<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0274</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea: assistenza lil Spanja u lil Franza b’rabta mad-diżastri naturali fl-2024 u fl-2025</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0215/2025 - Rapporteur: Sandra Gómez López)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Novembru 2025 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lil Spanja b’rabta mal-għargħar fir-Reġjun ta’ Valenzja fi Spanja f’Ottubru 2024 u lil Franza wara l-ħsarat ikkawżati miċ-ċiklun Chido f’Mayotte f’Diċembru 2024 u miċ-ċiklun Garance f’Réunion fi Frar 2025 (COM(2025)0855 – C10-0239/2025 – 2025/0318(BUD))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2025)0855 – C10‑0239/2025),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/2012/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/2093/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2020/1222/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-punt 10 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1058 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u dwar il-Fond ta’ Koeżjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 231, 30.6.2021, p. 60, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1058/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1057 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 231, 30.6.2021, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1057/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/2115/oj</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A10-0031/2024) fil-qafas tal-proċedura leġiżlattiva biex jiġi adottat ir-Regolament (UE) 2024/3236 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2024 li jemenda r-Regolamenti (UE) 2021/1057 u (UE) 2021/1058 fir-rigward tal-Appoġġ Reġjonali ta’ Emerġenza għar-Rikostruzzjoni (RESTORE)<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2024)0059.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-valutazzjoni baġitarja mill-Kumitat għall-Baġits mehmuża ma’ dak ir-rapport,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Mejju 2025 dwar baġit imġedded fit-tul għall-Unjoni f’dinja li qed tinbidel<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2025)0090.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport Nru 1/2024 tal-EEA - Valutazzjoni tar-Riskju Klimatiku fl-Ewropa (EUCRA)<FOOTNOTE><FIELD> https://www.eea.europa.eu/publications/european-climate-risk-assessment</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A10-0215/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi bejn it-28 ta’ Ottubru u l-4 ta’ Novembru 2024, maltempata li ġabet magħha xita qawwija laqtet ir-reġjun kollu ta’ Valenzja fi Spanja u wasslet għal għargħar qawwi li rriżulta fi ħsarat diretti totali stmati mill-Kummissjoni għal EUR 18,08 biljun u li affettwa 845 000 persuna minn 84 muniċipalità, 170 stabbiliment edukattiv, aktar minn 50 istituzzjoni tas-saħħa u infrastruttura pubblika; billi l-għarar ikkawża mill-inqas 229 fatalità;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-istima tal-impatt enormi tal-maltempati u l-għargħar fuq l-ekonomija tar-reġjuni hija ta’ EUR 18-il biljun, li jaffettwaw 63 żona industrijali, 64 000 kumpanija (li 99,6 % minnhom huma SMEs), 250 000 ħaddiem, u 243 388 talba għal kumpens, kif stipulat mill-istudji ppreżentati mill-gvern reġjonali ta’ Valenzja u l-Konfederazzjoni tan-Negozji ta’ Valenzja;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi fl-14 ta’ Diċembru 2024, għajn ċiklun imsejjaħ Chido laqtet lill-gżira ta’ Mayotte, Franza, u wasslet għal buffuri tar-riħ li qabżu l-180 kilometru fis-siegħa u xita qawwija flimkien ma’ mewġ għoli li rriżultaw fi ħsarat diretti totali stmati mill-Kummissjoni ta’ EUR 3,6 biljun; billi ċ-ċiklun affettwa 337 000 persuna u kkawża mill-inqas 39 fatalità; billi 200 persuna għadhom neqsin;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi fit-28 ta’ Frar 2025, ċiklun bl-isem ta’ Garance laqat lill-gżira ta’ Réunion, Franza, u wassal għal veloċitajiet tar-riħ sa 215 kilometru fis-siegħa, xita qawwija u kundizzjonijiet tal-baħar perikolużi li rriżultaw fi ħsarat diretti totali stmati mill-awtoritajiet Franċiżi li jammontaw għal EUR 849,45 miljun prinċipalment fin-network elettriku u fl-infrastruttura tal-komunikazzjoni; billi ċ-ċiklun affettwa 160 000 persuna u kkawża mill-inqas 4 fatalitajiet;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jesprimi l-akbar solidarjetà tiegħu mal-vittmi kollha, mal-familji tagħhom u mal-individwi kollha milquta mill-għargħar distruttiv fir-reġjun ta’ Valenzja, Spanja, u miċ-ċikluni devastanti f’Mayotte u Réunion, Franza, kif ukoll mal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali involuti fl-isforzi ta’ sokkors;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jilqa’ d-deċiżjoni bħala forma tanġibbli u viżibbli tas-solidarjetà tal-Unjoni maċ-ċittadini tagħha u r-reġjuni fiż-żoni affettwati, iżda jinnota li tali solidarjetà ma tistax tissostitwixxi r-responsabbiltà diretta tal-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali fil-prevenzjoni u l-ġestjoni tad-diżastri naturali relatati mal-klima;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Itenni l-importanza li l-benefiċċji tanġibbli pprovduti permezz tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE) jiġu kkomunikati lill-pubbliku, anke sabiex tkompli tiżdied is-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini dwar l-għodod u l-programmi tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jenfasizza l-għadd dejjem akbar ta’ diżastri naturali kbar, distruttivi u fatali fl-Ewropa u jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jżidu l-investimenti fil-prevenzjoni, l-infrastruttura pubblika, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih kif ukoll f’miżuri ta’ tħejjija għall-emerġenzi biex jiġu evitati t-telf tal-ħajjiet u t-telf ekonomiku; jistieden lill-Istati Membri jqisu li r-riskji klimatiċi u diżastri naturali oħra jaffettwaw b’mod sproporzjonat lill-popolazzjonijiet vulnerabbli u lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju minħabba fatturi soċjoekonomiċi u demografiċi kif ukoll territorji vulnerabbli bħar-reġjuni ultraperiferiċi; iqis li huwa essenzjali li jiġi żgurat livell għoli ta’ skrutinju demokratiku mill-awtorità baġitarja tal-FSUE; ifakkar li l-FSUE għandu baġit limitat u ma jistax jitqies bħala l-uniku strument biex jiġu indirizzati diżastri naturali kbar; jitlob għalhekk li ssir valutazzjoni tal-kapaċità finanzjarja tal-baġit tal-Unjoni u li titqies il-possibbiltà ta’ żieda fir-riżorsi tiegħu sabiex tingħata assistenza li tkun proporzjonata għall-kobor ta’ tali diżastri liċ-ċittadini; jinnota li ż-żieda ta’ din it-tip ta’ assistenza tippermetti lill-Istati Membri jirrispondu b’mod aktar effettiv u malajr għad-diżastri filwaqt li strumenti oħra, b’mod partikolari l-fondi ta’ koeżjoni li l-għan primarju tagħhom mhuwiex ir-rispons għad-diżastri, jkunu jistgħu jiġu ppreservati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jisħaq li l-FSUE huwa biss strument kurattiv u li l-Unjoni għandha wkoll tkompli tindirizza l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-mitigazzjoni tiegħu billi tappoġġja l-politiki Ewropej u nazzjonali għall-prevenzjoni tad-diżastri naturali kif ukoll tirfed il-prinċipju ta’ “nibnu mill-ġdid aħjar” fl-azzjonijiet kollha tagħha; jissottolinja li r-Rapport Nru 1/2024 tal-EEA bit-titolu “European Climate Risk Assessment” (Valutazzjoni tar-Riskju Klimatiku fl-Ewropa) wissa li l-Unjoni mhix ippreparata għall-effetti tat-tibdil fil-klima u jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ azzjoni biex jiġi evitat li r-riskji klimatiċi identifikati jilħqu livelli kritiċi; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jieħdu l-miżuri meħtieġa bil-għan li jwasslu lill-Unjoni biex tilħaq l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi; ifakkar fil-ħtieġa ta’ sinerġiji effettivi ma’ politiki u programmi oħra tal-Unjoni u jissottolinja li l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-aħjar użu mill-opportunitajiet ta’ finanzjament, b’mod partikolari l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus u l-programmi għall-iżvilupp rurali; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta bl-urġenza dovuta kwalunkwe talba motivata mill-Istati Membri biex jiġu riallokati fondi fi ħdan il-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza għall-assistenza f’diżastri naturali, f’konformità mar-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/241/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, speċjalment meta jitqies il-perċentwal għoli ta’ riżorsi minn dan il-mekkaniżmu li għadhom ma ntefqux; jisħaq ukoll fuq il-ħtieġa ta’ miżuri preventivi, mhux biss biex tiġi mitigata l-ħsara fil-futur iżda anke biex jiġi evitat li l-kundizzjonijiet ta’ riskju jaggravaw wara eventi katastrofiċi, bħal għargħar, nirien fis-selvaġġ, uqigħ tal-art jew l-inxif ta’ lagi u xmajjar; jisħaq ukoll dwar ir-riskji tat-temp estrem u d-diżastri naturali bħal mewġiet ta’ sħana għas-saħħa pubblika madwar l-Ewropa u jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra dan l-aspett fil-politiki rilevanti; iħeġġeġ l-użu ta’ għodod diġitali innovattivi, data satellitari (eż. Copernicus), u sistemi ta’ twissija bikrija biex tissaħħaħ it-tħejjija għad-diżastri; jissottolinja l-importanza ta’ flessibbiltà adegwata bejn il-programmi differenti; jissottolinja li l-assistenza mogħtija fl-ambitu tal-FSUE ma għandhiex tkun għad-detriment tal-finanzjament tal-Unjoni li l-Istati Membri jkunu rċevew fl-ambitu ta’ politiki jew programmi oħra tal-Unjoni; ifakkar li l-Istati Membri jistgħu jagħtu għajnuna mill-Istat, f’konformità mar-regoli applikabbli tal-Unjoni, b’mod partikolari lin-negozji agrikoli li jkunu ġarrbu ħsarat minħabba diżastri naturali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Ifakkar li RESTORE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/3236, 23.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/3236/oj.</FIELD></FOOTNOTE> u l-miżuri speċifiċi fl-ambitu tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/3242, 23.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/3242/oj.</FIELD></FOOTNOTE> jipprovdu assistenza addizzjonali lill-Istati Membri affettwati minn diżastri naturali permezz ta’ aktar flessibbiltajiet fl-użu tal-fondi; jisħaq li l-Istati Membri għandhom jagħmlu użu minn dawn l-opportunitajiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jiddispjaċih li l-ammont sħiħ ta’ għotja tal-FSUE jieħu medja ta’ sena biex jasal għand benefiċjarju; ifakkar fl-importanza ta’ valutazzjoni rapida u solida tal-ħsara li tqis kif xieraq ir-riperkussjonijiet ekonomiċi u jitlob li jsiru aktar sforzi operazzjonali sabiex jitnaqqas iż-żmien medju għar-rilaxx ta’ pagamenti antiċipati, filwaqt li jiġi żgurat li l-baġit tal-Unjoni jkun protett; jinnota li l-metodoloġija biex jiġi kkalkolat l-ammont totali tal-għajnuna tista’ tqis aħjar il-proporzjon bejn il-ħsara diretta totali u l-ING tat-territorju affettwat, b’mod partikolari meta jiġu affettwati r-reġjuni ultraperiferiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti li tiġi rilaxxata assistenza finanzjarja immedjata permezz tal-FSUE biex jiġi żgurat li l-appoġġ ikun jista’ jilħaq lir-reġjuni milquta fi żmien xieraq biex jiġi appoġġjat irkupru rapidu u dejjiemi; jisħaq fuq l-importanza li jitnaqqas iż-żmien bejn is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni għal assistenza mill-FSUE u d-deċiżjoni ta’ finanzjament; jitlob li jsir sforz biex jiġi żgurat li l-għajnuna mill-FSUE tasal għand ir-riċevituri finali tagħha minnufih, inklużi n-negozji, l-SMEs, il-familji, u ċ-ċittadini affettwati, kif ukoll ir-rikostruzzjoni tal-infrastruttura u t-tiswija tal-ħsara materjali, kollha bil-valutazzjoni tal-impatt korrispondenti u l-mekkaniżmi ta’ kontroll xierqa; jissottolinja l-ħtieġa li jiġu ssimplifikati u aċċellerati l-proċeduri interni mingħajr ma jiġi mminat il-bilanċ istituzzjonali, b’mod partikolari d-drittijiet tal-Parlament Ewropew bħala wieħed miż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja; jinnota li l-governanza proposta tas-suċċessur ta’ wara l-2027 tal-Fond Ewropew ta’ Solidarjetà mhijiex konformi mal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew espressa fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Mejju 2025 “Baġit imġedded fit-tul għall-Unjoni f’dinja li qed tinbidel”<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2025)0090.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Japprova d-deċiżjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST><TXTLST><ANNEX><TI><STRING BOLD="on">ANNESS</STRING></TI><STI><STRING BOLD="on">DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL</STRING></STI>
<STRING BOLD="on">dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lil Spanja b’rabta mal-għargħar fir-Reġjun ta’ Valenzja fi Spanja f’Ottubru 2024 u lil Franza wara l-ħsarat ikkawżati miċ-ċiklun Chido f’Mayotte f’Diċembru 2024 u miċ-ċiklun Garance f’Réunion fi Frar 2025</STRING>

<STRING ITALIC="on">(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, id-Deċiżjoni (UE) 2025/2403.)</STRING>
</ANNEX></TXTLST></SDOCTA>