<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0256</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-obbligi tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva fid-djalogu trans-Atlantiku</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0446/2025)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2025 dwar l-obbligi tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva fid-djalogu trans-Atlantiku (2025/2776(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kompetenzi tal-Istati Membri biex jiżviluppaw politiki kulturali ambizzjużi fil-qasam awdjoviżiv, f’konformità mal-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 6 u 167 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2018/1808 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 li temenda d-Direttiva 2010/13/UE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) fid-dawl ta’ realtajiet tas-suq li qed jinbidlu<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 303, 28.11.2018, p. 69, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2018/1808/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-UNESCO tal-20 ta’ Ottubru 2005 dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-2 ta’ Mejju 2025 dwar il-valutazzjoni tal-qafas legali għas-servizzi tal-media awdjoviżiva u s-servizzi ta’ pjattaforma ta’ video-sharing<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/2954, 26.5.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2954/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar l-obbligi tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) (ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1<STRING ITALIC="on">, </STRING>ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2010/13/oj).</FIELD></FOOTNOTE> fid-djalogu trans-Atlantiku (O-000026/2025 – B10‑0010/2025),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 142(5) u l-Artikolu 136(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi d-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva (AVMSD) hija l-pedament tal-politika awdjoviżiva tal-UE, u għandha l-għan li toħloq suq uniku għas-servizzi tal-media awdjoviżiva fl-UE filwaqt li tippromwovi d-diversità kulturali;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-AVMSD għandha l-għan li tiżgura kundizzjonijiet ġusti għal kulħadd fis-settur awdjoviżiv, inklużi x-xandara tat-televiżjoni, is-servizzi fuq talba u l-pjattaformi ta’ video-sharing; billi l-AVMSD tinkludi dispożizzjonijiet li jipproteġu l-minorenni u l-konsumaturi u li jipprevjenu l-vjolenza, id-diskors ta’ mibegħda u l-kontenut terroristiku; billi l-AVMSD tappoġġja x-xogħlijiet Ewropej, ittejjeb l-aċċessibbiltà u għandha l-għan li tiżgura l-indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-esklużjoni tas-servizzi tal-media awdjoviżiva mill-ambitu tan-negozjati kummerċjali hija kruċjali biex l-UE u l-Istati Membri tagħha jippreservaw u jsaħħu l-kapaċità tagħhom li jfasslu u jimplimentaw politiki kulturali u awdjoviżivi mmirati lejn il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-diversità kulturali;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-AVMSD tirrikjedi li l-Istati Membri jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi tal-media awdjoviżiva fuq talba taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom ixandru sehem ta’ mill-anqas 30 % ta’ xogħlijiet Ewropej u jagħtu prominenza xierqa lil dawn ix-xogħlijiet; billi l-AVMSD tippermetti wkoll lill-Istati Membri jirrikjedu li l-fornituri barranin tas-servizzi tal-media awdjoviżiva li jkollhom fil-mira udjenzi fit-territorju tagħhom jikkontribwixxu finanzjarjament għall-produzzjoni ta’ xogħlijiet Ewropej;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-Att dwar is-Servizzi Diġitali u d-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku jistabbilixxu regoli ġenerali għall-intermedjarji online, filwaqt li l-AVMSD tistabbilixxi regoli speċifiċi għall-kontenut awdjoviżiv; billi l-AVMSD għandha tibqa’ l-qafas legali ewlieni li jappoġġja suq tal-media awdjoviżiva divers, ġust, sikur u kompetittiv fl-UE u jippromwovi kontenut Ewropew indipendenti u kulturalment rikk;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-memorandum tal-President tal-Istati Uniti Donald Trump tal-21 ta’ Frar 2025 bit-titolu “Defending American Companies and Innovators From Overseas Extortion and Unfair Fines and Penalties” (Niddefendu l-Kumpaniji u l-Innovaturi Amerikani mill-Estorsjoni Barranija u mill-Multi u l-Penali Inġusti) għandu l-għan li jelenka prattiki meqjusa diskriminatorji għall-kumpaniji tal-Istati Uniti, inklużi obbligi mmirati lejn servizzi ta’ streaming; billi r-Rappreżentant tal-Kummerċ tal-Istati Uniti elenka l-AVMSD bħala ostaklu għall-kummerċ barrani fir-Rapport tal-2025 dwar l-Istima tal-Kummerċ Nazzjonali tal-Istati Uniti;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi d-deżinjazzjoni tal-AVMSD, mill-amministrazzjoni tal-Istati Uniti, bħala ostaklu għall-kummerċ hija bbażata fuq valutazzjoni żbaljata, peress li d-dispożizzjonijiet tad-direttiva japplikaw b’mod newtrali u mhux diskriminatorju għall-operaturi kollha, kemm domestiċi kif ukoll barranin, u b’hekk jiżguraw kompetizzjoni ġusta u kundizzjonijiet ekwi;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-President Trump iddikjara wkoll l-intenzjoni tiegħu li jimponi taxxa ta’ 100 % fuq films magħmula barra mill-Istati Uniti;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi, fl-2023, il-films tal-Istati Uniti rrappreżentaw 69 % tal-ammissjonijiet fiċ-ċinema fl-Ewropa; billi 9 mill-10 gruppi ewlenin tat-televiżjoni u tal-video-on-demand li joperaw fl-Ewropa huma proprjetà ta’ kumpaniji tal-Istati Uniti; billi 85 % tal-ħin li l-Ewropej iqattgħu fuq pjattaformi ta’ abbonament ta’ video-on-demand huwa kkonċentrat fuq tliet servizzi ta’ streaming tal-Istati Uniti;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-UE kkonkludiet ftehim kummerċjali mal-Istati Uniti fis-27 ta’ Lulju 2025 li ma jinkludi l-ebda klawżola relatata mar-regolamentazzjoni diġitali jew awdjoviżiva tal-UE; billi, madankollu, dikjarazzjonijiet sussegwenti tal-President Trump jidhru li jindikaw li jixtieq ikompli bit-tentattivi tiegħu li jopponi r-regolamentazzjoni tal-UE fir-rigward tal-kumpaniji tal-Istati Uniti;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jistieden lill-Kunsill u lill-Istati Membri jappoġġjaw lill-Kummissjoni biex tiddefendi l-AVMSD u l-eċċezzjoni kulturali tal-UE fil-kuntest tan-negozjati kummerċjali internazzjonali, u tiżgura li s-servizzi tal-media awdjoviżiva jibqgħu esklużi mill-impenji skont il-ftehimiet kummerċjali, sabiex tiġi ppreservata u żviluppata l-kapaċità tal-UE u tal-Istati Membri tagħha li jiddefinixxu u jimplimentaw politiki kulturali u awdjoviżivi mmirati lejn il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-diversità kulturali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jisħaq li l-miżuri stabbiliti fl-ambitu tal-AVMSD jikkostitwixxu regolamentazzjoni leġittima fl-interess pubbliku, u għandhom l-għan li jissalvagwardjaw id-diversità kulturali billi jinkoraġġixxu l-produzzjoni u t-tixrid ta’ xogħlijiet Ewropej u jipproteġu l-libertà tal-espressjoni, il-pluraliżmu tal-media u l-valuri demokratiċi; jikkunsidra li, jekk jitreġġa’ lura kwalunkwe prinċipju tal-AVMSD, dan ikun ta’ ħsara serja għall-mudell kulturali Ewropew, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ kompetizzjoni internazzjonali intensa fis-settur tal-media awdjoviżiva;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Ifakkar li, skont l-Artikolu 167 tat-TFUE, il-politika kulturali hija primarjament kompetenza tal-Istati Membri; jissottolinja li l-prinċipju tas-sussidjarjetà jikkostitwixxi mhux biss regola dwar l-allokazzjoni tal-kompetenzi iżda wkoll salvagwardja essenzjali għall-protezzjoni tad-diversità kulturali fl-Unjoni u għall-ġlieda kontra l-konċentrazzjoni tal-poter ekonomiku u teknoloġiku minn atturi esterni, b’mod partikolari kumpaniji Amerikani;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jilqa’ l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-2 ta’ Mejju 2025 dwar il-valutazzjoni tal-qafas legali għas-servizzi tal-media awdjoviżiva u s-servizzi ta’ pjattaforma ta’ video-sharing, li fihom il-Kunsill jenfasizza r-rwol kruċjali tal-AVMSD biex tagħti l-bażi legali għas-salvagwardja u l-promozzjoni ta’ suq tal-media awdjoviżiva divers, ġust, sikur, affidabbli u kompetittiv fl-UE, filwaqt li tiżgura wkoll id-disponibbiltà ta’ kontenut Ewropew indipendenti, affidabbli u kulturalment divers;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tirrifjuta bil-qawwa kwalunkwe tentattiv biex l-AVMSD titqies bħala distorsjoni kummerċjali, u tiddefendiha bħala strument regolatorju leġittimu li huwa essenzjali biex jiżgura l-protezzjoni tad-diversità kulturali, is-sovranità u s-setgħa ta’ persważjoni tal-UE, kemm fin-negozjati kif ukoll fl-implimentazzjoni tal-ftehimiet kummerċjali mal-Istati Uniti u fil-qafas tal-evalwazzjoni u r-reviżjoni potenzjali tal-AVSMD fl-2026;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>