<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0258</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-indirizzar tar-repressjoni tranżnazzjonali tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0206/2025 - Rapporteur: Chloé Ridel)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Novembru 2025 dwar l-indirizzar tar-repressjoni tranżnazzjonali tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem (2025/2048(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tan-NU dwar id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem (DDB) u r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU tal-4 ta’ April 2025 bit-titolu “Human rights defenders and new and emerging technologies: protecting human rights defenders, including women human rights defenders, in the digital age” (Id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u t-teknoloġiji ġodda u emerġenti: il-protezzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-difensuri nisa tad-drittijiet tal-bniedem, fl-era diġitali),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikoli 3 u 21 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, adottati f’Ġunju 2004, u r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Marzu 2023 dwar il-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/409, 23.11.2023, ELI: <STRING UNDERLINE="on">http://data.europa.eu/eli/C/2023/409/oj</STRING>.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 2025 dwar il-prijoritajiet tal-UE fil-fora tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem fl-2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija 2020-2024, estiż sal-2027,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 277, 27.10.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2065/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2024/1760 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar id-diliġenza dovuta tas-sostenibbiltà korporattiva u li temenda d-Direttiva (UE) 2019/1937 u r-Regolament (UE) 2023/2859<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1760, 5.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1760/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-2024 tal-Kummissjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tiegħu tal-investigazzjoni ta’ allegati kontravenzjonijiet u amministrazzjoni ħażina fl-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fir-rigward tal-użu tal-Pegasus u ta’ software ta’ spjunaġġ ekwivalenti għas-sorveljanza,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Mexxejja tal-G7 dwar ir-repressjoni tranżnazzjonali tas-17 ta’ Ġunju 2025 u d-djalogu bejn diversi partijiet ikkonċernati tal-G7 dwar ir-repressjoni tranżnazzjonali ta’ Frar 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istudju tad-Direttorat Ġenerali tiegħu għall-Politiki Esterni tal-Unjoni ta’ Ġunju 2025 bit-titolu “Transnational repression of human rights defenders: The impacts on civic space and the responsibility of host states (Ir-repressjoni tranżnazzjonali tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem: l-impatti fuq l-ispazju ċiviku u r-responsabbiltà tal-istati ospitanti),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A10-0206/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi r-repressjoni tranżnazzjonali hija fenomenu dokumentat sew, li qiegħed iseħħ f’kuntest globali fejn qed jiddeterjoraw id-drittijiet tal-bniedem, qed jiċkien l-ispazju ċiviku u fejn hemm prevalenza li qed tikber ta’ reġimi awtoritarji dejjem aktar repressivi u assertivi;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi ma hemm l-ebda definizzjoni ta’ repressjoni tranżnazzjonali adottata b’mod universali u d-data uffiċjali hija limitata, u dawn jostakolaw il-ġlieda kontra dan il-fenomenu; billi skont Freedom House, fil-perjodu bejn l-2014 u l-2024 aktar minn 25 % tal-gvernijiet tad-dinja kienu involuti f’repressjoni tranżnazzjonali, b’1 219-il inċident fiżiku dirett f’103 pajjiżi fil-mira; billi 10 reġimi jirrappreżentaw kważi 80 % tal-każijiet kollha ta’ repressjoni tranżnazzjonali, jiġifieri ċ-Ċina, it-Turkija, it-Taġikistan, ir-Russja, l-Eġittu, il-Kambodja, it-Turkmenistan, l-Użbekistan, l-Iran u l-Belarussja; billi pajjiżi f’reġjuni oħra, bħal Kuba, n-Nikaragwa u l-Venezwela fl-Amerika Latina, l-Arabja Sawdija fil-Golf u l-Eritrea fl-Afrika huma wkoll irreġistrati bħala awturi ta’ repressjoni tranżnazzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem tiddefinixxi d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem (DDB) bħala individwi jew gruppi li jaġixxu biex jippromwovu u jipproteġu d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali jew jistinkaw biex dawn jitħarsu u jitwettqu fil-livell nazzjonali u internazzjonali, permezz ta’ mezzi paċifiċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi d-DDB huma alleati ewlenin tal-UE biex jiddefendu u jippromwovu d-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt, kif ukoll biex jiddenunzjaw il-ksur tagħhom; billi l-implimentazzjoni tal-Linji Gwida tal-UE dwar id-DDB u l-impenji relatati għadha irregolari;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi d-DDB madwar id-dinja jinsabu f’riskju ta’ repressjoni tranżnazzjonali, b’għadd li qed jikber ta’ każijiet irreġistrati f’dawn l-aħħar snin; billi ħafna każijiet għadhom mhux irreġistrati minħabba l-biża’ li tkompli r-ritaljazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi r-repressjoni tranżnazzjonali spiss timmina s-sigurtà, is-sovranità u l-ordni ġuridiku tal-istati ospitanti u toħloq theddid sistemiku għall-ispazju ċiviku, għall-istituzzjonijiet demokratiċi u għall-istat tad-dritt, kemm fil-livell internazzjonali kif ukoll fl-istat ikkonċernat, kif evidenzjat permezz ta’ rapporti mis-servizzi tal-intelligence tal-Istati Membri u ta’ pajjiżi tal-istess fehma;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi minkejja t-tqajjim ta’ kuxjenza li qed jikber dwar l-eżistenza tar-repressjoni tranżnazzjonali u l-iskala tagħha, ir-reazzjonijiet tal-politika barranija u tal-politika nazzjonali tal-UE għar-repressjoni tranżnazzjonali għadhom limitati u frammentati, u dan irriżulta f’lakuna inkwetanti fil-protezzjoni għad-DDB f’riskju;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi teknoloġiji ġodda, b’mod partikolari software ta’ spjunaġġ bħall-Pegasus, huma għodda essenzjali ta’ repressjoni tranżnazzjonali moderna, li l-gvernijiet jużaw biex jispjunaw fuq id-DDB u jissorveljawhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-media soċjali u pjattaformi diġitali oħra jipprovdu ambjent abilitanti għar-repressjoni tranżnazzjonali, inkluż fil-forma ta’ attakki ta’ hacking, fastidju online, intimidazzjoni u malafama u kampanji ta’ diżinformazzjoni, u dawn huma interkonnessi ħafna ma’ metodi tradizzjonali ta’ repressjoni tranżnazzjonali kontra d-DDB;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi r-repressjoni tranżnazzjonali diġitali tisfrutta dejjem aktar in-natura b’użu doppju tat-teknoloġiji tal-internet, inklużi l-media soċjali u l-pjattaformi diġitali, li jservu bħala spazji pubbliċi essenzjali għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, għad-DDB, għall-ġurnalisti, għall-avukati, għall-bloggers u għal vuċijiet indipendenti oħra biex jiġu esposti abbużi u jiġu promossi l-libertajiet fundamentali; billi l-atturi awtoritarji jfittxu li jegħrqu, jimmonitorjaw, jimmanipulaw jew isikktu dawn il-pjattaformi permezz ta’ fastidju, diżinformazzjoni u sorveljanza; billi xi kumpaniji tat-teknoloġija xi drabi kellhom rwol passiv jew saħansitra attiv biex jiffaċilitaw ir-repressjoni diġitali, u b’hekk saru faċilitaturi sinifikanti ta’ repressjoni tranżnazzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi hemm bżonn ta’ aktar trasparenza dwar kif il-kumpaniji tat-teknoloġija jirreaġixxu għal talbiet tal-gvern biex ineħħu l-kontenut jew biex jaċċessaw l-informazzjoni tal-utent;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi d-DDB nisa eżiljati u tad-dijaspora jiffaċċjaw forom ta’ repressjoni tranżnazzjonali speċifiċi għall-ġeneru bħall-fastidju, l-abbuż u l-intimidazzjoni abbażi tal-ġeneru, u dawn iwasslu għal stigmatizzazzjoni u iżolament soċjali; billi r-repressjoni tranżnazzjonali diġitali abbażi tal-ġeneru sseħħ meta atturi statali u affiljati mal-istat ivaraw teknoloġiji diġitali u jinstrumentalizzaw il-ġeneru u l-misoġinija bħala għodod ta’ repressjoni kontra d-DDB nisa li jirrisjedu barra mill-pajjiżi ta’ oriġini tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi r-rispett sħiħ għall-oqfsa ġuridiċi armonizzati tad-drittijiet tal-bniedem u status ġuridiku sigur fil-livell nazzjonali u tal-UE jnaqqsu l-esponiment tad-DDB għal repressjoni tranżnazzjonali;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ir-repressjoni tranżnazzjonali kontra d-DDB: xejriet u theddid li qed jikbru </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jipproponi li r-repressjoni tranżnazzjonali tiġi definita bħala attakki u theddid mill-istati, inklużi r-reġimi awtoritarji u l-intermedjarji tagħhom, bl-għan li jiddefendu u javvanzaw l-interessi tagħhom billi jilħqu lil hinn mill-fruntieri nazzjonali u jisfurzaw, jikkontrollaw jew isikktu lid-dissidenti, lill-avversarji politiċi, lill-ġurnalisti, lill-attivisti, lid-DDB u lill-membri tad-dijaspora, permezz ta’ firxa wiesgħa ta’ metodi fiżiċi, bħal qtil immirat, ħtif, vjolenza, fastidju u ritorni furzati, għajbien u deportazzjonijiet, u l-użu ħażin strateġiku ta’ strumenti ġuridiċi, inkluż l-abbuż tas-servizzi konsulari, proċeduri ta’ estradizzjoni jew avviżi ħomor, u arresti, kif ukoll metodi mhux fiżiċi, bħas-sorveljanza diġitali, l-intimidazzjoni, ir-rikatt u t-theddid kontra l-familji tad-DDB;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jikkundanna kwalunkwe forma ta’ repressjoni tranżnazzjonali bħala theddida serja għad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u ksur tas-sovranità tal-pajjiżi ospitanti permezz ta’ tattiċi ta’ interferenza barranija; jisħaq, f’dan il-kuntest, fuq il-ħtieġa li tiġi adottata definizzjoni ta’ repressjoni tranżnazzjonali maqbula b’mod wiesa’ u li tissaħħaħ il-ġlieda komuni kontra dan il-fenomenu permezz ta’ qafas ġuridiku stabbilit sew fil-livell multilaterali, reġjonali u nazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar l-eskalazzjoni tar-repressjoni tranżnazzjonali; jinnota li l-għadd ta’ każijiet ta’ repressjoni tranżnazzjonali x’aktarx huwa sottovalutat, peress li r-repressjoni tranżnazzjonali ta’ spiss titwettaq bil-moħbi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jenfasizza li r-repressjoni tranżnazzjonali sponsorizzata mill-istat qed tieħu forom dejjem aktar insidjużi, inklużi l-ħsara fiżika, it-tortura, id-deportazzjoni, is-sorveljanza, il-pressjoni ġuridika, il-kampanji ta’ malafama, it-theddid diġitali, l-għajbien u l-ħtif furzati, ir-ripatrijazzjoni furzata, it-talbiet għall-estradizzjoni, l-iffriżar ta’ assi, it-theddid kontra membri tal-familja u qtil ekstraġudizzjarju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jenfasizza u jikkundanna l-fatt li l-ex Viċi President tal-Parlament Ewropew, Alejo Vidal Quadras, kien vittma ta’ repressjoni tranżazzjonali mwettqa mill-Iran permezz ta’ attakk terroristiku orkestrat fi Stat Membru tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jikkundanna r-reġimi awtoritarji u awturi oħra u l-intermedjarji tagħhom madwar id-dinja għax qed jużaw dejjem aktar ir-repressjoni tranżnazzjonali diġitali; jinnota l-użu ta’ teknoloġiji li jaħdmu bl-IA, software ta’ spjunaġġ, hacking u doxing biex jingħata fastidju, jissorveljaw, jiskreditaw u jintimidaw lid-DDB u lil individwi fil-mira; jissottolinja li r-repressjoni tranżnazzjonali diġitali tinkludi wkoll iċ-ċensura bbażata fuq il-kontenut, inkluż l-użu ta’ talbiet ta’ tneħħija, theddid ġuridiku, pressjoni ta’ moderazzjoni tal-kontenut u imblukkar ta’ organi tax-xandir immexxija mill-eżilju sabiex tiġi mrażżna jew titneħħa informazzjoni li tikkritika r-reġimi awtoritarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jikkundanna t-tattiċi ta’ repressjoni tranżnazzjonali diġitali abbażi tal-ġeneru, li jimmiraw b’mod sproporzjonat lid-DDB nisa li jirrisjedu barra mill-pajjiżi ta’ oriġini tagħhom; jinsab imħasseb ħafna dwar iż-żieda fl-abbuż sesswali u t-theddid permezz ta’ teknoloġiji diġitali, immirati biex jiskreditaw lid-DDB nisa u jiskoraġġuhom milli jkomplu bl-attivitajiet tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jikkundanna lill-awturi tar-reati talli jeżerċitaw pressjoni ġuridika u diplomatika, inkluż permezz ta’ avviżi ħomor tal-Interpol b’motivazzjoni politika u permezz tal-arkitettura istituzzjonali internazzjonali kontra t-terroriżmu, biex jirrikjedu l-arrest u l-estradizzjoni ta’ DDB eżiljati u ta’ individwi fil-mira; jikkundanna, barra minn hekk, l-abbuż tat-tikketta “terrorist”, tal-prosekuzzjonijiet kriminali <STRING ITALIC="on">in absentia</STRING> u ta’ miżuri oħra ta’ natura amministrattiva, bħar-revoka taċ-ċittadinanza, iċ-ċaħda ta’ dokumenti relatati mal-viża, il-projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u d-dħul, u ċ-ċaħda ta’ dokumenti tal-identità u ta’ servizzi konsulari jew bankarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar ir-rwol ta’ xi pajjiżi ospitanti, inklużi xi Stati Membri tal-UE, u ta’ atturi mhux statali, bħal fornituri ta’ servizzi diġitali u intermedjarji oħra tat-teknoloġija, l-industrija privata tas-software ta’ spjunaġġ, il-kuntratturi tas-sigurtà, l-investigaturi privati, l-organizzazzjonijiet kriminali u l-intermedjarji, inklużi l-membri tad-dijaspora, li jiffaċilitaw ir-repressjoni tranżnazzjonali, inkluż permezz ta’ kollaborazzjoni fost il-forzi tal-fruntieri u tas-sigurtà tal-istati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jenfasizza, barra minn hekk, li r-repressjoni tranżnazzjonali bħala theddida diretta għas-sovranità u s-sigurtà tal-istati, inklużi l-Istati Membri tal-UE, tippermetti lill-atturi statali barranin jeżerċitaw intimidazzjoni, koerċizzjoni u kontroll lil hinn mill-fruntieri tagħhom; ifakkar li, filwaqt li s-sigurtà nazzjonali tibqa’ r-responsabbiltà unika tal-Istati Membri, l-iskala u n-natura transfruntiera ta’ dawn il-prattiki jirrikjedu reazzjoni kkoordinata fil-livell tal-UE, inklużi inizjattivi ta’ kooperazzjoni fost l-awtoritajiet nazzjonali, l-istituzzjonijiet tal-UE u l-atturi tas-soċjetà ċivili;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jesprimi tħassib serju li qed jonqos l-ispazju ċiviku u li qed jissikktu l-eżiljati, li l-ilħna tagħhom huma strumentali biex jiġu dokumentati s-sitwazzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem fi stati awtoritarji u l-abbuż ta’ dawn id-drittijiet minnhom; ifakkar li huwa fl-interess stess strateġiku tal-UE li tiddefendi u tappoġġja soċjetajiet ħielsa u demokratiċi, inkluż fil-viċinat immedjat tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jenfasizza l-impatt psikoloġiku dejjiemi tar-repressjoni tranżnazzjonali fuq is-saħħa mentali u l-benesseri ġenerali tal-vittmi u l-familji tagħhom, inkluż is-sens ta’ sikurezza, l-integrità psikoloġika, ir-relazzjonijiet soċjali u l-kapaċità tagħhom li jkomplu l-attivitajiet pubbliċi tagħhom, li f’ħafna każijiet iwasslu għal trawma persistenti, iżolament u esklużjoni; jikkundanna bil-qawwa r-ritaljazzjoni tal-awturi kontra l-familji tad-DDB li jgħixu barra mill-pajjiż bħala mezz ta’ repressjoni tranżnazzjonali; jinnota l-effett partikolarment dissważiv tar-repressjoni tranżnazzjonali anke fost id-dijaspora u s-soċjetà ċivili fl-eżilju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jenfasizza l-importanza li jiġi rikonoxxut li r-repressjoni tranżnazzjonali kontra d-DDB taffettwa b’mod sproporzjonat lil dawk b’vulnerabbiltajiet marbuta mar-razza, mal-etniċità, mar-reliġjon, mal-ġeneru, mas-sesswalità, mad-diżabbiltà jew mal-istatus soċjoekonomiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jissottolinja li, f’xi partijiet tad-dinja, il-ġurnalisti jistgħu jiġu esposti għal xejriet ta’ repressjoni tranżnazzjonali, b’riperkussjonijiet fit-tul għall-karrieri u għas-sikurezza personali tagħhom;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-integrazzjoni tar-repressjoni tranżnazzjonali fil-politiki tal-UE</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) jindirizzaw b’mod sistematiku r-repressjoni tranżnazzjonali fil-kuntest tal-klawżoli dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-ftehimiet tal-UE, fejn rilevanti, u fil-kuntest tad-djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem ma’ pajjiżi mhux tal-UE u f’fora oħra għall-kooperazzjoni bilaterali u multilaterali, bħall-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Iħeġġeġ lis-SEAE jassisti lid-DDB u lill-individwi fil-mira, inklużi d-dissidenti, li huma vittmi ta’ repressjoni tranżnazzjonali f’pajjiżi mhux tal-UE, permezz ta’ programmi ddedikati mmirati biex jippermettulhom ikomplu l-ħidma tagħhom fl-eżilju, filwaqt li jibqgħu sikuri minn rappreżalji u aggressjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE biex fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija ta’ wara l-2027 u fil-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem jinkludu r-repressjoni tranżnazzjonali bħala theddida li qed tikber għad-DBB u għal individwi fil-mira, kif ukoll biex jinkludu dispożizzjonijiet konkreti għall-protezzjoni u għas-sikurezza tad-DDB;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jinsisti fuq il-ħtieġa urġenti li jiġu indirizzati, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak tal-UE, il-lakuni fil-protezzjoni li jiffaċċjaw id-DDB meta jkunu fil-mira ta’ repressjoni tranżnazzjonali; jappella biex jingħataw appoġġ rapidu, flessibbli, aċċessibbli u sostnut, inkluż appoġġ f’każ ta’ emerġenza, rilokazzjoni temporanja u għodod u taħriġ biex ikunu jistgħu jipproteġu lilhom infushom aħjar kontra kull tip ta’ theddid u sorveljanza illegali li tista’ tammonta għal repressjoni tranżnazzjonali; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu pprovduti taħriġ diġitali u taċ-ċibersigurtà, assistenza ġuridika u appoġġ psikosoċjali għad-DDB affettwati minn repressjoni tranżnazzjonali; iqis li huwa ta’ importanza kbira li l-politiki u l-programmi ta’ protezzjoni jkunu ffukati fuq il-vittmi, sensittivi għall-ġeneru, intersezzjonali, inklużivi u nondiskriminatorji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jappella biex l-UE u l-Istati Membri tagħha jirrispettaw l-obbligi internazzjonali tagħhom u jisħaq li d-dritt għall-ażil huwa fundamentali għall-protezzjoni tal-persuni f’riskju ta’ persekuzzjoni skont il-Konvenzjoni ta’ Ġinevra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jagħmlu l-aħjar użu mill-politiki nazzjonali u mill-marġnijiet disponibbli tagħhom biex jifformulaw politika  aktar koerenti, ikkoordinata u prevedibbli  għal individwi fil-mira tar-repressjoni tranżnazzjonali, ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar ir-rwol li għandhom l-ambaxxati tal-istati involuti fir-repressjoni tranżnazzjonali; jindika r-riskju akbar għad-DDB li jeħtieġu servizzi konsulari meta jkunu mġiegħla jinvolvu ruħhom ma’ dawk l-ambaxxati; jistieden lill-Istati Membri jżidu l-pressjoni fuq l-ambaxxati ta’ pajjiżi marbuta mar-repressjoni tranżnazzjonali li jkunu ospitati fit-territorji tagħhom, u sabiex dawn l-ambaxxati ma jużawx il-postijiet diplomatiċi tagħhom biex jimpenjaw ruħhom fi sforzi bil-għan li jsikktu d-dissens barra pajjiżhom, f’konformità mal-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Konsulari;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">It-tisħiħ tal-monitoraġġ u tal-ġbir tad-data kkoordinati</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jistieden lis-SEAE u lill-Istati Membri, f’kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet rilevanti, bħall-Europol, jikkoordinaw l-isforzi u jistabbilixxu mekkaniżmi ta’ informazzjoni, ta’ data, ta’ insegwiment u ta’ rapportar aċċessibbli biex itejbu d-dokumentazzjoni tal-każijiet ta’ repressjoni tranżnazzjonali fit-territorji tagħhom u biex jiffaċilitaw reazzjoni u investigazzjoni rapida fejn meħtieġ; jistieden lis-SEAE jsaħħaħ in-network ta’ punti fokali għad-DDB u għal individwi fil-mira fid-delegazzjonijiet tal-UE, li għandhom il-kompitu li jqajmu l-każijiet mal-awtoritajiet fil-belt kapitali rilevanti; jemmen li tali mekkaniżmi għandhom ikunu aċċessibbli għas-soċjetà ċivili, u jippermettulhom li l-kontribut tagħhom jiġi rreġistrat kif xieraq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi mekkaniżmu ċentralizzat għall-immappjar biex tidentifika, timmonitorja u tivvaluta l-inċidenti u tikkondividi twissijiet ta’ repressjoni tranżnazzjonali kontra d-DDB fl-UE, u dan se jgħin biex jiġu identifikati lakuni fil-politika tal-UE, jiġu fformulati reazzjonijiet strateġiċi adegwati u tiġi appoġġjata azzjoni kkoordinata fost l-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jikkodifikaw ir-repressjoni tranżnazzjonali fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom, bl-għan li jappoġġjaw lill-istituzzjonijiet tal-gvern biex jidentifikaw u jipprevjenu r-repressjoni tranżnazzjonali; jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu punti fokali nazzjonali fi ħdan il-gvernijiet tagħhom għal vittmi potenzjali u reali ta’ repressjoni tranżnazzjonali u jipprovdu sett ta’ għodod li jispjega kif għandhom jiġu rrapportati l-każijiet tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri, lill-Europol u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) jipprovdu taħriġ dwar kif titqajjem kuxjenza tar-repressjoni tranżnazzjonali, dwar kontrostrateġiji u protokolli speċifiċi tal-valutazzjoni tar-riskju lill-aġenziji governattivi rilevanti, lill-fornituri esterni tas-servizzi u lill-persunal tagħhom, speċjalment lill-uffiċjali taċ-ċibersigurtà, tal-infurzar tal-liġi u tal-immigrazzjoni u lill-persunal inkarigat li jittratta l-applikazzjonijiet għall-viżi u li jirrieżamina t-talbiet għall-estradizzjoni u forom oħra ta’ kooperazzjoni ġuridika ma’ pajjiżi mhux tal-UE, b’attenzjoni fuq is-sorveljanza diġitali, ir-riskji ta’ ritaljazzjoni u l-użu ħażin ta’ mekkaniżmi ġuridiċi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-indirizzar tar-riskji maħluqa mit-teknoloġiji diġitali bħala faċilitaturi tar-repressjoni tranżnazzjonali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jappella biex l-UE u l-Istati Membri tagħha jirrikonoxxu, jipprevjenu u jindirizzaw forom diġitali ta’ repressjoni tranżnazzjonali, inklużi kampanji ta’ diżinformazzjoni mmirati lejn id-DDB, u jiżguraw li d-DDB ikunu protetti kontra l-fastidju, l-intimidazzjoni u ċ-ċensura online, irrispettivament mill-oriġini tal-fornitur tas-servizz, il-post tal-infrastruttura diġitali jew l-għodod użati; jistieden lill-Istati Membri tal-UE jikkriminalizzaw l-attivitajiet ta’ intelligence barranija mmirati lejn id-dissidenti fl-eżilju bħala forma ta’ repressjoni tranżnazzjonali diġitali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jitlob lill-Istati Membri japplikaw sorveljanza stretta ta’ software ta’ spjunaġġ u swieq u operazzjonijiet ta’ sorveljanza, inkluż billi japplikaw diliġenza dovuta mandatorja tad-drittijiet tal-bniedem u r-Regolament tal-UE dwar l-Użu Doppju<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2021/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi reġim tal-Unjoni għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, is-senserija, l-assistenza teknika, it-transitu u t-trasferiment ta’ oġġetti b’użu doppju (ĠU L 206, 11.6.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/821/oj).</FIELD></FOOTNOTE> għall-esportaturi kollha tat-teknoloġija li huma bbażati fl-UE u jirrevokaw l-esportazzjoni ta’ liċenzji għal software ta’ spjunaġġ lejn pajjiżi b’repressjoni tranżnazzjonali dokumentata u ksur tad-drittijiet tal-bniedem, fejn ikun hemm riskju prevedibbli li dawn l-għodod se jintużaw biex isikktu jew jikkastigaw il-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem jew id-dissens; ifakkar fil-Linji Gwida tal-Kummissjoni tal-2024 dwar l-esportazzjoni ta’ oġġetti ta’ sorveljanza ċibernetika, li għandhom l-għan li jqajmu kuxjenza dwar ir-riskji assoċjati mal-użu ħażin tat-teknoloġiji ta’ sorveljanza ċibernetika u jipprovdu lill-esportaturi b’għodod prattiċi biex jevalwaw is-sitwazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu mekkaniżmi ta’ rapportar faċilment aċċessibbli u sikuri, imfassla biex jirrispettaw u jipproteġu l-privatezza tal-utenti, biex jippermettu lid-DDB li jgħixu f’eżilju jew f’komunitajiet tad-dijaspora jqajmu tħassib dwar ir-repressjoni tranżnazzjonali diġitali mal-aġenziji governattivi rilevanti; jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi rikonoxxuta l-isfida speċifika tar-repressjoni tranżnazzjonali diġitali abbażi tal-ġeneru u l-konsegwenzi partikolari ta’ din it-tip ta’ repressjoni għad-DDB nisa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jappella biex l-UE u lill-Istati Membri tagħha jiżguraw li l-atturi privati, b’mod partikolari fis-settur tat-teknoloġija, jinżammu responsabbli għar-rwol tagħhom f’każijiet fejn jippermettu repressjoni tranżnazzjonali diġitali; ikompli jappella biex jiġu ppubblikati rapporti dwar it-trasparenza u jiġu stabbiliti mekkaniżmi effettivi ta’ lmentar li jkunu aċċessibbli għad-DDB u għal individwi oħra f’riskju;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-iżgurar tal-irfigħ tar-responsabbiltà u l-applikazzjoni tas-sanzjonijiet </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jappella biex l-UE żżomm lill-istati u lir-reġimi li jwettqu repressjoni tranżnazzjonali responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem skont il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, il-Konvenzjoni kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti Oħra u l-Konvenzjoni dwar l-Istatus tar-Rifuġjati u tikkunsidra l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet immirati fuq dawk l-istati u fuq l-awturi ta’ repressjoni tranżnazzjonali kontra d-DDB; iħeġġeġ lill-UE tappoġġja lill-vittmi ta’ repressjoni tranżnazzjonali biex ifittxu rimedju permezz ta’ litigazzjoni strateġika quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jiddenunzja l-fatt li r-repressjoni tranżnazzjonali sseħħ ukoll fit-territorju tal-Istati Membri tal-UE u, f’xi każijiet, bil-kompliċità tagħhom; jinnota li r-ripressjoni tranżnazzjonali hija permessa wkoll permezz ta’ kollaborazzjoni bejn il-gvernijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jisħaq li l-UE u l-Istati Membri tagħha jeħtiġilhom jirrispettaw id-diliġenza dovuta tad-drittijiet tal-bniedem fl-impenji tagħhom ma’ gvernijiet magħrufa li jiffaċilitaw ir-repressjoni tranżnazzjonali u jinvolvu ruħhom fiha kontra d-DDB;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jappella biex l-UE żżid il-finanzjament għal ProtectDefenders.eu, twessa’ l-mandat tiegħu biex jinkludi d-DDB f’riskju ta’ repressjoni tranżnazzjonali fl-UE u żżid il-finanzjament għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili attivi fil-protezzjoni tad-DDB u individwi f’riskju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tinvolvi ruħha b’mod proattiv u tkompli tikkollabora mal-Interpol u man-NU, inkluż billi tiżviluppa qafas komuni ta’ sigurtà għar-repressjoni tranżnazzjonali sabiex ittemm l-użu abbużiv u b’motivazzjoni politika tal-avviżi ħomor, tal-avviżi blu, tad-diffużjonijiet u tat-talbiet għall-estradizzjoni; jappella biex il-mandat tal-Europol jinkludi r-repressjoni tranżnazzjonali u l-valutazzjoni ta’ inċidenti relatati u avviżi tal-Interpol immirati lejn id-DDB u individwi oħra; jistieden lill-Istati Membri jeżerċitaw l-akbar kawtela meta jikkunsidraw talbiet għall-arrest u għall-estradizzjoni minn reġimi li fil-passat abbużaw mill-avviżi ħomor;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jappella biex l-UE u l-Istati Membri tagħha jużaw l-għodod kollha disponibbli biex jipproteġu lid-DDB u lill-individwi fil-mira u jsaħħu s-sovranità nazzjonali u l-valuri demokratiċi, inklużi sanzjonijiet fl-ambitu tar-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem (il-GHRSR tal-UE/l-Att Magnitsky tal-UE), il-projbizzjonijiet ta’ viża u t-tkeċċija ta’ diplomatiċi li huma magħrufa li involvu ruħhom f’atti ta’ repressjoni tranżnazzjonali; iħeġġeġ lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u lill-Istati Membri jinkludu r-repressjoni tranżnazzjonali bħala kategorija sanzjonabbli fl-ambitu tal-GHRSR tal-UE u jelenkaw individwi li nstabu li huma awturi ta’ repressjoni tranżnazzjonali; iwissi li n-nuqqas ta’ prevenzjoni u n-nuqqas ta’ reazzjoni għar-repressjoni tranżnazzjonali jirriskjaw li jimminaw il-kredibbiltà tal-UE bħala refuġju sikur għal dawk li qed jaħarbu mill-persekuzzjoni u li qed jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jappella biex l-UE, l-Istati Membri, il-Kummissjoni u s-SEAE jimmobilizzaw u jikkoordinaw l-istrumenti kollha tagħhom biex jindirizzaw ir-repressjoni tranżnazzjonali, u jintensifikaw ir-relazzjonijiet diplomatiċi, inkluż permezz tad-delegazzjonijiet tal-UE, biex jipprevjenu u jiskoraġġixxu tattiċi ta’ repressjoni tranżnazzjonali minn pajjiżi mhux tal-UE u jenfasizzaw dawn l-inċidenti permezz ta’ dikjarazzjonijiet pubbliċi, u għalhekk iżidu t-tqajjim ta’ kuxjenza pubblika; jappella għal koordinazzjoni msaħħa ma’ pajjiżi sħab tal-istess fehma, fil-kuntest tal-G7 u ta’ fora internazzjonali rilevanti oħra;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>