<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0279</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Is-sikurezza tal-ġugarelli u t-tħassir tad-Direttiva 2009/48/KE</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0227/2025 - Rapporteur: Marion Walsmann)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Novembru 2025 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-ġugarelli u li jħassar id-Direttiva 2009/48/KE (09663/1/2025 – C10-0251/2025 – 2023/0290(COD))</STRING></TI><NOTE>(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)</NOTE><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (09663/1/2025 – C10‑0251/2025),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-13 ta’ Diċembru 2023<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/1577, 5.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1577/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/1032, 27.2.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1032/oj.</FIELD></FOOTNOTE> dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2023)0462),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 75(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 68 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A10-0227/2025),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni, li se tiġi ppubblikata fis-serje C ta’ <STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota li l-att qed jiġi adottat f’konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, f’konformità mal-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri kollha ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST><TXTLST><ANNEX><TI>ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA</TI><STI><STRING BOLD="on">DIKJARAZZJONI TAL-KUMMISSJONI FL-OKKAŻJONI TAL-ADOZZJONI TAR-REGOLAMENT (UE) 2025/2509</STRING></STI>
Il-Kummissjoni tevalwa regolarment u sistematikament l-okkorrenza ta’ sustanzi kimiċi perikolużi fil-ġugarelli, filwaqt li tqis l-evidenza xjentifika disponibbli, bil-ħsieb li tadatta l-valuri ta’ limitu jew il-kundizzjonijiet għall-preżenza ta’ sustanzi jew taħlitiet kimiċi speċifiċi fil-ġugarelli f’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2025/2509 dwar is-sikurezza tal-ġugarelli. Għal dak l-iskop, il-Kummissjoni se titlob opinjoni mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi dwar is-sikurezza tan-nitrożammini u tas-sustanzi nitrosatabbli fil-ġugarelli, fid-dawl tal-esponiment ġenerali, fi żmien 12-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Għall-istess skop, il-Kummissjoni se titlob opinjoni mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi dwar is-sikurezza taċ-ċomb, tal-kadmju, tal-merkurju u tal-kromu VI fil-ġugarelli, fid-dawl tal-esponiment ġenerali, fi żmien 24 xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
</ANNEX></TXTLST></SDOCTA>