f’dak l-isforz; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-politika tal-UE dwar it-tibdil fil-klima tkompli tistabbilixxi għanijiet ambizzjużi, f’konformità mal-miri miftiehma, u li fl-azzjonijiet tagħha tagħti prijorità lill-kosteffettività, il-kompetittività tal-ekonomija Ewropea, l-inklużjoni soċjali u livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li jiġu rispettati l-iskadenzi għas-sottomissjoni għall-aġġornamenti tal-Pjanijiet Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima (NECPs) biex il-Kummissjoni tkun tista’ twettaq proċess ta’ rieżami xieraq; jilqa’ l-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-NECPs finali għall-2030 tal-Istati Membri li ppreżentawhom; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaġixxu b’mod deċiżiv biex inaqqsu d-diskrepanza bejn l-NECPs u l-miri vinkolanti tal-UE, inkluż permezz ta’ pjanijiet ta’ implimentazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa li tiġi adottata mira klimatika tal-UE bbażata fuq ix-xjenza għall-2040 f’konformità mal-Liġi Ewropea dwar il-Klima<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1119/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, filwaqt li jitqiesu l-kriterji kollha tal-Artikolu 4(5) tagħha, u f’konformità mal-konklużjonijiet tal-ewwel GST; ifakkar fir-rakkomandazzjonijiet tal-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima u jinnota l-proposta tal-Kummissjoni għal mira klimatika għall-2040 akkumpanjata minn politiki abilitanti; jesprimi wkoll dispjaċir għall-fatt li l-Kunsill ma setax jaqbel dwar NDC għall-2035 qabel l-iskadenza tat-23 ta’ Settembru 2025; iħeġġeġ lill-Kunsill jaqbel dwar NDC li jkun fil-limitu superjuri tal-firxa indikata malajr kemm jista’ jkun;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Ifakkar fil-ħtieġa li l-UE tibqa’ mexxejja fin-negozjati internazzjonali dwar il-klima u l-azzjoni klimatika biex tikkontribwixxi għal kundizzjonijiet ekwi globali u tevita r-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għall-kumpaniji Ewropej, kif ukoll biex iżżomm l-appoġġ pubbliku għall-azzjoni klimatika u tevita r-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jissottolinja r-rwol tal-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima (ESABCC), kif stabbilit mil-Liġi Ewropea dwar il-Klima; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi ġustifikazzjoni, fil-valutazzjonijiet tal-impatt jew f’dokumenti oħra aċċessibbli għall-pubbliku, ta’ devjazzjonijiet mill-parir tal-ESABCC u tindirizza l-kompromessi ta’ politika; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tissalvagwardja biżżejjed finanzjament għall-ESABCC fil-proposti baġitarji li ġejjin biex tkun tista’ twettaq il-mandat legali tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Itenni l-ħtieġa li l-ambizzjoni klimatika tiġi integrata fil-politiki kollha tal-UE u l-miżuri li jittrasponuhom u jissottolinja li l-Artikolu 6(2) u 6(4) tal-Liġi Ewropea dwar il-Klima jobbliga lill-Kummissjoni tivvaluta jekk il-miżuri, l-abbozzi ta’ miżuri u l-proposti leġiżlattivi attwali kollha, inklużi l-proposti baġitarji, humiex konsistenti mal-miri klimatiċi tal-UE; ifakkar li skont il-Liġi Ewropea dwar il-Klima, l-azzjonijiet tal-UE u tal-Istati Membri għandhom jiġu ggwidati mill-prinċipji ta’ prekawzjoni u ta’ “min iniġġes iħallas” stabbiliti fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u għandhom iqisu wkoll il-prinċipju “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel” tal-Unjoni tal-Enerġija u l-prinċipju ta’ “la tagħmilx ħsara”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jissottolinja li aċċess effettiv għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali, f’konformità mal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, huwa kruċjali biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Ftehim ta’ Pariġi; jemmen li l-UE u l-Istati Membri għandhom imexxu bl-eżempju u japplikaw is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat għall-Konformità mal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, filwaqt li jirrispettaw l-impenji internazzjonali tagħhom stess skont il-Konvenzjoni ta’ Aarhus u l-istat tad-dritt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jiżguraw li l-pjanijiet nazzjonali għall-enerġija u l-klima u l-istrateġiji fit-tul tal-Istati Membri jinkludu biżżejjed azzjoni u mezzi finanzjarji biex jintlaħqu l-miri tal-UE għall-2030 u għal wara; jistieden lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom biex jiżguraw li l-UE tilħaq il-miri tagħha għall-2030;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jirrimarka li, fi żmien ta’ instabbiltà ġeopolitika li qed tiżdied u swieq tal-enerġija volatili, id-dekarbonizzazzjoni hija mutur b’saħħtu ta’ awtonomija strateġika u kompetittività ekonomika għall-UE; ifakkar li dan huwa rikonoxxut fil-Patt għal Industrija Nadifa u l-objettiv tiegħu li jgħaqqad l-azzjoni klimatika u l-kompetittività fi strateġija ġenerali waħda;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jinnota bi tħassib li s-sussidji fuq il-fjuwils fossili żdiedu f’dawn l-aħħar snin, bis-sussidji fuq il-konsum tal-fjuwils fossili li ammontaw għal total ta’ USD 620 biljun globalment fl-2023 u sehem sostanzjali ta’ sussidji osservati f’ekonomiji emerġenti u li qed jiżviluppaw; jesprimi dispjaċir għall-fatt li s-sussidji fuq l-enerġija fossili fl-UE baqgħu għoljin, b’EUR 111-il biljun fl-2023, minkejja tnaqqis mil-livelli tal-2022; ifakkar li s-sussidji fuq l-enerġija fossili importata jpoġġu piż fuq l-ekonomiji Ewropej u jfixklu l-inċentivi għal tranżizzjonijiet lejn enerġija nadifa; jissottolinja l-importanza li jitnaqqsu s-sussidji għall-fjuwils li jniġġsu l-aktar fil-livell internazzjonali u li jsir rapportar trasparenti ta’ dawk is-sussidji; itenni l-ħtieġa li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jimplimentaw ir-rekwiżit fit-8 Programm ta’ Azzjoni Ambjentali li “tiġi stabbilita data ta’ skadenza għall-eliminazzjoni gradwali tas-sussidji fuq il-fjuwils fossili, konsistenti mal-ambizzjoni li t-tisħin globali jiġi limitat għal 1,5 °C”; jesprimi dispjaċir għan-nuqqas ta’ progress mill-adozzjoni tal-programm fl-2022, u jistieden lill-Kummissjoni tressaq il-pjan direzzjonali tagħha biex tkompli tnaqqas u telimina gradwalment is-sussidji fuq il-fjuwils fossili, f’konformità mal-impenji klimatiċi tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jisħaq li l-kuntest ġeopolitiku attwali jenfasizza l-ħtieġa urġenti li tintemm id-dipendenza tal-UE fuq il-fjuwils fossili u li titħaffef it-tranżazzjoni tal-enerġija; jilqa’ l-progress fl-ambitu tar-REPowerEU u jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jaġixxu aktar malajr;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jistenna bil-ħerqa l-pjan ta’ adattament għat-tibdil fil-klima tal-UE li ġej, inkluża azzjoni leġiżlattiva, kif xieraq, biex tiġi żgurata tħejjija koordinata tal-UE ħalli tiffaċċja r-riskji klimatiċi li qed jiżdiedu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jistieden lill-UE tkompli tinvestiga u tindirizza modi kif tikkontribwixxi għat-tibdil fil-klima lil hinn mill-fruntieri tagħha;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-kriżi planetarja tripla: it-tibdil fil-klima, it-tniġġis u t-telf tal-bijodiversità</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jissottolinja li l-kriżijiet tat-tibdil fil-klima, tat-tniġġis u tat-telf tal-bijodiversità huma interkonnessi u jsaħħu lil xulxin, u li r-risponsi għal dawn il-kriżijiet jeħtieġ li jiġu allinjati; jenfasizza l-importanza tal-protezzjoni, il-konservazzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u l-ekosistemi, inklużi l-ekosistemi eżistenti b’livell għoli ta’ karbonju, u tal-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali biex jissaħħu l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih ibbażati fuq in-natura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Ifakkar fl-importanza tas-settur tal-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija (LULUCF) biex jintlaħqu l-miri tal-UE dwar il-klima u l-bijodiversità; ifakkar li l-Liġi dwar ir-Restawr tan-Natura hija waħda mill-għodod tal-UE biex jintlaħqu l-miri tagħha skont ir-Regolament LULUCF<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 u d-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/841/oj).</FIELD></FOOTNOTE> u l-obbligi internazzjonali tagħha dwar il-bijodiversità, b’mod partikolari l-GBF ta’ Kunming-Montreal;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Ifakkar fl-importanza li l-politiki ambjentali jitfasslu u jiġu implimentati f’allinjament sħiħ mal-approċċ “Saħħa Waħda”, li għandu l-għan li jibbilanċja u jottimizza b’mod sostenibbli s-saħħa tan-nies, tal-annimali u tal-ekosistemi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li d-difensuri ambjentali jiġu appoġġjati u protetti u li jinżammu responsabbli dawk li jhedduhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jenfasizza li l-ħamrija hija l-akbar ħażna tal-karbonju terrestri u għandha rwol indispensabbli fiċ-ċiklu tal-klima globali; jilqa’ l-isforzi kollha mill-gvernijiet u l-organizzazzjonijiet nongovernattivi biex jimmassimizzaw il-potenzjal tal-ħamrija ħalli jiġi mmitigat it-tibdil fil-klima u tittejjeb id-disponibbiltà tal-ilma; jissottolinja, f’dan ir-rigward, il-ftehim li ntlaħaq fil-livell tal-UE dwar il-Liġi dwar il-Monitoraġġ tal-Ħamrija, li sservi biex ittejjeb il-kapaċitajiet tal-Istati Membri u tgħin lill-UE tissodisfa l-impenji internazzjonali tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jisħaq fuq ir-rwol importanti tal-foresti fl-azzjoni klimatika u fil-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima; jisħaq, f’dan ir-rigward, fuq l-importanza tal-isforzi globali biex tiġi miġġielda d-deforestazzjoni, peress li l-foresti jipprovdu wieħed mill-akbar bjar tal-karbonju fid-dinja u huma riżervi essenzjali f’termini ta’ bijodiversità; jenfasizza l-ħtieġa urġenti li jiġu protetti l-aktar territorji forestali vitali tad-dinja, bħall-foresta pluvjali tal-Amażonja, inkluż fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE; jafferma mill-ġdid l-impenn tal-UE għad-Dikjarazzjoni ta’ Glasgow dwar il-Foresti u l-Użu tal-Art (COP26); jistieden lill-Partijiet kollha jistabbilixxu miri biex jiżdiedu l-assorbimenti netti tal-ekwivalenti ta’ CO<STRING SUBSCRIPT="on">2</STRING> permezz ta’ attivitajiet tal-LULUCF;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jenfasizza l-importanza kritika tal-artijiet mistagħdra – inklużi t-torbieri, il-mangrovji u ekosistemi oħra tal-art mistagħdra kostali u interni – bħala wħud mill-aktar bjar tal-karbonju naturali effettivi tal-pjaneta; jistieden lill-Partijiet kollha biex iżidu b’urġenza l-isforzi biex jikkonservaw, jimmaniġġjaw b’mod sostenibbli u jirrestawraw l-artijiet mistagħdra bħala strateġija ċentrali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, l-adattament għalih, il-protezzjoni tal-bijodiversità u s-sostenibbiltà tal-attivitajiet soċjali u ekonomiċi relatati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jenfasizza l-importanza li jiġu identifikati u massimizzati s-sinerġiji potenzjali bejn il-bijodiversità u l-azzjonijiet klimatiċi, inkluż billi tingħata prijorità lill-protezzjoni, ir-restawr u l-ġestjoni tal-ekosistemi u l-ispeċijiet importanti fiċ-ċikli tal-karbonju, kif maqbul fil-COP16 f’Cali, il-Kolombja; jisħaq fuq l-importanza tal-implimentazzjoni tal-GBF ta’ Kunming-Montreal; jilqa’, f’dan ir-rigward, is-sottomissjoni ta’ strateġiji u pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali għall-bijodiversità minn 55 Parti u ta’ miri nazzjonali minn 139 Parti u jħeġġeġ lill-Partijiet l-oħra kollha jagħmlu l-istess malajr;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jenfasizza l-importanza tal-protezzjoni, il-konservazzjoni u r-restawr tal-ilma u tal-ekosistemi relatati mal-ilma; jappella għal aktar azzjoni dwar l-użu sostenibbli tal-ilma, inkluż permezz tal-użu ta’ teknoloġiji innovattivi tal-ilma, speċjalment f’postijiet li huma affettwati b’mod sever min-nixfiet jew l-iskarsezza tal-ilma; jenfasizza l-impatti ambjentali, soċjali u ekonomiċi devastanti tad-deżertifikazzjoni, in-nixfiet, l-għargħar u t-tniġġis tal-ilma; jilqa’ l-istrateġija Ewropea għar-reżiljenza tal-ilma u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimplimentawha malajr; jappella għal aktar azzjoni biex jiġi indirizzat it-tniġġis minn sustanzi perfluworoalkilati u polifluworoalkilati; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-infurzar tal-liġijiet eżistenti u jiżguraw il-konformità mad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1 ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2000/60/oj).</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jilqa’ l-adozzjoni tat-Trattat dwar l-Ibħra Internazzjonali u jappella għar-ratifika u l-implimentazzjoni malajr tiegħu mill-partijiet għalih; jistieden lill-Partijiet ikomplu l-ħidma fuq id-Djalogu dwar l-Oċeani u t-Tibdil fil-Klima; jisħaq li s-sistema globali tal-klima tiddependi mis-saħħa tal-oċean u l-ekosistemi tal-baħar, li qed jitlef il-kapaċità regolatorja tiegħu b’riżultat tat-tisħin globali, it-tniġġis, l-isfruttament żejjed tal-bijodiversità marina, l-aċidifikazzjoni, l-ewtrofikazzjoni, id-deossiġenazzjoni u l-erożjoni tal-kosta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza tal-isforzi globali biex tiġi miġġielda d-degradazzjoni tal-ekosistemi tal-baħar, peress li l-oċean jassorbi 30 % tal-emissjonijiet kollha tal-karbonju, jaqbad 90 % tas-sħana żejda u jforni aktar minn 50 % tal-ossiġenu tad-dinja, u huwa riżerva essenzjali f’termini ta’ bijodiversità; jilqa’ l-eżitu tal-Ġimgħa tal-Oċean ta’ Nizza dwar aktar impenji ta’ finanzjament għall-konservazzjoni tal-oċeani; jappella għal azzjoni urġenti biex jiġu restawrati l-ekosistemi tal-baħar u tiġi żgurata l-protezzjoni effettiva taż-żoni marini protetti; ifakkar fil-mira 3 tal-GBF ta’ Kunming-Montreal biex jiġu protetti 30 % tal-ibħra sal-2030;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu indirizzati l-konnessjonijiet bejn it-tibdil fil-klima, it-tniġġis tal-arja u s-saħħa pubblika b’mod komprensiv, inkluż fil-COP; jilqa’ d-Dikjarazzjoni tal-COP28 dwar il-Klima u s-Saħħa, iffirmata minn aktar minn 150 gvern; jitlob li t-titjib fil-kwalità tal-arja jiġi integrat fil-politiki dwar it-tibdil fil-klima u jitqies fl-NDCs; jistieden lill-Partijiet kollha jħaffu azzjoni sinifikattiva li tikkontribwixxi għall-kwalità tal-arja; iħeġġeġ lill-Partijiet jiżguraw li l-finanzjament għall-klima jagħti prijorità lil soluzzjonijiet tal-arja nadifa b’benefiċċji li jistgħu jitkejlu għas-saħħa, l-ekwità u l-klima;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jisħaq li t-tibdil fil-klima se jikkontribwixxi għal żieda fir-reżistenza għall-antibijotiċi; itenni, f’dan ir-rigward, il-ħtieġa ta’ azzjoni urġenti biex tiġi indirizzata r-reżistenza għall-antimikrobiċi u jappella għal aktar sforzi mill-Partijiet kollha biex jinkiseb tnaqqis u użu aktar prudenti tal-antimikrobiċi biex jiġi miġġieled ir-riskju ta’ reżistenza; jitlob, f’dan ir-rigward, impenji vinkolanti fit-trattati internazzjonali rilevanti; jesprimi dispjaċir għan-nuqqas ta’ azzjoni meħuda sa issa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi miġġieled l-impatt ambjentali tal-plastik matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu, inkluż l-impatt tiegħu fuq il-klima; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ pprezzar adegwat tal-karbonju tal-materja prima biex jitnaqqsu b’mod sinifikanti l-fjuwils fossili fis-settur tal-plastik; jinnota li l-ħidma fuq it-trattat globali dwar il-plastik għadha għaddejja u jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-partijiet reġgħu ma setgħux jikkonkludu t-trattat f’Ġinevra f’Awwissu 2025 minħabba nuqqas ta’ qbil dwar il-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu; jappella għall-adozzjoni ta’ ftehim ambizzjuż li jindirizza l-istadji kollha tal-produzzjoni, il-konsum u l-ġestjoni tal-iskart tal-plastik;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-ispejjeż għoljin tat-tniġġis kimiku madwar id-dinja, li qed jiggravaw il-kriżijiet klimatiċi u tal-bijodiversità; jistieden lill-Partijiet jimplimentaw miżuri biex jilħqu l-objettivi u l-miri strateġiċi adottati skont il-Qafas Globali tan-NU dwar is-Sustanzi Kimiċi; jissottolinja l-ħtieġa li l-UE u l-Istati Membri tagħha jmexxu sforzi globali biex jindirizzaw it-tniġġis kimiku, inkluż billi jirrevedu l-politiki tagħhom dwar is-sustanzi kimiċi, meta jkun meħtieġ;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Id-drittijiet ta’ popli indiġeni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu protetti d-drittijiet u l-interessi tal-popli indiġeni u tal-komunitajiet lokali kif stabbilit fid-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat id-dritt ta’ kunsens liberu, minn qabel u infurmat; jisħaq li l-proġetti kollha skont l-Artikolu 6 li jaffettwaw l-artijiet jew il-komunitajiet indiġeni jridu jinvolvu lil dawn il-popli indiġeni u jirrispettaw id-drittijiet tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Jissottolinja li l-popli indiġeni mhumiex biss partijiet ikkonċernati jew gruppi vulnerabbli, iżda huma detenturi tad-drittijiet rikonoxxuti skont il-Preambolu tal-Ftehim ta’ Pariġi; jisħaq fuq il-ħtieġa tal-parteċipazzjoni politika tal-popli indiġeni fil-COPs u fi proċessi oħra tal-UNFCCC biex jiġi promoss involviment sinifikattiv fil-korpi deċiżjonali kollha; jirrikonoxxi l-ħtieġa li tiġi ffinanzjata u ffaċilitata l-preżenza tal-popli indiġeni fil-laqgħat tekniċi tal-COPs u tal-korp sussidjarju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-artijiet indiġeni huma hotspots tal-bijodiversità, u l-popli indiġeni għandhom rwol vitali fil-konservazzjoni u l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi; ifakkar li, skont il-ħames rapport ta’ valutazzjoni tal-IPCC, il-forom indiġeni, lokali u tradizzjonali ta’ għarfien huma riżorsa ewlenija għall-adattament għat-tibdil fil-klima; jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-għarfien indiġenu mhux qed jintuża b’mod effettiv; jissottolinja b’mod partikolari r-rwol ta’ dan l-għarfien biex jiġi evitat l-adattament ħażin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-popli indiġeni jkollhom aċċess dirett għall-finanzjament għall-klima permezz ta’ fondi internazzjonali għall-klima bħall-Fond Ekoloġiku għall-Klima, il-Fond ta’ Adattament u l-Fond għat-Telf u l-Ħsara;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-klima, il-paċi u s-sigurtà</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Jirrikonoxxi li ngħatat aktar attenzjoni lill-aġenda dwar il-Klima, il-Paċi u s-Sigurtà fil-laqgħat tal-COP, partikolarment evidenti fil-COP29 bit-tnedija tas-Sejħa ta’ Baku dwar l-Azzjoni Klimatika għall-Paċi, l-Għajnuna u l-Irkupru, u bir-Rispons Klimatiku preċedenti tal-COP27 għas-Sostenn tal-Inizjattiva għall-Paċi u d-Dikjarazzjoni tal-COP28 dwar il-Klima, l-Għajnuna, l-Irkupru u l-Paċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>69.</NO.P>Jinnota li r-rapport ta’ progress tal-Kummissjoni dwar il-komunikazzjoni konġunta bit-titolu “Perspettiva Ġdida dwar ir-Rabta bejn il-Klima u s-Sigurtà”, ippubblikat fi Frar 2025, jirrikonoxxi r-rabtiet bejn it-tibdil fil-klima, id-degradazzjoni tal-ambjent, u kwistjonijiet ta’ paċi, sigurtà u difiża, filwaqt li jenfasizza s-sinifikat tagħhom għall-politika barranija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>70.</NO.P>Jisħaq li t-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni ambjentali huma multiplikaturi tat-theddid li jistgħu jwasslu għal nuqqas ta’ ikel u skarsezza ta’ riżorsi naturali, iżidu t-tensjonijiet fir-relazzjonijiet internazzjonali u l-kunflitti dwar ir-riżorsi naturali, u jikkawżaw katastrofi naturali, li kollha huma xprunaturi ewlenin tal-ispostament tal-bnedmin u l-flussi migratorji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>71.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ attenzjoni internazzjonali akbar għall-impatti ambjentali tal-kunflitt; jenfasizza l-qerda ambjentali kkawżata minn attakki u operazzjonijiet militari madwar id-dinja u jħeġġeġ il-waqfien ta’ dawn l-attivitajiet f’konformità mad-dritt internazzjonali; jisħaq li lil hinn mill-qerda immedjata u t-telf ta’ ħajjiet tal-bnedmin, il-kunflitti li għaddejjin ifixklu l-ekosistemi, inaqqsu r-riżorsi naturali, iniġġsu l-ambjent, u jipperikolaw is-saħħa tal-pjaneta tagħna għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin, filwaqt li jimminaw l-isforzi ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u ta’ adattament għalih; jissottolinja b’mod partikolari l-aħħar rapporti tal-UNEP dwar il-firxa tal-biża’ tal-ħsara ambjentali kkawżata mill-kunflitti kemm fl-Ukrajna<FOOTNOTE><FIELD> Programm tan-NU għall-Ambjent, <STRING ITALIC="on">The Environmental Impact of the Conflict in Ukraine: A Preliminary Review</STRING> (L-Impatt Ambjentali tal-Kunflitt fl-Ukrajna: Rieżami Preliminari), l-14 ta’ Ottubru 2022.</FIELD></FOOTNOTE> kif ukoll f’Gaża<FOOTNOTE><FIELD> Programm tan-NU għall-Ambjent, <STRING ITALIC="on">Environmental Impact of the Conflict in Gaza: Preliminary Assessment of Environmental Impacts</STRING> (L-Impatt Ambjentali tal-Kunflitt f’Gaża: Valutazzjoni Preliminari tal-Impatti Ambjentali)<STRING ITALIC="on">, </STRING>it-18 ta’ Ġunju 2024.</FIELD></FOOTNOTE>; ifakkar ukoll fir-rapport taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka dwar il-ħsara ambjentali kkawżata mill-gwerra ta’ aggressjoni li għaddejja tar-Russja fl-Ukrajna<FOOTNOTE><FIELD> Ċentru Konġunt tar-Riċerka, <STRING ITALIC="on">Status of Environment and Climate in Ukraine </STRING>(L-Istatus tal-Ambjent u l-Klima fl-Ukrajna), 2025.</FIELD></FOOTNOTE>, li juri żidiet qawwija fit-tniġġis tossiku, id-degradazzjoni tal-ħamrija u t-tfixkil fis-sistemi ta’ monitoraġġ; jemmen li l-entitajiet rikonoxxuti bħala responsabbli għall-kunflitti mill-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja jeħtiġilhom jinżammu responsabbli wkoll għall-ispejjeż klimatiċi u ambjentali tal-gwerra u l-okkupazzjoni u r-rikostruzzjoni ta’ wara l-kunflitti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>72.</NO.P>Jisħaq li diplomazija msaħħa dwar il-klima fl-ambitu tal-UNFCCC hija kruċjali biex tikkontribwixxi għall-affermazzjoni mill-ġdid tal-multilateraliżmu, speċjalment fost it-tensjonijiet ġeopolitiċi li qed jiżdiedu u l-fiduċja li qed tonqos fil-kooperazzjoni globali; jenfasizza s-sinifikat simboliku tal-COP30 bħala l-10 anniversarju tal-Ftehim ta’ Pariġi; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jappoġġjaw lill-Presidenza tal-COP30 fl-impenn tagħha għall-multilateraliżmu; jenfasizza li bil-presidenza tiegħu kemm tal-BRICS kif ukoll tal-COP30, il-Brażil jista’ jisfrutta l-opportunità biex jixpruna aġenda aktar b’saħħitha u aktar koordinata ħalli jwettaq progress fi kwistjonijiet ekonomiċi, politiċi u ambjentali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>73.</NO.P>Jisħaq li l-għanijiet klimatiċi ma jistgħux jintlaħqu mingħajr l-appoġġ u l-involviment tal-pubbliku; jistieden lill-Partijiet kollha jqajmu kuxjenza u fehim pubbliku dwar it-tibdil fil-klima u kwistjonijiet relatati u jaħdmu mar-rappreżentanti pubbliċi biex jiksbu appoġġ pubbliku għal miżuri ta’ mitigazzjoni u adattament; jinsab imħasseb dwar iż-żieda fit-tixrid tal-miżinformazzjoni u tad-diżinformazzjoni dwar il-klima, inkluż minn atturi statali, u jħeġġeġ lill-gvernijiet kollha jindirizzaw dan bħala kwistjoni ta’ urġenza fid-dawl tat-theddida li din toħloq kemm għall-azzjoni klimatika sinifikattiva kif ukoll għad-demokrazija; jenfasizza l-importanza tal-aċċess għal informazzjoni bbażata fuq ix-xjenza u tas-salvagwardja tal-media indipendenti; jisħaq fuq l-importanza tal-ħidma mwettqa mill-IPCC biex jipprovdi pariri u data xjentifiċi sodi; jistieden lill-UNFCCC tintensifika l-isforzi fil-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni dwar il-klima; jistieden lill-Kummissjoni tingħaqad mal-Inizjattiva Globali għall-Integrità tal-Informazzjoni dwar it-Tibdil fil-Klima biex tiġġieled id-diżinformazzjoni dwar il-klima;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Sforzi fis-setturi kollha</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>74.</NO.P>Jisħaq li s-setturi kollha jeħtiġilhom jikkontribwixxu għat-tnaqqis fl-emissjonijiet u jiksbu n-newtralità klimatika f’konformità mal-Ftehim ta’ Pariġi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>75.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li kważi 160 pajjiż saru firmatarji tal-Wegħda Globali b’rabta mal-Metan; iħeġġeġ lil dawk l-Istati Membri tal-UE li għadhom ma ssieħbux fil-Wegħda biex jagħmlu dan qabel il-COP30; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu azzjoni ulterjuri biex jilħqu l-mira tal-Wegħda b’rabta mal-Metan; jistieden lill-Partijiet kollha jadottaw miri speċifiċi għat-tnaqqis tal-metan u jinkluduhom fl-NDCs tagħhom; jitlob valutazzjoni kwantifikata u bbażata fuq ix-xjenza tal-progress li sar mill-adozzjoni tagħha fil-COP26;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>76.</NO.P>Ifakkar li l-metan għandu aktar minn 80 darba l-qawwa tat-tisħin tad-diossidu tal-karbonju matul l-ewwel 20 sena tiegħu fl-atmosfera u jisħaq għalhekk fuq l-importanza li jitħaffef it-tnaqqis fil-metan; jinnota bi tħassib is-sejbiet tar-rapport tal-AIE tal-2025, li jenfasizzaw iż-żieda kontinwa fl-emissjonijiet tal-metan, l-implimentazzjoni dgħajfa tal-Wegħda Globali b’rabta mal-Metan u l-fatt li l-pajjiżi qed jissottovalutaw b’mod konsiderevoli t-tniġġis tal-metan fis-settur tal-enerġija tagħhom, bl-AIE tistma li l-emissjonijiet huma madwar 80 % ogħla mit-total irrapportat mill-gvernijiet; ifakkar li l-emissjonijiet tal-metan mis-settur tal-enerġija jibqgħu waħda mill-aktar kategoriji ta’ emissjonijiet faċli u benefiċċju ekonomiku biex jitnaqqsu globalment; jitlob l-appoġġ tal-UE fl-istabbiliment ta’ klabb tax-xerrejja għat-tnaqqis tal-metan flimkien ma’ importaturi ewlenin oħra tal-fjuwils fossili, ispirati mill-First Movers Coalition, bl-adozzjoni ta’ valur massimu komuni tal-intensità tal-metan, f’konformità mar-Regolament (UE) 2024/1787, u b’hekk jitħaffef it-tnaqqis globali fil-metan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>77.</NO.P>Ifakkar fir-Regolament (UE) 2024/1787 adottat dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-metan fis-settur tal-enerġija, li se japplika wkoll mill-1 ta’ Jannar 2027 għall-importaturi tal-UE taż-żejt mhux maħdum, tal-gass naturali u tal-faħam; jisħaq fuq ir-rwol kritiku ta’ dan ir-regolament u l-implimentazzjoni tiegħu biex jiġi xprunat it-tnaqqis upstream tal-metan, tiġi żgurata l-fiduċja tal-investituri u jiġu stabbiliti standards globali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>78.</NO.P>Jinnota bi tħassib li s-settur tat-trasport huwa l-uniku settur li fih l-emissjonijiet żdiedu fil-livell tal-UE mill-1990 u li se jkun meħtieġ tnaqqis aktar sostanzjali biex jintlaħqu l-għanijiet klimatiċi tal-UE; jisħaq fuq l-importanza ta’ aktar miżuri biex tiġi appoġġjata l-elettrifikazzjoni tat-trasport bit-triq bħala mod kif jitnaqqsu l-emissjonijiet tat-trasport bit-triq, flimkien ma’ aktar miżuri li jappoġġjaw il-bidla modali, it-trasport intermodali u t-trasport pubbliku b’mod ġenerali; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi l-emissjonijiet mit-trasport internazzjonali fl-NDCs; jinsab imħasseb dwar il-fatt li r-rapport ta’ valutazzjoni tal-NECP tal-2025 maħruġ mill-Kummissjoni wera li xi Stati Membri għad għandhom skemi ta’ appoġġ għall-vetturi li jaħdmu bil-fjuwils fossili u jistieden lil dawk l-Istati Membri jeliminawhom gradwalment;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>79.</NO.P>Itenni s-sejħa tiegħu lill-Kummissjoni biex tiżgura l-ġustizzja soċjali tal-miżuri ta’ dekarbonizzazzjoni tat-trasport, inkluż billi tinkorpora l-emissjonijiet mis-superjottijiet, mill-ġettijiet privati u mill-ajruplani korporattivi fil-politiki tal-UE dwar il-klima; itenni wkoll is-sejħa tiegħu lill-Partijiet kollha, inklużi l-Istati Membri tal-UE, biex jieħdu miżuri ħalli jiskoraġġixxu l-użu tal-ġettijiet privati; jenfasizza l-impatt sproporzjonat fuq il-klima tal-ġettijiet privati, li jniġġsu sa 14-il darba aktar għal kull passiġġier mit-titjiriet kummerċjali; jissottolinja l-importanza tat-tmexxija bl-eżempju u jħeġġeġ lill-parteċipanti kollha li jattendu l-COP30, inklużi dawk mill-istituzzjonijiet tal-UE, iżommu lura milli jużaw ġettijiet privati u jagħżlu l-għażla tat-trasport li l-anqas tniġġes possibbli biex jaslu fid-destinazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Novembru 2024 dwar il-Konferenza tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima 2024 f’Baku, l-Ażerbajġan (COP29), (ĠU C, C/2025/808, 11.2.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/808/oj).</FIELD></FOOTNOTE> tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>80.</NO.P>Jilqa’ l-progress li sar fil-livell internazzjonali f’dik li hija l-impożizzjoni ta’ imposti tal-karbonju fuq it-tbaħħir internazzjonali; iqis madankollu li għad hemm distakk bejn il-ftehim milħuq mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) u l-objettivi fit-tul stabbiliti mill-OMI; jenfasizza s-sistema tal-UE għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet (ETS) f’dan ir-rigward, li tapplika għat-traffiku marittimu progressivament mill-2025 ’il quddiem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>81.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta rapport lill-Parlament, ladarba l-miżuri ta’ dekarbonizzazzjoni adottati mill-OMI fit-83 sessjoni tal-Kumitat tal-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar (MEPC 83) jiġu adottati formalment, li jivvaluta l-integrità ambjentali ġenerali tagħhom u l-kontribut tagħhom għall-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi, kif ukoll tqabbil mal-livell ta’ integrità ambjentali previst mid-dispożizzjonijiet tal-EU ETS;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>82.</NO.P>Jilqa’ l-analiżi<FOOTNOTE><FIELD> COM(2025)0110.</FIELD></FOOTNOTE> ppubblikata mill-Kummissjoni fit-18 ta’ Marzu 2025 li turi li ma hemm l-ebda evidenza li tindika żieda fl-użu ta’ bastimenti iżgħar barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-EU ETS jew fit-trasferimenti minn bastiment għal ieħor bħala mod kif tiġi evitata l-estensjoni reċenti tal-EU ETS għat-trasport marittimu; ifakkar fil-klawżola ta’ rieżami tal-EU ETS 2026 li tipprevedi l-possibbiltà li l-kamp ta’ applikazzjoni jiġi estiż għal bastimenti iżgħar, inklużi bastimenti offshore b’tunnellaġġ gross ta’ bejn 400 u 5 000;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>83.</NO.P>Jinnota li s-settur agrikolu jammonta għal 10-12 % tal-emissjonijiet antropoġeniċi globali u għal 11 % tal-emissjonijiet totali tal-UE fl-2020; jirrikonoxxi l-potenzjal sinifikanti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fis-settur agrikolu; jisħaq li l-bdiewa u s-settur agrikolu huma partikolarment vulnerabbli għat-tibdil fil-klima, bit-tibdil fil-klima joħloq theddida sinifikanti għas-sigurtà tal-ikel madwar id-dinja; jisħaq li l-politiki biex jinkiseb tnaqqis tal-emissjonijiet fis-settur agrikolu għandhom jagħmlu l-almu tagħhom biex jiggarantixxu s-sigurtà tal-ikel; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi implimentat qafas ta’ politika li jinċentiva metodi ta’ biedja sostenibbli u jappoġġja lill-bdiewa, b’mod partikolari lill-bdiewa b’azjenda agrikola żgħira, fil-bidla lejn prattiki reżiljenti u li jippremja lill-bdiewa li jappoġġjaw l-isforzi ta’ mitigazzjoni u jipproteġu l-bijodiversità; jenfasizza l-benefiċċji ambjentali tat-tixrib mill-ġdid tat-torbieri skulati, u miżuri oħra li jippromwovu l-bijodiversità fl-azjendi agrikoli, is-saħħa tal-ħamrija u l-kwalità tal-ilma filwaqt li jikkontribwixxu għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>84.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li skont il-Bank Dinji, 28 % tal-emissjonijiet globali issa huma koperti mill-ipprezzar tal-karbonju<FOOTNOTE><FIELD> Il-Bank Dinji, <STRING ITALIC="on">State and Trends of Carbon Pricing 2025</STRING> (Stat u Xejriet tal-Ipprezzar tal-Karbonju 2025), Bank Dinji, Washington DC, Mejju 2025.</FIELD></FOOTNOTE>; jesprimi dispjaċir, madankollu, għall-fatt li kemm il-livelli tal-kopertura kif ukoll il-livelli medji tal-ipprezzar għadhom baxxi wisq biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fil-Ftehim ta’ Pariġi; jenfasizza li l-ipprezzar tal-karbonju jżid id-dħul li għandu jintuża għall-azzjoni klimatika u għal tranżizzjoni ġusta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>85.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-Brażil qed jintroduċi ETS, u li diversi sħab kummerċjali tal-UE introduċew jew qed jippjanaw li jintroduċu mekkaniżmi ta’ negozjar tal-karbonju jew mekkaniżmi oħra tal-ipprezzar tal-karbonju, inkluż b’rispons għall-introduzzjoni tas-CBAM; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tħeġġeġ u tappoġġja lil Partijiet oħra biex jintroduċu jew itejbu mekkaniżmi tal-ipprezzar tal-karbonju, u tesplora rabtiet u forom oħra ta’ kooperazzjoni ma’ mekkaniżmi eżistenti tal-ipprezzar tal-karbonju barra mill-UE; jistieden lill-Kummissjoni, f’dan ir-rigward, tiżgura li kwalunkwe rabta mal-EU ETS se tkompli twassal għal kontributi ta’ mitigazzjoni addizzjonali u permanenti u li ma jimminawx l-impenji tal-UE relatati mal-emissjonijiet domestiċi tal-gassijiet serra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>86.</NO.P>Jisħaq li l-GST jenfasizza l-importanza tat-tranżizzjoni lejn stili ta’ ħajja sostenibbli u lejn xejriet sostenibbli ta’ konsum u produzzjoni, inkluż permezz ta’ ekonomija aktar ċirkolari; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu intensifikati l-isforzi biex tiġi żviluppata u mtejba l-ekonomija ċirkolari tal-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipproponi mira għall-2030 malajr kemm jista’ jkun, wara valutazzjoni tal-impatt, għall-impronti tal-materjali u tal-konsum tal-UE, skont l-impenn tat-8 EAP;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>87.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu indirizzati l-impatti klimatiċi u ambjentali sinifikanti tas-settur tat-tessuti, li huma responsabbli għal madwar 8-10 % tal-emissjonijiet globali ta’ gassijiet serra u għal konsum sostanzjali ta’ riżorsi, b’mod partikolari tal-ilma u tal-enerġija; itenni li l-industrija tat-tessuti jeħtieġ li jkollha rwol importanti fil-bidla lejn ekonomija ċirkolari u li jeħtieġ li tindirizza l-isfidi relatati mal-prevenzjoni tal-iskart, il-ġestjoni tal-iskart, it-tixrid tal-mikroplastik, l-użu tal-ilma, il-produzzjoni żejda, il-prattiki tal-moda ultraveloċi u veloċi, id-durabbiltà ġenerali u n-nontossiċità tal-proċess tal-produzzjoni, u r-riċiklabbiltà fis-settur tat-tessuti; jenfasizza, f’dan ir-rigward, l-importanza tal-emenda reċenti għad-Direttiva Qafas tal-UE dwar l-Iskart; jisħaq fuq il-ħtieġa li jittejbu b’mod urġenti l-istandards tad-drittijiet tal-bniedem tul il-katina tal-valur tat-tessuti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>88.</NO.P>Jisħaq fuq l-impatt tat-tibdil fil-klima fuq is-settur tat-turiżmu, kemm bħala kontributur kif ukoll bħala settur vulnerabbli, u l-ħtieġa li d-destinazzjonijiet jadattaw għar-riskji klimatiċi u jiżviluppaw turiżmu reżiljenti għat-tibdil fil-klima; jappella għall-promozzjoni ta’ bidla lejn turiżmu aktar sostenibbli, bi prattiki ambjentalment responsabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>89.</NO.P>Jinnota li hemm interess xjentifiku u politiku dejjem akbar fil-modifika tar-radjazzjoni solari (SRM), bħala sett propost ta’ approċċi ta’ inġinerija klimatika, bħall-injezzjoni ta’ aerosols fl-istratosfera biex jiġi rifless b’mod artifiċjali d-dawl tax-xemx u titkessaħ il-pjaneta; jisħaq li l-SRM ma tagħmel xejn biex tindirizza l-kawża ewlenija tat-tibdil fil-klima, li ma hemm l-ebda ċertezza xjentifika dwar l-effett tagħha u li din tipperikola l-istabbiltà klimatika u ġeopolitika, potenzjalment b’mod katastrofiku; ifakkar li ġiet imblukkata riżoluzzjoni tan-NU dwar il-governanza globali; jenfasizza li, fin-nuqqas ta’ evidenza xjentifika robusta rigward is-sikurezza, l-effettività u l-governanza, kwalunkwe insegwiment tal-inġinerija klimatika jrid ikun iggwidat mill-prinċipju ta’ prekawzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>90.</NO.P>Ifakkar fir-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Konsulenti Xjentifiċi Ewlenin tal-Kummissjoni ppubblikati f’Diċembru 2024 u jistieden għaldaqstant lill-Kummissjoni tieħu rwol proattiv fin-negozjar ta’ qafas ta’ governanza globali għall-SRM ibbażat fuq pożizzjoni soda ta’ nuqqas ta’ varar, u ssaħħaħ il-kapaċità li tidentifika u tikkwantifika kwalunkwe varar mhux iddikjarat tal-SRM; jistieden ukoll lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaqblu dwar moratorju għall-UE kollha dwar l-użu tal-SRM, u jiżguraw li kwalunkwe finanzjament pubbliku potenzjali għal riċerka xjentifika responsabbli u valutazzjonijiet internazzjonali komprensivi tar-riskji, l-effetti potenzjali u l-impatti ta’ din it-teknoloġija, ma jissostitwixxix il-finanzjament pubbliku għar-riċerka dwar l-adattament u l-mitigazzjoni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">It-tibdil fil-klima u l-ġeneru</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>91.</NO.P>Jissottolinja l-importanza tal-perspettivi tal-ġeneru u ta’ approċċi inklużivi fil-proċess tal-UNFCCC, inkluż il-Programm ta’ Ħidma għal Tranżizzjoni Ġusta; jistieden lill-Partijiet kollha, inklużi l-UE u l-Istati Membri tagħha, iżidu l-isforzi biex jintegraw l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-NDCs riveduti u fil-pjanijiet ta’ adattament nazzjonali tagħhom u fil-politiki klimatiċi u ambjentali tagħhom, b’mod partikolari dawk relatati mal-mitigazzjoni, l-adattament u t-telf u l-ħsara; jenfasizza l-ħtieġa ta’ aktar azzjonijiet konkreti mill-Partijiet kollha, inklużi l-UE u l-Istati Membri tagħha, biex iwettqu l-impenji tal-Pjan ta’ Azzjoni mġedded dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri maqbul fil-COP25; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jżidu l-isforzi biex jilħqu l-għanijiet stabbiliti fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri III;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>92.</NO.P>Jappella għall-iżvilupp ta’ pjan ta’ azzjoni ġdid u ambizzjuż dwar il-ġeneru qabel il-COP30 li jkun intersezzjonali, inklużiv, li jista’ jitkejjel, ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem u koeżiv fl-oqsma kollha tal-azzjoni klimatika; jistieden lill-Partijiet jiżguraw li l-finanzjament għall-klima jsir sensittiv għal kwistjonijiet ta’ ġeneru u li l-pjan ta’ azzjoni dwar il-ġeneru jinkludi pjan adegwat u ddedikat għall-finanzjament; jistieden lill-Partijiet kollha jappoġġjaw l-adozzjoni ta’ pjan ta’ azzjoni ġdid dwar il-ġeneru matul il-COP30;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>93.</NO.P>Itenni li l-kapaċità ta’ adattament u l-vulnerabbiltà jvarjaw minn kategorija għal oħra ta’ ġeneru, età, abbiltà, razza u mestier; jistieden, għalhekk, lill-Partijiet kollha jivvalutaw il-ħtiġijiet tal-popolazzjonijiet vulnerabbli, jirreaġixxu għalihom, u jtuhom prijorità fil-pjanijiet ta’ adattament nazzjonali tagħhom, fil-komunikazzjonijiet tagħhom dwar l-adattament u fl-NDCs tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>94.</NO.P>Jirrikonoxxi l-impatt sproporzjonat tat-tibdil fil-klima fuq in-nisa u l-bniet, li jiggrava l-inugwaljanzi eżistenti bejn il-ġeneri u joħloq theddid uniku għall-għajxien, is-saħħa u s-sikurezza tagħhom; itenni l-ħtieġa li titħaffef l-azzjoni reattiva għal kwistjonijiet tal-ġeneru għat-tnaqqis tar-riskju tad-diżastri, u għalhekk għall-implimentazzjoni reattiva għal kwistjonijiet ta’ ġeneru tal-Qafas ta’ Sendai; jappella biex isiru aktar sforzi bil-għan li tingħata prijorità u jitqies il-ġeneru fit-tħejjija għad-diżastri, b’mod partikolari permezz tal-użu ta’ settijiet ta’ data diżaggregata għat-tnaqqis tar-riskju ta’ diżastri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>95.</NO.P>Iqis li l-aċċess tan-nisa għall-finanzjament inklużiv kontra t-tibdil fil-klima jrid jiżdied u jiġi ffaċilitat, filwaqt li jinnota li n-nisa jirċievu aċċess sproporzjonatament anqas għar-riżorsi finanzjarji għal proġetti ta’ adattament għat-tibdil fil-klima u għal proġetti ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jirrapportaw dwar ir-reattività għall-kwistjonijiet ta’ ġeneru tal-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-finanzjament tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u jsaħħu l-konsistenza bejn l-appoġġ għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri u għall-klima permezz ta’ strumenti ta’ azzjoni esterna u tal-Bank Ewropew tal-Investiment;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>96.</NO.P>Itenni l-importanza li tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fit-teħid ta’ deċiżjonijiet fil-kuntest tad-diplomazija dwar il-klima, inkluż fid-delegazzjonijiet tal-COP u fit-tmexxija fil-livelli kollha tal-azzjoni klimatika; jistieden lill-Partijiet kollha jimmiraw biex ikun hemm ugwaljanza bejn il-ġeneri fid-delegazzjonijiet tagħhom u fil-livelli kollha tat-teħid tad-deċiżjonijiet u tan-negozjati dwar it-tibdil fil-klima; iħeġġeġ lill-Partijiet kollha jinnominaw punt fokali nazzjonali dwar il-ġeneru u t-tibdil fil-klima u jżidu r-riżorsi, it-taħriġ u l-appoġġ assoċjati magħhom, inkluż fi ħdan l-UE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati fil-COP30</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>97.</NO.P>Ifakkar fl-importanza tal-involviment sħiħ tal-Partijiet kollha fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UNFCCC fl-ispirtu ta’ kollaborazzjoni leali, u jirrikonoxxi li l-protezzjoni tal-ispazju għas-soċjetà ċivili u l-atturi fil-livell lokali u dak reġjonali biex joperaw u jipparteċipaw fil-governanza klimatika hija fundamentali għall-obbligu ta’ rendikont u t-trasparenza; jirrikonoxxi li hemm ħafna ostakli għall-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-COPs; jisħaq li s-soċjetà ċivili u l-atturi lokali u reġjonali għandhom rwol vitali fl-avvanz tal-implimentazzjoni tal-NDCs billi jiżguraw li l-azzjonijiet ikunu effettivi, imfassla lokalment u reattivi għall-ħtiġijiet tal-komunità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>98.</NO.P>Jistieden lill-Presidenza tal-COP30 u lill-Presidenzi futuri jippermettu aħjar il-parteċipazzjoni tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw u tad-delegati mill-pajjiżi l-anqas żviluppati u jallokaw riżorsi addizzjonali għal dan il-għan; iħeġġeġ lill-Partijiet jinkludu liż-żgħażagħ fid-delegazzjonijiet tagħhom biex jiżguraw li l-ġenerazzjonijiet futuri jkollhom rwol attiv fit-tfassil tad-deċiżjonijiet li jaffettwaw il-futur tagħhom; jilqa’ l-ħolqien tar-rwol taż-Żgħażagħ Promoturi tal-Klima fil-COP28 bħala pass lejn inklużjoni aktar b’saħħitha taż-żgħażagħ fil-proċess tal-UNFCCC; jappella biex il-COP30 tifformalizza l-parteċipazzjoni sinifikattiva tat-tfal u taż-żgħażagħ, inkluż permezz ta’ mekkaniżmi ta’ djalogu strutturat u rappreżentanza uffiċjali; jappella biex jiżdied l-użu ta’ pjattaformi virtwali fil-COPs ħalli jissaħħu l-inklużività globali u l-parteċipazzjoni tad-delegati u tar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>99.</NO.P>Jeżiġi li l-organizzaturi tal-COPs jiżguraw li d-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali, inkluż il-libertà ta’ espressjoni, il-parteċipazzjoni sħiħa u mingħajr restrizzjonijiet għaċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inkluż id-dritt ta’ għaqda paċifika u ta’ assoċjazzjoni, u l-aċċess ekwu għal din il-COP u għal dawk futuri jkunu minquxa u ggarantiti bis-sħiħ fil-Ftehim tal-Pajjiż Ospitanti, li għandu jsir pubbliku mill-aktar fis possibbli wara l-iffirmar; jistieden lis-segretarjat tal-UNFCCC jimmonitorja l-konformità u jieħu azzjoni f’każ ta’ ksur ta’ tali kriterji tad-drittijiet tal-bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>100.</NO.P>Jemmen li l-għażla tal-belt ospitanti għal kwalunkwe laqgħa futura tal-COP għandha tqis sett ta’ kundizzjonijiet predefiniti inklużi l-kapaċità loġistika u organizzattiva, is-sikurezza u s-sigurtà kif ukoll l-impatti ambjentali, ekonomiċi u soċjali tal-organizzazzjoni tal-avveniment; jisħaq fuq l-importanza tal-organizzazzjoni sostenibbli tal-COP30; jesprimi dispjaċir għal kwalunkwe impatt negattiv li l-COP30 jista’ jkollha fuq l-ekosistema lokali u l-komunità lokali ta’ Belém; jappella biex jittieħdu miżuri ta’ prekawzjoni sabiex jittaffew dawk ir-riskji;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-kunflitt ta’ interess, it-trasparenza u l-integrità</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>101.</NO.P>Jesprimi tħassib li aktar minn 1 770 lobbist tal-fjuwils fossili kienu parteċipanti akkreditati fil-COP29; jistieden lill-UNFCCC u lill-Partijiet jiżguraw li l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet ikun protett minn interessi li jmorru kontra l-għanijiet tal-Ftehim ta’ Pariġi; iħeġġeġ lill-UNFCCC tieħu l-inizjattiva li tipproponi qafas ambizzjuż dwar ir-responsabbiltà li jipproteġi l-ħidma tal-UNFCCC minn influwenza indebita, abbażi tal-mudell li jinsab fil-Konvenzjoni ta’ Qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-Kontroll tat-Tabakk fir-rigward tal-industrija tat-tabakk; iħeġġeġ lill-Partijiet kollha jaqblu, fil-qafas ta’ dan il-ftehim, dwar definizzjoni ta’ “kunflitti ta’ interess” għall-finijiet tat-tisħiħ tar-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>102.</NO.P>Jappella biex l-akkreditazzjoni għall-osservaturi tkun kundizzjonali fuq il-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni formali ta’ interessi rappreżentati għal reġistru tal-UNFCCC, aċċessibbli għall-pubbliku, sabiex tiżdied it-trasparenza fuq l-influwenza fil-COP;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>103.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni ma pprovdietx akkreditazzjoni għal-lobbisti tal-fjuwils fossili biex jattendu l-COP29 u jitlob li din il-prattika titkompla; jesprimi dispjaċir għall-fatt li 113-il lobbist tal-fjuwils fossili ġew akkreditati mill-Istati Membri tal-UE fil-COP29 u jitlob lill-Istati Membri kollha biex joqogħdu lura milli jipprovdu akkreditazzjoni lil kwalunkwe lobbist tal-fjuwils fossili biex jattendi l-COP30 jew kwalunkwe COP futura;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-industrija, l-SMEs u l-kompetittività</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>104.</NO.P>Iqis il-COP30 bħala stadju importanti ewlieni 10 snin wara l-Ftehim ta’ Pariġi u jissottolinja li l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima għandha tkun mutur b’saħħtu tat-tkabbir, tnaqqas il-faqar enerġetiku u tagħti spinta lir-reżiljenza, is-sostenibbiltà u l-kompetittività tal-industriji u l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs); jistieden lil min ifassal il-politika fil-Partijiet kollha għall-Konvenzjoni jimplimenta risponsi ambizzjużi, f’waqthom u mmirati f’qafas ta’ tranżizzjoni stabbli, prevedibbli u ta’ appoġġ, f’konformità mal-prinċipju ta’ Responsabbiltajiet Komuni Iżda Differenzjati (CBDR);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>105.</NO.P>Jisħaq li politiki abilitanti mfassla tajjeb u implimentabbli jistgħu jiżguraw li l-għanijiet tad-dekarbonizzazzjoni u tal-klima jimxu id f’id mat-tkabbir industrijali, il-ħolqien tal-impjiegi u l-innovazzjoni; ifakkar li l-investiment f’teknoloġiji sostenibbli u nodfa jikkontribwixxi għall-objettivi ambjentali u ekonomiċi u soċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>106.</NO.P>Iqis li huwa tal-akbar importanza għall-UE li tiżgura tranżizzjoni ġusta lejn in-newtralità klimatika sal-2050, li żżomm l-appoġġ pubbliku għall-azzjoni klimatika u li tmexxi bl-eżempju, li għandu jiżgura vantaġġ ta’ min jidħol l-ewwel fit-teknoloġiji nodfa u fl-industriji sostenibbli; jappella għal miżuri b’saħħithom u mmirati biex jipproteġu lill-industrija tal-UE mir-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u minn kompetizzjoni globali inġusta, filwaqt li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi globali; jisħaq fuq l-urġenza li jiġu indirizzati l-prezzijiet tal-enerġija persistentement għoljin li jimminaw il-kompetittività tal-industrija tal-UE, inkluż permezz ta’ investimenti fl-enerġija nadifa u rinnovabbli, l-effiċjenza enerġetika, il-grilji u l-flessibbiltà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>107.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-objettiv tal-UE li tikseb in-newtralità klimatika sal-2050 filwaqt li ssaħħaħ il-kompetittività tagħha jimplika trasformazzjoni industrijali profonda, li tirrikjedi investimenti pubbliċi u privati massivi u mmirati mfassla għaċ-ċirkostanzi differenti tal-Istati Membri u tal-industriji u żieda fl-appoġġ għal teknoloġiji nodfa, innovazzjoni, ħiliet u infrastruttura; jissottolinja li l-investiment fil-ktajjen tal-valur industrijali għal teknoloġiji nodfa huwa kruċjali wkoll għar-riindustrijalizzazzjoni tal-UE u għat-tisħiħ tal-awtonomija strateġika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>108.</NO.P>Iħeġġeġ li jingħata appoġġ lill-kumpaniji industrijali tal-UE, inklużi l-SMEs u l-kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja (SMCs), biex jippreżervaw it-tmexxija globali tagħhom, filwaqt li jiddekarbonizzaw u jagħmlu tranżizzjoni lejn ekonomija b’emissjonijiet żero netti; jissottolinja l-ħtieġa li jiġu pprovduti soluzzjonijiet effettivi biex jiġu appoġġjati f’din il-fażi ta’ tranżizzjoni sabiex titrawwem il-kapaċità ta’ innovazzjoni tagħhom u tiġi żgurata l-kompetittività, jiġu pprovduti proċeduri amministrattivi prevedibbli u simplifikati, pereżempju proċessi tal-għoti tal-permessi online u aċċess għall-finanzjament, u tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni tagħhom fl-akkwist pubbliku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>109.</NO.P>Jappella għal dekarbonizzazzjoni aċċelerata flimkien ma’ kompetittività msaħħa; jilqa’ l-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti<FOOTNOTE><FIELD> Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Frar 2025 bit-titolu “Il-Patt għal Industrija Nadifa: Pjan direzzjonali konġunt għall-kompetittività u d-dekarbonizzazzjoni” (COM(2025)0085).</FIELD></FOOTNOTE>, il-Patt għal Industrija Nadifa<FOOTNOTE><FIELD> Ibid.</FIELD></FOOTNOTE> u l-Pjan ta’ Azzjoni għal Enerġija Affordabbli<FOOTNOTE><FIELD> Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Frar 2025 bit-titolu “Pjan ta’ Azzjoni għal Enerġija Affordabbli” (COM(2025)0079).</FIELD></FOOTNOTE> bħala passi ewlenin lejn ekonomija reżiljenti u newtrali għall-klima, u l-Att għall-Aċċelerazzjoni tad-Dekarbonizzazzjoni Industrijali li jmiss; jilqa’ l-Fond għall-Innovazzjoni estiż tal-UE li jappoġġja ż-żieda ta’ innovazzjonijiet u teknoloġiji ġodda fl-Ewropa mmirati lejn id-dekarbonizzazzjoni u l-iżvilupp tal-katina tal-provvista;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>110.</NO.P>Jappoġġja l-ġestjoni tal-karbonju bħala parti mill-miżuri ta’ mitigazzjoni tal-emissjonijiet industrijali u jissottolinja r-rwol ewlieni li għandhom il-qbid, l-użu u l-ħżin tal-karbonju fid-dekarbonizzazzjoni tal-emissjonijiet industrijali diffiċli sabiex jitrażżnu, u l-produzzjoni ta’ prodotti b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju inkluż l-idroġenu b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju; ifakkar fl-istrateġija għall-ġestjoni industrijali tal-karbonju<FOOTNOTE><FIELD> Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Frar 2024 bit-titolu “Lejn Ġestjoni Industrijali tal-Karbonju ambizzjuża għall-UE” (COM(2024)0062).</FIELD></FOOTNOTE> biex jiġu estiżi l-qbid, il-ħżin, l-użu u l-assorbiment tas-CO₂; jilqa’ l-avvanzi biex jiġi stabbilit suq dinji tal-karbonju, li għandu jgħin id-dekarbonizzazzjoni tal-industriji globalment u jiżgura kundizzjonijiet ekwi għall-kumpaniji madwar id-dinja; ifakkar, f’dan ir-rigward, fil-pożizzjoni tiegħu dwar l-EU ETS u s-CBAM<FOOTNOTE><FIELD> Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ April 2025 dwar l-industriji li jużaw ħafna enerġija (ĠU C, C/2025/4369, 9.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4369/oj); Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Ġunju 2025 dwar il-Patt għal Industrija Nadifa, P10_TA(2025)0137.</FIELD></FOOTNOTE>, filwaqt li jilqa’ s-simplifikazzjoni proposta tas-CBAM fl-ewwel pakkett <STRING ITALIC="on">omnibus</STRING> bħala pass importanti biex tissaħħaħ aktar l-effettività tiegħu fl-indirizzar tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u jappella għal soluzzjoni ta’ esportazzjoni fattibbli biex jiġi indirizzat ir-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għall-oġġetti tas-CBAM esportati mill-UE lejn pajjiżi mhux tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>111.</NO.P>Iħeġġeġ aċċess imtejjeb għall-finanzjament għall-kumpaniji industrijali Ewropej biex jiddekarbonizzaw f’konformità mal-Ftehim ta’ Pariġi; jenfasizza l-ħtieġa ta’ riżorsi finanzjarji adegwati biex tiġi appoġġjata d-dekarbonizzazzjoni fil-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss, inkluż permezz ta’ strumenti ta’ finanzjament speċifiċi li jindirizzaw b’mod effettiv il-ħtiġijiet ta’ finanzjament tal-industriji Ewropej;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>112.</NO.P>Jirrikonoxxi r-rwol essenzjali tal-SMEs u l-SMCs, b’mod partikolari l-mikrointrapriżi u l-istart-ups, biex jixprunaw u jwettqu l-innovazzjoni, il-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir ekonomiku kif ukoll biex iwittu t-triq fit-tranżizzjonijiet diġitali u ekoloġiċi permezz tal-innovazzjoni u soluzzjonijiet teknoloġiċi mill-aktar avvanzati; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ regoli prevedibbli u aċċess aħjar għall-finanzjament f’dan ir-rigward;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>113.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li l-Partijiet kollha jkollhom aċċess sigur u kompetittiv fuq bażi kontinwa għall-materja prima kritika, inkluża dik sekondarja; jilqa’ l-Att Ewropew dwar il-Materja Prima Kritika<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2024/1252 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 li jistabbilixxi qafas li jiżgura provvista sigura u sostenibbli tal-materja prima kritika u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 168/2013, (UE) 2018/858, (UE) 2018/1724 u (UE) 2019/1020 (ĠU L, 2024/1252, 3.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1252/oj).</FIELD></FOOTNOTE> u l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tipproponi Att ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari u jitlob ktajjen tal-provvista diversifikati bi standards ekwivalenti għall-UE; jemmen li huwa meħtieġ qafas regolatorju prevedibbli li jiżblokka mudelli ta’ negozju ċirkolari, b’mod partikolari dawk ibbażati fuq il-prevenzjoni tal-iskart, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ kwalità għolja biex jiġi żgurat l-aċċess għal materja prima kritika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>114.</NO.P>Jenfasizza l-urġenza tat-taħriġ mill-ġdid/it-titjib tal-ħiliet tal-forza tax-xogħol, b’investimenti fix-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika (STEM) u l-akkademji b’ħiliet marbuta ma’ emissjonijiet żero netti, biex jitnaqqsu n-nuqqas ta’ ħaddiema u d-diskrepanzi fil-ħiliet fid-dekarbonizzazzjoni tal-industrija Ewropea; jitlob kollaborazzjoni mas-sħab soċjali biex jiġu indirizzati d-diskrepanzi fil-ħiliet u d-domandi futuri tax-xogħol f’teknoloġiji nodfa;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Politika dwar l-enerġija</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>115.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li l-fjuwils fossili jiġu eliminati gradwalment malajr kemm jista’ jkun filwaqt li jtenni l-ħtieġa li jiġu żviluppati miżuri biex tiġi żgurata l-provvista tal-gass bi spiża mitigata għas-setturi li ma jistgħux jibbażaw sostanzjalment fuq l-elettrifikazzjoni fuq terminu qasir sa medju; jinnota li, filwaqt li tagħmel sforz biex jintlaħaq kunsens globali dwar tali eliminazzjoni gradwali fil-COP30, l-UE għandha tkompli tnaqqas id-dipendenza tagħha fuq il-fjuwils fossili, iżżid id-diversità tal-fornituri tal-enerġija tagħha, u tiżviluppa ekonomija effiċjenti fl-użu tal-enerġija u dekarbonizzata, sabiex tagħti spinta lis-sigurtà tal-enerġija u l-kompetittività industrijali tagħha, u tipprovdi aċċess għal enerġija affordabbli għall-unitajiet domestiċi u n-negozji; jappella lill-UE biex ittemm b’urġenza l-importazzjonijiet ta’ fjuwils fossili Russi, inkluż il-gass naturali, li jissussidjaw il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna; jilqa’, f’dan ir-rigward, il-pjan direzzjonali reċenti tar-REPowerEU dwar it-tmiem tal-importazzjonijiet tal-enerġija mir-Russja<FOOTNOTE><FIELD> Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Mejju 2025 bit-titolu “Pjan direzzjonali lejn it-tmiem tal-importazzjonijiet tal-enerġija mir-Russja” (COM(2025)0440).</FIELD></FOOTNOTE>; jistieden lill-pajjiżi tal-G7 imexxu bl-eżempju fit-tranżizzjoni tal-enerġija, u jistieden lill-Partijiet kollha tal-COP jiddekarbonizzaw is-sistemi tal-enerġija tagħhom u jwaqqfu l-investimenti ġodda kollha fl-estrazzjoni tal-fjuwils fossili;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>116.</NO.P>Jenfasizza l-potenzjal mhux sfruttat tal-enerġija ġeotermali biex jintlaħqu l-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi u l-politika tal-UE dwar l-enerġija, b’mod partikolari għat-tisħin u s-sħana tal-proċess industrijali; iħeġġeġ il-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki, innovazzjonijiet u teknoloġiji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>117.</NO.P>Ifakkar fl-eżiti ewlenin tal-ewwel rendikont globali taħt il-Kunsens tal-Emirati Għarab Magħquda fil-COP28, inkluż it-triplikar ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u l-irduppjar tal-effiċjenza enerġetika sal-2030 kif ukoll l-aċċelerazzjoni tal-investimenti fl-enerġija nadifa; jilqa’ l-fatt li l-2023 kienet sena rekord għat-tkabbir tal-kapaċità tal-elettriku rinnovabbli<FOOTNOTE><FIELD> AIE, “<STRING ITALIC="on">Renewables” </STRING>(Enerġija Rinnovabbli), https://www.iea.org/energy-system/renewables#tracking.</FIELD></FOOTNOTE> u jitlob monitoraġġ u traċċar kontinwi tal-progress, kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak globali; jinnota, bi tħassib, li x-xejriet attwali fl-investiment mhumiex allinjati mal-livelli meħtieġa biex id-dinja tilħaq dawk l-għanijiet<FOOTNOTE><FIELD> AIE, <STRING ITALIC="on">World Energy Investment 2024: Overview and key findings</STRING> (L-Investiment Dinji fl-Enerġija 2024: Ħarsa ġenerali u sejbiet ewlenin), 2024.</FIELD></FOOTNOTE> u jisħaq li l-għeluq ta’ dan id-distakk jirrikjedi azzjoni politika u koordinazzjoni pubblika-privata aktar b’saħħitha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>118.</NO.P>Jenfasizza l-importanza ta’ tnaqqis globali fl-emissjonijiet tal-metan fil-ktajjen tal-provvista tal-fjuwils fossili matul it-tranżizzjoni lejn sistemi ta’ enerġija nadifa sabiex jintlaħaq tnaqqis globali ta’ 75 % fl-emissjonijiet tal-metan sal-2030, kif rifless fix-xenarju tal-Emissjonijiet Żero Netti tal-AIE sal-2050; jistieden lill-firmatarji tal-Wegħda Globali b’rabta mal-Metan iżidu l-isforzi tagħhom, peress li r-rati ta’ tnaqqis attwali għadhom insuffiċjenti<FOOTNOTE><FIELD> AIE, “Tracking pledges, targets and action” (Rintraċċar tal-wegħdiet, il-miri u l-azzjoni), https://www.iea.org/reports/global-methane-tracker-2024/tracking-pledges-targets-and-action.</FIELD></FOOTNOTE> u l-emissjonijiet globali jkomplu jaqbżu l-120 miljun tunnellata metrika fis-sena; jilqa’ l-Pjan Direzzjonali tas-Sħubija għat-Tnaqqis tal-Metan, imniedi mill-Kummissjoni fil-COP29, u jħeġġeġ l-implimentazzjoni malajr tiegħu, inkluż billi jintwerew eżempji ta’ suċċess fil-COP30;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>119.</NO.P>Jappoġġja għan globali li l-kapaċità tal-ħżin tal-enerġija tiżdied b’sitt darbiet għal 1 500 GW sal-2030 u b’mod aktar ġenerali li tiżdied il-flessibbiltà tas-sistema f’konformità mal-miri tal-G7; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ innovazzjoni fit-teknoloġiji li jnaqqsu l-gassijiet serra; iwissi li t-tibdil fil-klima jfixkel is-sistemi tal-enerġija, inklużi l-enerġija idroelettrika u l-effiċjenza tal-impjanti termali; jissottolinja l-ħtieġa ta’ flessibbiltà u żvilupp tal-ħżin mhux fossili biex jiġu integrati u ġestiti aħjar is-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>120.</NO.P>Jenfasizza r-reviżjoni fil-fond tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-enerġija fl-ambitu tal-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %”, li allinjatha mal-mira miżjuda tal-UE għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra ta’ mill-anqas 55 % sal-2030 sabiex tintlaħaq in-newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050 u li issa trid tiġi implimentata b’mod effettiv; jemmen li Partijiet oħra għandhom isegwu sforzi simili u rilevanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>121.</NO.P>Jenfasizza r-rwol tal-enerġija nadifa u l-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza enerġetika u d-diversifikazzjoni tas-sistema fil-kisba tan-newtralità klimatika; jilqa’, f’dan ir-rigward, ir-riforma reċenti tad-Disinn tas-Suq tal-Elettriku tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2024/1711 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 li temenda d-Direttivi (UE) 2018/2001 u (UE) 2019/944 fir-rigward tat-titjib tat-tfassil tas-suq tal-elettriku tal-Unjoni (ĠU L, 2024/1711, 26.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1711/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, li għandha l-għan li tagħti spinta lill-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli u tagħti s-setgħa u tipproteġi lill-konsumaturi; jemmen li hija meħtieġa aktar azzjoni biex jiġu implimentati r-regoli dwar id-disinn tas-suq tal-elettriku; jissottolinja l-ħtieġa li jiġu adottati kundizzjonijiet prammatiċi, ċari u abilitanti għaż-żieda tal-idroġenu b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u rinnovabbli sabiex tiġi avvanzata t-tranżizzjoni tal-enerġija, b’mod partikolari f’setturi li diffiċli jitrażżnu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>122.</NO.P>Ifakkar fl-impenn tal-UE għall-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel”, li jqis il-kosteffiċjenza, l-effiċjenza tas-sistema, il-kapaċità tal-ħżin, il-flessibbiltà min-naħa tad-domanda u s-sigurtà tal-provvista; jisħaq fuq ir-rwol tiegħu fit-tnaqqis tal-emissjonijiet, fit-tnaqqis tal-kontijiet tal-enerġija, fit-titjib tas-sigurtà tal-enerġija u fil-protezzjoni tal-konsumaturi vulnerabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>123.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa ta’ investimenti pubbliċi u privati fuq skala kbira fil-grilja tal-enerġija tal-UE u l-infrastruttura relatata biex jippermettu l-modernizzazzjoni tagħhom, inklużi d-diġitalizzazzjoni u l-espansjoni, inkluża l-interkonnessjoni transfruntiera, u l-integrazzjoni flessibbli ulterjuri ta’ sorsi tal-enerġija nodfa u rinnovabbli, miżuri ta’ effiċjenza u soluzzjonijiet ta’ ħżin biex tiġi pprovduta enerġija nadifa, suffiċjenti, sigura u affordabbli liċ-ċittadini u lill-industrija tal-UE; jissottolinja, b’mod partikolari, il-ħtieġa ta’ titjib fil-grilja tal-elettriku tal-UE bħala parti mill-Pakkett dwar il-Grilji Ewropej li jmiss;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>124.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ koordinazzjoni globali mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-pajjiżi l-anqas żviluppati u l-appoġġ għalihom biex jilħqu emissjonijiet żero netti u jibnu l-kapaċità permezz ta’ kooperazzjoni transfruntiera fl-oqsma tat-tfassil tal-politika u t-trasferiment tax-xjenza u t-teknoloġija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>125.</NO.P>Jisħaq li jridu jitrawmu sħubijiet ma’ pajjiżi mhux tal-UE affidabbli dwar id-dimensjonijiet esterni tal-politiki tal-enerġija; jinnota l-isforzi tal-UE biex tibni alleanzi tal-enerġija permezz ta’ perspettiva ta’ żvilupp sostenibbli, inkluż billi tqis l-interessi tal-popolazzjonijiet u tal-komunitajiet lokali tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>126.</NO.P>Jinnota d-Dikjarazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> Declaration to Triple Nuclear Energy, (Dikjarazzjoni għall-Enerġija Nukleari Trippla), Diċembru 2023.</FIELD></FOOTNOTE> biex tiġi ttriplikata l-kapaċità globali tal-enerġija nukleari sal-2050, li tnediet fil-COP28 u li 31 pajjiż iffirmaw mill-COP29, inklużi 12-il Stat Membru tal-UE u l-Ukrajna; ifakkar, f’dan ir-rigward, fit-tnedija tal-alleanza nukleari mressqa minn diversi Stati Membri tal-UE u l-Alleanza Industrijali Ewropea dwar ir-Reatturi Modulari Żgħar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>127.</NO.P>Jenfasizza r-rwol ċentrali tal-komunitajiet lokali u taċ-ċittadini fi tranżizzjoni tal-enerġija ġusta u inklużiva; jenfasizza l-qafas legali tal-UE li jippermetti l-komunitajiet tal-enerġija u l-potenzjal tiegħu bħala mudell għas-sħab internazzjonali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Riċerka, innovazzjoni, teknoloġiji diġitali u politika spazjali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>128.</NO.P>Jirrikonoxxi l-importanza tal-programm Copernicus u taċ-Ċentru ta’ Għarfien tal-UE dwar l-Osservazzjoni tad-Dinja fl-azzjoni u l-osservazzjoni klimatika; jenfasizza l-importanza tal-monitoraġġ bis-satellita għall-politika dwar it-tibdil fil-klima, inkluż it-traċċar tal-emissjonijiet tal-metan, il-foresti u l-bjar tal-karbonju; jappella għal riċerka konġunta dwar it-teknoloġiji spazjali u klimatiċi, sħubijiet pubbliċi-privati aktar b’saħħithom, u aktar investiment fl-ekonomija spazjali tal-UE għall-awtonomija strateġika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>129.</NO.P>Jisħaq fuq ir-rwol kritiku tar-riċerka u l-innovazzjoni (R&I) fl-ilħuq tal-għanijiet tal-Ftehim ta’ Pariġi u tal-Patt Ekoloġiku; jesprimi dispjaċir għan-nuqqas kontinwu tal-UE li tilħaq il-mira tagħha ta’ investiment fir-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż) ta’ 3 % tal-PDG u jappella għal strateġiji biex tingħata spinta lir-R&Ż industrijali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>130.</NO.P>Jilqa’ r-rwol tal-programm Orizzont Ewropa u s-sħubijiet tiegħu, bħall-Impriżi Konġunti u l-Komunitajiet ta’ Konoxxenza u Innovazzjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija, biex jixprunaw il-kollaborazzjoni pubblika-privata lejn in-newtralità klimatika, filwaqt li jiżguraw innovazzjoni sostenibbli, aċċessibbli u affordabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>131.</NO.P>Jisħaq li l-UE jeħtiġilha tikkollabora fuq riċerka li tiffoka fuq it-teknoloġija, l-industrija u x-xjenza innovattiva, li tgħin biex isiru kontributi importanti għall-Ftehim ta’ Pariġi u jappella għat-twettiq malajr tal-Istrateġija l-ġdida għax-Xjenzi tal-Ħajja Ewropej u r-rieżami tal-Istrateġija dwar il-Bijoekonomija; jilqa’ l-inizjattiva “Choose Europe for Science” (Agħżel l-Ewropa għax-Xjenza), li ttejjeb l-opportunitajiet ta’ finanzjament għar-riċerka fl-UE; jistieden lill-Kummissjoni trawwem sħubijiet strateġiċi ta’ riċerka biex tippermetti kundizzjonijiet ekwi fl-Ewropa; jappoġġja azzjoni ulterjuri biex tiġi żgurata aċċessibbiltà fit-tul għal data relatata mal-klima għall-komunità internazzjonali tar-riċerka;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>132.</NO.P>Jissottolinja r-rwol ewlieni tad-diġitalizzazzjoni fl-integrazzjoni tal-enerġija, il-konnettività tas-suq u t-tnaqqis tal-emissjonijiet; jenfasizza l-importanza tat-teknoloġiji diġitali u l-għodod ibbażati fuq l-IA fil-kisba tat-trasformazzjoni industrijali nadifa peress li joffru opportunitajiet, fost l-oħrajn, fl-elettrifikazzjoni, il-flessibbiltà u l-effiċjenza enerġetika; jistenna bil-ħerqa l-pjan direzzjonali strateġiku tal-UE għad-diġitalizzazzjoni u l-IA fis-settur tal-enerġija; jinsab imħasseb dwar l-impronta tal-karbonju tas-settur tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u jappella għal prattiki sostenibbli fiċ-ċentri tad-data; ifakkar fl-objettiv tal-istrateġija diġitali tal-UE li tipprovdi ċentri tad-data newtrali għall-klima u effiċjenti ħafna fl-użu tal-enerġija u networks u servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika sal-2030;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ir-rwol tal-Parlament Ewropew fil-COP30</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>133.</NO.P>Jemmen li l-Parlament għandu jkun parti integrali mid-delegazzjoni tal-UE fil-COP30, peress li jeħtieġlu jagħti l-kunsens tiegħu għal ftehimiet internazzjonali u għandu rwol ċentrali fl-implimentazzjoni domestika tal-Ftehim ta’ Pariġi bħala wieħed mill-koleġiżlaturi tal-UE; jistenna, għalhekk, li jitħalla jattendi l-laqgħat ta’ koordinazzjoni tal-UE matul il-COP30 f’Belém u li jiġi garantit aċċess għad-dokumenti preparatorji kollha fi żmien xieraq; jimpenja ruħu li jaġixxi b’mod indipendenti u ħieles minn kunflitti ta’ interess;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>134.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lis-Segretarjat tal-UNFCCC, bit-talba li tiġi ċċirkolata lill-Partijiet kollha għal dik il-konvenzjoni li mhumiex fl-UE.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>