<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0278</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-Istrateġija dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri 2025 </STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0210/2025 - Rapporteur: Marko Vešligaj)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Novembru 2025 dwar l-Istrateġija dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri 2025 (2024/2125(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 8, 10, 19, 79, 83, 151, 153 u 157 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 1, 21, 23 u 24 tagħha,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, li l-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni pproklamaw u ffirmaw fis-17 ta’ Novembru 2017, u l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Marzu 2021 bit-titolu “Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali” (COM(2021)0102),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta’ Kull Forma ta’ Diskriminazzjoni kontra n-Nisa tat-18 ta’ Diċembru 1979 u r-rakkomandazzjonijiet ġenerali tagħha,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà, adottata fit-12 ta’ Diċembru 2006,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-osservazzjonijiet konklużivi dwar it-tieni u t-tielet rapporti perjodiċi kkombinati tal-Unjoni Ewropea, adottati mill-Kumitat tan-NU dwar id-drittijiet ta’ persuni b’diżabbiltà fil-21 ta’ Marzu 2025, u b’mod partikolari r-rakkomandazzjonijiet tiegħu skont l-Artikolu 6,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Eliminazzjoni ta’ kull Forma ta’ Diskriminazzjoni Razzjali, adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fil-21 ta’ Diċembru 1965,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni u l-Pjattaforma ta’ Azzjoni ta’ Beijing tan-NU tal-15 ta’ Settembru 1995 u l-eżiti tal-konferenzi ta’ reviżjoni tagħha,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill għas-Sigurtà tan-NU Nru 1325 (2000) tal-31 ta’ Ottubru 2000 dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Aġenda 2030 tan-NU għall-Iżvilupp Sostenibbli tal-21 ta’ Ottubru 2015 u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) stabbiliti fiha, b’mod partikolari l-SDG 5 – “Il-kisba tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u l-bniet kollha” u l-SDG 3 – “L-iżgurar ta’ ħajjiet f’saħħithom u l-promozzjoni tal-benesseri għal kulħadd f’kull età” (li jinkludi n-nisa u l-bniet), u l-miri u l-indikaturi relatati magħhom,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurostat ta’ Ġunju 2024 bit-titolu “Sustainable development in the European Union: Monitoring report on progress towards the SDGs in an EU context – 2024 edition (“L-iżvilupp sostenibbli fl-Unjoni Ewropea: Rapport ta’ monitoraġġ dwar il-progress lejn l-SDGs f’kuntest tal-UE – edizzjoni tal-2024)<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">1 </STRING>Eurostat, “Sustainable development in the European Union: Monitoring report on progress towards the SDGs in an EU context – 2024 edition (L-iżvilupp sostenibbli fl-Unjoni Ewropea: Rapport ta’ monitoraġġ dwar il-progress lejn l-SDGs f’kuntest tal-UE – edizzjoni tal-2024”, 2024, https://ec.europa.eu/eurostat/documents/15234730/19397895/KS-05-24-071-EN-N.pdf/730c983a-fa93-6ce2-7905-2379de04f3e9?version=1.0&t=1718611411114.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni ta’ Mejju 2023 bit-titolu “EU Voluntary Review on the Implementation of the 2030 Agenda for Sustainable Development” (Rieżami Volontarju tal-UE dwar l-Implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli)<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">2 </STRING>Il-Kummissjoni Ewropea, “EU Voluntary Review on the Implementation of the 2030 Agenda for Sustainable Development” (Rieżami Volontarju tal-UE dwar l-Implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli), 2023, https://commission.europa.eu/system/files/2023-06/SDG-Report-WEB.pdf.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar ir-Remunerazzjoni Indaqs tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol tad-29 ta’ Ġunju 1951, u l-Konvenzjoni dwar il-Vjolenza u l-Fastidju tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol tal-21 ta’ Ġunju 2019,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol tal-14 ta’ Ġunju 2024 dwar ix-xogħol deċenti u l-ekonomija tal-kura,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika (il-Konvenzjoni ta’ Istanbul) tal-11 ta’ Mejju 2011, li ġiet ratifikata mill-UE f’Ġunju 2023, u r-rapporti ta’ monitoraġġ tal-pajjiżi mill-Grupp ta’ Esperti dwar l-Azzjoni kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika (GREVIO) dwar l-implimentazzjoni tagħha,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kunsill tal-Ewropa ta’ April 2021 bit-titolu “It-Tieni Rapport Ġenerali dwar l-Attivitajiet tal-GREVIO”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet, ir-rapporti u r-riżoluzzjonijiet tal-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa u tal-korpi tal-Kunsill tal-Ewropa,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Prinċipji ta’ Yogyakarta, adottati f’Novembru 2006, u l-Prinċipji ta’ Yogyakarta plus 10, adottati f’Novembru 2017,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-fehmiet adottati mill-Kumitat tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU fil-31 ta’ Marzu 2016 fil-Komunikazzjoni Nru 2324/2013, Mellet vs l-Irlanda, supra nota 6, il-paragrafu 7.7, u fid-29 ta’ Marzu 2011 fil-Komunikazzjoni Nru 1608/2007, L.M.R. vs l-Arġentina, il-punti 9.3 u 9,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttivi tal-KEE u tal-UE adottati mill-1975 ’il quddiem dwar aspetti varji tat-trattament ugwali għan-nisa u l-irġiel (id-Direttiva 79/7/KEE<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">3 </STRING>Id-Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1978 dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali, (ĠU L 6, 10.1.1979, p. 24, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1979/7/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, id-Direttiva 86/613/KEE<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">4 </STRING>Id-Direttiva tal-Kunsill 86/613/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1986 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa involuti f’attività, inkluża l-agrikoltura, b’kapaċità li fiha jaħdmu għal rashom, u dwar il-protezzjoni ta’ nisa li jaħdmu għal rashom waqt it-tqala u waqt li qegħdin irabbu t-tfal, (ĠU L 359, 19.12.1986, p. 56, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1986/613/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, id-Direttiva 92/85/KEE<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">5 </STRING>Id-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-introduzzjoni ta’ mizuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu, (ĠU L 348, 28.11.1992, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1992/85/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, id-Direttiva 2004/113/KE<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">6 </STRING>Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE tat-13 ta’ Diċembru 2004 li timplimenta l-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta’ merkanzija u servizzi, (ĠU L 373, 21.12.2004, p. 37, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2004/113/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, id-Direttiva 2006/54/KE<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">7 </STRING>Id-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol, (ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2006/54/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, id-Direttiva 2010/41/UE<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">8 </STRING>Id-Direttiva 2010/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa li jeżerċitaw attività li fiha jaħdmu għal rashom u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 86/613/KEE (ĠU L 180, 15.7.2010, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2010/41/oj).</FIELD></FOOTNOTE>),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta’ Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew l-etniċità<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">9 </STRING>ĠU L 180, 19.7.2000, p. 22, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2000/43/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (id-Direttiva dwar l-Ugwaljanza Razzjali), u l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Settembru 2020 bit-titolu “Unjoni ta’ ugwaljanza: Pjan ta’ azzjoni tal-UE għall-ġlieda kontra r-razziżmu 2020-2025”(COM(2020)0565),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Lulju 2008 għal Direttiva tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali (COM(2008)0426)(id-Direttiva Orizzontali kontra d-Diskriminazzjoni),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/99/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-ordni Ewropea ta’ protezzjoni<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">10 </STRING>ĠU L 338, 21.12.2011, p. 2, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2011/99/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">11 </STRING>ĠU L 315, 14.11.2012, p. 57, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2012/29/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2019/882 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar ir-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">12 </STRING>ĠU L 151, 7.6.2019, p. 70, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2019/882/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2019/1158 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u għall-persuni li jindukraw u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">13 </STRING>ĠU L 188, 12.7.2019, p. 79, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2019/1158/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (id-Direttiva dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna tal-4 ta’ Lulju 2019 bit-titolu “Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà (WPS) 2019-2024” li d-durata tiegħu, f’Novembru 2023, ġiet estiża sal-2027,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Ottubru 2020 bit-titolu “Unjoni tal-Ugwaljanza: Qafas strateġiku tal-UE għar-Rom għall-ugwaljanza, għall-inklużjoni u għall-parteċipazzjoni”(COM(2020)0620),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali)<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">14 </STRING>ĠU L 277, 27.10.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2065/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2022/2381 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 2022 dwar it-titjib tal-bilanċ bejn il-ġeneri fost diretturi ta’ kumpaniji elenkati u miżuri relatati<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">15 </STRING>ĠU L 315, 7.12.2022, p. 44, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2022/2381/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2023/970 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li ssaħħaħ l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ paga ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta’ valur ugwali bejn l-irġiel u n-nisa permezz ta’ trasparenza fil-pagi u mekkaniżmi ta’ infurzar<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">16 </STRING>ĠU L 132, 17.5.2023, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2023/970/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2024/1385 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024 dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">17 </STRING>ĠU L, 2024/1385, 24.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1385/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2024/1500 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024 dwar standards għall-korpi tal-ugwaljanza fil-qasam tat-trattament ugwali u l-opportunitajiet indaqs bejn in-nisa u l-irġiel fi kwistjonijiet ta’ impjieg u xogħol, u li temenda d-Direttivi 2006/54/KE u 2010/41/UE<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">18 </STRING>ĠU L, 2024/1500, 29.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1500/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2024/1712 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 li temenda d-Direttiva 2011/36/UE dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">19 </STRING>ĠU L, 2024/1712, 24.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1712/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (id-Direttiva riveduta dwar it-Traffikar tal-Bnedmin),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Frar 2024 għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/68/ĠAI (COM(2024)0060),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Marzu 2020 bit-titolu “Unjoni ta’ Ugwaljanza: Strateġija ta’ Ugwaljanza bejn is-Sessi għall-2020-2025” (COM(2020)0152),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-25 ta’ Novembru 2020, li ġiet estiża sal-2027, bit-titolu “Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar il-Ġeneru (GAP) III – aġenda ambizzjuża għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-għoti tas-setgħa lin-nisa fl-azzjoni esterna tal-UE” (JOIN(2020)0017) u d-dokument ta’ ħidma konġunt tal-persunal li jakkumpanjaha tal-25 ta’ Novembru 2020 bit-titolu “Objettivi u indikaturi biex tiġi inkwadrata l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Ġeneru III (2021-25)” (SWD(2020)0284),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Ġunju 2020 bit-titolu “Strateġija tal-UE dwar id-drittijiet tal-vittmi (2020-2025)” (COM(2020)0258),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer (COM(2021)0044), il-Missjoni tal-UE dwar il-Kanċer u r-rapport finali tal-Kumitat Speċjali għall-Ġlieda kontra l-Kanċer,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Marzu 2021 bit-titolu “Unjoni ta’ Ugwaljanza: Strateġija dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità 2021-2030” (COM(2021)0101),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/522 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi Programm għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (il-“Programm l-UE għas-Saħħa”) għall-perjodu 2021-2027, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 282/2014<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">20 </STRING>ĠU L 107, 26.3.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/522/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Settembru 2022 dwar l-istrateġija Ewropea għall-kura (COM(2022)0440), li għandha l-għan li tiżgura servizzi tal-kura ta’ kwalità, affordabbli u aċċessibbli biex tittejjeb is-sitwazzjoni kemm għar-riċevituri tal-kura kif ukoll għall-persuni li jindokraw (formali u informali) (li fil-biċċa l-kbira huma nisa),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Diċembru 2022 dwar l-aċċess għall-kura fit-tul affordabbli u ta’ kwalità għolja<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">21 </STRING>ĠU C 476, 15.12.2022, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/1689 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 li jistabbilixxi regoli armonizzati dwar l-intelliġenza artifiċjali u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 300/2008, (UE) Nru 167/2013, (UE) Nru 168/2013, (UE) 2018/858, (UE) 2018/1139 u (UE) 2019/2144 u d-Direttivi 2014/90/UE, (UE) 2016/797 u (UE) 2020/1828 (l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali)<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">22 </STRING>ĠU L, 2024/1689, 12.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1689/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Settembru 2024 bit-titolu “Implimentazzjoni tal-istrateġija dwar l-ugwaljanza tal-LGBTIQ 2020-2025” (COM(2024)0420),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-linji gwida politiċi minn Ursula von der Leyen tat-18 ta’ Lulju 2024 bit-titolu “L-Għażla Quddiem l-Ewropa – Linji Gwida Politiċi għall-Kummissjoni Ewropea li Jmiss 2024-2029”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Marzu 2025 bit-titolu “Pjan Direzzjonali għad-Drittijiet tan-Nisa” (COM(2025)0097),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni ta’ Marzu 2025 bit-titolu “2025 report on gender equality in the EU” (Rapport tal-2025 dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-UE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-2 ta’ Ġunju 2006 dwar is-saħħa tan-nisa<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">23 </STRING>ĠU C 146, 22.6.2006, p. 4.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Diċembru 2021, V.М.А. vs Stolichna obshtina, rayon “Pancharevo”<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">24 </STRING>Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Diċembru 2021, V.M.A. vs Stolichna obshtina, rayon “Pancharevo”, C-490/20, ECLI:EU:C:2021:1008.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar in-nisa b’diżabilitajiet<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">25 </STRING>ĠU C 468, 15.12.2016, p. 128.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta’ Novembru 2018 dwar is-sitwazzjoni tan-nisa b’diżabbiltà<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">26 </STRING>ĠU C 363, 28.10.2020, p. 164.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Frar 2019 dwar ir-rigressjoni attwali tad-drittijiet tan-nisa u tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-UE<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">27 </STRING>ĠU C 449, 23.12.2020, p. 102.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta’ Novembru 2019 dwar l-adeżjoni tal-UE għall-Konvenzjoni ta’ Istanbul u l-miżuri l-oħra biex tiġi miġġielda l-vjolenza abbażi tal-ġeneru<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">28 </STRING>ĠU C 232, 16.6.2021, p. 48.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-30 ta’ Jannar 2020 dwar id-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">29 </STRING>ĠU C 331, 17.8.2021, p. 5.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Ottubru 2020 dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri fil-politika estera u ta’ sigurtà komuni tal-UE<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">30 </STRING>ĠU C 404, 6.10.2021, p. 202.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Jannar 2021 dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">31 </STRING>ĠU C 456, 10.11.2021, p. 208.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Jannar 2021 dwar il-perspettiva tal-ġeneru fil-kriżi tal-COVID-19 u fil-perjodu ta’ wara l-kriżi<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">32 </STRING>ĠU C 456, 10.11.2021, p. 191.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Jannar 2021 dwar tnaqqis tad-disparità bejn il-ġeneri fil-qasam diġitali: il-parteċipazzjoni tan-nisa fl-ekonomija diġitali<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">33 </STRING>ĠU C 456, 10.11.2021, p. 232.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Frar 2021 dwar l-isfidi għad-drittijiet tan-nisa fl-Ewropa fil-futur: aktar minn 25 sena wara d-Dikjarazzjoni u l-Pjattaforma ta’ Azzjoni ta’ Beijing<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">34 </STRING>ĠU C 465, 17.11.2021, p. 160.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Ġunju 2021 dwar it-tħeġġiġ tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-edukazzjoni u l-karrieri fl-oqsma tax-xjenza, tat-teknoloġija, tal-inġinerija u tal-matematika (STEM)<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">35 </STRING>ĠU C 67, 8.2.2022, p. 137.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ Ġunju 2021 dwar is-sitwazzjoni tas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati fl-UE, fil-kuntest tas-saħħa tan-nisa<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">36 </STRING>ĠU C 81, 18.2.2022, p. 43.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Settembru 2021 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-identifikazzjoni ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru bħala qasam ġdid ta’ kriminalità elenkat fl-Artikolu 83(1) tat-TFUE<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">37 </STRING>ĠU C 117, 11.3.2022, p. 88.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Diċembru 2021 b’rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru: il-vjolenza ċibernetika<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">38 </STRING>ĠU C 251, 30.6.2022, p. 2.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Diċembru 2021 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea fl-2018-2020<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">39 </STRING>ĠU C 251, 30.6.2022, p. 23.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Marzu 2022 dwar il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar il-Ġeneru III<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">40 </STRING>ĠU C 347, 9.9.2022, p. 150.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta’ Mejju 2022 dwar il-ksib tal-indipendenza ekonomika tan-nisa permezz tal-intraprenditorija u tal-impjieg indipendenti<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">41 </STRING>ĠU C 465, 6.12.2022, p. 54.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Lulju 2022 lejn azzjoni Ewropea komuni dwar il-kura<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">42 </STRING>ĠU C 47, 7.2.2023, p. 30.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Lulju 2022 dwar il-faqar fost in-nisa fl-Ewropa<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">43 </STRING>ĠU C 47, 7.2.2023, p. 2.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta’ Ġunju 2023 dwar il-fastidju sesswali fl-UE u l-evalwazzjoni MeToo<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">44 </STRING>ĠU C, C/2023/1224, 21.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1224/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Settembru 2023 dwar ir-regolamentazzjoni tal-prostituzzjoni fl-UE: l-implikazzjonijiet transfruntieri u l-impatt tagħha fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-drittijiet tan-nisa<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">45 </STRING>ĠU C, C/2024/1767, 22.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1767/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ April 2024 dwar l-inklużjoni tad-dritt għall-abort fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">46 </STRING>ĠU C, C/2025/1279, 13.3.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1279/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tad-19 ta’ Diċembru 2024 lill-Kunsill dwar il-prijoritajiet tal-UE għad-69 sessjoni tal-Kummissjoni tan-NU dwar l-Istatus tan-Nisa<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">47 </STRING>ĠU C, C/2025/1971, 11.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1971/oj..</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri tad-9 ta’ April 2025 dwar baġit fit-tul imġedded għall-Unjoni f’dinja li qed tinbidel,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-25 ta’ Novembru 2024 tal-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali (FRA), l-Eurostat u l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) bit-titolu “EU gender-based violence survey: key results” (Stħarriġ tal-UE dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru: riżultati ewlenin),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri tal-2024, ippubblikat mill-EIGE fl-10 ta’ Diċembru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istudju bit-titolu “Policies for long term carers” (Politiki għall-indokraturi fit-tul) ippubblikat mid-Direttorat Ġenerali għas-Servizzi ta’ Riċerka Parlamentari tiegħu f’Novembru 2021,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri (A10-0210/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi d-drittijiet għal trattament ugwali u għan-nondiskriminazzjoni huma drittijiet fundamentali rikonoxxuti fit-Trattati<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">48 </STRING>L-Artikoli 2 u 3(3) tat-TUE, l-Artikoli 8, 10, 19 u 157 tat-TFUE u l-Artikoli 21 u 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE.</FIELD></FOOTNOTE> u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, u huma essenzjali għall-iżvilupp ulterjuri tal-UE; billi l-UE għandha rwol ewlieni fl-eliminazzjoni tal-inugwaljanzi u fil-promozzjoni tal-ugwaljanza, kif stabbilit fit-TFUE<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">49 </STRING>“Fl-attivitajiet kollha tagħha, l-Unjoni għandha tfittex li telimina l-inugwaljanzi, u li tippromwovi l-ugwaljanza, bejn l-irġiel u n-nisa.” - L-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri hija valur ewlieni tal-UE, dritt fundamentali u prinċipju ewlieni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, u kundizzjoni essenzjali għall-progress li tirrikjedi l-promozzjoni ta’ opportunitajiet u eżiti indaqs mill-aktar stadji bikrija tal-edukazzjoni u l-eliminazzjoni tal-istereotipi tal-ġeneru mit-tfulija; billi l-Parlament jilqa’ l-prinċipji inklużi fid-Dikjarazzjoni annessa mal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Marzu 2025 bit-titolu “Pjan Direzzjonali għad-Drittijiet tan-Nisa” bħala standards minimi, filwaqt li jenfasizza l-ħtieġa ta’ ambizzjoni akbar;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-Istati Membri kisbu medja ta’ 71,0 punt minn 100 fl-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri tal-UE tal-2024, punteġġ li huwa titjib moderat ħafna ta’ 0,8 punti meta mqabbel mal-edizzjoni preċedenti tal-Indiċi; billi hemm rigressjoni dejjem akbar kontra l-progress fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-drittijiet tan-nisa li qed tipprova tistabbilixxi mill-ġdid rwoli skaduti tal-ġeneru bħala n-norma, tiddubita l-kisbiet milħuqa fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri u timblokka aktar progress; billi diversi partijiet ikkonċernati, inkluża l-Assemblea Ġenerali tan-NU, irrikonoxxew ir-reżistenza attiva għall-kisbiet u l-avvanzi fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri u r-rigressjoni dejjem akbar kontra d-drittijiet tan-nisa; billi l-movimenti kontra l-ġeneru u kontra d-drittijiet tal-bniedem jheddu d-drittijiet fundamentali tan-nisa u tal-bniet u l-kisba tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fuq bażi ta’ kuljum u r-rigressjoni globali kontra n-nisa u d-drittijiet tan-nisa tinħass ukoll fin-Nofsinhar Globali, peress li t-tnaqqis fl-għajnuna għall-iżvilupp jaffettwa l-aktar lin-nisa f’żoni li qed jiżviluppaw u r-regola “global gag” timmira b’mod speċifiku lill-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tan-nisa; billi hemm ħtieġa ċara u urġenti li jiġu affermati mill-ġdid, salvagwardjati u żviluppati l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-drittijiet tal-bniedem tan-nisa u l-bniet<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">50 </STRING>L-Assemblea Ġenerali tan-NU, “Escalating backlash against gender equality and urgency of reaffirming substantive equality and the human rights of women and girls: Report of the Working Group on discrimination against women and girls” (Eskalazzjoni tar-rigressjoni kontra l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-urġenza li tiġi affermata mill-ġdid l-ugwaljanza sostantiva u d-drittijiet tal-bniedem tan-nisa u l-bniet: Rapport tal-Grupp ta’ Ħidma dwar id-diskriminazzjoni kontra n-nisa u l-bniet ), 15 ta’ Mejju 2024, https://documents.un.org/doc/undoc/gen/g24/073/47/pdf/g2407347.pdf</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-movimenti li jopponu l-politiki dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, id-diversità tal-familja, iż-żwieġ bejn persuni tal-istess sess, is-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati (SRHR, sexual and reproductive health and rights), u l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri jippruvaw jinfluwenzaw it-tfassil tal-politika nazzjonali u Ewropea; billi l-partiti tal-lemin estrem u l-ideoloġiji antidemokratiċi u faxxisti, li huma dejjem aktar ta’ suċċess u popolari, ifittxu li jimminaw id-drittijiet stabbiliti, ifixklu l-progress leġiżlattiv, u jdgħajfu l-mekkaniżmi istituzzjonali mfassla biex jipproteġu lin-nisa, lill-bniet u lill-persuni l-aktar emarġinati fis-soċjetà tagħna; billi dawn jheddu l-kisbiet fir-rigward tad-drittijiet tan-nisa, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-istat tad-dritt, kif ukoll id-drittijiet fundamentali b’mod ġenerali, fl-UE u fl-Istati Membri tagħha, inkluż permezz ta’ kampanji kkoordinati ta’ diżinformazzjoni; billi l-mekkaniżmi li bihom dawn il-movimenti jorganizzaw, jiġbru l-fondi, jimmobilizzaw u jeżerċitaw influwenza bejn il-fruntieri nazzjonali għadhom fil-biċċa l-kbira mhux riċerkati biżżejjed, iżda rapport<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">51 </STRING>Il-Forum Parlamentari Ewropew għad-Drittijiet Sesswali u Riproduttivi, “Tip of the Iceberg: Religious Extremist Funders against Human Rights for Sexuality & Reproductive Health in Europe” (Il-Ponta tal-Iceberg: Finanzjaturi Estremisti Reliġjużi kontra d-Drittijiet tal-Bniedem għas-Sesswalità u s-Saħħa Riproduttiva fl-Ewropa), 2021, https://www.epfweb.org/node/837.</FIELD></FOOTNOTE> mill-2021 wera network tranżnazzjonali li jieħu deċiżjonijiet finanzjarji strateġiċi bejn il-fruntieri internazzjonali; billi żieda inkwetanti tal-hekk imsejħa manosfera tista’ tiġi osservata globalment b’influwenzaturi rġiel tal-media soċjali online jippromwovu n-narrattiva falza li l-femminiżmu u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri saru għad-detriment tad-drittijiet tal-irġiel, fejn jużaw lingwaġġ estrem, jinnormalizzaw il-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet, u għandhom rabtiet dejjem akbar mar-radikalizzazzjoni u l-ideoloġiji estremisti<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">52 </STRING>UN Women, “What is the manosphere and why should we care?” (X’inhi l-manosfera u għaliex għandu jimpurtana?), 2025, https://www.unwomen.org/en/articles/explainer/what-is-the-manosphere-and-why-should-we-care.</FIELD></FOOTNOTE>; billi l-Kummissjoni, bħala l-gwardjan tat-Trattati, għandha tkun ukoll fuq quddiem nett fil-protezzjoni tad-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri peress li tali żviluppi joħolqu theddida diretta għall-valuri tad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza u l-istat tad-dritt minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE; billi ċerti proposti tal-Kummissjoni mmirati lejn is-simplifikazzjoni regolatorja, bħall-abbozz inizjali tal-programm ta’ ħidma ta’ Orizzont Ewropa għall-2025, jirriskjaw li jfixklu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, kif għamel il-pjan imħabbar biex tiġi rtirata l-proposta għad-Direttiva orizzontali kontra d-diskriminazzjoni; billi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri hija prekundizzjoni għat-tisħiħ tal-kompetittività u għall-kisba ta’ tkabbir sostenibbli;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-vjolenza abbażi tal-ġeneru (GBV, gender-based violence) hija kwistjoni sistemika u għadha fenomenu mifrux globalment u endemiku, inkluż fl-UE, u għandha konsegwenzi serji għall-vittmi u s-superstiti, inklużi n-nisa u l-bniet, u għas-soċjetà kollha kemm hi, peress li ssaħħaħ l-inugwaljanza sistemika bejn il-ġeneri u tipperpetwa strutturi dannużi bbażati fuq l-istereotip tal-ġeneru; billi l-adozzjoni fl-2024 tad-Direttiva dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika kienet pass importanti fit-triq lejn l-eliminazzjoni tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru u billi issa se jkun kruċjali li tiġi żgurata l-implimentazzjoni sħiħa u f’waqtha tagħha mill-Istati Membri, filwaqt li jiġi rikonoxxut ukoll li jeħtieġ li nkomplu niżviluppaw risposti fil-pront, innovattivi u effettivi, inkluż permezz tal-użu ta’ għodod diġitali u teknoloġiji tal-intelliġenza artifiċjali; billi madwar terz tan-nisa fl-UE li ffaċċjaw fastidju sesswali esperjenzaw dan il-fastidju fuq il-post tax-xogħol<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">53 </STRING>Stħarriġ tal-Eurostat dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru, 2024.</FIELD></FOOTNOTE>, b’konsegwenzi devastanti għall-vittmi; billi dan juri l-importanza li jiġu introdotti miżuri leġiżlattivi konkreti biex tiġi indirizzata l-vjolenza abbażi tal-ġeneru fuq il-post tax-xogħol, inkluż l-appoġġ għall-vittmi, kif ukoll miżuri ta’ prevenzjoni b’saħħithom; billi l-Istati Membri kollha ffirmaw il-Konvenzjoni ta’ Istanbul, iżda ħames Stati Membri għad iridu jirratifikawha; billi, fl-2023, l-UE aderixxiet mal-Konvenzjoni fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jaqgħu fil-kompetenzi esklużivi tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi t-traffikar tal-bnedmin jirrappreżenta wieħed mill-aktar ksur flagranti tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem u tad-dinjità tal-bniedem u huwa fergħa dejjem tikber tal-kriminalità organizzata, li tikkonċerna l-aktar lin-nisa, lill-minorenni u lit-tfal, speċjalment għall-finijiet ta’ sfruttament sesswali, li spiss ikun immirat lejn nisa vulnerabbli b’wegħdiet foloz, biex imbagħad jiġu sfurzati fl-isfruttament sesswali u jiġu soġġetti għal kundizzjonijiet tal-għajxien inumani; billi t-traffikar tal-bnedmin huwa forma ta’ skjavitù moderna; billi hemm bżonn li tiġi indirizzata b’mod effettiv id-domanda li trawwem il-forom kollha ta’ sfruttament relatati mat-traffikar tal-bnedmin; billi hemm rabta qawwija bejn it-traffikar tal-bnedmin u l-isfruttament sesswali;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-approċċi lejn il-prostituzzjoni jvarjaw fl-Istati Membri, u jvarjaw mill-kriminalizzazzjoni tal-fornitur jew tal-utent għal-legalizzazzjoni; billi n-nisa fil-prostituzzjoni jiffaċċjaw ksur tad-drittijiet tal-bniedem, vjolenza u sfruttament aktar flagranti minn nisa oħra bħala medja, inklużi livelli għoljin ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru, u vjolenza psikoloġika, fiżika u sesswali; billi bosta fatturi jwasslu biex in-nies jidħlu u jibqgħu fil-prostituzzjoni, inkluż il-faqar li jirriżulta mill-inġustizzji soċjali u l-esklużjoni, l-inugwaljanzi, l-impjiegi limitati u d-diskriminazzjoni intersezzjonali; billi għandhom jiġu implimentati politiki li jappoġġjaw lill-persuni li jixtiequ joħorġu mill-prostituzzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi d-drittijiet sesswali u riproduttivi huma protetti bħala drittijiet tal-bniedem fid-dritt internazzjonali u Ewropew dwar id-drittijiet tal-bniedem, bħal fil-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, fil-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, fil-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta’ Kull Forma ta’ Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW, Convention on the Elimination of All Forms of Discrimination Against Women) u fil-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, u jikkostitwixxu element essenzjali tal-għoti komprensiv tal-kura tas-saħħa; billi, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ April 2024, il-Parlament talab l-inklużjoni tas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati (SRHR, sexual and reproductive health and rights), inkluż id-dritt għall-abort, fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE; billi s-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">54 </STRING>Kif definit mill-Kummissjoni Guttmacher-Lancet, “Accelerate Progress: Sexual and Reproductive Health and Rights for All — Executive Summary” (Naċċelleraw il-Progress: Saħħa u Drittijiet Sesswali u Riproduttivi għal Kulħadd — Sommarju Eżekuttiv), https://www.guttmacher.org/guttmacher-lancet-commission/accelerate-progress-executive-summary.</FIELD></FOOTNOTE> huma fundamentali għall-benesseri u għall-għoti tas-setgħa lill-individwi u jinkludu l-aċċess għal servizz u informazzjoni dwar il-kontraċezzjoni, kura ta’ abort sikur u legali u aċċess għal informazzjoni bbażata fuq ix-xjenza u akkurata, trattamenti tal-fertilità, edukazzjoni komprensiva u xierqa għall-età dwar is-sesswalità u r-relazzjonijiet, u kura ostetrika u ġinekoloġika ta’ kwalità; billi minkejja xi progress, dawn is-servizzi u din l-informazzjoni spiss jibqgħu mhux disponibbli fil-prattika f’xi Stati Membri u tradizzjonalment tqiesu bħala kwistjonijiet tan-nisa, u dan jimmina l-progress u jipperpetwa l-inugwaljanzi bejn il-ġeneri; billi l-involviment attiv tal-irġiel fis-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati jista’ jgħin il-ġlieda kontra n-normi dannużi tal-ġeneru, jippromwovi r-responsabbiltà kondiviża fl-ippjanar tal-familja u jappoġġja d-drittijiet u l-benesseri tan-nisa;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi d-drittijiet tas-saħħa, b’mod partikolari d-drittijiet tas-saħħa sesswali u riproduttiva, huma drittijiet fundamentali, u għandhom jissaħħu u ma jistgħu jiddgħajfu bl-ebda mod jew jitneħħew; billi l-ksur tas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati, inkluża ċ-ċaħda ta’ servizzi ta’ abort sikuri u legali u l-forom kollha ta’ vjolenza ostetrika u ġinekoloġika, jikkostitwixxu vjolenza abbażi tal-ġeneru u ksur tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem, madankollu aktar minn 20 miljun mara fl-UE għad ma għandhomx aċċess għal abort sikur u legali u saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati oħra; billi xi Stati Membri għad għandhom liġijiet restrittivi ħafna li jipprojbixxu l-abort ħlief f’ċirkostanzi definiti b’mod strett jew għandhom ostakli prattiċi biex jaċċessawh, li jwasslu biex in-nisa jkollhom ifittxu aborti klandestini, jivvjaġġaw lejn pajjiżi oħra jew ikomplu bit-tqala tagħhom sal-aħħar kontra r-rieda tagħhom, li huwa ksur tad-drittijiet tal-bniedem u forma ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru li taffettwa d-dritt għall-ħajja tan-nisa u l-bniet, l-integrità fiżika u mentali u s-sikurezza tagħhom, l-ugwaljanza, in-nondiskriminazzjoni u s-saħħa tagħhom u jpoġġihom taħt stress ekonomiku u mentali mhux dovut; billi l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej bl-isem My Voice, My Choice b’aktar minn 1,2 miljun firma tistieden lill-UE tiżgura aċċess għal abort sikur u legali għal kulħadd, filwaqt li tirrispetta d-diviżjoni tal-kompetenzi skont it-Trattati, u titlob li l-UE tgħaddi leġiżlazzjoni li toħloq mekkaniżmu finanzjarju li jgħin lill-Istati Membri li volontarjament jissieħbu f’din il-politika biex jipprovdu kura ta’ abort sikur għal dawk kollha li ma għandhomx aċċess għaliha; billi studji ġodda dwar il-vjolenza ostetrika sabu li bejn 21 % u 81 % tan-nisa mistħarrġa li kienu welldu kienu esperjenzaw forma waħda jew aktar ta’ vjolenza ostetrika u s-sejbiet juru li n-nuqqas ta’ kunsens infurmat, in-nuqqas ta’ kunsens għall-kura, l-abbuż verbali u fiżiku u n-nuqqas ta’ komunikazzjoni huma kwistjonijiet persistenti fl-Istati Membri<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">55 </STRING>Quattrocchi, P., “Obstetric violence in the European Union”, Kummissjoni Ewropea C, 2024, https://op.europa.eu/en/publication-detail/-/publication/74238fad-0b63-11ef-a251-01aa75ed71a1/language-en.</FIELD></FOOTNOTE>; billi l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO, World Health Organization) issostni li l-kura ta’ qwiebel ta’ kwalità hija kruċjali għat-titjib tal-eżiti tas-saħħa tal-omm u tat-trabi tat-twelid, għat-tnaqqis tal-interventi u għat-tisħiħ tal-esperjenzi tat-twelid tan-nisa<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">56 </STRING>WHO, Midwifery education and care, https://www.who.int/teams/maternal-newborn-child-adolescent-health-and-ageing/maternal-health/midwifery.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi fl-UE, 31 % tan-nisa ta’ bejn it-18 u l-74 sena esperjenzaw vjolenza fiżika (inkluż theddid) jew sesswali fl-età adulta u 20 % tan-nisa esperjenzaw vjolenza fiżika (inkluż theddid) jew sesswali minn persuna mhux sieħba, skont l-aħħar stħarriġ fl-UE kollha<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">57 </STRING>Stħarriġ tal-Eurostat tal-25 ta’ Novembru 2024, “Every third woman in the EU experienced gender-based violence” (Waħda minn kull tliet nisa fl-UE esperjenzat vjolenza abbażi tal-ġeneru): https://ec.europa.eu/eurostat/web/products-eurostat-news/w/ddn-20241125-3.</FIELD></FOOTNOTE> u rapporti uffiċjali minn 17-il Stat Membru jiżvelaw li 788 mara nqatlu mis-sieħeb intimu tagħhom jew minn membru tal-familja fl-2022<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">58 </STRING>L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, “Gender Equality Index 2024: Tackling violence against women, tackling gender inequalities” (Indiċi tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri 2024: L-indirizzar tal-vjolenza fuq in-nisa, l-indirizzar tal-inugwaljanzi bejn il-ġeneri), 2025 https://eige.europa.eu/publications-resources/publications/gender-equality-index-2024-tackling-violence-against-women-tackling-gender-inequalities?language_content_entity=en.</FIELD></FOOTNOTE>; billi d-data turi li għal 57 % tal-vittmi ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru, il-vjolenza kkawżat konsegwenzi fuq is-saħħa, minn korrimenti fiżiċi għal trawma psikoloġika fit-tul<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">59 </STRING>L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, “Gender Equality Index 2024: Tackling violence against women, tackling gender inequalities” (Indiċi tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri 2024: L-indirizzar tal-vjolenza fuq in-nisa, l-indirizzar tal-inugwaljanzi bejn il-ġeneri), 2025, https://eige.europa.eu/publications-resources/publications/gender-equality-index-2024-tackling-violence-against-women-tackling-gender-inequalities?language_content_entity=en.</FIELD></FOOTNOTE>, filwaqt li 31 % tal-vittmi ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru qatt ma żvelaw l-esperjenza tagħhom lil ħadd; billi s-sistemi ta’ appoġġ għall-vittmi ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru fl-UE għadhom inadegwati u r-riċerka turi li seba’ Stati Membri biss jipprovdu biżżejjed ċentri ta’ konsulenza għan-nisa, filwaqt li l-postijiet ta’ kenn eżistenti huma ferm anqas mil-livelli rakkomandati mill-Konvenzjoni ta’ Istanbul<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">60 </STRING>L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, “Introducing the latest Gender Equality Index thematic focus: a vital reminder to end violence against women”, (Introduzzjoni tal-fokus tematiku l-aktar reċenti tal-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri: tfakkira vitali biex tintemm il-vjolenza kontra n-nisa), 2025, https://eige.europa.eu/newsroom/news/introducing-latest-gender-equality-index-thematic-focus-vital-reminder-end-violence-against-women?language_content_entity=en.</FIELD></FOOTNOTE>; billi riċerka oħra mwettqa fl-Istati Membri wriet li l-vjolenza abbażi tal-ġeneru fl-ispazji pubbliċi u fit-trasport kollettiv hija problema tassew sinifikanti u li l-miżuri ta’ sikurezza u l-appoġġ lill-vittmi għadhom insuffiċjenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi r-reati rreġistrati relatati ma’ assalt sesswali u stupru żdiedu bejn l-2019 u l-2022 u d-data turi li fl-2022, kien hemm żieda ta’ 25 % fil-każijiet dokumentati ta’ assalt sesswali kontra n-nisa fl-UE u l-każijiet irrapportati ta’ stupru żdiedu b’40 % meta mqabbla mal-2019<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">61 </STRING>EIGE (2025), Impact driver: marking milestones and opportunities for gender equality in the EU (Fattur ewlieni tal-impatt: l-immarkar tal-istadji importanti u l-opportunitajiet għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-UE), l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu.</FIELD></FOOTNOTE>; billi, skont l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA, European Union Agency for Fundamental Rights), sa 55 % tan-nisa fl-Unjoni Ewropea esperjenzaw fastidju sesswali fit-trasport pubbliku u hemm għadd kbir ta’ rapporti dwar assalti sesswali mwettqa f’modi differenti ta’ trasport, bħal mis-sewwieqa ta’ pjattaformi ta’ ride-hailing u taksis; billi din id-data kollha turi li n-nisa mhumiex sikuri fid-dar, fuq ix-xogħol jew fi kwalunkwe sfera pubblika u hemm ħtieġa urġenti li tittieħed azzjoni; billi l-ġbir ta’ data uniformi u komparabbli, diżaggregata skont il-ġeneru, kif tiġi pprovduta mill-EIGE, huwa essenzjali biex jinbnew politiki komprensivi dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri; billi d-Direttiva dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika ma tinkludix definizzjoni armonizzata tar-reat ta’ stupru abbażi tan-nuqqas ta’ kunsens; billi biex titwitta t-triq għal leġiżlazzjoni li jkun fiha tali definizzjoni, huwa importanti li l-lista ta’ oqsma ta’ kriminalità skont l-Artikolu 83(1) tat-TFUE tiġi estiża għall-vjolenza abbażi tal-ġeneru, minħabba li tissodisfa l-kriterji speċifikati f’dan l-Artikolu;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-vjolenza ċibernetika kontra n-nisa abbażi tal-ġeneru tinkludi firxa ta’ forom differenti ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru jew kombinazzjoni ta’ ġeneru u fatturi oħra, u titwettaq permezz tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT, information and communication technologies) u l-proliferazzjoni tal-intelliġenza artifiċjali; billi ċerti forom ta’ vjolenza ċibernetika jaffettwaw lin-nisa u l-bniet b’mod sproporzjonat, jieħdu forom aktar severi u għandhom konsegwenzi speċifiċi u vizzjużi u effett aktar inkapaċitanti fuq in-nisa u l-bniet bħas-silenzju, iċ-ċensura u l-aljenazzjoni tan-nisa u l-bniet u jistgħu jwassluhom biex jevitaw l-isfera pubblika; billi l-vjolenza ċibernetika dejjem akbar u mifruxa qed taffettwa lin-nisa fuq bażi ta’ kuljum fl-UE u, skont l-FRA, in-nisa jibqgħu l-mira primarja għal ċerti forom ta’ vjolenza ċibernetika, bħar-reati ta’ mibegħda u d-diskors ta’ mibegħda online<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">62 </STRING>EIGE, “Combating cyber violence against women and girls: Developing an EU measurement framework” (Il-ġlieda kontra l-vjolenza ċibernetika kontra n-nisa u l-bniet: L-iżvilupp ta’ qafas ta’ kejl tal-UE), 2025, https://eige.europa.eu/publications-resources/publications/combating-cyber-violence-against-women-and-girls-developing-eu-measurement-framework.</FIELD></FOOTNOTE>, kif ukoll id-diżinformazzjoni marbuta mal-ġeneru, filwaqt li l-politiċi, il-ġurnalisti, il-bloggers, l-artisti, l-attivisti, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem nisa, u nisa oħra bi preżenza pubblika, kif ukoll il-persuni LGBTIQ+, qed jiffaċċjaw livelli ogħla ta’ vjolenza u abbuż fid-dinja online<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">63 </STRING>Id-Direttorat Ġenerali għas-Servizzi ta’ Riċerka Parlamentari, Cyberviolence against women in the EU (Il-vjolenza ċibernetika kontra n-nisa fl-UE), il-Parlament Ewropew, 2024, https://www.europarl.europa.eu/thinktank/en/document/EPRS_BRI(2024)767146.</FIELD></FOOTNOTE>, li jħallu impatt sinifikanti fuq il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-ħajja pubblika u fir-rappreżentanza pubblika u joħolqu theddida għad-demokrazija; billi l-abbuż u l-isfruttament sesswali tat-tfal għandhom komponent qawwi tal-ġeneru, li jaffettwa b’mod sproporzjonat lill-bniet online, u għalhekk jikkwalifikaw bħala forma ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi kulħadd fl-UE għandu d-dritt ta’ aċċess għall-ogħla standards ta’ servizzi tas-saħħa fiżika u mentali u ta’ appoġġ, id-dritt għal aċċess f’waqtu, affordabbli u ta’ kwalità għolja għall-kura tas-saħħa preventiva u dijanjostika, u d-dritt li jibbenefika minn trattament mediku, inklużi s-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati; billi l-UE għandha obbligu li tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem fil-politiki u l-attivitajiet<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">64 </STRING>Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, l-Artikolu 35.</FIELD></FOOTNOTE>kollha tal-Unjoni mingħajr diskriminazzjoni abbażi tas-sess, l-orjentazzjoni sesswali, l-identità tal-ġeneru, l-espressjoni tal-ġeneru, il-karatteristiċi tas-sess jew għal kwalunkwe raġuni oħra;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-persuni LGBTIQ+ madwar l-Ewropa għadhom jiffaċċjaw diskriminazzjoni meta jaċċessaw is-servizzi tal-kura tas-saħħa, b’16 % tar-rispondenti għall-istħarriġ jirrapportaw li ħassewhom diskriminati mill-persunal tal-kura tas-saħħa jew tas-servizzi soċjali minħabba l-identità tagħhom u bil-persuni trans jirrapportaw livelli partikolarment għoljin ta’ mġiba transfobika u ta’ nuqqas ta’ rispett lejhom mill-persunal tal-kura tas-saħħa; billi kulħadd għandu d-dritt għall-awtonomija u għall-integrità tal-ġisem u ma għandux ikun soġġett għal, pereżempju, il-prattika ta’ sterilizzazzjoni furzata jew ta’ medikalizzazzjoni, li t-tnejn li huma jiksru l-istandards tad-drittijiet tal-bniedem; billi n-nisa jiffaċċjaw diversi sfidi li jaffettwaw b’mod negattiv il-benesseri tagħhom, inklużi d-dijanjożi ttardjata, il-preġudizzju fl-uġigħ, id-disparitajiet fir-riċerka, l-aċċess limitat u l-ostakli u l-isfidi fl-aċċess għal servizzi essenzjali, speċjalment in-nisa b’diżabbiltà, in-nisa f’żoni rurali, in-nisa migranti<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">65 </STRING>EIGE (2025), Impact driver: marking milestones and opportunities for gender equality in the EU (Fattur ewlieni tal-impatt: l-immarkar tal-istadji importanti u l-opportunitajiet għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-UE), l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu.</FIELD></FOOTNOTE> u nisa oħra li jiffaċċjaw diskriminazzjoni intersezzjonali u f’sitwazzjonijiet vulnerabbli; billi l-irġiel huma anqas probabbli li jfittxu attenzjoni medika, peress li ġeneralment huma anqas konxji tas-sintomi jew għandhom it-tendenza li jċekknuhom, u ħafna drabi ma jirrapportawx is-sinjali ta’ mard jew marda<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">66 </STRING>EIGE, “Health” (Is-Saħħa), 2017, https://eige.europa.eu/gender-mainstreaming/policy-areas/health?language_content_entity=en.</FIELD></FOOTNOTE>; billi l-Istati Membri kollha li huma partijiet għas-CEDAW huma marbuta bl-impenji tagħha, inkluż l-aċċess għas-servizzi tal-kura tas-saħħa; billi l-iżgurar ta’ aċċess ekwu għas-servizzi tal-kura tas-saħħa huwa essenzjali għas-salvagwardja tas-saħħa pubblika, il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u t-tnaqqis tal-inugwaljanzi; billi hija meħtieġa azzjoni urġenti biex tiżdied ir-riċerka u tiġi indirizzata d-differenza persistenti bejn il-ġeneri fis-saħħa;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi n-nisa huma aktar probabbli li jesperjenzaw disturbi tas-saħħa mentali, bħad-depressjoni, l-ansjetà u s-solitudni tax-xjuħija, li jistgħu jikkontribwixxu għal problemi ta’ saħħa mentali, meta mqabbla mal-irġiel; billi, pereżempju, fl-2019, proporzjon ogħla ta’ nisa (8,7 %) milli ta’ rġiel (5,5 %) ta’ 15-il sena u aktar fl-UE rrapportaw depressjoni kronika<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">67 </STRING>Id-Direttorat Ġenerali għas-Servizzi ta’ Riċerka Parlamentari, “Mental health in the EU” (Is-saħħa mentali fl-UE), 2023, https://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/BRIE/2023/751416/EPRS_BRI(2023)751416_EN.pdf.</FIELD></FOOTNOTE>; billi erbgħa minn kull ħames persuni dijanjostikati b’marda awtoimmuni huma nisa; billi l-mard kardjovaskulari (CVD, cardiovascular disease) jibqa’ l-kawża ewlenija tal-mewt b’mod globali, bin-nisa jesperjenzaw rati ogħla ta’ mortalità u eżiti aktar ħżiena wara avvenimenti akuti, li jammontaw għal 37 % tal-imwiet kollha tan-nisa meta mqabbla ma’ 31 % tal-imwiet tal-irġiel; billi n-nisa b’mard kardjovaskulari huma konsistentement sottodijanjostikati, ittrattati anqas u sottorappreżentati fil-provi kliniċi, u dan iwassal għal aktar inugwaljanzi u inugwaljanzi aktar profondi fil-qasam tas-saħħa pubblika;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi n-nisa, fid-diversità kollha tagħhom, huma konsistentement fi żvantaġġ minn fatturi strutturali u kulturali u huma affettwati b’mod sproporzjonat minn sfidi differenti, pereżempju l-konsegwenzi tal-kriżi tal-għoli tal-ħajja, peress li għandhom it-tendenza li jkunu fost l-ifqar parti tal-popolazzjoni, fejn jirrappreżentaw 70 % tal-1,3 biljun persuna li jgħixu f’kundizzjonijiet ta’ faqar, jew politiki ta’ awsterità, li kellhom impatt sproporzjonat fuq in-nisa, b’mod partikolari dawk minn sfondi razzjalizzati u b’introjtu baxx; billi l-faqar qed jiżdied fl-UE u huma prinċipalment in-nisa li jitħallsu anqas minn paga li tiggarantixxi l-għajxien, u b’hekk ħafna minnhom ma jistgħux jipprovdu għalihom infushom u għall-familji tagħhom, u dan huwa partikolarment il-każ għan-nisa trans li huma kważi tliet darbiet aktar probabbli li jkunu qiegħda; billi kważi waħda minn kull tliet nisa li ma twildux fl-UE jaħdmu f’impjiegi prekarji fl-UE; billi 18 % tan-nisa migranti jinsabu f’riskju ta’ faqar; billi fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tal-UE, ir-residenza għal żmien twil u l-permessi tax-xogħol spiss ikunu aktar aċċessibbli għal dawk meqjusa bħala ħaddiema b’ħiliet għolja u mħallsa tajjeb, filwaqt li dawk relegati għal setturi “b’ħiliet medji u baxxi” jistgħu jkunu f’riskju ta’ sfruttament u xogħol prekarju f’setturi sottovalutati; billi sfidi uniċi f’ċerti setturi jpoġġu lin-nisa fi żvantaġġ inizjali, pereżempju l-bdiewa nisa li jiffaċċjaw ostakli speċifiċi għall-ġeneru bħan-nuqqas ta’ aċċess għall-art, id-diffikultà fil-finanzjament tat-taħriġ u l-edukazzjoni agrikola, u t-trattament ugwali; billi l-faqar u l-esklużjoni soċjali għandhom kawżi strutturali li jeħtieġ li jinqerdu u jitreġġgħu lura, b’mod partikolari, permezz ta’ politiki dwar l-impjiegi, l-akkomodazzjoni, il-mobbiltà u l-aċċess għas-servizzi pubbliċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi d-disparitajiet fis-suq tax-xogħol, id-differenzi fl-impjieg għan-nisa u l-irġiel fis-setturi u r-reġjuni kollha, inkluż fir-reġjuni ultraperiferiċi, u n-nuqqas ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti u ta’ sikurezza għall-ħaddiema nisa għadhom persistenti madwar l-UE, u d-differenza eżistenti fil-pagi bejn il-ġeneri hija, fil-biċċa l-kbira, il-konsegwenza tas-sottovalutazzjoni sistematika tax-xogħol imwettaq f’setturi ddominati min-nisa li fihom hemm prevalenza tan-nisa u madwar 20 % biss tal-irġiel jipparteċipaw, bħall-kura, l-edukazzjoni, is-saħħa u l-benesseri; billi l-kwistjoni ta’ “paga ugwali għal xogħol ta’ valur ugwali” jeħtieġ għalhekk li tiġi indirizzata biex titnaqqas id-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri; billi l-edukazzjoni, speċjalment l-edukazzjoni terzjarja, it-taħriġ u l-protezzjoni soċjali, hija essenzjali għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri, speċjalment għan-nisa li għandhom aktar minn 55 sena u n-nisa li jgħixu f’żoni rurali, remoti jew depopolati li jiffaċċjaw ostakli speċifiċi u ggravati; billi l-edukazzjoni hija essenzjali wkoll biex kulħadd ikun jista’ jadatta għall-bidliet fis-suq tax-xogħol u jkollu aċċess għal opportunitajiet ta’ impjieg ta’ kwalità;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi fl-2023, id-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri fl-Unjoni Ewropea kienet ta’ 13 %<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">70 </STRING>EIGE (2025), Impact driver: marking milestones and opportunities for gender equality in the EU (Fattur ewlieni tal-impatt: l-immarkar tal-istadji importanti u l-opportunitajiet għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-UE), l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu.</FIELD></FOOTNOTE> u, bħala medja fl-2025, in-nisa fl-UE jaqilgħu 15 % anqas fis-siegħa mill-irġiel; billi s-sitwazzjoni hija agħar f’ċerti reġjuni, pereżempju fiż-żoni rurali, u f’ċerti setturi, pereżempju s-settur tal-kura tas-saħħa fejn id-differenza hija ta’ 24 %<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">71 </STRING>WHO, “The gender pay gap in the health and care sector a global analysis in the time of COVID-19” (Id-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri fis-settur tas-saħħa u l-kura: analiżi globali fi żmien il-COVID-19), 2022, https://www.who.int/publications/i/item/9789240052895.</FIELD></FOOTNOTE> u dan iwassal għal disparitajiet kbar fil-pagamenti tal-pensjoni u jikkontribwixxi għad-differenzi fid-dħul fix-xjuħija, li jwassal biex in-nisa fl-UE jirċievu introjtu tal-pensjoni li huwa 26,1 % anqas bħala medja; billi d-dritt għal paga ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta’ valur ugwali mhuwiex garantit u l-kawża ewlenija ta’ dik id-diskriminazzjoni jeħtieġ li tiġi indirizzata, kemm jekk bl-applikazzjoni ta’ għodod biex jiġi definit u mqabbel aħjar il-valur tax-xogħol, il-protezzjoni u t-tisħiħ tad-drittijiet tal-ħaddiema, jew it-tisħiħ tan-negozjar kollettiv, fejn rilevanti; billi l-bini ta’ ekonomija inklużiva u l-indirizzar tad-disparitajiet bejn il-ġeneri jistgħu jagħtu spinta sinifikanti lill-PDG <STRING ITALIC="on">per capita</STRING> tal-Unjoni minn 6,1 għal 9,6 % sal-2050<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">72 </STRING>EIGE, “Economic Benefits of Gender Equality in the European Union Overall economic impacts of gender equality” (Il-Benefiċċji Ekonomiċi tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri fl-Unjoni Ewropea L-impatti ekonomiċi ġenerali tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri,  https://eige.europa.eu/sites/default/files/documents/economic_benefits_of_gender_equality_in_the_european_union._overall_economic_impacts_of_gender_equality.pdf.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi n-nisa u l-bniet għadhom sottorappreżentati fil-qasam tal-edukazzjoni u l-impjiegi, u speċjalment fl-oqsma STEM, diġitali u tal-IA, fejn waħda biss minn kull sitt speċjalisti tal-ICT u waħda minn kull tliet gradwati STEM huma nisa<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">73 </STRING>EIGE, “Study and work in the EU: set apart by gender” (L-istudju u x-xogħol fl-UE: separati mill-ġeneru), 2018.</FIELD></FOOTNOTE>; billi l-irġiel jirrappreżentaw aktar minn 80 % tal-professjonisti fl-iSTEM u fis-settur tal-ICT<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">74 </STRING>Il-Kummissjoni Ewropea, “2025 report on Gender Equality in the EU” (Rapport tal-2025 dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri fl-UE), 2025.</FIELD></FOOTNOTE> u n-nisa jirrappreżentaw biss 41 % tal-impjiegi fix-xjenza u l-inġinerija fl-Unjoni; billi minkejja li l-għadd ta’ nisa żgħażagħ li jiggradwaw fl-oqsma tal-ICT u tal-iSTEM qed jiżdied, id-differenza bejn il-ġeneri fl-impjiegi u d-differenza fil-pagi għadha sinifikanti, speċjalment fir-rigward tal-istart-ups; billi n-nisa kienu jammontaw biss għal 22 % tal-professjonisti globali tal-IA fl-2018, problema li sservi biss biex tipperpetwa u ssaħħaħ l-istereotipi u l-preġudizzju<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">75 </STRING>Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Marzu 2021 bit-titolu “Il-Kumpass Diġitali tal-2030: l-approċċ Ewropew għad-Deċennju Diġitali” (COM(2021)0118).</FIELD></FOOTNOTE>; billi din id-diskrepanza mhux biss tirrappreżenta opportunità mitlufa għall-avvanz teknoloġiku, it-tkabbir ekonomiku, l-innovazzjoni u r-reżiljenza tal-UE, iżda xxekkel ukoll il-parteċipazzjoni u l-karrieri tan-nisa fis-swieq tax-xogħol futuri; billi d-domanda dejjem tikber għall-ħiliet STEM fis-setturi diġitali, nodfa u ċirkolari, kif ukoll fl-industriji ajruspazjali, tad-difiża u tradizzjonali, titlob it-tisħiħ tat-talent femminili kwalifikat; billi l-UE qed tiffaċċja ħafna sfidi li jaffettwaw il-kompetittività tagħha u dan jissottolinja l-ħtieġa ta’ żieda fl-attività ekonomika li tkun inklużiva għal kulħadd; billi l-aċċess għan-nisa, fid-diversità kollha tagħhom, għas-setturi kollha, inklużi l-ICT u s-setturi finanzjarji, huwa kruċjali għall-kompetittività tal-ekonomija Ewropea; billi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri hija mutur tat-tkabbir ekonomiku, l-innovazzjoni u l-koeżjoni soċjali;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi t-teknoloġiji diġitali emerġenti, inklużi l-intelliġenza artifiċjali, l-iscams iġġenerati mill-IA, il-ħolqien u t-tixrid ta’ deepfakes jew għodod nudifikanti, u l-bullying ċibernetiku, qed isiru dejjem aktar komuni u jikkostitwixxu fattur ta’ riskju għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri, u jistgħu jipperpetwaw u japprofondixxu x-xejriet eżistenti tal-inugwaljanzi bejn il-ġeneri, id-diskriminazzjoni u l-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet; billi l-preġudizzji tal-ġeneru huma minquxa fit-teknoloġija, inkluż fis-sistemi tal-IA, u l-mudelli kummerċjali eżistenti ta’ pjattaformi online dominanti, li huma bbażati fuq reklamar mikroimmirat, għandhom rwol fit-tixrid u l-amplifikazzjoni tad-diskors ta’ mibegħda u forom differenti ta’ vjolenza ċibernetika; billi l-kanali tal-media soċjali u n-natura dejjem aktar dipendenti tal-algoritmi tagħhom joħolqu fattur ta’ riskju għall-benesseri mentali tal-bniet u n-nisa żgħażagħ u dawn jeħtieġ li jiġu indirizzati permezz ta’ lenti bbażata fuq il-ġeneru; billi dawn it-teknoloġiji, jekk jiġu żviluppati b’mod etiku u sensittiv għall-ġeneru u jintużaw b’mod xieraq, jistgħu jkunu opportunità għan-nisa u l-bniet;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi l-kopertura tal-media tal-aħbarijiet spiss ma jkollhiex dimensjoni tal-ġeneru u tonqos milli tisfida l-istereotipi tal-ġeneri; billi n-nisa huma sottorappreżentati fil-professjonijiet tas-settur tal-media fil-livelli kollha tal-istruttura ta’ governanza, inkluż fil-produzzjoni tal-informazzjoni, fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet u fis-sjieda tal-media; billi l-Kunsill tal-Ewropa ddikjara li “in-nisa jirrappreżentaw biss madwar kwart tal-persuni li nisimgħu dwarhom, naqraw dwarhom jew naraw fl-aħbarijiet, rarament ikunu rrappreżentati f’kapaċità esperta”<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">76 </STRING>Il-Kunsill tal-Ewropa, “Women in Media and artificial intelligence” (In-Nisa fil-Media u l-Intelliġenza Artifiċjali), https://www.coe.int/en/web/genderequality/women-in-media-and-artificial-intelligence.</FIELD></FOOTNOTE>; billi d-data mis-sitt edizzjoni tal-Proġett ta’ Monitoraġġ Globali tal-Media sabet li, fl-2020, 2 % biss tal-istejjer fl-Ewropa<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">77 </STRING>Lista ta’ pajjiżi parteċipanti: L-Awstrija, il-Belġju, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Bulgarija, Ċipru, id-Danimarka, l-Ingilterra, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Georgia, Greenland, l-Iżlanda, l-Irlanda, l-Italja, il-Lussemburgu, Malta, il-Moldova, in-Netherlands, l-Irlanda ta’ Fuq, in-Norveġja, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, ir-Russja, l-Iskozja, is-Serbja, Spanja, l-Iżvezja, l-Iżvizzera, it-Turkija u Wales.</FIELD></FOOTNOTE> sfidaw b’mod ċar l-istereotipi marbuta mal-ġeneru<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">78 </STRING>EIGE (2025), Impact driver: marking milestones and opportunities for gender equality in the EU (Fattur ewlieni tal-impatt: l-immarkar tal-istadji importanti u l-opportunitajiet għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-UE), l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi madwar l-UE, kemm ir-responsabbiltajiet ta’ indokrar informali kif ukoll dawk formali għadhom jitwettqu b’mod sproporzjonat min-nisa, u b’hekk jikkontribwixxu għall-inugwaljanzi strutturali bejn il-ġeneri u jikkontribwixxu għad-differenza bejn il-ġeneri fil-kura billi jillimitaw il-kapaċità tan-nisa li jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol, li jwassal għal qligħ u pensjonijiet aktar baxxi u jxekkel il-possibbiltà li n-nisa jilħqu indipendenza ekonomika fuq termini ugwali mal-irġiel, filwaqt li jesponihom għal riskji tas-saħħa relatati mal-istress<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">79 </STRING>EIGE, “Gender Equality Index 2019: Work-life balance” (Indiċi tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri 2019: Bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata), https://eige.europa.eu/publications-resources/toolkits-guides/gender-equality-index-2019-report/informal-care-older-people-people-disabilities-and-long-term-care-services.</FIELD></FOOTNOTE>; billi n-nisa li jirritornaw fis-suq tax-xogħol wara l-leave tal-maternità jew responsabbiltajiet estiżi ta’ indokrar spiss jiffaċċjaw diffikultajiet biex jerġgħu jidħlu fl-impjieg, inkluża l-obsolexxenza tal-ħiliet, il-potenzjal ta’ qligħ aktar baxx, it-tnaqqis fl-opportunitajiet ta’ progressjoni fil-karriera u d-diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol; billi tali ostakli jikkontribwixxu għad-differenzi bejn il-ġeneri fl-impjiegi, fil-pagi u fil-pensjonijiet u jaffettwaw b’mod negattiv il-benesseri tat-tfal u ta’ dipendenti oħra u jridu jiġu indirizzati permezz ta’ interventi ta’ politika u skemi ta’ appoġġ immirati;
</CONS><CONS>
<NO.P>W.</NO.P>billi kważi 30 % tan-nisa fl-UE jaħdmu part-time; billi n-nisa fl-UE huma ħafna aktar probabbli li jkollhom jirrinunzjaw għal xogħol bi ħlas biex jieħdu ħsieb it-tfal u/jew dipendenti oħra u n-nuqqas ta’ disponibbiltà, il-kostijiet projbittivi u n-nuqqas ta’ infrastruttura u servizzi ta’ kwalità għolja għall-indokrar tat-tfal, b’mod partikolari fl-isfera pubblika, għadhom ostaklu sinifikanti għall-parteċipazzjoni ugwali tan-nisa fl-aspetti kollha tal-ħajja, inkluż ix-xogħol; billi l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol enfasizzat in-nuqqas ta’ investiment pubbliku u privat fl-indokrar tat-tfal u f’servizzi oħra ta’ kura formali, u tisħaq li l-attitudnijiet inugwali li ilhom jeżistu lejn attivitajiet ta’ kura b’mod ġenerali jimbuttaw il-kost ekonomiku u soċjali tal-indokrar b’mod predominanti fuq in-nisa; billi r-responsabbiltajiet tal-kura mhux imħallsa jżommu madwar 7,7 miljun mara fl-UE milli jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol u hemm potenzjal kbir mhux sfruttat fl-ibbilanċjar tas-settur tal-kura għall-ekonomiji tagħna, kif sottolinjat mill-istimi tal-EIGE li jbassru li r-rata ta’ impjieg tista’ tiżdied għal 80 % sal-2050 jekk isir titjib sostanzjali fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">80 </STRING>https://commission.europa.eu/document/download/055fdbab-5786-425e-a072-652bf53d8fe4_en?filename=Gender%20Equality%20Report.pdffilename=Gender%20Equality%20Report.pdf</FIELD></FOOTNOTE>; billi skont l-Istħarriġ Ewropew dwar il-Kwalità tal-Ħajja tal-Eurofound, 42 % tal-persuni li jindokraw li ma jaħdmux huma fil-kwartili bl-anqas introjtu (meta mqabbla ma’ 24 % tal-persuni li ma jindokrawx), 59 % tal-persuni li jindokraw li ma jaħdmux għandhom diffikultà biex ilaħħqu mal-ħajja (meta mqabbla ma’ 46 % tal-persuni li ma jindokrawx) u 80 % tal-kura tiġi pprovduta minn persuni li jindokraw b’mod informali, fil-biċċa l-kbira nisa fl-etajiet ta’ 45-75 sena, u dan jikkontribwixxi għall-inugwaljanzi bejn il-ġeneri f’termini ta’ impjieg u introjtu; billi madwar wieħed minn kull erba’ persuni li jindokraw bi ħlas huwa migrant, li huwa partikolarment rilevanti meta wieħed iqis li madwar disgħa minn kull 10 persuni li jindokraw bi ħlas huma nisa;
</CONS><CONS>
<NO.P>X.</NO.P>billi fl-2024, il-Kumitat tas-CEDAW ħareġ ir-rakkomandazzjoni ġenerali Nru 40 dwar ir-rappreżentanza ugwali u inklużiva tan-nisa fis-sistemi tat-teħid tad-deċiżjonijiet, u inkluda, fil-pilastri tar-rakkomandazzjoni, il-parità nofs bin-nofs bejn in-nisa u l-irġiel fid-diversità kollha tagħhom, f’termini ta’ aċċess ugwali għas-sistemi tat-teħid tad-deċiżjonijiet u ta’ poter ugwali fi ħdanhom; billi l-perċentwal ta’ siġġijiet okkupati min-nisa fil-parlamenti nazzjonali żdied minn 11,3 % fl-1995 għal 27,2 % biss fl-2025<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">81 </STRING>L-Unjoni Interparlamentari, “Women in parliament 1995-2025” (In-Nisa fil-Parlament 1995-2025), 2025.</FIELD></FOOTNOTE>; billi fl-UE fl-2025, madwar terz biss tas-siġġijiet parlamentari huma okkupati min-nisa<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">82 </STRING>EIGE, Gender Equality Index (Indiċi tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri), https://eige.europa.eu/gender-equality-index/2024/domain/power.</FIELD></FOOTNOTE>; billi, minkejja ħafna inizjattivi ta’ politika u leġiżlattivi, in-nisa qed jiffaċċjaw ostakli strutturali, kulturali u istituzzjonali u r-riċerka turi li huma sottorappreżentati fil-livelli kollha tat-teħid ta’ deċiżjonijiet ekonomiċi u politiċi madwar id-dinja, inkluż fil-livelli lokali u reġjonali, u li l-kisba tal-parità bejn il-ġeneri u r-rappreżentanza fil-ħajja politika, kif ukoll fis-settur tan-negozju – b’mod partikolari fi ħdan il-bordijiet tad-diretturi – hija prospett imbiegħed li jirrikjedi azzjoni mmirata fil-livelli kollha ta’ governanza;
</CONS><CONS>
<NO.P>Y.</NO.P>billi l-emerġenza klimatika u l-inugwaljanzi bejn il-ġeneri huma interkonnessi u l-kriżijiet klimatiċi jipperpetwaw l-inugwaljanzi eżistenti, inkluż l-aċċess għall-edukazzjoni u l-opportunitajiet ta’ impjieg, l-aċċess għall-art u r-riżorsi naturali u l-kontroll fuqhom, u l-parteċipazzjoni fl-ispazji tat-teħid tad-deċiżjonijiet<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">83 </STRING>Il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, “Closing the Gap, Boosting Ambition: Investing in Women is Key to Climate Action', 2024, https://unfccc.int/news/closing-the-gap-boosting-ambition-investing-in-women-is-key-to-climate-action.</FIELD></FOOTNOTE>; billi l-effetti dannużi tat-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni tal-ekosistemi qed jiġġarrbu b’mod sproporzjonat min-nisa u l-bniet, b’mod partikolari dawk f’sitwazzjonijiet diġà emarġinati, inklużi l-komunitajiet indiġeni u komunitajiet oħra dipendenti fuq ir-riżorsi naturali;
</CONS><CONS>
<NO.P>Z.</NO.P>billi l-Unjoni qed tiffaċċja diversi kriżijiet, inklużi diżastri klimatiċi, kunflitti armati, pandemiji u populiżmu, li l-effetti tagħhom huma bbażati fuq il-ġeneru; billi l-kunflitti armati għandhom impatt sproporzjonat fuq in-nisa u l-bniet, inkluż permezz taż-żieda fl-użu tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru bħala arma tal-gwerra<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">84 </STRING>Skont rapport tan-NU, il-każijiet ivverifikati min-NU ta’ vjolenza sesswali relatata mal-kunflitti żdiedu b’50 % fl-2023 meta mqabbla mas-sena ta’ qabel (UN Women, “Facts and figures: Women, peace, and security” (Fatti u ċifri: In-nisa, il-paċi u s-sigurtà” 2025, https://www.unwomen.org/en/articles/facts-and-figures/facts-and-figures-women-peace-and-security).</FIELD></FOOTNOTE>, u rriżultaw f’deterjorament ġenerali tad-drittijiet tan-nisa, b’konsegwenzi detrimentali għat-tgawdija sħiħa tad-drittijiet tal-bniedem tan-nisa u l-bniet b’mod globali; billi, minkejja li l-aġenda dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà (WPS, Women, Peace and Security) hija ċentrali għall-isfidi globali kontemporanji tal-paċi u s-sigurtà, il-parteċipazzjoni u t-tmexxija tan-nisa fil-politika barranija, id-difiża, is-sigurtà u t-tiswir tal-paċi għadhom nieqsa, sa punt fil-biċċa l-kbira mhux magħruf minħabba n-nuqqas ta’ ġbir ta’ data; billi ġew żviluppati diversi proġetti bil-għan li tinġabar data komprensiva, bħall-indiċi tal-#SHEcurity, li jistgħu jservu bħala prattiki u eżempji tajbin għall-ġbir tad-data fil-livell tal-UE; billi n-nisa huma kontinwament sottorappreżentati fin-negozjati għall-paċi u fl-2022 kienu jirrappreżentaw biss 16 % tan-negozjaturi fi proċessi attivi ta’ paċi mmexxija jew immexxija b’mod konġunt min-Nazzjonijiet Uniti<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">85 </STRING>Il-Kunsill dwar ir-Relazzjonijiet Barranin, “Women’s Participation in Peace Processes” (Il-Parteċipazzjoni tan-Nisa fil-Proċessi tal-Paċi), https://www.cfr.org/womens-participation-in-peace-processes/.</FIELD></FOOTNOTE>; billi l-inklużjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-politika estera u ta’ sigurtà tal-UE tfisser ukoll li jiġu rikonoxxuti u miġġielda d-dimensjonijiet speċifiċi tal-ġeneru u l-impatt ta’ fenomeni globali bħat-tibdil fil-klima, il-migrazzjoni, il-kummerċ u s-sigurtà, kif ukoll li wieħed jiffoka fuq l-esperjenzi u l-ħtiġijiet tan-nisa u tal-gruppi li qed iħabbtu wiċċhom ma’ forom differenti u trażversali ta’ diskriminazzjoni u emarġinazzjoni fil-qalba tat-tfassil tal-politika; billi l-pjan ta’ azzjoni dwar il-ġeneru (GAP) huwa l-istrateġija ambizzjuża tal-UE biex tikkontribwixxi għall-SDGs, b’mod partikolari għall-SDG 5, u taċċellera l-progress dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri; billi t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa huwa prijorità tal-politiki u l-azzjonijiet esterni kollha tal-UE, peress li kellhom ukoll rwol attiv fit-tfassil tal-Aġenda 2030; billi l-politiki esterni tal-UE jinkludu impenn biex jiġi żgurat li 85 % tal-programmi l-ġodda kollha jikkontribwixxu għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri u għat-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa; billi tali impenn bħalissa huwa nieqes mill-politiki interni tal-UE, inkluż fil-livell tal-Istati Membri, u dan joħloq riskju ta’ progress inugwali lejn l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>AA.</NO.P>billi d-diskriminazzjoni bbażata fuq il-karatteristiċi elenkati fl-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE hija pprojbita; billi ħafna nisa, bniet u gruppi vulnerabbli, inklużi persuni b’diżabbiltà, persuni minn sfondi soċjoekonomiċi żvantaġġati, persuni razzjalizzati, persuni minn sfondi etniċi, minoritarji jew migranti, persuni LGBTIQ+, speċjalment nisa trans u intersesswali, persuni Rom, u persuni li jesperjenzaw diskriminazzjoni abbażi tal-età (kemm iżgħar kif ukoll anzjani) (minn hawn ’il quddiem il-lista ta’ raġunijiet ta’ nondiskriminazzjoni), jiffaċċjaw inugwaljanzi u diskriminazzjoni intersezzjonali fl-UE; billi n-nisa u l-bniet b’diżabbiltà jikkostitwixxu 29,2 % tal-popolazzjoni femminili fl-UE, u jiffaċċjaw esklużjoni u diskriminazzjoni fl-oqsma kollha tal-ħajja, kif ukoll rata għolja ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru; billi n-nisa u l-individwi LGBTIQ+, kemm jekk fi tranżitu kif ukoll jekk jirrisjedu f’faċilitajiet ta’ akkoljenza, spiss ikunu esposti għal riskji speċifiċi bbażati fuq il-ġeneru, inklużi l-vjolenza, l-aċċess insuffiċjenti għall-kura tas-saħħa u l-insigurtà legali; billi dan għandu jiġi indirizzat b’mod speċifiku;
</CONS><CONS>
<NO.P>AB.</NO.P>billi l-inugwaljanzi bejn il-ġeneri huma aktar evidenti f’ċerti setturi, bħall-agrikoltura, is-servizzi finanzjarji u tal-konsumatur<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">87 </STRING>Forum Ekonomiku Dinji, “Global Gender Gap Report 2023” (Rapport dwar id-Differenza Globali bejn il-Ġeneri 2023), https://www.weforum.org/publications/global-gender-gap-report-2023/.</FIELD></FOOTNOTE>, is-saħħa u l-kura<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">88 </STRING>Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, “Women in the health and care sector earn 24 percent less than men” (In-nisa fis-settur tas-saħħa u l-kura jaqilgħu 24 fil-mija anqas mill-irġiel), 2022, https://www.who.int/news/item/13-07-2022-women-in-the-health-and-care-sector-earn-24-percent-less-than-men</FIELD></FOOTNOTE>, STEM<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">89 </STRING>Evagorou, M., Puig, B., Bayram, D. u Janeckova, H. (2024) <STRING ITALIC="on">Addressing the gender gap in STEM education across educational levels – Analytical report</STRING> (Indirizzar tad-differenza bejn il-ġeneri fl-edukazzjoni STEM fil-livelli edukattivi kollha – Rapport analitiku), l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2024, https://data.europa.eu/doi/10.2766/260477.</FIELD></FOOTNOTE>, u f’xi żoni, bħar-reġjuni rurali, il-gżejjer u r-reġjuni ultraperiferiċi; billi n-nisa minn dawn iż-żoni u s-setturi li jesperjenzaw diskriminazzjoni intersezzjonali jiffaċċjaw ostakli strutturali speċifiċi li jagħmluha diffiċli biex jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol u jaċċessaw il-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni, l-akkomodazzjoni, il-konnettività diġitali, u s-servizzi pubbliċi u l-infrastruttura essenzjali, u f’xi każijiet dawn ma jkunux disponibbli għalkollox; billi qiegħda sseħħ depopolazzjoni fiż-żoni rurali, inkluż fir-reġjuni ultraperiferiċi, fejn iż-żgħażagħ huma aktar probabbli li jitilqu, speċjalment il-bniet u n-nisa<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">90 </STRING>Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ġunju 2021 bit-titolu “Viżjoni fit-tul għaż-Żoni Rurali tal-UE – Lejn żoni u komunitajiet rurali aktar b’saħħithom, konnessi, reżiljenti u prosperużi sal-2040”.</FIELD></FOOTNOTE>, u dan jimmina d-dritt tagħhom li jibqgħu f’dawk iż-żoni; billi huwa meħtieġ approċċ immirat u intersezzjonali biex jiġu indirizzati d-differenzi persistenti bejn il-ġeneri, b’mod partikolari fis-setturi u r-reġjuni msemmija hawn fuq, u biex jiġi żgurat li n-nisa u l-bniet ma jitħallewx lura fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri;
</CONS><CONS>
<NO.P>AC.</NO.P>billi l-Istati Membri kollha huma marbuta li jaġixxu fl-aħjar interess tat-tfal billi jissalvagwardjaw id-dritt tagħhom għall-ħajja tal-familja u jipprojbixxu d-diskriminazzjoni bbażata fuq l-istat ċivili tal-ġenituri tagħhom, l-orjentazzjoni sesswali jew il-metodu ta’ konċepiment; billi madwar żewġ miljun tifel u tifla xorta jistgħu jiffaċċjaw inċertezza legali fir-rikonoxximent transfruntier tal-familja; billi, fl-2022, il-Kummissjoni pproponiet Regolament tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">91 </STRING>Il-proposta tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Diċembru 2022 għal Regolament tal-Kunsill dwar il-ġuriżdizzjoni, id-dritt applikabbli, ir-rikonoxximent ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni ta’ strumenti awtentiċi fi kwistjonijiet tal-istat ta’ ġenitur u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tal-Istat ta’ ġenitur (COM(2022)0695).</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-istat ta’ ġenitur u l-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tal-Istat ta’ ġenitur u dan għadu pendenti fil-Kunsill;
</CONS><CONS>
<NO.P>AD.</NO.P>billi l-Pjan Direzzjonali għad-Drittijiet tan-Nisa jafferma mill-ġdid l-impenn qawwi tal-UE li tissalvagwardja u tavvanza l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-drittijiet tan-nisa, filwaqt li jiddeskrivi l-prinċipji u l-viżjoni fit-tul għall-progress li fuqhom se sserraħ l-Istrateġija dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri għal wara l-2025;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta Strateġija ambizzjuża dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri 2026-2030, li tibni fuq l-ewwel Strateġija dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri 2020-2025, b’miżuri u objettivi leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi konkreti, li jistgħu jitkejlu u tanġibbli fl-oqsma ewlenin deskritti hawn taħt;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Vjolenza abbażi tal-ġeneru</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta proposta lill-Kunsill biex tinkludi l-vjolenza abbażi tal-ġeneru bħala qasam ġdid ta’ kriminalità elenkat fl-Artikolu 83(1) tat-TFUE u telimina, mingħajr dewmien, il-forom kollha ta’ vjolenza kontra n-nisa u l-bniet, inkluża l-vjolenza sistemika, li tikkostitwixxi ksur tad-drittijiet fundamentali fl-UE fost l-aktar frekwenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tippubblika malajr ir-rakkomandazzjoni tagħha dwar il-prevenzjoni ta’ prattiki dannużi kontra n-nisa u l-bniet, inklużi l-forom kollha ta’ vjolenza ostetrika u ġinekoloġika, prattika ħażina f’ambjenti mediċi, abort furzat u sterilizzazzjoni furzata, iċ-ċaħda tal-kura tal-abort, u l-mutilazzjoni ġenitali tan-nisa u intersesswali, u tiżgura li din tikkomplementa d-Direttiva (UE) 2024/1385;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja u tħeġġeġ traspożizzjoni rapida tad-Direttiva (UE) 2024/1385 dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tirrikonoxxi l-femminiċidju bħala reat distint u awtonomu u jenfasizza li l-fehim tal-femminiċidju bħala “il-qtil ta’ mara jew tifla minħabba l-ġeneru tagħha” huwa kritiku biex wieħed jifhem il-kawżi ewlenin tiegħu marbuta mad-diskriminazzjoni abbażi tal-ġeneru u l-iżbilanċi tal-poter;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jistieden għal darba oħra lill-Kummissjoni tiżviluppa linji gwida għall-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2024/1385 dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika u dwar il-vjolenza fl-oqsma kollha tal-ħajja, inklużi linji gwida ċari dwar edukazzjoni komprensiva u xierqa għall-età dwar is-sesswalità u r-relazzjonijiet b’enfasi fuq l-edukazzjoni dwar il-kunsens f’konformità mal-istandards internazzjonali, u tagħti attenzjoni partikolari lill-implimentazzjoni u l-infurzar sħaħ tal-artikoli kollha tad-Direttiva, u speċjalment tal-Artikolu 35, li jindirizza d-distribuzzjoni ta’ materjali edukattivi dwar il-kunsens u l-organizzazzjoni ta’ kampanji jew programmi ta’ sensibilizzazzjoni biex jiżdied l-għarfien dwar il-fatt li s-sess mhux kunsenswali huwa meqjus bħala reat kriminali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tenfasizza l-importanza tal-element ta’ rapportar tad-Direttiva (UE) 2024/1385, sabiex id-direttiva taħdem b’mod effettiv fil-prevenzjoni u l-eliminazzjoni ta’ tali vjolenza kontra n-nisa u l-bniet; jistieden lill-Kummissjoni tagħti prijorità lill-prevenzjoni tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru kemm online kif ukoll offline, filwaqt li tenfasizza l-importanza ta’ miżuri ta’ prevenzjoni adegwati, immirati u f’waqthom, permezz tal-edukazzjoni, il-litteriżmu diġitali, it-taħriġ tal-professjonisti, u kampanji ta’ informazzjoni u sensibilizzazzjoni bħala element ewlieni fil-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni relatata tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tindirizza l-ħtiġijiet speċifiċi tal-vittmi ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru, inkluż, iżda mhux limitat għal, appoġġ psikosoċjali, akkomodazzjoni għall-vittmi, programmi ta’ tagħlim tul il-ħajja u l-indokrar tat-tfal, u jappella għall-protezzjoni xierqa tal-vittmi u tas-superstiti, billi jiġu żgurati u jiżdiedu l-investimenti pubbliċi fit-tul u jiġu ggarantiti risposti effettivi, li għandhom ikunu strutturali, intersezzjonali u ċċentrati fuq is-superstiti u għandhom jindirizzaw il-kawżi fundamentali soċjali, ekonomiċi u kulturali tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri li għadhom ma rratifikawx il-Konvenzjoni ta’ Istanbul biex jagħmlu dan u jħaffu dan il-proċess; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura, timmonitorja u tippromwovi l-proċess ta’ implimentazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jissottolinja li l-gruppi emarġinati jiffaċċjaw riskju akbar ta’ vjolenza u li forom intersezzjonali ta’ diskriminazzjoni jintensifikaw l-effetti tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru u r-rivittimizzazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, tiżviluppa u, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, timplimenta taħriġ obbligatorju u komprensiv għall-professjonisti legali kollha, inklużi l-imħallfin u l-prosekuturi, dwar kwistjonijiet relatati mal-vjolenza abbażi tal-ġeneru, l-intersezzjonalità u l-appoġġ għall-vittmi biex tiżgura li l-professjonisti legali jkunu mgħammra b’mod adegwat biex jittrattaw il-każijiet, kemm offline kif ukoll online, b’mod sensittiv għall-ġeneru u intersezzjonali u tiżgura li l-vittmi ma jkunux soġġetti għal vittimizzazzjoni sekondarja matul il-proċedimenti legali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tressaq leġiżlazzjoni tal-UE biex tikkriminalizza l-istupru abbażi tan-nuqqas ta’ kunsens fl-Istati Membri kollha; jinnota li 14-il Stat Membru għadhom jirrikjedu jew xi forma ta’ vjolenza biex jikkriminalizzaw l-istupru jew ma jsemmux il-kunsens b’mod espliċitu; itenni li l-istupru mhuwiex biss ksur tad-drittijiet fundamentali, tal-awtonomija u tal-integrità fiżika tan-nisa, iżda wkoll forma ta’ abbuż sesswali u sfruttament tan-nisa u l-bniet, li huwa reat tal-UE skont it-TFUE<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">92 </STRING>L-Artikolu 83 tat-TFUE.</FIELD></FOOTNOTE>; jistieden lill-Istati Membri li għadhom jużaw id-definizzjoni ta’ stupru abbażi ta’ suppożizzjoni ta’ vjolenza, iniedu bidliet leġiżlattivi sabiex id-definizzjoni ssir konformi mal-aħħar standards internazzjonali u mal-Artikolu 36 tal-Konvenzjoni ta’ Istanbul;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jissottolinja l-obbligu legali tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri li jipproteġu d-drittijiet tan-nisa u l-integrità fiżika tagħhom; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura t-traspożizzjoni rapida u sħiħa tad-Direttiva riveduta kontra t-Traffikar li tistabbilixxi regoli aktar stretti, li tipprovdi għodod aktar b’saħħithom għall-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin, inklużi forom ġodda ta’ sfruttament sesswali, u gruppi kriminali organizzati, pereżempju permezz ta’ komunikazzjoni transfruntiera aħjar, u speċjalment il-protezzjoni tad-drittijiet tan-nisa minoritarji u migranti; jisħaq li t-tnaqqis tad-domanda huwa strument ewlieni għall-prevenzjoni u t-tnaqqis tat-traffikar tal-bnedmin, peress li jimmira lejn l-inċentivi finanzjarji; iħeġġeġ, barra minn hekk, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw l-isforzi għas-salvataġġ u r-riabilitazzjoni tal-vittmi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jisħaq li l-approċċ ta’ soċjetà lejn il-prostituzzjoni għandu impatt fuq il-fehim tagħha tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-drittijiet tan-nisa u jwassal messaġġi u normi; jistieden lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi u tappoġġja l-isforzi tal-Istati Membri biex jieħdu azzjoni fl-oqsma tal-prevenzjoni, id-dekriminalizzazzjoni tan-nies u speċjalment tan-nisa fil-prostituzzjoni, it-tnaqqis tad-domanda, il-kastig tal-klijenti, id-destigmatizzazzjoni u l-eliminazzjoni tal-istereotipi, u tiżgura programmi ta’ ħruġ iffinanzjati b’mod suffiċjenti, faċilment aċċessibbli u ta’ kwalità għolja għal dawk li jixtiequ joħorġu mill-prostituzzjoni; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-persuni f’sitwazzjoni ta’ prostituzzjoni jkunu involuti b’mod attiv fit-tfassil tal-politika dwar id-drittijiet tagħhom; jitlob lill-Kummissjoni tappoġġja dawn l-isforzi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jikkundanna l-prattika tal-maternità surrogata, li tinvolvi l-isfruttament riproduttiv u l-użu tal-ġisem tan-nisa għal gwadann finanzjarju jew gwadann ieħor, b’mod partikolari fil-każ ta’ nisa partikolarment vulnerabbli f’pajjiżi terzi; jistieden lill-Kummissjoni tieħu miżuri biex tappoġġja t-tmiem ta’ dan il-fenomenu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tirrakkomanda l-appoġġ tal-UE għal studji dwar ir-relazzjoni bejn il-vjolenza abbażi tal-ġeneru, il-vjolenza minn sieħeb intimu u l-kanċer;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kura tas-saħħa komprensiva reattiva għal kwistjonijiet ta’ ġeneru </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jenfasizza li s-saħħa hija dritt fundamentali, u għalhekk kulħadd jeħtieġlu jkollu aċċess għal servizzi ta’ kura tas-saħħa ta’ kwalità, affordabbli u aċċessibbli li jirrispettaw il-kunsens infurmat u l-awtonomija fiżika tagħhom; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura aċċess universali għal kura tas-saħħa reattiva għal kwistjonijiet ta’ ġeneru u ffukata fuq il-kwalità, il-pazjent u l-eżitu f’konformità mal-ogħla standards għan-nisa u l-bniet, fid-diversità kollha tagħhom, b’mod partikolari gruppi li jesperjenzaw forom intersezzjonali ta’ diskriminazzjoni, inklużi persuni b’diżabbiltà u minn sfondi soċjoekonomiċi żvantaġġati, vittmi ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru, persuni razzjalizzati u persuni minn sfondi etniċi, minoritarji jew migranti, persuni akbar fl-età, LGBTIQ+, speċjalment nisa intersesswali, individwi transġeneru u mhux binarji, nisa f’żoni rurali u remoti u reġjuni ultraperiferiċi, nisa tqal u ommijiet, speċjalment ommijiet waħedhom; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-persunal tal-kura tas-saħħa jkun imħarreġ fi kwistjonijiet tas-saħħa sensittivi għall-ġeneru u li jirrispondi għall-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza sesswali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tindirizza b’mod urġenti d-differenza fis-saħħa bejn il-ġeneri, inkluż billi tindirizza l-ħtiġijiet u r-riskji tas-saħħa speċifiċi għall-ġeneru matul l-istadji kollha tal-ħajja, filwaqt li tagħti attenzjoni partikolari lill-mard li jaffettwa b’mod sproporzjonat lin-nisa, tindirizza d-disparitajiet u l-preġudizzji bejn il-ġeneri fir-riċerka medika, fit-taħriġ u fil-provi kliniċi u tħeġġeġ aktar nisa jsegwu karrieri mediċi; jistieden lill-Kummissjoni tressaq pjan ta’ azzjoni speċifiku biex tindirizza dawn il-kwistjonijiet u tkompli torjenta l-inizjattivi futuri relatati mas-saħħa lejn il-kunċett ta’ mediċina tal-ġeneru, kif introdott mid-WHO<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">93 </STRING>WHO, Gender and health (Il-ġeneru u s-saħħa), https://www.who.int/health-topics/gender#tab=tab_1.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li l-Istrateġija l-ġdida dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri tinkludi enfasi msaħħa fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fis-saħħa pubblika; jistieden lill-Kummissjoni tibni fuq il-fehim dejjem jikber tal-fatturi li jaffettwaw l-eżiti tat-trattament billi tappoġġja l-ġbir ta’ aktar data diżaggregata u ta’ kwalità aħjar biex tidentifika d-disparitajiet fis-saħħa f’sottogruppi li altrimenti jistgħu ma jkunux evidenti fil-popolazzjoni, tfassal interventi tas-saħħa li jindirizzaw is-sottogruppi li fihom jeżistu d-disparitajiet u timmonitorja l-eżiti tas-saħħa f’popolazzjonijiet b’riskju għoli; jinnota li għandha tingħata attenzjoni speċjali lin-nisa tqal u li qed ireddgħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tindirizza l-isfidi persistenti tas-saħħa mentali li jiffaċċjaw in-nisa u l-bniet u l-gruppi emarġinati u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura aċċess universali għal kura tas-saħħa mentali reattiva għal kwistjonijiet ta’ ġeneru u żżid l-investiment fil-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa fiż-żoni rurali u tiżviluppa soluzzjonijiet adattabbli bħal kliniċi tas-saħħa mobbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tindirizza – fil-livell tal-UE – il-lakuni, l-inugwaljanzi u l-ostakli għall-aċċess għall-kura tas-saħħa għan-nisa fid-diversità kollha tagħhom, inklużi n-nisa minn gruppi vulnerabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri tal-UE jiżguraw u jiggarantixxu aċċess għal servizzi tal-kura tas-saħħa u medikazzjonijiet essenzjali u jistieden lill-Kummissjoni żżid l-investiment fl-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fis-sistemi tas-saħħa; jisħaq li t-taħriġ tal-professjonisti mediċi u tal-ħaddiema tal-kura tas-saħħa kollha għandu jinkludi approċċ ibbażat fuq il-ġeneru; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li ħadd, speċjalment in-nisa b’diżabbiltà, ma jkun soġġett għal trattamenti dannużi, invażivi jew irriversibbli kontra r-rieda tagħhom, u tistabbilixxi li l-interventi mediċi kollha jkunu bbażati fuq il-kunsens personali, liberu u infurmat bis-sħiħ ta’ kull individwu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżviluppa strateġija komprensiva tal-UE biex tindirizza l-ħtiġijiet tas-saħħa speċifiċi ħafna tan-nisa f’kull stadju tal-ħajja u tindirizza l-fatturi li għandhom impatt fuq is-saħħa tan-nisa u l-bniet, anke billi tinkludi s-saħħa fis-Semestru tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza tal-kooperazzjoni u tal-iskambju tal-aħjar prattiki fil-livell Ewropew flimkien mal-użu effiċjenti tal-fondi relatati tal-UE biex jiġu indirizzati sfidi komuni fil-kura tas-saħħa u jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-kooperazzjoni bejn is-servizzi ta’ politika rilevanti biex tiżgura li l-ugwaljanza bejn il-ġeneri tkun integrata b’mod sistematiku fl-inizjattivi kollha relatati mas-saħħa; jistieden lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi u tappoġġja lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni jew l-espansjoni ta’ sistemi nazzjonali tal-assigurazzjoni tas-saħħa li joffru kura komprensiva u affordabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa approċċ sensittiv għall-ġeneru għall-kura tas-saħħa u tindirizza kwistjonijiet speċifiċi fejn għad hemm sfidi, bħas-saħħa mentali, il-kanċer, l-endometrijożi jew il-kura tas-saħħa tal-omm; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa standards komuni għall-UE kollha fil-kura tas-saħħa ta’ qabel it-twelid, tat-twelid, tal-qwiebel ta’ wara t-twelid u tal-kura tas-saħħa tat-trabi tat-twelid u tal-omm biex taġġorna d-Direttiva tal-UE dwar il-Qwiebel<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">94 </STRING>Id-Direttiva tal-Kunsill 80/155/KEE tal-21 ta’ Jannar 1980 dwar il-koordinazzjoni ta’ dispożizzjonijiet stabbiliti b’liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva li għandhom x’jaqsmu mal-bidu u l-insegwiment tal-attivitajiet tal-qwiebel (ĠU L 33, 11.2.1980, p. 8, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1980/155/oj).</FIELD></FOOTNOTE> f’konformità mal-istandards internazzjonali u biex tippermetti lill-professjonisti tal-kura tas-saħħa jaqsmu l-aħjar prattiki f’dan il-qasam; jappella għall-istabbiliment ta’ qafas tal-UE dwar l-użu sikur tal-mediċini matul it-tqala u t-treddigħ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja s-sistemi tal-kura tas-saħħa biex jiżviluppaw, jimplimentaw u jevalwaw strateġiji ta’ prevenzjoni tal-mard iffukati fuq il-ġeneru peress li l-prevenzjoni tista’ ttejjeb il-kwalità tal-ħajja tan-nisa u l-bniet; għalhekk, iħeġġeġ lill-Kummissjoni timplimenta miżuri li huma kemm ibbażati fuq il-prevenzjoni kif ukoll iqajmu kuxjenza dwar id-dritt ta’ aċċess għas-servizzi tal-kura tas-saħħa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu indirizzati d-disparitajiet territorjali fl-aċċess għall-kura tas-saħħa billi tiġi żgurata d-disponibbiltà ta’ servizzi tas-saħħa reattivi għal kwistjonijiet ta’ ġeneru f’żoni rurali, remoti u depopolati; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinvestu f’unitajiet tas-saħħa mobbli, it-telemediċina u t-taħriġ u l-istazzjonament ta’ professjonisti tal-kura tas-saħħa f’reġjuni li mhumiex moqdija biżżejjed;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni toħloq qafas komprensiv u vinkolanti u tiżgura aċċess sħiħ u ugwali għas-servizzi kollha tal-kura tas-saħħa sesswali u riproduttiva, għal kulħadd fl-UE irrispettivament mill-istatus ta’ migrazzjoni jew ta’ residenza tiegħu; jinnota li dawn is-servizzi u d-drittijiet jinkludu kura tas-saħħa ostetrika, ġinekoloġika, ta’ qabel it-twelid, tat-twelid u ta’ wara t-twelid u tat-trabi tat-twelid, rispettuża u ta’ kwalità għolja, informazzjoni u servizzi komprensivi dwar l-ippjanar tal-familja, kura li tafferma l-ġeneru u aċċess għal kura u trattamenti mediċi ta’ riproduzzjoni assistita u fertilità, metodi ta’ kontraċezzjoni moderni sikuri u affordabbli tal-għażla tal-individwu u d-dritt għal servizzi ta’ kura tal-abort sikuri u legali (mediċi u kirurġiċi), edukazzjoni xierqa għall-età dwar is-sesswalità u r-relazzjonijiet, il-prevenzjoni tal-iSTIs, il-profilassi ta’ wara l-espożizzjoni, is-servizzi ta’ skoperta u trattament bħala parti integrali mid-drittijiet tal-bniedem tagħhom, li mingħajrhom l-istat tad-dritt ma jistax jiġi rrispettat; jenfasizza li l-Istati Membri jeħtiġillhom jiżguraw li dawn is-servizzi jkunu aċċessibbli, affordabbli u mhux diskriminatorji; jistieden lill-Kummissjoni tirrikonoxxi l-ksur kollu tas-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi tan-nisa bħala forma ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jisħaq li kwalunkwe strateġija dwar l-ugwaljanza għandha tindirizza l-forom kollha ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru, inkluż ir-rigress u l-ksur tas-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi tan-nisa; itenni li l-aċċess għall-kura tas-saħħa u s-servizzi pubbliċi, b’mod partikolari l-aċċess għall-kura tal-abort u l-appoġġ psikoloġiku għan-nisa vittmi ta’ vjolenza għandhom jitqiesu bħala prijorità; jistieden lill-Kummissjoni tapplika sanzjonijiet f’każijiet ta’ rigressjonijiet fid-drittijiet tan-nisa, inklużi restrizzjonijiet fuq is-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati, l-aċċess għall-kura tal-abort jew l-edukazzjoni sesswali, li jridu jitqiesu bħala ksur tal-valuri tal-UE u jiskattaw risposti istituzzjonali proporzjonati, inklużi proċeduri ta’ ksur u konsegwenzi għall-finanzjament; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ monitoraġġ u ta’ akkontabbiltà, biex tindirizza malajr kwalunkwe żvilupp retrogressiv jew theddid għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-ksur kollu tad-drittijiet tan-nisa inklużi s-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati u d-drittijiet tal-persuni LGBTIQ+, fl-Istati Membri, kif ukoll tuża l-mekkaniżmi eżistenti biex tivvaluta l-konformità mal-istat tad-dritt jew mad-drittijiet fundamentali, jew bħala mekkaniżmu ddedikat u tinkludi sottopilastru ddedikat dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru fir-rapport annwali tagħha dwar l-Istat tad-Dritt; jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ u tinvolvi lill-irġiel bħala alleati attivi fil-promozzjoni tas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati biex jiġi indirizzat il-kuntest usa’ tar-rigressjoni dejjem akbar fost l-irġiel żgħażagħ kontra n-nisa żgħażagħ u l-femminiżmu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jinkludu s-Saħħa u d-Drittijiet Sesswali u Riproduttivi, inkluż id-dritt għal kura sikura u legali tal-abort, fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, kif stabbilit fir-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-11 ta’ April 2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jenfasizza l-appoġġ wiesa’ taċ-ċittadini tal-UE biex kulħadd fl-UE jkun jista’ jkollu aċċess għal kura sikura tal-abort, irrispettivament minn min hu jew minn fejn ġej, kif huwa rifless fost affarijiet oħra mill-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej (IĊE) ta’ suċċess “Il-vuċi tiegħi, l-għażla tiegħi” li titlob lill-UE tgħaddi leġiżlazzjoni li toħloq mekkaniżmu finanzjarju li jgħin lill-Istati Membri li volontarjament jissieħbu f’din il-politika biex jipprovdu kura sikura tal-abort għal dawk kollha li ma għandhomx aċċess għaliha; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu azzjoni rapida u ssegwi din it-talba tal-IĊE u tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ solidarjetà finanzjarja bejn l-Istati Membri biex jiġi żgurat li n-nisa fl-UE jkunu jistgħu jaċċessaw il-kura tal-abort;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni toħroġ Rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri dwar kif għandhom jiġu miġġielda l-forom kollha ta’ vjolenza ostetrika u ġinekoloġika, li jinkludu varjetà ta’ prattiki negliġenti, degradanti, abbużivi jew dannużi li jinkludu, iżda mhumiex limitati għall-“ħjata tar-raġel”; jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita l-iskambji fost l-Istati Membri dwar il-kwistjoni tal-vjolenza ostetrika u ġinekoloġika u tagħti mandat lill-EIGE biex jiżviluppa sett ta’ indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi biex ikejjel il-prevalenza u l-manifestazzjoni tal-vjolenza ostetrika u jalloka biżżejjed riżorsi biex jindirizzaha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni toħroġ, fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika, linji gwida ċari dwar l-għoti ta’ kura tas-saħħa sesswali u riproduttiva lill-vittmi ta’ vjolenza sesswali, f’konformità mal-istandards internazzjonali tas-saħħa pubblika u tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi l-istandards tad-WHO dwar il-ġestjoni klinika tal-istupru;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-fertilità hija aspett kritiku tas-saħħa tan-nisa, u jenfasizza l-ħtieġa li jiġu indirizzati b’mod proattiv il-fatturi u l-isfidi multidimensjonali relatati mal-fertilità, bħan-nuqqas ta’ aċċess għall-kura tas-saħħa u t-trattamenti relatati mal-fertilità, jew informazzjoni u servizzi ta’ appoġġ insuffiċjenti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li l-informazzjoni dwar il-preservazzjoni tal-fertilità tkun aċċessibbli għal kulħadd;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-ugwaljanza bejn il-ġeneri u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa fid-dinja tax-xogħol </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni ssegwi u tirrapporta lura lill-Parlament dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar Pagi Minimi Adegwati<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">95 </STRING>Id-Direttiva (UE) 2022/2041 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar pagi minimi adegwati fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 275, 25.10.2022, p. 33, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2022/2041/oj).</FIELD></FOOTNOTE>u d-Direttiva dwar it-Trasparenza fil-Pagi<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">96 </STRING>Id-Direttiva (UE) 2023/970 (ĠU L 132, 17.5.2023, p. 21., ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2023/970/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, inkluża l-garanzija ta’ rekwiżiti robusti ta’ rapportar tal-pagi, aċċess effettiv għal rimedji ġudizzjarji għall-vittmi ta’ diskriminazzjoni fil-pagi, u sanzjonijiet xierqa għan-nuqqas ta’ konformità, u t-traspożizzjoni tad-Direttiva dwar in-Nisa fuq il-Bordijiet<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">97 </STRING>Id-Direttiva (UE) 2022/2381 (ĠU L 315, 7.12.2022, p. 44, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2022/2381/oj).</FIELD></FOOTNOTE>; iħeġġeġ lill-Kummissjoni timmonitorja u tiggarantixxi l-infurzar xieraq u f’waqtu ta’ dawn id-Direttivi, li huwa ta’ importanza kruċjali għan-nisa fis-suq tax-xogħol u jippermettilhom igawdu drittijiet u kundizzjonijiet ugwali matul il-karriera tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jenfasizza li l-Parlament se jopponi bil-qawwa kwalunkwe tentattiv biex tiġi rtirata jew imdgħajfa d-Direttiva dwar it-Trasparenza fil-Pagi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippromwovi b’mod attiv id-dħul u ż-żamma tan-nisa fis-suq tax-xogħol, tieħu miżuri biex tnaqqas id-differenza fl-impjiegi, id-differenza fil-pagi u fil-pensjonijiet bejn il-ġeneri u tinvesti fi programmi ta’ tagħlim tul il-ħajja għan-nisa u l-bniet; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi miri għall-UE kollha bil-għan li tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol; jilqa’ l-analiżi tal-EIGE tal-ostakli ewlenin għall-impjieg tan-nisa fl-Ewropa, inklużi l-ostakli għall-impjieg full-time, li tipprovdi pedament lill-Istati Membri biex jindirizzaw l-ostakli strutturali għall-impjieg tan-nisa; jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw l-aċċess ugwali tan-nisa għax-xogħol bi drittijiet u pagi deċenti, inkluż permezz ta’ negozjar kollettiv; jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri jieħdu miżuri sodi biex jissanzjonaw in-negozji li jiddiskriminaw bejn l-irġiel u n-nisa u jonqsu milli jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni dwar ix-xogħol;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-politiki u l-istrumenti ta’ finanzjament li jappoġġjaw lin-nisa li jirritornaw fis-suq tax-xogħol wara l-leave tal-maternità jew waqfiet fit-tul fil-karriera relatati mar-responsabbiltajiet tal-indokrar; jissottolinja l-importanza ta’ miżuri attivi tas-suq tax-xogħol, programmi mfassla apposta ta’ taħriġ mill-ġdid u ta’ titjib tal-ħiliet, u konsulenza individwalizzata dwar l-impjiegi, u jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi u tappoġġja lill-impjegaturi biex joffru opportunitajiet ta’ impjieg flessibbli u ta’ kwalità lin-nisa li jirritornaw; jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi indirizzata d-diskriminazzjoni kontra n-nisa fuq il-post tax-xogħol, speċjalment kontra n-nisa bit-tfal; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li d-diskriminazzjoni fit-tqala u fil-maternità tiġi miġġielda permezz ta’ arranġamenti tax-xogħol flessibbli li jkunu mfassla u kkomunikati kif xieraq; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi leġiżlazzjoni dwar ir-regoli tat-telexogħol u d-Dritt għall-Iskonnessjoni mingħajr aktar dewmien u tiżgura li dan isir b’mod reattiv għal kwistjonijiet ta’ ġeneru li ma jiggravax l-inugwaljanzi eżistenti bejn il-ġeneri; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja postijiet tax-xogħol sensittivi għall-ġeneru biex tiżgura li n-nisa li jbatu minn mard mhux komunikabbli, mard kroniku, diżabilitajiet jew sintomi tal-menopawsa jkollhom drittijiet u opportunitajiet ugwali fl-aċċess u l-permanenza fuq il-post tax-xogħol;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi qafas leġiżlattiv biex tindirizza l-vjolenza abbażi tal-ġeneru fid-dinja tax-xogħol biex tiżgura l-protezzjoni tal-ħaddiema kollha minn vjolenza abbażi tal-ġeneru, inklużi l-fastidju, l-intimidazzjoni u kwalunkwe forma ta’ vjolenza sesswali fuq il-post tax-xogħol; jistieden lill-bqija tal-Istati Membri li għadhom ma rratifikawx il-Konvenzjoni 190 tal-ILO dwar il-Vjolenza u l-Fastidju fid-Dinja tax-Xogħol biex jagħmlu dan u jirrikonoxxu d-dritt għal dinja tax-xogħol ħielsa mill-vjolenza u l-fastidju, inkluża l-vjolenza abbażi tal-ġeneru;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-isforzi biex tindirizza d-diskriminazzjoni li jiffaċċjaw in-nisa, il-bniet u l-persuni l-aktar vulnerabbli li jiffaċċjaw diskriminazzjoni intersezzjonali, kif imsemmi fil-lista ta’ raġunijiet ta’ nondiskriminazzjoni u dawk affettwati mill-awtomatizzazzjoni tal-impjiegi; itenni li dawn il-gruppi huma aktar probabbli li jiltaqgħu ma’ sfidi speċifiċi jew sproporzjonati fis-suq tax-xogħol, bħal rati għoljin ta’ qgħad, pagi baxxi u impjiegi prekarji u diffikultajiet fl-aċċess għall-protezzjoni tal-ħaddiema, il-leave tal-maternità u s-sigurtà soċjali; jistieden lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi programmi li jiżguraw opportunitajiet indaqs, inkluż l-aċċess għal rwoli ta’ tmexxija u ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet għal dawk kollha li jiffaċċjaw diskriminazzjoni u inċertezza fis-suq tax-xogħol; jinnota li dan għandu jsir billi, fost affarijiet oħra, tiġi żgurata l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">98 </STRING>Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2000/78/oj).</FIELD></FOOTNOTE> fl-Istati Membri kollha, jissaħħu l-korpi tal-ugwaljanza, kif previst mid-Direttiva (UE) 2024/1499<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">99 </STRING>Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2024/1499 tas-7 ta’ Mejju 2024 dwar standards għall-korpi tal-ugwaljanza fil-qasam tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini razzjali jew etnika tagħhom, it-trattament ugwali fil-qasam tal-impjiegi u x-xogħol bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali tagħhom, it-trattament ugwali bejn in-nisa u l-irġiel fi kwistjonijiet tas-sigurtà soċjali u fl-aċċess għal prodotti u servizzi u l-provvista tagħhom, u li temenda d-Direttivi 2000/43/KE u 2004/113/KE (ĠU L, 2024/1499, 29.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1499/oj).</FIELD></FOOTNOTE> u jiġi żgurat l-aċċess għall-pagi minimi fuq bażi ugwali ma’ ħaddieħor; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu żviluppati strateġiji mmirati ta’ impjieg u titjib tal-ħiliet għan-nisa li għandhom aktar minn 55 sena u għan-nisa li jgħixu f’reġjuni rurali jew strutturalment żvantaġġati, li jiffaċċjaw ostakli komposti; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja lill-Istati Membri fit-tfassil ta’ politiki inklużivi tas-suq tax-xogħol, inkluż permezz tal-istrumenti tal-politika ta’ koeżjoni u l-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-Istati Membri jqisu d-dimensjoni tal-ġeneru meta jwettqu riforma tas-sistemi tal-pensjonijiet u meta jadattaw l-età tal-irtirar, u jqisu d-differenzi bejn il-mudelli tax-xogħol tan-nisa u l-irġiel, inklużi l-prattiki kollha ta’ impjieg bla ħlas, filwaqt li jqisu r-riskju ogħla ta’ diskriminazzjoni intersezzjonali li jiffaċċjaw in-nisa fis-suq tax-xogħol; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jressqu pjan komprensiv biex jindirizzaw id-differenza fil-pensjonijiet bejn il-ġeneri, inkluż billi jiżguraw appoġġ adegwat għall-indokrar tat-tfal u, jimmitigaw il-“penali tal-maternità”, kif ukoll jagħtu spinta lil-litteriżmu finanzjarju għan-nisa u jtejbu l-konsulenza finanzjarja għan-nisa, b’mod partikolari biex titnaqqas id-differenza fl-investiment bejn il-ġeneri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tirrieżamina d-Direttiva 79/7/KEE dwar is-Sigurtà Soċjali<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">100 </STRING>Id-Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1978 dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali (ĠU L 6, 10.1.1979, p. 24, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1979/7/oj).</FIELD></FOOTNOTE> biex tiżgura li din tippermetti l-adozzjoni ta’ azzjoni pożittiva u tikkontribwixxi biex titnaqqas id-differenza fil-pensjonijiet bejn il-ġeneri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jisħaq li n-nisa bħalissa jirrappreżentaw biss terz tal-imprendituri fl-UE<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">101 </STRING>Eurochambres, <STRING ITALIC="on">Eurochambres Women Entrepreneurs Survey 2025 – Unveiling insights from the women entrepreneurs, </STRING>https://www.eurochambres.eu/publication/eurochambres-women-entrepreneurs-survey-2025-unveiling-insights-from-the-women-entrepreneurs/<STRING ITALIC="on">.</STRING></FIELD></FOOTNOTE>, u jenfasizza l-ħtieġa ta’ azzjoni mmirata biex titnaqqas id-differenza bejn il-ġeneri fl-intraprenditorija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżviluppa linji gwida għall-Istati Membri, is-settur privat u s-soċjetà ċivili biex tgħin fl-istabbiliment ta’ miri u strateġiji dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri inklużi opportunitajiet indaqs ta’ tmexxija fl-ekonomija, inkluż għall-imprendituri nisa u biex jitneħħew l-ostakli għan-nisa biex jibdew u jkollhom negozji sabiex titnaqqas id-differenza bejn il-ġeneri fl-intraprenditorija; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja lill-Istati Membri f’dawn l-isforzi, u tippromwovi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-aċċess għall-finanzjament, u tindirizza d-differenza persistenti bejn il-ġeneri fit-tmexxija tan-negozju u l-innovazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Itenni li d-differenza bejn il-ġeneri fis-setturi diġitali u tal-IA inevitabbilment tirriżulta f’algoritmi preġudikati; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tippromwovi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri f’kumpaniji li jaħdmu fuq attivitajiet relatati mal-IA u l-ICT, inkluż permezz tal-finanzjament ta’ proġetti mmexxija min-nisa fis-settur diġitali u l-promozzjoni ta’ numru minimu ta’ riċerkaturi nisa li jipparteċipaw f’sejħiet għall-finanzjament ta’ riċerka relatata mal-IA u l-ICT; jistieden lill-Kummissjoni tressaq inizjattivi mmirati biex tappoġġja lin-nisa fix-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika (STEM) u biex timmotiva lill-bniet jikkunsidraw karrieri relatati mal-iSTEM, l-ICT u l-IA, inkluż billi tiddefinixxi mira għall-parteċipazzjoni ta’ riċerkaturi nisa fi proġetti STEM u tal-IA, sabiex jitnaqqsu d-differenzi ġenerali fil-ħiliet u bejn il-ġeneri f’dan is-settur; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu riflessi l-interessi tan-nisa u tal-gruppi vulnerabbli fit-tranżizzjoni diġitali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Eurostat isaħħu l-monitoraġġ tal-kompożizzjoni tal-ġeneru fil-professjonijiet STEM, bħal fil-forza tax-xogħol tal-kura tas-saħħa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jisħaq li t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa bħala ċittadini u atturi ekonomiċi huwa imperattiv kemm etiku kif ukoll ekonomiku, u li l-kisba ta’ “Unjoni tal-Ħiliet” effettiva u ekwa tirrikjedi sforzi ddedikati biex jiġu eliminati l-ostakli li bħalissa jillimitaw il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, b’mod partikolari għan-nisa; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi l-attività ekonomika tan-nisa u tiżgura l-ugwaljanza fil-livelli kollha tul il-ħajja professjonali ta’ kulħadd fl-UE, peress li hija ta’ benefiċċju għas-soċjetà Ewropea, l-ekonomija u d-dinja tax-xogħol, minħabba li l-ugwaljanza bejn il-ġeneri hija prekundizzjoni għas-suċċess, il-kompetittività u t-tkabbir sostenibbli tal-Ewropa; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li l-proposti għal simplifikazzjonijiet regolatorji ma jmorrux kontra l-għan li tinkiseb l-ugwaljanza bejn il-ġeneri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jirrimarka li l-prinċipju ta’ paga ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta’ valur ugwali minqux fid-dritt tal-UE jrid jiġi applikat fil-prattika; jistieden lill-Kummissjoni tindirizza d-disparitajiet sistemiċi fil-pagi minħabba n-nuqqas ta’ rikonoxximent u s-sottovalutazzjoni tax-xogħol f’setturi ddominati min-nisa bħall-kura, il-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni u l-bejgħ bl-imnut; jappella għal miżuri vinkolanti tal-UE biex tiġi żgurata wkoll paga ugwali għal xogħol ta’ valur ugwali, u biex jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol f’setturi sottovalutati ddominati min-nisa; iħeġġeġ, għalhekk, lill-Kummissjoni taħdem mal-Istati Membri u s-sħab soċjali biex tiżviluppa għodod u kriterji ta’ evalwazzjoni tal-impjiegi newtrali għall-ġeneru li jippermettu definizzjoni u tqabbil fl-UE kollha tal-“valur tax-xogħol” bil-għan ta’ valutazzjoni u remunerazzjoni aktar ġusti tax-xogħol imwettaq f’setturi ddominati min-nisa; jinnota li dan għandu jsir billi jiġu żgurati d-drittijiet ta’ negozjar kollettiv, jissaħħu l-ispezzjonijiet tax-xogħol u tiġi ggarantita rappreżentanza ugwali tal-ħaddiema nisa fid-djalogu soċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw b’mod effettiv  id-differenza persistenti fil-pagi bejn il-ġeneri, inkluż billi l-fondi tal-FSE+ jiġu mmirati biex jappoġġjaw il-ġlieda kontra l-istereotipi marbuta mal-ġeneru fl-edukazzjoni u l-konsulenza dwar ix-xogħol, u jippromwovu karti u inizjattivi dwar id-diversità fis-setturi privati u pubbliċi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-faqar tan-nisa</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel l-istrateġija li jmiss kontra l-faqar reattiva għal kwistjonijiet ta’ ġeneru billi tiffoka b’mod qawwi fuq il-faqar strutturali tan-nisa; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-miżuri ekonomiċi u soċjali biex jindirizzaw il-faqar tan-nisa u l-esklużjoni soċjali tan-nisa, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għal akkomodazzjoni, enerġija u trasport deċenti u affordabbli; jissottolinja li akkomodazzjoni deċenti u affordabbli hija dritt fundamentali li għandu jiġi protett u rikonoxxut bħala prekundizzjoni għat-tgawdija ta’ drittijiet fundamentali oħra; ifakkar li l-inugwaljanza fl-akkomodazzjoni twassal biex ħafna nisa jgħixu f’sitwazzjonijiet mhux dinjitużi u mhux sikuri, f’riskju li jisfaw bla dar u vittmi ta’ vjolenza; jistieden lill-Kummissjoni tqis dan fil-pjan li jmiss tagħha tal-UE għal akkomodazzjoni affordabbli u tagħti attenzjoni speċifika lill-ħtiġijiet ta’ akkomodazzjoni tal-vittmi ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru u kapaċitajiet adegwati ta’ kenn; jisħaq li l-aċċess għas-sigurtà soċjali u l-akkomodazzjoni għal kulħadd għandu jiġi ssalvagwardjat b’mod effettiv fl-Istati Membri u jistieden lill-Kummissjoni tippromwovih kontinwament; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli l-ġlieda kontra l-faqar mestrwali, li huwa n-nuqqas ta’ aċċess adegwat għall-prodotti u l-faċilitajiet tal-iġjene mestrwali, li jaffettwa madwar 10 % tal-popolazzjoni mestrwali fl-Unjoni, u li jaffettwa b’mod sproporzjonat lill-gruppi emarġinati u vulnerabbli, u jillimita l-parteċipazzjoni fil-ħajja soċjali, edukattiva u professjonali; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-aċċess għal prodotti mestrwali aċċessibbli u, bħala l-ewwel pass, tibda rieżami tad-Direttiva 2004/113/KE bil-għan li titneħħa l-VAT mill-prodotti mestrwali u jiġu eliminati d-differenzi mhux ġustifikati fil-prezzijiet – spiss imsejħa “taxxa roża” – li jirriżultaw f’kostijiet ogħla għall-prodotti u s-servizzi tal-kura tas-saħħa kkummerċjalizzati lin-nisa;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Id-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-edukazzjoni, it-taħriġ u l-isfera diġitali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat aċċess għal edukazzjoni ta’ kwalità għall-bniet bħala prekundizzjoni għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri, it-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u t-tgawdija sħiħa tad-drittijiet tagħhom; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura aċċess inklużiv għall-ġeneru u l-età għal-livelli kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ li jippromwovi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u jneħħi l-istereotipi marbuta mal-ġeneru u n-normi soċjetali dannużi, u tappoġġja b’mod speċjali lin-nisa, il-bniet u l-persuni l-aktar vulnerabbli li jiffaċċjaw diskriminazzjoni intersezzjonali fil-vjaġġ edukattiv tagħhom; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li l-Unjoni tal-Ħiliet tindirizza l-iżbilanċi bejn il-ġeneri, bil-għan li tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-individwi kollha madwar l-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinvesti fl-iżvilupp professjonali tal-edukaturi biex tiġġieled aħjar l-istereotipi marbuta mal-ġeneru fl-edukazzjoni tat-tfal u tal-adulti, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, it-taħriġ fuq il-post tax-xogħol, fil-perkorsi edukattivi kollha ta’ tagħlim formali u mhux formali u tipprovdi lill-pubblikaturi b’linji gwida dwar l-eliminazzjoni tal-preġudizzju tal-ġeneru fil-materjali edukattivi; jistieden lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi programmi ta’ taħriġ obbligatorji għal kull min jaħdem fis-settur tal-edukazzjoni, inklużi l-edukazzjoni informali u l-voluntiera, kif ukoll infrastruttura sikura, mekkaniżmi ta’ rapportar kunfidenzjali u azzjonijiet dixxiplinari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tirrikonoxxi l-edukazzjoni komprensiva, xjentifikament akkurata, ibbażata fuq il-kunsens u xierqa għall-età, dwar is-sesswalità r-relazzjonijiet, ibbażata fuq id-drittijiet tal-bniedem u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, bħala parti ewlenija mit-tkissir tal-istereotipi marbuta mal-ġeneru u l-indirizzar tal-imġiba ta’ ħsara, u biex tiżviluppa linji gwida tal-UE għal tali edukazzjoni għall-Istati Membri; jinnota li l-għan għandu jkun li ż-żgħażagħ jiġu mgħammra b’għarfien dwar l-awtonomija tal-ġisem, ir-relazzjonijiet b’saħħithom, is-saħħa riproduttiva u l-prevenzjoni tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru u d-diskriminazzjoni; jisħaq fuq l-importanza li l-minorenni online jiġu protetti minn kontenut pornografiku vjolenti u ta’ ħsara;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu miżuri biex inaqqsu d-differenza bejn il-ġeneri, b’mod partikolari fis-setturi STEM, tal-IA u dawk diġitali, billi jippromwovu strateġija integrata biex tissaħħaħ l-edukazzjoni tan-nisa u l-bniet minn età bikrija f’dawn is-setturi; jisħaq li tali strateġija għandha tinkludi inizjattivi mmirati biex jimmotivaw lin-nisa u l-bniet jidħlu fil-perkorsi STEM, u jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-aċċess ugwali tan-nisa għal korsijiet ta’ taħriġ vokazzjonali, internships u korsijiet ta’ sensibilizzazzjoni f’dawn is-suġġetti billi tippromwovi t-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja, ixxerred l-aħjar prattiki edukattivi ta’ suċċess u inklużivi, tippromwovi mudelli eżemplari tan-nisa u tinkoraġġixxi lin-nisa jiksbu għarfien u jiżviluppaw il-ħiliet essenzjali għalihom biex ikollhom aċċess ugwali għal opportunitajiet ta’ impjieg f’oqsma emerġenti bħas-settur diġitali, it-tranżizzjoni ekoloġika u fl-ekonomija u n-negozju b’mod ġenerali u tagħti prijorità lid-diversità u l-inklużjoni fl-iSTEM; jinnota li bl-istess mod is-subien għandhom jiġu mħeġġa jidħlu fis-settur tal-EHW (edukazzjoni, saħħa u benessri); jissottolinja li t-teknoloġija u l-pjattaformi diġitali qed isiru kruċjali fil-proċess ġenerali tal-għoti tal-edukazzjoni u t-taħriġ lin-nisa u l-bniet kif ukoll f’ħafna proċessi tal-għażla tax-xogħol; jesprimi dispjaċir għall-impatti negattivi tal-aċċess mhux ugwali għat-teknoloġija, li jistgħu jfixklu l-iżvilupp tal-litteriżmu diġitali tan-nisa u l-bniet; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li n-nisa u l-bniet fid-diversità kollha tagħhom ma jiġux affettwati b’mod sproporzjonat min-nuqqas ta’ aċċess għat-teknoloġija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni żżomm u tkompli tiżviluppa politika ta’ tolleranza żero fir-rigward tal-forom kollha ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru fl-ambjent diġitali; ifakkar li l-kondiviżjoni mhux kunsenswali ta’ materjal intimu, inklużi deepfakes, cyberstalking, fastidju ċibernetiku u inċitament ċibernetiku għall-vjolenza jew għall-mibegħda (diskors ta’ mibegħda) huma kriminalizzati taħt id-Direttiva (UE) 2024/1385 dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika u d-definizzjonijiet ta’ dawn ir-reati kriminali għandhom jiġu implimentati kif xieraq mil-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri; jappella għal kooperazzjoni msaħħa madwar l-UE kollha fl-identifikazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati diġitali abbażi tal-ġeneru, bħall-fastidju ċibernetiku u t-tixrid mhux kunsenswali ta’ media manipulata; jenfasizza l-ħtieġa ta’ kapaċità forensika diġitali transfruntiera u taħriġ ġudizzjarju; jistieden lill-Kummissjoni tkompli timmonitorja u tiżviluppa politika fir-rigward ta’ tipi oħra ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru online, speċjalment immirata lejn il-bniet u ż-żgħażagħ LGBTQI+;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tinkorpora miżuri preventivi u salvagwardji fl-oqsma kollha tal-politika diġitali, b’attenzjoni partikolari għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri, il-vjolenza abbażi tal-ġeneru u d-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll il-protezzjoni tal-minorenni online; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura l-infurzar sħiħ tal-obbligi ta’ valutazzjoni u ta’ mitigazzjoni tar-riskju fl-ambitu ta’ strumenti eżistenti bħad-DSA, inkluż il-kodiċi ta’ kondotta tiegħu, u l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali filwaqt li tiżviluppa wkoll proposti ta’ politika ġodda, pereżempju taħt it-Tarka Ewropea għad-Demokrazija u l-Att dwar il-Ġustizzja Diġitali; jappella għal skrutinju pubbliku tal-valutazzjonijiet annwali tar-riskju relatati mal-vjolenza abbażi tal-ġeneru u tal-miżuri ta’ mitigazzjoni introdotti minn pjattaformi online kbar ħafna (VLOPs, very large online platforms) u magni tat-tiftix online kbar ħafna (VLOSEs, very large online search engines) biex jiġu ffaċilitati r-riċerka u l-fehim aħjar tal-fenomenu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari lill-modi li bihom l-algoritmi jistgħu jirriproduċu u jamplifikaw kontenut sessist jew degradanti, billi timponi trasparenza akbar u billi tiżola d-data ġġenerata mill-IA skont is-sess sabiex jiġu identifikati xejriet ta’ diskriminazzjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jistabbilixxu politiki u jimplimentaw programmi edukattivi u ta’ sensibilizzazzjoni mmirati lejn il-prevenzjoni, ir-rikonoxximent u r-rispons għall-vjolenza abbażi tal-ġeneru, speċjalment fost iż-żgħażagħ; jistieden lill-Kummissjoni tinvesti f’riċerka li ssegwi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-industriji tal-media u dawk diġitali, inkluż b’perspettiva intersezzjonali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Rikonċiljazzjoni tal-ħajja privata u dik professjonali u l-indirizzar tal-inugwaljanzi bejn il-ġeneri fl-għoti tal-kura</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni toperazzjonalizza d-dritt għall-kura u li wieħed jirċievi l-kura kif rikonoxxut fil-Prinċipju 18 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali; jisħaq li x-xogħol tal-kura jrid jiġi rikonoxxut, remunerat u appoġġjat, inkluż bħala ben pubbliku, u jappella għall-istabbiliment ta’ sistemi ta’ kura ta’ kwalità għolja, affordabbli u aċċessibbli li jiżguraw id-dinjità kemm għar-riċevituri tal-kura kif ukoll għall-ħaddiema tal-kura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tiżviluppa l-Istrateġija Ewropea għall-Kura f’Patt Ewropew dwar il-Kura komprensiv, li jindirizza kemm il-persuni li jindokraw b’mod formali kif ukoll informali (l-aktar nisa fiż-żewġ każijiet), mgħammar b’għodod leġiżlattivi u finanzjarji vinkolanti għall-investiment fl-indokrar tat-tfal affordabbli u ta’ kwalità għolja, programmi edukattivi ta’ wara l-iskola u servizzi ta’ kura fit-tul, u l-iżgurar ta’ aċċess universali għalihom; itenni li l-Patt dwar il-Kura għandu jkun approċċ ibbażat fuq id-drittijiet għall-kura, u l-finanzjament tal-infrastruttura tal-kura għandu jsir permezz ta’ tassazzjoni progressiva u provvista pubblika; jenfasizza l-ħtieġa ta’ politiki tal-UE u nazzjonali għall-persuni li jindokraw b’mod informali li jimmiraw għal appoġġ finanzjarju u serħan, taħriġ, inklużjoni fis-sistemi tal-pensjonijiet u tas-saħħa sabiex jittaffew l-effetti negattivi tal-indokrar fuq il-karrieri tan-nisa u l-indipendenza ekonomika; jistieden lill-Kummissjoni żżid l-investimenti biex ittejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol u s-saħħa u s-sikurezza fis-settur tal-kura, li fih il-maġġoranza tal-ħaddiema huma nisa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita perkorsi legali biex jiġi fformalizzat l-istatus tal-ħaddiema migranti nisa li jindokraw li huma affettwati b’mod sproporzjonat mid-diskriminazzjoni intersezzjonali, jiġu rikonoxxuti l-kwalifiki tagħhom u rikonoxxuti l-kontributi importanti tagħhom għas-sistemi tal-kura fl-UE, jiġi pprovdut aċċess għal impjiegi ta’ kwalità f’konformità mal-pjan direzzjonali għall-impjiegi ta’ kwalità li jmiss u jiġu żgurati kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti għalihom, filwaqt li jiġu promossi opportunitajiet indaqs fis-settur tal-kura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw it-traspożizzjoni fil-pront u sħiħa tad-Direttiva dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata u l-miżuri li tinkludi; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tistabbilixxi l-mekkaniżmi robusti ta’ infurzar, monitoraġġ u rapportar annwali previsti fid-Direttiva u fejn meħtieġ, tibda proċedimenti ta’ ksur jew miżuri oħra ta’ infurzar biex tiżgura konformità sħiħa u talloka finanzjament iddedikat taħt il-QFP li jmiss, u tipproponi rakkomandazzjoni għal standards ta’ kwalità fil-livell tal-UE għas-servizzi ta’ kura fit-tul, inkluż il-persunal, it-taħriġ u l-assigurazzjoni tal-kwalità; jistieden lill-Kummissjoni tirrieżamina d-Direttiva dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata biex tiżgura li hija adattata għall-iskop tagħha, issaħħaħha billi tkompli tiżviluppa u tespandi l-leave tal-maternità, tal-paternità u tal-kura tal-ġenituri kondiviża, u ttejjeb l-inċentivi għat-tieni ġenitur biex jieħu l-leave tal-ġenituri, filwaqt li tkompli tipproteġi lill-ġenituri u tiffaċilita l-kombinazzjoni ta’ impjieg bi ħlas u r-responsabbiltajiet ta’ indokrar; iħeġġeġ lill-Kummissjoni testendi l-perjodi ta’ leave tal-maternità u tal-paternità bi ħlas fl-Istati Membri, tippromwovi l-leave tal-ġenituri mhux trasferibbli, u tadotta miżuri biex tqassam mill-ġdid ir-responsabbiltajiet tal-indokrar fi ħdan l-unitajiet domestiċi u bejn l-Istat u l-familji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jenfasizza li infrastruttura tat-trasport inadegwata, nuqqas ta’ konnettività tat-trasport pubbliku, u għażliet ta’ mobbiltà mhux affordabbli jikkostitwixxu ostaklu strutturali bbażat fuq il-ġeneru għall-aċċess tan-nisa għall-impjiegi, l-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa, u s-servizzi tal-kura, b’mod partikolari f’żoni rurali, remoti u b’introjtu baxx; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħtu prijorità lill-investiment f’sistemi tat-trasport inklużivi, sikuri, affordabbli u sostenibbli li jqisu x-xejriet u l-ħtiġijiet speċifiċi tal-mobbiltà tan-nisa, bħala parti minn sforzi usa’ biex jitnaqqas il-faqar fit-trasport u tiġi promossa l-ugwaljanza territorjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi implimentat mudell ta’ “ħaddiem ugwali – indokratur ugwali” fl-UE bil-għan li jinkiseb bilanċ aktar ugwali bejn il-ġeneri fir-rigward tar-responsabbiltajiet tal-indokrar għall-Istati Membri kollha tal-UE, u fl-istituzzjonijiet tal-UE; jappella għal promozzjoni qawwija tal-leave tal-paternità, introdotta mid-Direttiva dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata, kif ukoll is-sensibilizzazzjoni dwar ir-rabta mill-qrib bejn il-miżuri għall-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u d-differenza fl-indokrar bejn il-ġeneri, li tikkontribwixxi għad-differenza fl-impjiegi, fil-pagi u fil-pensjonijiet; jissottolinja li r-responsabbiltajiet tal-indokrar ma jridux ikunu ostaklu għall-progress fil-karriera tan-nisa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jappella għall-introduzzjoni ta’ Jum Ewropew tal-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata fl-20 ta’ Marzu ta’ kull sena, li jirrifletti b’mod simboliku l-ugwaljanza bejn il-ġurnata u l-lejl tar-rebbiegħa;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-klima, l-ambjent u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jissottolinja l-effetti dannużi li d-degradazzjoni ambjentali għandha fuq is-saħħa tan-nisa u l-bniet, speċjalment l-impatt tas-sustanzi per- u polifluworoalkilati (PFAS) u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tqajjem kuxjenza dwar dawn ir-rabtiet u tiżgura approċċ koordinat u komprensiv għal din ir-rabta bejn it-tibdil fil-klima u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-ħidma kollha tagħha u tinforza politiki li jipprevjenu l-qerda kontinwa tal-ambjent u d-degradazzjoni kontinwa tas-saħħa tan-nisa, tal-bniet u tal-gruppi vulnerabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Jissottolinja li l-politika barranija, is-sigurtà u d-difiża għandhom jinftiehmu fis-sens l-aktar wiesa’ tagħhom, permezz ta’ approċċ iċċentrat fuq il-bniedem, inklużi d-dimensjonijiet soċjali, edukattivi, ambjentali u kulturali, il-ġustizzja soċjali u klimatika, li kollha jirrikjedu demokraziji u ugwaljanza b’saħħithom, inkluża l-ugwaljanza bejn il-ġeneri; jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi implimentata l-aġenda dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà bħala prinċipju ewlieni tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK) tal-UE u jtenni li l-finanzjament kollu relatat mal-PESK irid iqis dan filwaqt li jirrikonoxxi l-aspetti usa’ tas-sigurtà; jistieden lill-Kummissjoni tqis il-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-aġenda dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà fil-livell tal-UE u tippreżenta l-konklużjonijiet tagħha lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tressaq, abbażi tal-eżerċizzju ta’ rendikont, Pjan ta’ Azzjoni ta’ segwitu għall-Pjan ta’ Azzjoni dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà 2019-2024, li tadattah u testendih għan-natura li qed tinbidel tal-kunflitti u t-theddid il-ġdid u tippreżenta azzjonijiet biex tinkiseb tmexxija bbilanċjata bejn il-ġeneri u reattiva għal kwistjonijiet ta’ ġeneru fil-livelli tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-UE; jappella għall-avvanz tal-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni 1325 tan-NU permezz ta’ Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà (NAP 1325-IV) u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu r-reklutaġġ, iż-żamma u l-avvanz tan-nisa fil-forzi armati nazzjonali u l-missjonijiet ċivili, u jintegraw il-perspettivi tal-ġeneru fit-tfassil, l-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-politika dwar is-sigurtà u d-difiża;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Jappella lill-Kummissjoni biex tiżgura bbaġitjar konsistenti u sostenibbli għall-attivitajiet kollha relatati mal-ġeneru fis-settur tad-difiża u s-sigurtà tal-UE, f’konformità mal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà; jenfasizza l-ħtieġa ta’ finanzjament iddedikat għal azzjonijiet relatati mal-ġeneru fi ħdan il-missjonijiet tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni (PSDK), inkluża linja baġitarja speċifika għall-konsulenti dwar il-ġeneru f’missjonijiet ċivili tal-PSDK;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Jenfasizza li l-kriżijiet, bħall-kunflitti armati, l-okkupazzjoni tat-territorju, id-diżastri naturali u l-kriżijiet umanitarji, il-faqar enerġetiku, it-tibdil fil-klima u l-kriżi tal-għoli tal-ħajja jiggravaw l-inugwaljanzi eżistenti; id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem femministi, LGBTIQ+ u SRHR li jaħdmu fuq dawn il-kwistjonijiet iridu jiġu protetti permezz ta’ mekkaniżmi ddedikati, speċjalment f’pajjiżi li qed jesperjenzaw rigress demokratiku; jistieden lill-Kummissjoni żżid il-ġestjoni tal-kriżijiet, il-preparatezza u s-sigurtà mal-Istrateġija futura dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri għal wara l-2025;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni twettaq reviżjoni oħra tal-progress miksub fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni kurrenti dwar il-Ġeneri (GAP III) u tkompli timplimenta l-mekkaniżmu biex issegwi l-ammont ta’ finanzjament tal-UE għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri allokat u żborżat fil-pajjiżi sħab u tirrapporta dwaru permezz tal-GAP III; iħeġġeġ lill-Kummissjoni żżomm għoli l-pass u l-livell ta’ ambizzjoni għall-implimentazzjoni tal-pjan u jistieden lill-Kummissjoni tibda t-tħejjijiet għal Pjan ta’ Azzjoni ambizzjuż dwar il-Ġeneri għal wara l-2027 (GAP IV) biex tiżgura l-adozzjoni f’waqtha tiegħu, inkluż billi twarrab finanzjament adegwat għall-implimentazzjoni tal-pjan fil-proposta li jmiss għall-QFP 2028-2034; jenfasizza li l-prinċipji ewlenin tal-GAP III – approċċ ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem, inklużi s-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati, l-intersezzjonalità u approċċ li jittrasforma l-perspettiva tal-ġeneru – għandhom ikunu parti integrali mill-GAP IV u l-implimentazzjoni konkreta tagħhom għandha tissaħħaħ; jistieden lill-Kummissjoni żżid l-appoġġ politiku u finanzjarju għall-inizjattivi ta’ ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-aġenziji tan-NU bħall-UN Women u l-Fond tan-NU għall-Popolazzjoni (UNFPA), b’enfasi speċifika fuq is-Sħubija ta’ Provvista tal-UNFPA);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi servizz ta’ appoġġ iddedikat li jopera permezz tar-Rappreżentanzi Diplomatiċi tal-UE f’pajjiżi terzi, b’mandat speċifiku biex jipprovdi appoġġ għad-difensuri tad-drittijiet tan-nisa u l-organizzazzjonijiet b’mod globali sabiex jiġu miġġielda l-movimenti kontra l-ġeneru; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaffermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom favur l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa globalment u jżidu l-finanzjament għall-organizzazzjonijiet tan-nisa, speċjalment fin-Nofsinhar Globali u f’reġjuni fejn l-ugwaljanza bejn il-ġeneri tinsab taħt attakk sabiex jintervjenu fil-lakuni fl-għajnuna għall-iżvilupp għall-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tan-nisa li kienu kkawżati mit-tnaqqis fl-għajnuna mill-Aġenzija tal-Istati Uniti għall-Iżvilupp Internazzjonali (USAID);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>69.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiggarantixxi l-koerenza fil-politiki interni u esterni dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, jiġifieri fl-Istrateġija dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri li jmiss għal wara l-2025 (GAP III u GAP IV) u tiżgura li dawn ikunu kkoordinati mal-istrateġiji, l-oqfsa u l-pjanijiet ta’ azzjoni rilevanti l-oħra kollha eżistenti u futuri, bħall-Istrateġija tal-UE dwar id-Diżabbiltà 2021-2030, il-Qafas Strateġiku tal-UE għar-Rom dwar l-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni, l-Istrateġija tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Vittmi, l-Istrateġija dwar l-LGBTIQ u l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE kontra r-Razziżmu; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura trasparenza akbar u involviment akbar tal-partijiet ikkonċernati fl-implimentazzjoni tal-inizjattivi kollha relatati mal-ġeneru, u tinvolvi lill-Parlament b’mod aktar sistematiku fl-iskrutinju u l-evalwazzjoni ta’ dawn l-azzjonijiet;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-protezzjoni tas-soċjetà ċivili u tal-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tan-nisa u l-ġlieda kontra l-movimenti kontra l-ġeneru</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>70.</NO.P>Jinnota bi tħassib iż-żieda allarmanti fir-reati ta’ mibegħda u fid-diskors ta’ mibegħda mmirati lejn in-nisa, l-individwi LGBTIQ+, il-minoranzi razzjali jew etniċi u gruppi emarġinati oħra, u jenfasizza r-rabta bejn l-istat tad-dritt u l-istandards demokratiċi li qed jiddeterjoraw u l-ksur tad-drittijiet fundamentali, b’mod partikolari d-drittijiet tan-nisa u tal-minoranzi; jenfasizza li l-implimentazzjoni inkonsistenti tas-salvagwardji fl-Istati Membri twassal għal protezzjoni inadegwata u tesponi lil ċerti gruppi għal riskji ogħla ta’ diskriminazzjoni u vjolenza; jesprimi tħassib dwar in-nuqqas ta’ progress fl-implimentazzjoni tal-liġijiet dwar l-ugwaljanza u kontra d-diskriminazzjoni f’xi Stati Membri u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tindirizza dan fl-Istrateġija dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri għal wara l-2025; jilqa’ t-treġġigħ lura tad-deċiżjoni li tiġi rtirata d-direttiva orizzontali kontra d-diskriminazzjoni u jħeġġeġ lill-Istati Membri jadottaw il-leġiżlazzjoni mingħajr dewmien;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>71.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura mekkaniżmu komprensiv ta’ monitoraġġ u ta’ akkontabbiltà biex tindirizza malajr l-erożjoni kontinwa tad-demokrazija, id-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, inklużi s-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati u d-drittijiet tal-persuni LGBTIQ+, li huma intrinsikament marbuta; jistieden lill-Kummissjoni tibni fuq il-mekkaniżmi eżistenti biex tivvaluta l-konformità mal-istat tad-dritt jew mad-drittijiet fundamentali u tiżviluppa progressivament mekkaniżmu ddedikat li jinkludi l-valuri kollha tal-Unjoni skont l-Artikolu 2 tat-TUE, inklużi d-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali u tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tan-nisa, li jopera skont ftehim interistituzzjonali bejn il-Kummissjoni, il-Parlament u l-Kunsill, filwaqt li jiġi żgurat approċċ unifikat għall-monitoraġġ annwali fl-Istati Membri kollha u rabta ċara ma’ miżuri konkreti tal-Unjoni għal każijiet li fihom in-nuqqasijiet jibqgħu ma jiġux indirizzati; jinnota li l-miżuri kollha kontra r-rigress għandhom jirriflettu perspettiva intersezzjonali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni twettaq riċerka fil-fond dwar il-movimenti kontra l-ġeneru biex tikseb għarfien aktar profond dwar l-operazzjonijiet u l-istrateġiji ta’ finanzjament kurrenti tagħhom; jisħaq li l-fehim ta’ dawn id-dinamiċi huwa kruċjali għas-salvagwardja ta’ Ewropa moderna, inklużiva u tolleranti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>72.</NO.P>Jenfasizza bi tħassib kbir it-tkabbir tal-“manosfera”; jissottolinja li l-algoritmi użati mill-pjattaformi tal-media soċjali jamplifikaw il-kontenut misoġinu estrem; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinvestiga u tissanzjona lill-VPLOs li ma jissodisfawx l-obbligi tagħhom li jneħħu l-kontenut ta’ ħsara; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tesplora d-diverġenza dejjem tikber fl-attitudnijiet bejn l-irġiel u n-nisa żgħażagħ lejn l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, tivvaluta l-konsegwenzi soċjetali tagħha, b’mod partikolari fl-ispazji online, u tiżviluppa miżuri biex tindirizza u tiġġieled iż-żieda fil-valuri misoġini u tal-lemin estrem fost is-subien u l-irġiel żgħażagħ fir-rigward tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-drittijiet tan-nisa; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tippromwovi edukazzjoni komprensiva u xierqa għall-età dwar is-sesswalità u r-relazzjonijiet fl-iskejjel, issaħħaħ il-litteriżmu kritiku fil-media, tiġġieled il-miżinformazzjoni u d-diżinformazzjoni marbuta mal-ġeneru u tindirizza l-istereotipi marbuta mal-ġeneru; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ fehim aktar profond tal-fenomenu u l-ideoloġija taċ-ċelibat involontarju u jenfasizza l-importanza tal-prevenzjoni permezz ta’ politiki aktar attivi biex jiġu miġġielda dawn u n-narrattivi tagħhom flimkien ma’ kwistjonijiet sottostanti potenzjali ta’ saħħa mentali u kwistjonijiet ta’ sigurtà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>73.</NO.P>Ifakkar fir-rwol kruċjali u indispensabbli li għandhom l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (OSĊ) f’sistema ta’ kontrokontrolli f’demokrazija b’saħħitha, speċjalment l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tan-nisa u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem tan-nisa, inklużi dawk li jaħdmu fis-settur umanitarju, fid-difiża u l-avvanz tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, speċjalment fi żminijiet ta’ rigressjoni politika, soċjali u istituzzjonali; jistieden lill-Kummissjoni tirrikonoxxi, tipproteġi, tiżgura s-sikurezza u tappoġġja lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, lill-organizzazzjonijiet u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem tan-nisa, lill-movimenti femministi, LGBTIQ+ u tad-drittijiet sesswali u riproduttivi li huma essenzjali fil-promozzjoni ta’ riformi ta’ politika inklużivi, fl-isfida ta’ prattiki diskriminatorji, u fil-mobilizzazzjoni tal-komunitajiet fid-difiża tad-drittijiet fundamentali fl-UE u globalment; jinnota li dawn qed ikunu dejjem aktar fil-mira ta’ atturi tal-lemin estrem u dawk kontra d-drittijiet; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi bħala pilastru orizzontali fil-politiki tal-UE u fl-Istrateġija dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri għal wara l-2025 azzjonijiet u rakkomandazzjonijiet dwar is-salvagwardja u l-appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jaħdmu fuq id-drittijiet tan-nisa, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u kontra d-diskriminazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>74.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura finanzjament sostenibbli u aċċessibbli għall-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tan-nisa, inkluż permezz tal-QFP il-ġdid u żżomm u ssaħħaħ l-impenn tagħha li tappoġġja lis-soċjetà ċivili, inkluż finanzjarjament permezz tal-Programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri (CERV), filwaqt li tiżgura li dan jibqa’ għodda robusta biex jiġi indirizzat it-theddid emerġenti għad-drittijiet u l-libertajiet; jistieden b’mod partikolari lill-Kummissjoni żżomm is-CERV bħala programm awtonomu taħt ġestjoni diretta u żżid b’mod sostanzjali l-finanzjament tiegħu sabiex iwieġeb għall-ħtiġijiet tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili sottofinanzjati u għat-theddid u l-isfidi dejjem jiżdiedu għall-ispazju ċiviku u l-valuri tal-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni żżomm il-fergħa ddedikata tal-programmi għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-drittijiet tan-nisa, inkluża s-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati, kif ukoll fergħat iddedikati bħal Daphne, li għandu jibqa’ programm awtonomu b’linja baġitarja separata fil-QFP il-ġdid għall-ġlieda kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru u d-diskriminazzjoni inkluż kontra l-persuni LGBTIQ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>75.</NO.P>Iwissi li porzjon sinifikanti tal-finanzjament li jixpruna t-tkabbir tal-movimenti kontra l-ġeneru madwar l-UE ġej minn atturi barranin; itenni li l-finanzjament kollu jrid jallinja mal-valuri komuni tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-TUE u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, biex jiġi żgurat li l-appoġġ finanzjarju jsaħħaħ il-valuri demokratiċi tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi u tawditja l-finanzjament kurrenti kollu, b’mod reattiv għal kwistjonijiet ta’ ġeneru fuq il-prinċipju ta’ “la tagħmilx ħsara” sabiex jiġi żgurat li l-ebda fond tal-UE ma jmur lejn objettivi u proġetti antidemokratiċi u kontra l-ġeneru; iħeġġeġ lill-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib l-implimentazzjoni fl-Istati Membri ta’ fondi taħt ġestjoni kondiviża mmirati lejn il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-appoġġ għas-soċjetà ċivili, inklużi l-organizzazzjonijiet mhux governattivi tan-nisa, sabiex jiġi żgurat li s-sejħiet għal proposti biex jinkisbu tali fondi ma jiġux imwaqqfa jew miżmuma deliberatament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>76.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib l-implimentazzjoni, mill-Istati Membri, tas-sentenzi kemm tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem kif ukoll tal-QĠUE, b’attenzjoni partikolari għas-sentenzi relatati mal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, man-nondiskriminazzjoni u mad-drittijiet tal-minoranzi, filwaqt li tiżgura l-aderenza sħiħa mal-obbligi internazzjonali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Mezzi trażversali biex tinkiseb l-ugwaljanza bejn il-ġeneri</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>77.</NO.P>Jappella għal finanzjament adegwat għar-riċerka tal-UE dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, inkluż għall-EIGE u għall-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali, u permezz ta’ għodod bħall-proġetti tal-pjanijiet għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri ffinanzjati minn Orizzont Ewropa; jappella għal metodoloġija mtejba li għandha tidentifika mhux biss il-benefiċjarji tal-fondi tal-UE, iżda wkoll il-potenzjal trasformattiv tal-programmi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li l-fondi tal-UE jingħataw biss lil proġetti li jikkonformaw mad-drittijiet u l-prinċipji fundamentali tal-UE, inklużi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, l-aċċess għas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati u l-eliminazzjoni tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura tranżizzjoni ġusta u soċjalment ġusta li taħdem għal kulħadd billi tiżviluppa strateġija intersezzjonali li tittrasforma l-perspettiva tal-ġeneru biex jiġu indirizzati kwistjonijiet ewlenin u jisħaq fuq il-ħtieġa li tingħata spinta sinifikanti lill-investiment fis-servizzi soċjali essenzjali bil-għan li jingħata kontribut għall-indipendenza, l-ugwaljanza u l-emanċipazzjoni tan-nisa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>78.</NO.P>Jirrikonoxxi li ħafna nisa jiffaċċjaw inugwaljanzi u diskriminazzjoni intersezzjonali fl-UE u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli tiżviluppa l-applikazzjoni tal-intersezzjonalità bħala prinċipju trażversali fl-Istrateġija l-ġdida dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri għal wara l-2025 u fi ħdan il-miżuri leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>79.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw l-intersezzjonalità fil-politiki kollha relatati mal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, filwaqt li jirrikonoxxi li l-vjolenza abbażi tal-ġeneru u d-diskriminazzjoni huma ggravati wkoll minn fatturi bħall-età, ir-razza, l-etniċità, minoranza, id-diżabilità, l-identità tal-ġeneru u l-orjentazzjoni sesswali, u li l-intersezzjoni ta’ dawn il-fatturi toħloq forom multipli u uniċi ta’ diskriminazzjoni li jirrikjedu miżuri mmirati u speċifiċi għall-kuntest;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>80.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-miżuri jkopru t-territorju kollu tal-UE u li jipprovdu strumenti effettivi biex jindirizzaw id-disparitajiet reġjonali fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri kemm bejn l-Istati Membri tal-UE u r-reġjuni tagħhom kif ukoll fi ħdanhom; jisħaq li dawn il-miżuri għandhom ikunu adattabbli u b’riżorsi adegwati biex jindirizzaw id-disparitajiet bejn il-ġeneri, b’kont meħud tar-riżorsi disponibbli, l-aċċessibbiltà u l-livell ta’ progress ta’ kull reġjun;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>81.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-fatt li minkejja r-rwol vitali li għandhom in-nisa fiż-żoni rurali biex iżommu l-komunitajiet tagħhom u jżommu l-agrikoltura vijabbli, il-kontribut tagħhom spiss ma jiġix rikonoxxut u jkomplu jiffaċċjaw bosta sfidi, inklużi opportunitajiet limitati ta’ impjieg, aċċess aktar baxx għas-servizzi, infrastruttura anqas żviluppata u sottorappreżentanza fit-teħid tad-deċiżjonijiet; jistieden lill-Kummissjoni toħloq u timplimenta sottoprogrammi u attivitajiet iddedikati għan-nisa fiż-żoni rurali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ambjent istituzzjonali għall-kisba tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>82.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ u tappoġġja l-konfigurazzjoni tal-Kunsill dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri li tiġbor ministri u segretarji tal-Istat inkarigati mill-ugwaljanza bejn il-ġeneri, iddedikati għall-kwistjonijiet tad-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri biex twassal miżuri komuni u konkreti inkluż permezz tal-presidenzi tal-Kunsill, u tiżgura li l-kwistjonijiet dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri jiġu diskussi fl-ogħla livell politiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>83.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni timmonitorja u tħeġġeġ l-implimentazzjoni rapida tad-Direttiva dwar l-istandards għall-korpi tal-ugwaljanza (id-Direttiva (UE) 2024/1499) u tressaq rakkomandazzjoni lill-Istati Membri rigward l-istandards għall-funzjonament u l-kompiti tagħhom sabiex tiffaċilita t-traspożizzjoni korretta tad-direttiva u tiżgura l-armonizzazzjoni tal-istabbiliment tal-korpi tal-ugwaljanza madwar l-Unjoni; jisħaq fuq l-importanza tal-adeżjoni tal-UE mal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u jistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjoni biex jintlaħaq dan il-għan billi titlob l-opinjoni legali tal-QĠUE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>84.</NO.P>Ifaħħar il-kooperazzjoni kostruttiva tal-EIGE u l-ħidma ddedikata tiegħu, li għandha rwol kruċjali fil-ġbir adegwat ta’ data, fl-analiżi ta’ data diżaggregata komparabbli, fl-għoti ta’ riċerka u gwida lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri, kif ukoll fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE rilevanti għall-ġeneru fl-Istati Membri kollha tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-EIGE jkollu biżżejjed riżorsi finanzjarji u umani u kapaċità biex ikun jista’ jwettaq il-kompiti tiegħu b’mod effettiv; ifakkar li l-EIGE esperjenza problemi persistenti b’nuqqas ta’ persunal, li komplew jiġu ggravati miż-żieda qawwija fit-talbiet għal assistenza teknika; jappella, għalhekk, biex l-EIGE jiġi allokat aġenti temporanji ġodda;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>85.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tikkonsulta u tinvolvi b’mod attiv lin-nisa u l-bniet fid-diversità kollha tagħhom, inkluż permezz ta’ organizzazzjonijiet rappreżentattivi, fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Istrateġija dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri għal wara l-2025;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>86.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tirrikonoxxi r-rwol importanti li għandhom l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-atturi f’livelli differenti, bħall-komunitajiet rurali, il-gruppi ta’ azzjoni lokali, il-muniċipalitajiet lokali u reġjonali, kif ukoll l-akkademiċi u l-istituzzjonijiet bħall-Kumitat tar-Reġjuni, fit-twettiq tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni ssegwi approċċ inklużiv u tinvolvi mill-qrib lil dawn il-partijiet ikkonċernati kollha biex jgħinu fil-kisba tal-għanijiet tal-Istrateġija dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri għal wara l-2025;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>87.</NO.P>Jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni mal-esperti fil-qasam; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura wkoll li l-politiki dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri jiġu ffinanzjati kif xieraq u jiġu appoġġjati fil-livelli lokali u reġjonali u li l-fondi ta’ koeżjoni u għall-irkupru tal-UE jinkludu rekwiżiti għal objettivi ċari tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, biex jiġi żgurat li l-iżvilupp reġjonali jikkontribwixxi għat-tnaqqis tad-disparitajiet bejn il-ġeneri pjuttost milli jiggrava l-inugwaljanzi, peress li dawn għandhom influwenza diretta fuq firxa ta’ oqsma li jaffettwaw l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, bħall-impjiegi, l-edukazzjoni, l-infrastruttura tal-kura, is-saħħa, l-appoġġ għan-nisa li huma vittmi tal-vjolenza, u l-ippjanar urban u t-trasport sensittivi għall-ġeneru;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>88.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura u ttejjeb – f’kooperazzjoni mal-EIGE u l-Eurostat – ġbir, rapportar u analiżi regolari, affidabbli u adegwati ta’ data komparabbli diżaggregata skont il-ġeneru fil-livelli tal-UE u tal-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa metodoloġija komuni ta’ traċċar għall-ġbir tad-data, fejn ma tkunx disponibbli, u jissottolinja l-ħtieġa li jiġu żviluppati definizzjonijiet orizzontali tal-UE, biex jiġu ffaċilitati l-valutazzjonijiet tal-impatt fuq il-ġeneri fl-oqsma ta’ politika tal-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb, b’mod partikolari, il-ġbir ta’ data dwar il-prevenzjoni, il-prosekuzzjoni u s-sanzjonar tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru, inklużi l-femminiċidju, l-istupru u vjolenza sesswali oħra permezz tar-reġistrazzjoni ta’ data komprensiva u komparabbli kemm dwar il-vittmi kif ukoll dwar l-awturi tar-reati diżaggregata skont is-sess, il-grupp ta’ età, ir-relazzjoni bejn il-vittma u l-awtur tar-reat u t-tip ta’ reat kif elenkat fid-Direttiva dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika u, fejn possibbli, il-ġeneru, l-identità tal-ġeneru, l-oriġini razzjali jew etnika, l-orjentazzjoni sesswali, il-karatteristiċi tas-sess, id-diżabilità u l-istatus taċ-ċittadinanza, u tiżgura li d-data tiġi rieżaminata regolarment u tintuża biex tinforma t-tfassil tal-politika, l-allokazzjoni tar-riżorsi u miżuri oħra mmirati lejn il-prevenzjoni u l-indirizzar tal-vjolenza sesswali u vjolenza oħra abbażi tal-ġeneru; jinkoraġġixxi l-kooperazzjoni tal-Istati Membri mas-soċjetà ċivili biex jiġu żgurati d-drittijiet tal-vittmi u meta jitfasslu politiki speċifiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>89.</NO.P>Jenfasizza li l-prekundizzjoni għall-iżvilupp ta’ politiki dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri hija l-allokazzjoni ta’ riżorsi adegwati u l-implimentazzjoni tal-Istrateġija dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri għal wara l-2025;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>90.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>